Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1437R(01)

1437/2004/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1437/2004 tal- 11 ta’ Awwissu 2004 li jissupplementa l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 relattiv għar-reġistrazzjoni ta’ ċerti denominazzjonijiet fir- Reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ l-Oriġini protetti u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ( Valençay , Scottish Farmed Salmon , Ternera de Extremadura u Aceite de Mallorca jew Aceite mallorquín jew Oli de Mallorca jew Oli mallorquí ) ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

OJ L 71M, 17.3.2009, p. 47–48 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1437/corrigendum/2009-03-17/oj

17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/47


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1437/2004 tal-11 ta’ Awwissu 2004 li jissupplementa l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 relattiv għar-reġistrazzjoni ta’ ċerti denominazzjonijiet fir-“Reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ l-Oriġini protetti u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” (“Valençay”, “Scottish Farmed Salmon”, “Ternera de Extremadura” u “Aceite de Mallorca” jew “Aceite mallorquín” jew “Oli de Mallorca” jew “Oli mallorquí”)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1437/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1437/2004

tal-11 ta’ Awwissu 2004

li jissupplementa l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 relattiv għar-reġistrazzjoni ta’ ċerti denominazzjonijiet fir-“Reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ l-Oriġini protetti u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” (“Valençay”, “Scottish Farmed Salmon”, “Ternera de Extremadura” u “Aceite de Mallorca” jew “Aceite mallorquín” jew “Oli de Mallorca” jew “Oli mallorquí”)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992, relattiv għall-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-Denominazzjonijiet ta’ l-Oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) ta’ dan;

Billi:

(1)

F’konformità ma’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, Franza għaddiet lill-Kummissjoni talba ta’ reġistrazzjoni bħala Denominazzjoni ta’ l-Oriġini għad-Denominazzjoni “Valençay”, ir-Renju Unit għadda lill-Kummissjoni talba għar-reġistrazzjoni bħala indikazzjoni ġeografika għad-denominazzjoni “Scottish Farmed Salmon”, u Spanja għaddiet lill-Kummissjoni talba ta’ reġistrazzjoni bħala indikazzjoni ġeografika għad-denominazzjoni “Ternera de Extremadura” u talba ta’ reġistrazzjoni bħala Denominazzjoni ta’ l-Oriġini għad-denominazzjoni “Aceite de Mallorca” jew “Aceite mallorquín” jew “Oli de Mallorca” jew “Oli mallorquí”.

(2)

Ġie ċċertifikat, f’konformità ma’ l-Artikolu 6(1) ta’ l-imsemmi Regolament, li dawn huma konformi ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari li huma għandhom l-elementi kollha stipulati mill-Artikolu 4 ta’ dan.

(3)

L-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, ma ġiet mgħoddija lill-Kummissjoni wara l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2) tad-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(4)

Għalhekk, dawn id-denominazzjonijiet jistħoqqilhom li jitniżżlu fir-“Reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ l-Oriġini protetti u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” u għalhekk li jkunu protetti fil-pjan komunitarju bħala Denominazzjoni ta’ l-Oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta.

(5)

L-Anness mar-Regolament preżenti jissupplementa l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 (3).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 hu supplementat mid-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness tar-Regolament preżenti u dawn id-denominazzjonijiet huma mniżżla bħala Denominazzjoni ta’ l-Oriġini protetta (AOP) jew indikazzjoni ġeografika protetta (IGP), fir-“Reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ l-Oriġini protetti u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” stipulat mill-Artikolu 6 Paragrafu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fit-totalità kollha tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Awwissu 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

PRODOTTI TA’ L-ANNESS I TAT-TRATTAT DESTINATI GħALL-IKEL UMAN

Ġobon

FRANZA

Valençay (AOP)

Ħut, molluski, krustaċji friski u prodotti a bażi ta’

RENJU UNIT

Scottish Farmed Salmon (IGP)

Laħam (u interjuri) friski

SPANJA

Ternera de Extremadura (IGP)

Materji grassi, (butir, marġerina, żjut eċċ)

SPANJA

Aceite de Mallorca jew Aceite mallorquín jew Oli de Mallorca jew Oli mallorquí (AOP)


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1215/2004 (ĠU L 232, 1.7.2004, p. 21).

(2)  ĠU C 236, 2.10.2003, p. 27 (Valençay).

ĠU C 246, 14.10.2003, p. 4 (Scottish Farmed Salmon).

ĠU C 246, 14.10.2003, p. 10 (Ternera de Extremadura).

ĠU C 246, 14.10.2003, p. 15 (Aceite de Mallorca jew Aceite mallorquín jew Oli de Mallorca jew Oli mallorquí).

(3)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1258/2004 (ĠU L 239, 9.7.2004, p. 5).


Top