EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1594R(01)

1594/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1594/2006 tal- 25 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni tal-ġobon biex jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2007 skont ċerti kwoti tal-GATT ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

OJ L 76M, 24.3.2009, p. 317–318 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1594/corrigendum/2009-03-24/oj

24.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/317


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1594/2006 tal-25 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni tal-ġobon biex jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2007 skont ċerti kwoti tal-GATT

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1594/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1594/2006

tal-25 ta' Ottubru 2006

li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni tal-ġobon biex jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2007 skont ċerti kwoti tal-GATT

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2006 tas-17 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib (2), b'mod partikolari l-Artikolu 25(1) tiegħu

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1285/2006 (3) jiftaħ il-proċedura għall-attribuzzjoni ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni għal ġobnijiet għall-esportazzjoni għall-Istati Uniti tal-Amerika fl-2007 fil-qafas tal-kwoti tal-GATT imsemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għal ċerti kwoti u gruppi ta’ prodotti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għas-sena tal-kwoti 2007. Għandhom għaldaqstant jiġu ffissati l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006.

(3)

Fid-dawl tal-iskadenza ffissata għall-implimentazzjoni tal-proċedura tad-determinazzjoni ta’ dawn il-koeffiċjenti, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1285/2006, jeħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-aktar fis possibbli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ esportazzjoni ppreżentati skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1285/2006 jiġu aċċettati soġġett għall-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta' Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Id-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

ANNESS

Identifikazzjoni ta’ grupp skont in-Noti Addizzjonali li jidhru fil-Kapitolu 4 tan-Nomenklatura Tariffarja Armonizzata tal-Istati Uniti tal-Amerika

Identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota

Kwantitajiet disponibbli għas-sena 2007

(t)

Koeffiċjent ta’ allokazzjoni provdut bl-Artikolu 1

Nota Nru

Grupp

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

16

Mingħajr provvediment speċifiku (NSPF)

16-Tokjo

908,877

0,1553118

16-L-Urugwaj

3 446,000

0,0996713

17

Tat-tursin (Blue Mould)

17-L-Urugwaj

350,000

0,0933333

18

Cheddar

18-L-Urugwaj

1 050,000

0,3037799

20

Edam/Gouda

20-L-Urugwaj

1 100,000

0,1593279

21

Tip Taljan

21-L-Urugwaj

2 025,000

0,0955189

22

Ġobon Żvizzeru jew Emmenthaler għajr dak bil-formazzjoni tal-għajn

22-Tokjo

393,006

0,3459523

22-L-Urugwaj

380,000

0,2900763

25

Ġobon Żvizzeru jew Emmenthaler bil-formazzjoni tal-għajn

25-Tokjo

4 003,172

0,3285379

25-L-Urugwaj

2 420,000

0,3634190


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 234, 29.8.2006, p. 4.

(3)  ĠU L 235, 30.8.2006, p. 8.


Top