Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R2256R(02)

    2256/2004/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2256/2004 tal- 14 ta' Ottubru 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward tal-kwoti tarrifarji Komunitarji għal ċerti prodotti li joriġinaw fl-Eġittu, f'Malta u f'Ċipru u fir-rigward tal-kwantitajiet ta' referenza għal ċerti prodotti li joriġinaw f'Malta u f'Ċipru ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

    OJ L 76M, 24.3.2009, p. 49–52 (MT)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/2256/corrigendum/2009-03-24/oj

    24.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L NaN/49


    Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2256/2004 tal-14 ta' Ottubru 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward tal-kwoti tarrifarji Komunitarji għal ċerti prodotti li joriġinaw fl-Eġittu, f'Malta u f'Ċipru u fir-rigward tal-kwantitajiet ta' referenza għal ċerti prodotti li joriġinaw f'Malta u f'Ċipru

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2256/2004 għandu jaqra:

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2256/2004

    tal-14 ta' Ottubru 2004

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward tal-kwoti tarrifarji Komunitarji għal ċerti prodotti li joriġinaw fl-Eġittu, f'Malta u f'Ċipru u fir-rigward tal-kwantitajiet ta' referenza għal ċerti prodotti li joriġinaw f'Malta u f'Ċipru

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat l-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet għall-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovejna u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (1), u partikolarment l-Artikolu 57(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 tad-9 ta' April 2001 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' tariffa ta' kwoti [kwota tariffarja] tal-Komunità u ta' kwantitajiet ta' referenza għall-prodotti eliġibbli għal preferenzi bis-saħħa ta' ftehim ma' ċerti pajjiżi tal-Mediterran u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1981/04 u (KE) Nru 934/95 (2), u partikolarment l-Artikolu 5(1)(b) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu 2004/664/KE (3) tal-24 ta’ Settembru 2004, il-Kunsill tal-awtorizzazzjoni għall-iffirmar u pprovda għall-applikazzjoni proviżorja mill-1 ta' Mejju 2004 ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa l-waħda u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea

    (2)

    Dan il-Protokoll jipprevedi kwota tariffarja ġdida għal bidliet fil-kwoti tariffarji eżistenti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 747/2001.

    (3)

    Sabiex tiġi implimentata l-kwota tariffarja l-ġdida u l-bidliet għall-kwoti tariffarji eżistenti, jeħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 747/2001.

    (4)

    Għas-sena 2004, il-volumi tal-kwota l-ġdida tariffarja u ż-żidiet fil-volumi tal-kwoti tariffarji eżistenti għandhom ikunu kkalkulati prorata tal-volumi bażiċi speċifikati fil-Protokoll, billi titqies il-parti tal-perjodu li għadda qabel l-1 ta’ Mejju 2004.

    (5)

    Sabiex ikun iffaċilitat l-immaniġjar ta' ċerti kwoti tariffarji eżistenti provduti fir-Regolament (KE) Nru 747/2001, il-kwantitajiet importati fil-qafas ta' dawk il-kwoti għandhom jiġu kkunsidrati għall-ħlas fuq il-kwoti tariffarji miftuħa skont ir-Regolament (KE) Nru 747/2001, kif emendat b'dan ir-Regolament.

    (6)

    Wara l-adeżjoni ta' Malta u Ċipru fl-Unjoni Ewropea, il-kwoti tariffarji u l-kwantitajiet ta' referenza għall-prodotti li joriġinaw f'dawk l-Istati Membri kif previst fir-Regolament (KE) Nru 747/2001 għandhom jiskadu. Ir-referenzi għal dawk il-kwoti u l-kwantitajiet ta' referenza għandhom għalhekk jitħassru.

    (7)

    Billi l-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju UE-Eġittu japplika fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Mejju 2004, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u għandu jidħol fis-seħħ kemm jista' jkun malajr.

    (8)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 747/2001 huwa emendat kif ġej:

    1.

    L-Artikolu 1 jitbiddel b’dan li ġej:

    “Artikolu 1

    Konċessjonijiet tariffarji fi ħdan il-kwoti tariffarji tal-Komunità jew fi ħdan kwantitajiet ta' referenza

    Meta prodotti li joriġinaw fl-Alġerija, fil-Marokk, fit-Tunisija, fl-Eġittu, fil-Ġordan, fis-Sirja, fil-Libanu, fl-Iżrael, fix-Xatta tal-Punent u fl-Istrippa ta' Gaża u fit-Turkija, elenkati fl-Annessi I sa IX jitqiegħdu f'ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità, dawn għandhom ikunu eliġibbli għal rati mnaqqsa tad-dazju doganali fil-limiti tal-kwoti tariffarji Komunitarji jew fil-qafas tal-kwanitajiet ta' referenza, matul il-perjodi u b'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.”

    2.

    L-Artikolu 3(2) jitħassar.

    3.

    L-Anness IV hu emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    4.

    L-Annessi X u XI jitħassru.

    Artikolu 2

    Il-kwantitajiet li, skont ir-Regolament (KE) Nru 747/2001, tqiegħdu f'ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità mill-bidu tal-perjodi tal-kwoti li jkunu għadhom miftuħa sal-1 ta' Mejju 2004 fil-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.1707, 09.1710, 09.1711, 09.1719, 09.1721 u 09.1772, fid-dħul tas-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni għall-ħlasijiet fuq il-kwoti tariffarji rispettivi stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 747/2001, kif emendat b'dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu jibda japplika mill-1 ta' Mejju 2004.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, nhar l-14 ta’ Ottubru 2004.

    Għall-Kummissjoni

    Frederik BOLKESTEIN

    Membru tal-Kummissjoni

    ANNESS

    It-tabella fl-Anness IV hija emendata kif ġej:

    (a)

    tiddaħħal ir-ringiela ġdida segwenti:

    “09.1779

    ex 0701 90 50

    Patata ġdida, friska jew imkessħa

    mill-1.5 sat-30.6.2004

    1 166,66

    Eżenzjoni”

    mill-1.4 sat-30.6.2005 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.4 sat-30.6

    1 750

    (b)

    il-ringieli għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.1710, 09.1719, 09.1707, 09.1711, 09.1721, 09.1725 u 09.1772 jinbidlu, rispettivament, b'li ġej:

    “09.1710

    0703 10

    Basal u shallots, frisk jew imkessaħ

    mill-1.2 sal-15.6.2004

    15 000 + żieda ta' 313,64 tunnellata ta' piż nett mill-1.5 sal-15.6.2004

    Eżenzjoni

    għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-15.6.

    16 150 (4)

    09.1719

    0712

    Ħxejjex imnixxfin, sħaħ, imqattgħin, imfella, imfarrkin jew fi trab, imma mhux imħejjin aktar

    mill-1.1 sal-31.12.2004

    16 000 + żieda ta' 366,67 tunnellata ta' piż nett mill-1.5 sal-31.12.2004

    Eżenzjoni

    għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12.

    16 550 (5)

    09.1707

    0805 10

    Larinġ, frisk jew imnixxef

    mill-1.1 sat-30.6.2004

    25 000 + żieda ta' 1 336,67 tunnellata ta' piż nett mill-1.5 sat-30.6.2004

    Eżenzjoni (2)

    mill-1.7.2004 sal-30.6.2005

    63 020

    mill-1.7.2005 sat-30.6.2006 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.7 sat-30.6.

    68 020

     

     

    li minnhom:

     

    li minnhom:

     

    09.1711

    0805 10 10

    0805 10 30

    0805 10 50

    Larinġ ħelu, frisk

    mill-1.1 sal-31.5.2004

    25 000 + żieda ta' 1 336,67 tunnellata ta' piż nett mill-1.5 sal-31.5.2004 (5)

    Eżenzjoni (6)

    mill-1.12.2004 sal-31.5.2005 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.12 sal-31.5

    34 000 (5)

    09.1721

    0807 19 00

    Bettieħ ieħor, frisk

    mill-1.1 sal-31.5.2004

    666,667 + żieda ta' 23,33 tunnellata ta' piż nett mill-1.5 sal-31.5.2004

    Eżenzjoni

    għal kull perjodu sussegwenti mill-15.10 sal-31.5.

    1 175 (7)

    09.1725

    0810 10 00

    Frawli, frisk

    mill-1.1 sal-31.3.2004

    250

    Eżenzjoni

    mill-1.10.2004 sal-31.3.2005

    1 205

    mill-1.10.2005 sal-31.3.2006 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.10 sal-31.3.

    1 705

    09.1772

    2009

    Meraq tal-frott (inkluż il-most tal-għenba) u meraq mill-ħxejjex, mhux iffermentat u mingħajr spirtu miżjud, sew jekk fihom zokkor miżjud jew xi sustanza oħra ta' taħlil sew jekk le

    mill-1.1 sal-31.12.2004

    1 000 + żieda ta' 33,33 tunnellata ta' piż nett mill-1.5 sal-31.12.2004

    Eżenzjoni (2)

    għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12.

    1 050 (6)


    (1)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.

    (2)  ĠU L 109, 19.4.2001, p. 2. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 54/2004 (ĠU L 7, 13.1.2004, p. 30).

    (3)  ĠU L 303, 30.9.2004, p. 28.

    (4)  Mill-1 ta' Jannar 2005, dan il-volum tal-kwota għandu jiżdied kull sena bi 3 % tal-volum tas-sena preċedenti. L-ewwel żieda għandha sseħħ fuq il-volum ta' 16 150 tunnellata ta' piż nett.

    (5)  Mill-1 ta' Jannar 2005, dan il-volum tal-kwota għandu jiżdied kull sena bi 3 % tal-volum tas-sena preċedenti. L-ewwel żieda għandha sseħħ fuq il-volum ta' 16 150 tunnellata ta' piż nett.

    (6)  Mill-1 ta' Jannar 2005, dan il-volum tal-kwota għandu jiżdied kull sena bi 3 % tal-volum tas-sena preċedenti. L-ewwel żieda għandha sseħħ fuq il-volum ta' 1 050 tunnellata ta' piż nett.

    (7)  Mill-15 ta’ Ottubru 2004, dan il-volum tal-kwota għandu jiżdied kull sena bi 3 % tal-volum tas-sena preċedenti. L-ewwel żieda għandha sseħħ fuq il-volum ta' 1 175 tunnellata ta' piż nett.”


    Top