This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R0433R(01)
433/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 433/2006 tal- 15 ta' Marzu 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1538/91 dwar il-laboratorji ta’ referenza għall-monitoraġġ tal-kontenut tal-ilma fil-laħam tat-tiġieġ ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )
433/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 433/2006 tal- 15 ta' Marzu 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1538/91 dwar il-laboratorji ta’ referenza għall-monitoraġġ tal-kontenut tal-ilma fil-laħam tat-tiġieġ ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )
OJ L 84M, 31.3.2009, p. 302–306
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/433/corrigendum/2009-03-31/oj
31.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L NaN/302 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 433/2006 tal-15 ta' Marzu 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1538/91 dwar il-laboratorji ta’ referenza għall-monitoraġġ tal-kontenut tal-ilma fil-laħam tat-tiġieġ
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 433/2006 għandu jaqra:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 433/2006
tal-15 ta' Marzu 2006
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1538/91 dwar il-laboratorji ta’ referenza għall-monitoraġġ tal-kontenut tal-ilma fil-laħam tat-tiġieġ
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunisdrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1906/90 tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar ċerti standards ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-laħam tat-tiġieġ (1), u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-paragrafi 10, 12 u 12(a) tal-Artikolu 14a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1538/91 tal-5 ta' Ġunju 1991 li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 dwar ċerti standards ta’ kummerċjalizzazzjoni għal-laħam tat-tiġieġ (2) jiddisponu linji gwida dettaljati dwar il-livelli ta' kontrolli u azzjonijiet li għandhom jittieħdu mil-laboratorji ta' referenza għall-monitoraġġ tal-kontenut ta' ilma fil-laħam tat-tiġieġ. |
(2) |
Il-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità “Het Spelderholt” mhux aktar f'pożizzjoni biex ikompli b'xogħlu, kif jiddisponi l-Artikolu 14a(14) tar-Regolament (KEE) Nru 1538/91. |
(3) |
L-esperjenza fix-xogħol mal-laboratorji ta' referenza wriet illi mhemmx bżonn aktar ta' Laboratorju ta' referenza tal-Komunità separat. Minflok, jidher li jkun biżżejjed jekk jiġi stabbilit bord ta’ koordinazzjoni għal attivitajiet ta’ ttestjar mil-laboratorji ta' referenza nazzjonali. |
(4) |
Il-bord ta’ koordinazzjoni għandu jikkonsisti minn rappreżentanti tad-Direttorat Ġenerali taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) — l-Istitut ta’ Materjali u Kejl ta’ Referenza (IRMM), tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u ta’ tliet laboratorji ta’ referenza nazzjonali. |
(5) |
Ir-rappreżentant tal-IRMM għandu jkun iċ-chairperson tal-bord u għandu jaħtar il-laborotarji ta’ referenza nazzjonali fuq bażi ta’ rotazzjoni. |
(6) |
L-Anness VIII tar-Regolament (KEE) Nru 1538/1991 fih l-ismijiet u l-indirizzi tal-laboratorji ta’ referenza kollha. Għadd ta' Stati Membri għarrfu lill-Kummissjoni dwar bidla tal-laboratorji ta' referenza nazzjonali tagħhom. Malta bagħtet l-isem u l-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza Nazzjonali Malti fi Stat Membru ġar tagħha. Għalhekk huwa meħtieġ li jsir l-aġġornament tal-isem u l-indirizz ta’ ċerti Laboratorji ta’ Referenza u jiddaħħal l-isem u l-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza Malti. |
(7) |
L-Anness IX tar-Regolament (KEE) Nru 1538/1991 fih ir-responsabbiltajiet speċifiċi li għandhom jitwettqu mil-Laboratorju ta' Referenza Komunitarju u mil-laboratorji ta' referenza nazzjonali. Il-bidla fl-istruttura organizzattiva tal-laboratorji ta' referenza għall-monitoraġġ tal-kontenut ta' ilma fil-laħam tat-tiġieġ għandu jitniżżel fl-Anness IX. |
(8) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 1538/91 għandu jiġi emendat f'dan is-sens. |
(9) |
Il-miżuri preskritti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Laħam tat-Tiġieġ u tal-Bajd, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 1538/91 għandu jiġi emendat kif ġej:.
(1) |
Artikolu 14a jiġi emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness VIII jiġi sostitwit bit-test fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
(3) |
L-Anness IX jiġi sostitwit bit-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 15 ta' Marzu 2006.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS I
“ANNESS VIII
LISTA TAL-LABORATORJI TA' REFERENZA NAZZJONALI
|
Il-Belġju
|
|
Ir-Repubblika Ċeka
|
|
Id-Danimarka
|
|
Il-Ġermanja
|
|
L-Estonja
|
|
Il-Greċja
|
|
Spanja
|
|
Franza
|
|
L-Irlanda
|
|
L-Italja
|
|
Ċipru
|
|
Il-Latvja
|
|
Il-Litwanja
|
|
Il-Lussemburgu
|
|
L-Ungerija
|
|
Malta
|
|
L-Olanda
|
|
L-Awstrija
|
|
Il-Polonja
|
|
Il-Portugall
|
|
L-Islovenja
|
|
L-Islovakkja
|
|
Il-Finlandja
|
|
L-Iżvezja
|
|
Ir-Renju Unit
|
ANNESS II
“ANNESS IX
L-inkarigi u l-istruttura organizzattiva tal-bord tal-esperti fil-monitoraġġ tal-kontenut tal-ilma fil-laħam tat-tiġieġ
Il-bord tal-esperti msemmi fl-Artikolu 14a(14) huwa responsabbli għall-inkarigi li ġejjin:
(a) |
jipprovdu tagħrif dwar il-metodi analitiċi u komparattivi tal-ittestjar fir-rigward tal-kontenut tal-ilma fil-laħam tat-tiġieġ lil-laboratorji ta' referenza nzzjonali, |
(b) |
jikkoordinaw l-applikazzjoni tal-metodi msemmija f'(a) mil-laboratorji ta' referenza nazzjonali, billi jorganizzaw ittestjar komparattiv, u b'mod partikolari l-ittestjar tal-profiċjenza, |
(c) |
ikunu ta' sostenn għal-laboratorji ta' referenza nazzjonali fl-ittestjar ta' profiċenza billi jipprovdu assistenza xjentifika għall-evalwazzjoni u l-irraportar tad-dejta statistika, |
(d) |
jikkoordinaw l-iżvilupp ta' metodi analitiċi ġodda u jinfurmaw lil-laboratorji ta' referenza nazzjonali tal-progress li jkun sar f'dan il-qasam, |
(e) |
jipprovdu assistenza xjentifika u teknika lill-Kummissjoni, speċjalment fil-każijiet meta r-riżultati tal-analiżi jkunu kkontestati bejn l-Istati Membri. |
Il-bord tal-esperti imsemmi fl-Artikolu 14a(14) huwa organizzat kif ġej:
Il-bord tal-esperti li jissorvelja l-kontenut tal-ilma fil-laħam tat-tiġieġ għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tad-Direttorat Ġenerali taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) — l-Istitut ta’ Materjali u Kejl ta’ Referenza (IRMM), tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u ta’ tliet laboratorji ta’ referenza nazzjonali. Ir-rappreżentanti tal-IRMM għandu jkun iċ-chairperson tal-bord u għandu jaħtar il-laborotarji ta’ referenza nazzjonali fuq bażi ta’ rotazzjoni. L-awtoritajiet responsabbli fl-Istati Membri għal-laboratorji ta' referenza nazzjonali magħżula għandhom sussegwentement jappontaw esperti individwali fil-monitoraġġ tal-kontenut tal-ilma fl-ikel fuq il-bord. Fuq bażi ta' rotazzjoni annwali, wieħed mil-laboratorji ta' referenza nazzjonali parteċipanti għandu jiġi sostwit kull darba, sabiex tiġi żgurata ċerta kontinwità fuq il-bord. L-ispejjeż li saru mill-esperti jew/u l-laboratorji ta' referenza nazzjonali tal-Istati Membri fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom taħt dan il-paragrafu għandhom ikunu akarigu tal-Istati Membri rispettivi.
L-inkarigi tal-laboratorji ta' referenza nazzjonali
Il-laboratorji ta' referenza nazzjonali elenkati fl-Anness VIII huma responsabbli għall-inkarigi li ġejjin:
(a) |
il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-laboratorji nazzjonali responsabbli għall-analiżi tal-kontenut tal-ilma fil-laħam tat-tiġieġ, |
(b) |
li jassistu lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri sabiex jorganizzaw sistema għall-monitoraġġ tal-kontenut tal-ilma fil-laħam tat-tiġieġ, |
(c) |
li jipparteċipaw fl'ittestjar (ittestjar tal-profiċenza) bejn id-diversi laboratorji nazzjonali msemmija f'(a), |
(d) |
li jiżguraw illi l-informazzjoni mogħtija lill-bord tal-esperti tiġi disseminata lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru relevanti u lil-laboratorji nazzjonali msemmija f'(a), |
(e) |
li jikkollaboraw mal-bord tal-esperti u f'każ ta' jiħatru li jingħaqdu mal-bord tal-esperti, li jippreparaw il-kapmjuni għall-ittestjar, inklużi l-ittestjar tal-omoġenjità, u sabiex jiġi organizzat trasport bil-baħar xieraq.” |
(1) ĠU L 173, 6.7.1990, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1101/98 (ĠU L 157, 30.5.1998, p. 12).
(2) ĠU L 143, 7.6.1991, p. 11. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 81/2006 (ĠU L 14, 19.1.2006, p. 8).