This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0528R(01)
2005/528/KE: Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 2 ta’ Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra dwar Ftehim Kwadru bejn il-Komunità Ewropea u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-programmi Komunitarji ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 334 M, tat-12 ta' Diċembru 2008 )
2005/528/KE: Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 2 ta’ Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra dwar Ftehim Kwadru bejn il-Komunità Ewropea u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-programmi Komunitarji ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 334 M, tat-12 ta' Diċembru 2008 )
OJ L 58M, 3.3.2009, p. 153–154
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/528/corrigendum/2009-03-03/oj
3.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L NaN/153 |
Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra dwar Ftehim Kwadru bejn il-Komunità Ewropea u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-programmi Komunitarji
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 334 M, tat-12 ta' Diċembru 2008 )
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE) Nru 2005/528/KE għandha taqra:
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-2 ta’ Ġunju 2005
dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra dwar Ftehim Kwadru bejn il-Komunità Ewropea u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-programmi Komunitarji
(2005/528/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 13, 71, 80, 95, 127, 137, 149, 150, 151, 152, 153, 157, 166, 175, 280 u 308 flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu, it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) u l-Artikolu 300(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-Kunsill Ewropew ta' Thessaloniki ta' Ġunju 2003 approva l-“Aġenda ta' Thessaloniki għall-Balkani tal-Punent: lejn integrazzjoni Ewropea,” li pprovdiet li programmi Komunitarji jinfetħu għall-pajjiżi tal-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (PSA) skond il-prinċipji stabbiliti għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati. |
(2) |
Fil-komunikazzjoni tagħha dwar “Tħejjija għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fil-programmi u l-aġenziji Komunitarji”, il-Kummissjoni rrakomandat il-konklużjoni ma' l-Albanija, il-Bosnja Ħerzegovina, il-Kroazja, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u s-Serbja u Montenegro ta' ftehim kwadru li jistabbilixxu l-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni ta' kull pajjiż fil-programmi Komunitarji. |
(3) |
Skond id-direttivi ta' negozjar adottati mill-Kunsill fid-29 ta' April 2004, il-Kummissjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, innegozjat Protokoll għall-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Kwadru dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-programmi Komunitarji. |
(4) |
Dan il-Ftehim ġie ffirmat, f'isem il-Komunità, fit-22 ta' Novembru 2004 fi Brussel, soġġett għall-konklużjoni f'data aktar tard. |
(5) |
Fir-rigward ta' ftit mill-programmi koperti mill-Ftehim, it-Trattat ma jipprovdix setgħat minbarra dawk skond l-Artikolu 308. |
(6) |
It-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi rigward il-parteċipazzjoni ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-programmi Komunitarji, inkluż il-kontribut finanzjarju pagabbli, għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni f'isem il-Komunità. Għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill. |
(7) |
Dik li qabel kienet ir-Repubblika Jogoslava tal-Maċedonja tista' titlob assistenza finanzjarja għall-parteċipazzjoni fil-programmi Komunitarji skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000 tal-5 ta' Diċembru 2000 dwar l-assistenza għall-Albanija, il-Bosnja u l-Ħerzegovina, il-Kroazja, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (2) jew skond kwalunkwe Regolament simili li jipprovdi assistenza Komunitarja esterna għal dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li tista' tkun adottata fil-futur. |
(8) |
L-applikazzjoni tal-Ftehim għandha tiġi riveduta perijodikament. |
(9) |
Il-Protokoll ser ikun parti integrali tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2004. |
(10) |
Il-Ftehim għandu jkun approvat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Kwadru bejn il-Komunità Ewropea u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-programmi Komunitarji huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż għal din id-Deċiżjoni (3).
Artikolu 2
1. Il-Kummissjoni hija awtorizzata li tistabbilixxi, f'isem il-Komunità, it-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-parteċipazzjoni ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jogoslava tal-Maċedonja fi kwalunkwe programm partikolari, inkluż il-kontribut finanzjarju pagabbli. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita fil-kompitu tagħha minn kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.
2. Fejn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja titlob assistenza esterna, il-proċeduri previsti fir-Regolament (KE) Nru 2666/2000, u f'Regolamenti simili li jipprovdu assistenza Komunitarja esterna lil dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jistgħu jiġu adottati fil-futur, għandhom japplikaw.
Artikolu 3
Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tirrapporta dan lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat fejn hu meħtieġ minn proposti xierqa.
Artikolu 4
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità, jagħti n-notifiki previsti fl-Artikolu 10 tal-Ftehim.
Magħmul fil-Lussemburgu, 2 ta’ Ġunju 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
L. FRIEDEN
(1) Kunsens mogħti fl-10 ta’ Mejju 2005 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 306, 7.12.2000, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 2415/2001 (ĠU L 327, 12.12.2001, p. 3).
(3) Ara paġna 23 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.