Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22005D0559R(01)

    2005/559/KE: Rettifika għad-Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat Konġunt KE-EFTA dwar transitu komuni tas- 17 ta’ Ġunju 2005 li temenda l-Konvenzjoni ta' l- 20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura ta’ transitu komuni ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 334 M, tat-12 ta' Diċembru 2008 )

    OJ L 58M, 3.3.2009, p. 96–97 (MT)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/559/corrigendum/2009-03-03/oj

    3.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L NaN/96


    Rettifika għad-Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat Konġunt KE-EFTA dwar “transitu komuni” tas-17 ta’ Ġunju 2005 li temenda l-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura ta’ transitu komuni

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 334 M, tat-12 ta' Diċembru 2008 )

    Id-Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat Konġunt KE-EFTA dwar “transitu komuni”għandha taqra:

    DEĊIŻJONI Nru 2/2005 TAL-KUMITAT KONĠUNT KE-EFTA DWAR TRANSITU KOMUNI

    tas-17 ta’ Ġunju 2005

    li temenda l-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura ta’ transitu komuni

    (2005/559/KE)

    IL-KUMITAT KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 dwar il-proċedura ta' transitu komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(3)(a) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-identità u n-nazzjonalità tal-mezzi ta' trasport fit-tluq hi meqjusa bħala informazzjoni mandatorja li għandha tiddaħħal fil-kaxxa 18 ta' dikjarazzjoni ta' transitu.

    (2)

    Fit-terminali għall-container li għandhom livelli għoljin ta' traffiku jista' jiġri li d-dettalji tal-mezzi ta' trasport bit-triq li għandhom jintużaw għat-trasport ma jkunux magħrufin fil-ħin li jitwettqu l-formalitajiet ta' transitu. Madankollu, l-identifikazzjoni tal-container li fih ser tinġarr il-merkanzija soġġetta għad-dikjarazzjoni ta' transitu hi disponibbli u hi diġà indikata fil-kaxxa 31 tad-dikjarazzjoni tat-transitu.

    (3)

    Taħt dawn iċ-ċirkostanzi u b'konsiderazzjoni li l-merkanzija tista' tiġi kkontrollata abbażi ta' dan, għandu jingħata grad xieraq ta' flessibilità billi jkun permess li l-kaxxa 18 tad-dikjrazzjoni ta' transitu ma timteliex, safejn jista' jiġi żgurat li d-dettalji korretti ser jiddaħħlu sussegwentement fil-kaxxa rilevanti.

    (4)

    Il-Konvenzjoni għandha għaldaqstant tiġi emendata kif meħtieġ.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness A7 għall-Appendiċi III tal-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura ta' transitu komuni għandu jiġi emendat skond l-Anness għal din id-deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih tiġi adottata.

    Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2005.

    Magħmul f’Berna, 17 ta’ Ġunju 2005.

    Għall-Kumitat Konġunt

    Il-President

    Rudolf DIETRICH

    ANNESS

    Fl-Anness A7 ta' l-Appendiċi III, it-Titolu II, il-Punt I tal-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura ta' transitu komuni, dan li ġej għandu jiddaħħal bħala t-tieni subparagrafu fin-nota ta' spejagazzjoni għall-kaxxa 18:

    “Madankollu, fejn il-merkanzija tinġarr f'containers li għandhom jiġu trasportati b'vetturi tat-triq, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-prinċipal biex iħalli din il-kaxxa vojta fejn is-sitwazzjoni loġistika fil-punt tat-tluq tista' ma tippermettix li tingħata l-identità u n-nazzjonalità tal-mezzi ta' trasport fil-ħin ta' l-istabbiliment tad-dikjarazzjoni ta' transitu, u fejn ikunu jistgħu jiżguraw li l-informazzjoni korretta dwar il-mezzi ta' trasport ser tiddaħħal sussegwentement fil-kaxxa 55.”


    (1)  ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2. Konvenzjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2/2002 ĠU L 4, 9.1.2003, p. 18.


    Top