Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006L0083R(02)

2006/83/KE: Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/83/KE tat- 23 ta’ Ottubru 2006 li tadatta d-Direttiva 2002/4/KE dwar ir-reġistrazzjoni tan-negozji stabbiliti tat-trobbija tat-tiġieġ li jbidu, koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

OJ L 76M, 24.3.2009, p. 449–450 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/83/corrigendum/2009-03-24/oj

24.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/449


Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/83/KE tat-23 ta’ Ottubru 2006 li tadatta d-Direttiva 2002/4/KE dwar ir-reġistrazzjoni tan-negozji stabbiliti tat-trobbija tat-tiġieġ li jbidu, koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/83/KE għandha taqra:

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/83/KE

tat-23 ta’ Ottubru 2006

li tadatta d-Direttiva 2002/4/KE dwar ir-reġistrazzjoni tan-negozji stabbiliti tat-trobbija tat-tiġieġ li jbidu, koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 56 tal-Att ta’ Adeżjoni, fejn azzjonijiet li jibqgħu validi wara l-1 ta’ Jannar 2007 jitolbu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma ġewx previsti fl-Att ta’ Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, l-adattamenti meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni fil-każi kollha fejn il-Kummissjoni adottat l-att oriġinali.

(2)

L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet it-Trattat ta’ Adeżjoni indikat li l-Partijiet Kontraenti Għoljin laħqu ftehim politiku dwar sett ta' adattamenti fuq atti adottati mill-Istituzzjonijiet meħtieġa minħabba l-adeżjoni u li l-Kunsill u l-Kummissjoni huma mistiedna jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni, kompluti u aġġornati fejn ikun meħtieġ sabiex tiġi kkunsidrata l-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/4/KE tat-30 ta' Jannar 2002 dwar ir-reġistrazzjoni ta' negozji stabbiliti tat-trobbija tat-tiġieġ li jbidu, koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE (1) għalhekk għandha tkun emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA

Artikolu 1

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/4/KE hija emendata kif inhu stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw l-aktar tard sad-data tal-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea il-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dwak id-dispożizzjonijiet mid-data tal-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ soġġett għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija.

Artikolu 4

Id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri

Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Olli REHN

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

L-AGRIKOLTURA

IL-LEĠIŻLAZZJONI VETERINARJA U FITOSANITARJA

LEĠIŻLAZZJONI VETERINARJA

32002 L 0004: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/4/KE tat-30 ta' Jannar 2002 fuq ir-reġistrazzjoni tal-istabbilimenti tat-trobbija tat-tiġieġ tal-bajd, koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE (ĠU L 30, 31.1.2002, p. 44), hekk kif emendata mill-:

12003 T: Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni u l-aġġustamenti tat-Trattati ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

Il-lista f'Parti 2.2 tal-Anness hija mibdula minn dan li ġej:

“AT

L-Awstrija

BE

Il-Belġju

BG

Il-Bulgarija

CY

Ċipru

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DE

Il-Ġermanja

DK

Id-Danimarka

EE

L-Estonja

EL

Il-Greċja

ES

Spanja

FI

Il-Finlandja

FR

Franza

HU

L-Ungerija

IE

L-Irlanda

IT

L-Italja

LT

Il-Litwanja

LU

Il-Lussemburgu

LV

Il-Latvja

MT

Malta

NL

L-Olanda

PL

Il-Polonja

PT

Il-Portugall

RO

Ir-Rumanija

SE

L-Iżvezja

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

UK

Ir-Renju Unit.”


(1)  ĠU L 30, 31.1.2002, p. 44.


Top