Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22006D0074R(01)

    74/2006: Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/2006 tat- 2 ta’ Ġunju 2006 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi l barra mill-erba libertajiet ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 M, tat-13 ta' Diċembru 2008 )

    OJ L 64M, 10.3.2009, p. 160–160 (MT)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/74/corrigendum/2009-03-10/oj

    10.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L NaN/160


    Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/2006 tat-2 ta’ Ġunju 2006 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi “l barra mill-erba” libertajiet

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 M, tat-13 ta' Diċembru 2008 )

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/2006 għandha taqra:

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 74/2006

    tat-2 ta’ Ġunju 2006

    li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi “l barra mill-erba” libertajiet

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 86 u 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 40/2006 ta' l-10 ta’ Marzu 2006 (1).

    (2)

    Ikun xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim titkompla fl-implimentazzjoni u fl-iżvilupp tas-Suq Intern.

    (3)

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni titkompla lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2005,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Il-kliem “snin 2004 u 2005” fil-paragrafu 6 għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “snin 2004, 2005 u 2006”.

    2.

    Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 6:

    “7.   L-Istati ta’ l-EFTA għandhom, mill-1 ta’ Jannar 2006, jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Komunità relatati mal-linja tal-baġit li ġejja, imdaħħla fil-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006:

    Linja tal-baġit 02.03.01: ‘Implimentazzjoni u żvilupp tas-suq intern’.”

    3.

    Il-kliem “paragrafi 5 u 6” fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “paragrafi 5, 6 u 7”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (2).

    Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2006.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Ġunju 2006.

    Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

    Il-President

    R. WRIGHT


    (1)  ĠU L 147, 1.6.2006, p. 63.

    (2)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m’huma indikati.


    Top