Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1039R(01)

1039/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1039/2006 tas- 7 ta’ Lulju 2006 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju ta' zokkor miżmum mill-aġenziji tal-intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Iżvezja ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

OJ L 76M, 24.3.2009, p. 212–216 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1039/corrigendum/2009-03-24/oj

24.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/212


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1039/2006 tas-7 ta’ Lulju 2006 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju ta' zokkor miżmum mill-aġenziji tal-intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Iżvezja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1039/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1039/2006

tas-7 ta’ Lulju 2006

li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju ta' zokkor miżmum mill-aġenziji tal-intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Iżvezja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 40(2)(d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 39(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 tad-29 ta' Ġunju 2006 dwar il-ġestjoni tas-suq intern taz-zokkor u s-sistema tal-kwota (2), jipprovdi li l-aġenziji ta' intervent jistgħu jbigħu z-zokkor biss wara deċiżjoni f'dak ir-rigward tkun ġiet adottata mill-Kummissjoni.

(2)

Il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakka u l-Iżvezja għandhom ħażniet ta' intervent taz-zokkor. Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tas-suq, huwa xieraq li dawn il-ħażniet ikunu disponibbli fis-suq intern.

(3)

Sabiex titqies is-sitwazzjoni tas-suq tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz minimu għall-bejgħ għal kull sejħa parzjali għall-offerti.

(4)

L-aġenziji ta' intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Iżvezja għandhom jikkomunikaw l-offerti lill-Kummissjoni. L-offerenti għandhom jibqgħu anonimi.

(5)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 952/2006 jipprovdi li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1262/2001 tas-27 ta' Ġunju 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 xiri u bejgħ ta' zokkor mill-aġenziji ta' intervent (3) ikompli japplika għaz-zokkor aċċettat għall-intervent qabel l-10 ta' Frar 2006. Madanakollu, għall-bejgħ mill-ġdid taz-zokkor tal-intervent, din id-distinzjoni mhijiex neċessarja u jekk tiġi implimentata toħloq diffikultajiet amministrattivi għall-Istati Membri. Għaldaqstant, jixraq li l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1262/2001 tiġi eskluża mill-bejgħ mill-ġdid taz-zokkor ta’ intervent.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-aġenziji ta' intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Iżvezja għandhom joffru għall-bejgħ, permezz ta' sejħa permanenti għall-offerti fis-suq intern Komunitarju, kwantità totali ta' 1 370 636,672 tunnellata zokkor li ġie aċċettat għall-intervent u huwa disponibbli għall-bejgħ fis-suq intern. Il-kwantitajiet allokati lil kull Stat Membru huma stipulati fl-Anness I.

Artikolu 2

1.   Il-perjodu li fih jistgħu jitressqu s-sejħiet għall-offerti bħala tweġiba għall-ewwel sejħa għall-offerti parzjali għandu jibda fid-19 ta' Lulju 2006 u jintemm fis-26 ta’ Lulju 2006 fit-15.00, ħin ta’ Brussell.

Il-perjodi li fihom jistgħu jitressqu s-sejħiet għall-offerti bi tweġiba għat-tieni sejħa parzjali u għas-sejħiet parzjali sussegwenti għandhom jibdew fl-ewwel jum ta’ xogħol wara tmiem il-perjodu preċedenti. Dawn għandhom jintemmu fit-15.00, ħin ta’ Brussell:

fid-9 u t-30 ta' Awwissu 2006,

fit-13 u s-27 ta' Settembru 2006,

fl-4 u t-18 ta' Ottubru 2006,

fit-8 u t-22 ta' Novembru 2006,

fis-6 u l-20 ta' Diċembru 2006,

fl-10 u l-24 ta' Jannar2007,

fis-7 u fil-21 ta' Frar 2007,

fis-7 u t-28 ta' Marzu 2007,

fit-18 u l-25 ta' April 2007,

fid-9 u t-23 ta' Mejju 2007,

fit-13 u s-27 ta' Ġunju 2007,

fil-11 u t-18 ta' Lulju 2007,

fit-8 u d-29 ta' Awwissu 2007,

fit-12 u s-26 ta' Settembru 2007.

2.   L-offerti se jitressqu mal-aġenziji ta’ intervent li għandhom iz-zokkor kif stabbilit fl-Anness I.

Artikolu 3

L-aġenziji ta’ intervent ikkonċernati għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-offerti li jkunu tressqu sa sagħtejn wara l-iskadenza għat-tressiq tal-offerti stipulata fl-Artikolu 2(1).

L-offerenti ma għandhomx ikunu identifikati.

L-offerti li ġew sottomessi għandhom jiġu kkomunikati b’ mezzi elettroniċi skont il-mudell stipolat fl-Anness II.

Jekk ma tintefa’ l-ebda offerta, l-Istat Membru għandu jikkomunika dwar dan lill-Kummissjoni fl-istess limitu ta’ żmien.

Artikolu 4

1.   Il-Kummissjoni għandha tiffissa l-prezz tal-bejgħ minimu għal kull Stat Membru kkonċernat, jew tiddeċiedi jekk għandhiex taċċetta l-offerti skont il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

2.   Meta jirriżulta li aġġudikazzjoni bi prezz minimu skont il-paragrafu 1 twassal li l-kwantità disponibbli tinqabeż għall-Istat Membru kkonċernat, dik l-aġġudikazzjoni għandha tkun illimitata għal kwantità bħal din li għadha disponibbli.

Meta l-aġġudikazzjonijiet għal Stat Membru tas-sejħiet kollha li joffru l-istess prezz jirriżultaw f’li l-kwantità tinqabeż, il-kwantità disponibbli għal dak l-Istat Membru għandha tiġi aġġudikata kif ġej:

(a)

permezz ta’ qsim fost l-offerenti kkonċernati proporzjonalment għall-kwantitajiet totali f’kull waħda mill-offerti tagħhom; jew

(b)

permezz ta’ tqassim fost l-offerenti kkonċernati b’referenza għat-tunnellaġġ massimu ffissat għal kull wieħed minnhom; jew

(ċ)

billi jittellgħu bix-xorti.

Artikolu 5

B'deroga mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 952/2006, dak ir-Regolament għandu japplika għall-bejgħ mill-ġdid, kif imsemmi fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, taz-zokkor aċċettat għall-intervent qabel l-10 ta' Frar 2006.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Lulju 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS I

L-Istati Membri li jżommu zokkor ta' intervent

L-Istat Membru

L-Aġenzija ta’ Intervent

Il-kwantitajiet miżmuma mill-aġenzija ta' intervent u li huma disponibbli għall-bejgħ fis-suq intern

(f'tunnellati)

Il-Belġju

Bureau d’intervention et de restitution belge

Rue de Trèves, 82

B-1040 Brussell

Tel. (32-2) 287 24 11

Faks (32-2) 287 25 24

30 648,00

Ir-Repubblika Ċeka

Státní zemědělský intervenční fond

Oddělení pro cukr a škrob

Ve Smečkách 33

CZ-11000 Praha 1

Tel. (420) 222 87 14 27

Faks (420) 222 87 18 75

48 937,72

Il-Ġermanja

Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung

Deichmanns Aue 29

D-53179 Bonn

Tel. (49-228) 68 45-35 12/38 50

Faks (49-228) 68 45 36 24

17 500,00

Spanja

Fondo Español de Garantia Agraria

C/Beneficencia, 8

E-28004 Madrid

Tel. (34) 913 47 64 66

Fax (34) 913 47 63 97

110 800,00

L-Irlanda

Intervention Section

On Farm Investment

Subsidies & storage Division

Department of Agriculture & Food

Johnstown Castle Estate

Wexford

Tel. (353) 536 34 37

Faks (353) 914 28 43

12 000,00

L-Italja

AGEA — Agenzia per le erogazioni in Agricoltura

Ufficio ammassi pubblici e privati e alcool

Via Torino, 45

00184 Roma

Tel. (39) 06 49 499 558

Faks (39) 06 49 499 761

636 648,70

L-Ungerija

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal (MVH)

(L-Aġenzija għall-Agrikoltura u l-Izvilupp Rurali)

Soroksári út 22-24

HU-1095 Budapest

Tel. 36/1/219-6213

Faks 36/1/219-8905 jew 36/1/219-6259

224 037,90

Il-Polonja

Agencja Rynku Rolnego

Biuro Cukru

Dział Dopłat i Interwencji

Nowy Świat 6/12

00-400 Warszawa

Tel +48 22 661 71 30

Faks +48 22 661 72 77

172 326,26

Is-Slovenja

Agencija RS za kmetijske trge in razvoj podeželja;

Dunajska 160

1000 Ljubljana

telefon: +386 1 580 77 92

Faks +386 1 478 920

9 700,00

Is-Slovakkja

Podohospodarska platobna agentura

Oddelenie cukru a ostatných komodit

Dobrovičova, 12

SK-815 26 Bratislava

Tel. (421-2) 58 24 32 55

Faks: (421-2) 53 41 26 65

49 000,00

L-Iżvezja

Statens jordbruksverk

Vallgatan 8

S-55182 Jönköping

Tel. (46-36) 15 50 00

Faks (46-36) 19 05 46

59 038,00

ANNESS II

Mudell għall-komunikazzjoni lill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3

Formola (4)

Sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid taz-zokkor miżmum mill-aġenziji ta' intervent

Ir-Regolament (KE) Nru 1039/2006

1

2

3

4

5

L-Istat Membru li qed ibigħ iz-zokkor ta' intervent

In-numerazzjoni tal-offerenti

In-Nru tal-lott

Il-kwantità

(t)

Il-prezz tal-offerta

EUR/100 kg

 

1

 

 

 

 

2

 

 

 

 

3

 

 

 

 

eċċ.

 

 

 


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 39.

(3)  ĠU L 178, 30.6.2001, p. 48. Ir-Regolament tħassar bir-Regolament (KE) Nru 952/2006.

(4)  għandha tintbagħat bil-faks fuq in-numru li ġej: +32 2 292 10 34.


Top