Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0242R(01)

    242/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 242/2006 tal- 10 ta' Frar 2006 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

    OJ L 76M, 24.3.2009, p. 162–163 (MT)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/242/corrigendum/2009-03-24/oj

    24.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L NaN/162


    Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 242/2006 tal-10 ta' Frar 2006 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 242/2006 għandu jaqra:

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 242/2006

    tal-10 ta' Frar 2006

    li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u partikularment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, totalment jew parzjalment fuq in-Nomenklatura Magħquda jew li żżid magħha kwalunkwe suddiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita permezz ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ tal-oġġetti.

    (3)

    B'konformità ma' dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella stabbilita fl-Anness għandha tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna 3.

    (4)

    Huwa xieraq li jiġi stipulat li t-tagħrif tariffarju li jorbot u li jkun inħareġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda imma li mhuwiex konformi mar-Regolament jista', għal perjodu ta' tliet xhur, ikompli jiġi invokat mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

    (5)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2.

    Artikolu 2

    L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista' tibqa tiġi invokata għall-perjodu ta' tlett xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fl-10 ta' Frar 2006.

    Għall-Kummissjoni

    László KOVÁCS

    Membru tal-Kummissjoni

    ANNESS

    Id-deskrizzjoni tal-merkanzija

    Il-klassifikazzjoni

    (Il-kodiċi tan-NM)

    Ir-raġunijiet

    (1)

    (2)

    (3)

    Taħlita tal-ikel magħmula minn trab tal-kawkaw u zokkor (% bl-użin):

    Iz-zokkor

    99,5 sa 99,7

    It-trab tal-kawkaw ikkalkulat fuq bażi għal kollox nieqsa mix-xaħam

    0,2 sa 0,4

    Il-prodott hu f’forma ta' kristalli li jagħtu fil-kannella. Jintuża u jinbiegħ bħala zokkor.

    1806 10 90

    Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 sa 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda bin-Nota 2 tal-Kapitolu 18 kif ukoll bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 1806, 1806 10 u 1806 10 90.

    Il-prodott ma jistax jiġi kklassifikat fil-Kapitolu 17 minħabba li l-kontenut tat-trab tal-kawkaw jista' jiġi skopert permezz ta' analiżi kimika.

    Il-prodott hu preparazzjoni tal-ikel li fih il-kawkaw (Nota 2 tal-Kapitolu 18).


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2175/2005 (ĠU L 347, 30.12.2005, p. 9).

    (2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13).


    Top