This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1489R(01)
1489/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1489/2006 tad- 9 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi, għas-sena tal-kontijiet 2007 tal-FAEG, ir-rati ta' l-imgħax li għandhom jintużaw għall-kalkolu ta' l-ispejjeż għall-iffinanzjar tal-miżuri ta' intervent, li jikkonsistu fix-xiri, il-ħżin u r-rimi tal-ħażniet ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
1489/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1489/2006 tad- 9 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi, għas-sena tal-kontijiet 2007 tal-FAEG, ir-rati ta' l-imgħax li għandhom jintużaw għall-kalkolu ta' l-ispejjeż għall-iffinanzjar tal-miżuri ta' intervent, li jikkonsistu fix-xiri, il-ħżin u r-rimi tal-ħażniet ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
OJ L 71M, 17.3.2009, p. 467–468
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1489/corrigendum/2009-03-17/oj
17.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L NaN/467 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1489/2006 tad-9 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi, għas-sena tal-kontijiet 2007 tal-FAEG, ir-rati ta' l-imgħax li għandhom jintużaw għall-kalkolu ta' l-ispejjeż għall-iffinanzjar tal-miżuri ta' intervent, li jikkonsistu fix-xiri, il-ħżin u r-rimi tal-ħażniet
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1489/2006 għandu jaqra:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1489/2006
tad-9 ta’ Ottubru 2006
li jistabbilixxi, għas-sena tal-kontijiet 2007 tal-FAEG, ir-rati ta' l-imgħax li għandhom jintużaw għall-kalkolu ta' l-ispejjeż għall-iffinanzjar tal-miżuri ta' intervent, li jikkonsistu fix-xiri, il-ħżin u r-rimi tal-ħażniet
Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1883/78 tat-2 ta' Awissu 1978 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-finanzjament ta’ l-interventi mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija, it-taqsima “garanzija” (1), u partikolarment l-Artikolu 5 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (2), l-interventi maħsuba għar-regolament tas-swieq agrikoli huma ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Garanzija (FAEG). |
(2) |
L-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 tal-21 ta' Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005, għall-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Garanzija (FAEG) ta' miżuri ta' intervent fil-forma ta' ħażna pubblika u l-kontabbiltà tat-tranżazzjonijiet ta' ħażna pubblika mill-entitajiet ta' pagament ta' l-Istati Membri (3), jistipula li l-ispejjeż korrispondenti għall-fondi maħruġin mill-Istati Membri għax-xiri tal-prodotti għandhom jiġu ddeterminati skond il-metodi ta' kalkolu stabbiliti fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament, abbażi ta' rata ta' l-imgħax uniformi għall-Komunità kollha. |
(3) |
Ir-rata ta' l-imgħax uniformi għall-Komunità tikkorrispondi għall-medja tar-rati Euribor fit-tul, fuq tliet xhur u fuq tnax-il xahar, irreġistrati matul is-sitt xhur ta' qabel in-notifika mill-Istati Membri pprovduta fil-punt I.2 ta' l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 884/2006, b'koeffiċjent ta' terz u żewġ terzi rispettivament. Din ir-rata għandha tkun iffissata fil-bidu ta' kull sena tal-kontijiet tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Garanzija (FAEG). |
(4) |
Madankollu, jekk ir-rata ta' l-imgħax innotifikata minn Stat Membru tkun inqas mir-rata ta' l-imgħax uniformi ffissata għall-Komunità, għandha tiġi stipulata rata ta' l-imgħax speċifika għal dak l-Istat Membru, skond it-tieni subparagrafu tal-punt I.2 ta' l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 884/2006. Barra minn hekk, fin-nuqqas ta' notifika, sa l-aħħar tas-sena tal-kontijiet, mingħand Stat Membru tar-rata medja ta' l-ispejjeż ta' l-imgħax tiegħu, il-Kummissjoni għandha tiffissa r-rata ta' l-imgħax għal dak l-Istat Membru fil-livell tar-rata uniformi stabbilita mill-Komunità. |
(5) |
Fid-dawl tan-notifiki ta' l-Istati Membri lill-Kummissjoni, ir-rati ta' l-imgħax applikabbli għas-sena tal-kontijiet 2007 tal-FAEG għandha tiġi ffissata b'qies għal dawn il-fatturi varji. |
(6) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-infiq marbut ma' l-ispejjeż maħruġin mill-Istati Membri għax-xiri ta' prodotti ta' intervent, li għandhom jitħallsu mis-sena tal-kontijiet 2007 tal-FAEG, ir-rati ta' l-imgħax ipprovduti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 884/2006 skond l-Artikolu 4(1)(a) ta' dak ir-Regolament huma fissati kif ġej:
(a) |
2,1 % għar-rata ta' l-imgħax speċifika applikabbli fl-Iżvezja; |
(b) |
2,3 % għar-rata ta' l-imgħax speċifika applikabbli fir-Repubblika Ċeka; |
(c) |
2,7 % għar-rata ta' l-imgħax speċifika applikabbli fl-Irlanda; |
(d) |
2,8 % għar-rata ta' l-imgħax speċifika applikabbli fl-Awstrija, il-Finlandja u l-Portugall; |
(e) |
2,9 % għar-rata ta' l-imgħax speċifika applikabbli fil-Greċja u l-Italja; |
(f) |
3,0 % għar-rata ta' l-imgħax speċifika applikabbli fil-Litwanja; |
(g) |
3,2 % għar-rata ta' l-imgħax uniformi għall-Komunità, applikabbli f'dawn l-Istati Membri li għalihom ma ġietx iffissata rata ta' l-imgħax speċifika. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Ottubru 2006.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Ottubru 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 216, 5.8.1978, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 695/2005 (ĠU L 114, 4.5.2005, p. 1).
(2) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 320/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42).
(3) ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35.