This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R2119R(01)
2119/2005/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2119/2005 tat- 22 ta' Diċembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3175/94 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati tal-applikazzjoni għall-arranġamenti speċifiċi għall-provvista tal-prodotti taċ-ċereali u tal-għalf niexef lill-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew u li jistabbilixxi bilanċ imbassar tal-provvista ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )
2119/2005/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2119/2005 tat- 22 ta' Diċembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3175/94 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati tal-applikazzjoni għall-arranġamenti speċifiċi għall-provvista tal-prodotti taċ-ċereali u tal-għalf niexef lill-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew u li jistabbilixxi bilanċ imbassar tal-provvista ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )
OJ L 76M, 24.3.2009, p. 146–147
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/2119/corrigendum/2009-03-24/oj
24.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L NaN/146 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2119/2005 tat-22 ta' Diċembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3175/94 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati tal-applikazzjoni għall-arranġamenti speċifiċi għall-provvista tal-prodotti taċ-ċereali u tal-għalf niexef lill-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew u li jistabbilixxi bilanċ imbassar tal-provvista
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2119/2005 għandu jaqra:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2119/2005
tat-22 ta' Diċembru 2005
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3175/94 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati tal-applikazzjoni għall-arranġamenti speċifiċi għall-provvista tal-prodotti taċ-ċereali u tal-għalf niexef lill-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew u li jistabbilixxi bilanċ imbassar tal-provvista
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 tad-19 ta' Lulju 1993 li jintroduċi miżuri speċifiċi għall-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew rigward ċerti prodotti agrikoli (1), u partikolarment l-Artikolu 3a(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummisjoni (KEE) Nru 2958/93 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93 fir-rigward tal-arranġamenti speċifiċi għall-provvista ta' ċerti prodotti agrikoli għall-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew u, permezz tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93, l-ammont tal-għajnuna għal dan il-forniment. |
(2) |
Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3175/94 (3) jistabbilixxi it-tbassir tal-bilanċ tal-provvista tal-prodotti taċ-ċereali u tal-għalf niexef. |
(3) |
Il-bilanċ imbassar tal-forniment għandu wkoll ikun stabbilit għall-2006. |
(4) |
Ir-Reġolament (KE) Nru 3175/94 għandu jiġi emendat kif meħtieġ. |
(5) |
Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Konġunt tal-kumitati ta' ġestjoni relevanti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 3175/94 jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Diċembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
“ANNESS
Tbassir tal-bilanċ tal-forniment għall-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew għall-prodotti taċ-ċereali u l-għalf niexef għall-2006
(f'tunnellati) |
|||
Il-kwantità |
2006 |
||
Prodotti taċ-ċereali u għalf imnixxef li joriġinaw mill-Komunità Ewropea |
Kodiċi NM |
Gżejjer li jappartjenu lill-gupp A |
Gżejjer li jappartjenu lill-gupp B |
Cereali tal-qamħ |
1001, 1002, 1003, 1004 u 1005 |
9 500 |
74 000 |
Ix-xgħir ta' oriġini minn Limnos |
1003 |
3 000 |
|
Dqiq tal-qamħ |
1101 u 1102 |
10 000 |
31 000 |
Fdalijiet u skart mill-industrija tal-ikel |
2302 sa 2308 |
9 000 |
55 000 |
Preparazzjonijiet tat-tip li jintużaw għall-għalf tal-annimali |
2309 20 |
2 000 |
19 500 |
Xnien u għalf deidradat għal tnixxif artifiċjali, permezz tat-tisħin jew mezzi oħra |
1214 10 00 1214 90 91 1214 90 99 |
3 000 |
8 000 |
Żerriegħa tal-qoton |
1207 20 90 |
500 |
500 |
Total tal-grupp |
34 000 |
188 000 |
|
Total |
225 000 |
Il-gruppi A u B huma definiti fl-Annessi I u II, tar-Regolament (KEE) Nru 2958/93.”
(1) ĠU L 184, 27.7.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 267, 28.10.1993, p. 4. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1820/2002 ĠU L 276, 12.10.2002, p. 22).
(3) ĠU L 335, 23.12.1994, p. 54. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 53/2005 (ĠU L 13, 15.1.2005, p. 3).