Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02022R2472-20221221

    Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2472 tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u f’żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2472/2022-12-21

    02022R2472 — MT — 21.12.2022 — 000.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2472

    tal-14 ta’ Diċembru 2022

    li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u f’żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 327 21.12.2022, p. 1)


    Ikkoreġut bi:

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 137, 25.5.2023, p.  73 ((UE) 2022/2472)




    ▼B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2472

    tal-14 ta’ Diċembru 2022

    li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u f’żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



    WERREJ

    KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

    KAPITOLU II REKWIŻITI PROĊEDURALI

    KAPITOLU III KATEGORIJI TA’ GĦAJNUNA

    Taqsima 1

    Għajnuna favur l-SMEs attivi fil-produzzjoni agrikola primarja, fl-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli jew fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli

    Taqsima 2

    Għajnuna għall-ħarsien ambjentali fl-agrikultura

    Taqsima 3

    Għajnuna għal investimenti favur il-konservazzjoni tal-wirt kulturali u naturali

    Taqsima 4

    Għajnuna li tagħmel tajjeb għad-danni kkawżati minn diżastri naturali fis-settur tal-agrikoltura

    Taqsima 5

    Għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni

    Taqsima 6

    Għajnuna favur il-forestrija

    Taqsima 7

    Għajnuna favur l-SMEs fiż-Żoni Rurali

    KAPITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI



    KAPITOLU I

    Dispożizzjonijiet komuni

    Artikolu 1

    Kamp ta’ applikazzjoni

    1.  

    Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kategoriji ta’ għajnuna li ġejjin:

    (a) 

    għajnuna favur l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (SMEs):

    (i) 

    attivi fis-settur agrikolu, jiġifieri fil-produzzjoni agrikola primarja, l-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 14, 15, 16, 18, 23 u 25 sa 31, li għandhom japplikaw biss għall-SMEs attivi fil-produzzjoni agrikola primarja;

    (ii) 

    attivi f’attivitajiet mhux agrikoli f’żoni rurali li jaqgħu ’il barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat, sakemm din l-għajnuna tingħata f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115 u hija jew kofinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) jew inkella mogħtija bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal tali miżuri kofinanzjati. B’deroga, dan ir-Regolament għandu japplika għal għajnuna lill-muniċipalitajiet li jibbenefikaw direttament jew indirettament minn proġetti tas-CLLD, skont l-Artikoli 60 u 61 ta’ dan ir-Regolament.

    (b) 

    għajnuna għall-ħarsien ambjentali fl-agrikoltura, kif imsemmija fl-Artikoli 33, 34 u 35, li għandha tapplika biss għal impriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja;

    (c) 

    għajnuna għal investimenti għall-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali lokalizzat fuq l-azjendi agrikoli u fil-foresti;

    (d) 

    għajnuna favur l-għemil tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali fis-settur agrikolu;

    (e) 

    għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija;

    (f) 

    għajnuna favur il-forestrija.

    2.  
    Meta l-Istati Membri jqisu li huwa xieraq, huma jistgħu jagħżlu li jagħtu l-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a), (e) u (f), f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 ( 1 ).
    3.  

    Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

    (a) 

    skemi ta’ għajnuna msemmija fl-Artikoli 14, 17, 41 sa 44 u 46, l-iskemi ta’ għajnuna msemmija fl-Artikoli 49 u 50, jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 12, minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħhom. Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li dan ir-Regolament għandu jkompli japplika għal skema ta’ għajnuna għal aktar minn sitt xhur, wara li tkun ivvalutat il-pjan ta’ evalwazzjoni rilevanti nnotifikat mill-Istat Membru lill-Kummissjoni. Meta jissottomettu l-pjanijiet ta’ evalwazzjoni, l-Istati Membri għandhom jissottomettu wkoll l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ evalwazzjoni u tieħu deċiżjoni;

    (b) 

    kull tibdil fl-iskemi msemmija fil-punt (a) minbarra l-modifiki li ma jaffettwawx il-kompatibbiltà tal-iskema ta’ għajnuna skont dan ir-Regolament jew ma jaffettwawx b’mod sinifikanti l-kontenut tal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat;

    (c) 

    għajnuna għal attivitajiet relatati mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri, jiġifieri għajnuna marbuta direttament mal-kwantitajiet esportati, mat-twaqqif u t-tħaddim ta’ network ta’ distribuzzjoni jew ma’ kostijiet kurrenti oħrajn marbuta mal-attività tal-esportazzjoni;

    (d) 

    għajnuna li tiddependi mill-użu ta’ prodotti domestiċi minflok dawk importati.

    4.  

    Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

    (a) 

    skemi ta’ għajnuna li ma jeskludux espliċitament il-pagament ta’ għajnuna individwali favur impriża li hija soġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara illegali u inkompatibbli mas-suq intern l-għajnuna mogħtija mill-istess Stat Membru, bl-eċċezzjoni ta’:

    (i) 

    skemi ta’ għajnuna biex jagħmlu tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali f’konformità mal-Artikolu 37;

    (ii) 

    skemi ta’ għajnuna għal proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (community-led local development, “CLLD”) jew għal proġetti tal-Grupp Operazzjonali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u l-iżvilupp sostenibbli tal-agrikoltura (European Innovation Partnership, “EIP”) f’konformità mal-Artikoli 40 u 61;

    (b) 

    għajnuna ad hoc għal impriża msemmija fil-punt (a).

    5.  

    Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal għajnuna lil impriżi f’diffikultà, bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna mogħtija:

    (a) 

    għal azzjonijiet ta’ informazzjoni fis-setturi agrikoli u tal-forestrija f’konformità mal-Artikoli 21 u 47;

    (b) 

    għal miżuri ta’ promozzjoni fil-forma ta’ pubblikazzjonijiet immirati sabiex iqajmu sensibilizzazzjoni dwar il-prodotti agrikoli fost il-pubbliku ġenerali f’konformità mal-Artikolu 24(2), il-punt (b);

    (c) 

    biex tikkumpensa għall-kostijiet tal-prevenzjoni, tal-kontroll u tal-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti f’konformità mal-Artikolu 26(8) u (9);

    (d) 

    biex tkopri l-kostijiet tat-tneħħija u tal-qerda ta’ bhejjem mejta f’konformità mal-Artikolu 27(2), il-punti (c), (d) u (e);

    (e) 

    għal żvantaġġi relatati ma’ żoni ta’ Natura 2000 f’konformità mal-Artikolu 33;

    (f) 

    biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali f’konformità mal-Artikolu 37;

    (g) 

    għal impriżi li jipparteċipaw fi proġetti tas-CLLD u proġetti tal-Grupp Operazzjonali tal-EIP jew li jibbenefikaw minn tali proġetti, f’konformità mal-Artikoli 40 u 61;

    (h) 

    fil-każijiet li ġejjin, sakemm l-impriża saret impriża f’diffikultà minħabba telf jew ħsarat ikkawżati mill-avveniment inkwistjoni:

    (i) 

    biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn event klimatiku avvers li jista’ jkun assimilat ma’ diżastru naturali f’konformità mal-Artikolu 25;

    (ii) 

    biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn mard tal-annimali u pesti tal-pjanti f’konformità mal-Artikolu 26(9) u l-Artikolu 26(10);

    (iii) 

    biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn annimali protetti f’konformità mal-Artikolu 29;

    (iv) 

    għar-restawr tal-ħsara lill-foresti f’konformità mal-Artikolu 43(2), il-punt (d).

    6.  

    Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal għajnuna, li fiha nnifisha, bil-kundizzjonijiet marbuta magħha jew bil-metodu ta’ finanzjament tagħha tammonta għal ksur indiviżibbli tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari:

    (a) 

    għajnuna fejn l-għoti tal-għajnuna jkun soġġett għall-obbligu li l-benefiċjarju juża prodotti manifatturati fuq livell nazzjonali jew servizzi nazzjonali;

    (b) 

    għajnuna li tillimita l-possibbiltà li l-benefiċjarji jisfruttaw ir-riżultati tar-riċerka, tal-iżvilupp u tal-innovazzjoni fi Stati Membri oħrajn.

    7.  
    Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal għajnuna favur prodotti agrikoli skont it-tifsira tal-Anness 1 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura ( 2 ), li tikkostitwixxi sussidju għall-esportazzjoni kif definit minn dak il-Ftehim. Bl-istess mod, ma għandux japplika għal għajnuna favur prodotti bħal dawn, li tikkostitwixxi appoġġ għall-finanzjament tal-esportazzjoni pprovdut minn gvern jew minn kwalunkwe korp pubbliku fl-ambitu tad-Deċiżjoni Ministerjali tad-WTO dwar il-Kompetizzjoni tal-Esportazzjoni tad-19 ta’ Diċembru 2015 ( 3 ), jekk ma tikkonformax mar-rekwiżiti rilevanti tal-paragrafu 15 ta’ dik id-Deċiżjoni dwar it-terminu massimu ta’ ħlas lura u l-awtofinanzjament.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1) 

    “għajnuna ad hoc” tfisser għajnuna mhux mogħtija fuq il-bażi ta’ skema ta’ għajnuna;

    (2) 

    “event klimatiku avvers li jista’ jkun assimilat ma’ diżastru naturali” tfisser kundizzjonijiet ħżiena tat-temp bħal ġlata, maltempati u silġ, borra, xita bil-qliel jew persistenti, jew nixfa severa li jeqirdu, fil-każ tal-agrikoltura, aktar minn 30 % tal-medja tal-produzzjoni kkalkolata fuq il-bażi tal-perjodu preċedenti ta’ tliet snin jew medja ta’ tliet snin abbażi tal-perjodu preċedenti ta’ ħames snin, esklużi l-ogħla entrata u dik l-aktar baxxa; fil-każ tal-forestrija, aktar minn 20 % tal-potenzjal tal-forestrija;

    (3) 

    “konsulenza” tfisser konsulenza kompleta mogħtija fil-qafas tal-istess kuntratt;

    (4) 

    “attività agrikola” tfisser attività kif iddeterminata minn Stat Membru fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115;

    (5) 

    “żona agrikola” tfisser kwalunkwe żona kif iddeterminata minn Stat Membru fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu f’konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2021/2115;

    (6) 

    “azjenda agrikola” tfisser unità li tinkludi art, bini u faċilitajiet użati għal produzzjoni primarja agrikola;

    (7) 

    “prodott agrikolu” tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat, minbarra l-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );

    (8) 

    “is-settur agrikolu” tfisser l-impriżi kollha attivi fil-produzzjoni agrikola primarja, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli;

    (9) 

    “sistemi agroforestali” tfisser sistemi tal-użu tal-art li fihom is-siġar jitkabbru flimkien ma’ agrikoltura fuq l-istess art;

    (10) 

    “għajnuna” tfisser kull miżura li tissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat;

    (11) 

    “għajnuna mogħtija fil-qafas ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK” tfisser appoġġ mogħti f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115 jew bħala għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR jew bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal tali għajnuna kofinanzjata;

    (12) 

    “intensità tal-għajnuna” tfisser l-ammont gross tal-għajnuna espress bħala perċentwal tal-kostijiet eliġibbli, qabel kull tnaqqis ta’ taxxa jew imposta oħra;

    (13) 

    “skema ta’ għajnuna” tfisser kull att li fuq il-bażi tiegħu, mingħajr ma jkunu meħtieġa miżuri ta’ implimentazzjoni oħrajn, jistgħu jingħataw għajnuniet individwali lill-impriżi li jkunu definiti fl-att b’mod ġenerali u astratt u kull att li fuq il-bażi tiegħu, għajnuna li ma tkunx konnessa ma’ proġett speċifiku tista’ tingħata lil impriża waħda jew aktar għal perjodu ta’ żmien indefinit u/jew għal ammont indefinit;

    (14) 

    “distakkament” tfisser li l-kundizzjonijiet tat-tranżazzjoni bejn il-partijiet kontraenti ma jvarjawx minn dawk li jkunu stabbiliti bejn impriżi indipendenti u ma fihom ebda element ta’ kollużjoni. Kull tranżazzjoni li tirriżulta minn proċedura miftuħa, trasparenti u bla ebda kundizzjoni titqies li tosserva l-prinċipju tad-distakkament;

    (15) 

    “miżuri ta’ bijosigurtà” tfisser miżuri ta’ ġestjoni u miżuri fiżiċi mfassla sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-introduzzjoni, tal-iżvilupp u tat-tixrid ta’ mard lejn, minn u fi ħdan dan li ġej:

    (a) 

    popolazzjoni tal-annimali;

    (b) 

    stabbiliment, żona, kompartiment, mezz tat-trasport jew kwalunkwe faċilità, post jew lokazzjoni oħra.

    (16) 

    “ktieb tat-tnissil” tfisser ktieb kif previst fl-Artikolu 2, il-punt (12) tar-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );

    (17) 

    “Pjan Strateġiku tal-PAK” tfisser il-Pjan Strateġiku tal-PAK kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115;

    (18) 

    “xogħlijiet kapitalizzati” tfisser xogħlijiet li jitwettqu mill-bidwi nnifsu jew mill-ħaddiema tiegħu fuq il-farm, li permezz tagħhom jinħoloq attiv;

    (19) 

    “skemi ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola” relatati ma’ skemi ta’ għajnuna għal prattiki ta’ ġestjoni tal-art li jirriżultaw f’żieda fil-ħżin tal-karbonju fil-bijomassa ħajja, fil-materja organika mejta u fil-ħamrija billi jittejjeb il-qbid tal-karbonju u/jew jitnaqqas ir-rilaxx tal-karbonju fl-atmosfera;

    (20) 

    “event katastrofiku” tfisser event mhux previst ta’ natura bijotika jew mhux bijotika kkawżat minn azzjoni umana li twassal għal disturbi kbar fl-istrutturi forestali, u li eventwalment jikkawża ħsara ekonomika kbira lis-setturi forestali;

    (21) 

    “data tal-għoti tal-għajnuna” tfisser id-data li fiha l-benefiċjarju ngħata d-dritt legali li jirċievi l-għajnuna skont ir-reġim legali nazzjonali applikabbli;

    (22) 

    “miżuri ta’ kontroll u ta’ eradikazzjoni” tfisser miżuri rigward mard tal-annimali li għalihom tkun ġiet rikonoxxuta formalment tifqigħa minn awtorità kompetenti tal-Istat Membru, jew rigward pesti tal-pjanti jew speċijiet aljeni invażivi li tkun ġiet rikonoxxuta formalment il-preżenza tagħhom minn awtorità kompetenti;

    (23) 

    “pjan ta’ evalwazzjoni” tfisser dokument li jkopri skema ta’ għajnuna waħda jew aktar u li fih mill-inqas l-aspetti li ġejjin: l-objettivi li għandhom jiġu vvalutati, il-mistoqsijiet tal-evalwazzjoni, l-indikaturi tar-riżultat, il-metodoloġija prevista biex titwettaq l-evalwazzjoni, ir-rekwiżiti għall-ġbir tad-data, iż-żmien propost tal-evalwazzjoni inkluża d-data tas-sottomissjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni interim u finali, id-deskrizzjoni tal-korp indipendenti li jwettaq l-evalwazzjoni jew il-kriterji li se jintużaw għall-għażla tiegħu u l-modalitajiet biex l-evalwazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku;

    (24) 

    “bhejjem mejta” tfisser annimali li nqatlu permezz tal-ewtanasja b’dijanjożi definita jew mingħajrha jew li mietu, inklużi annimali li twieldu mejta u li ma twildux, ġo farm jew fi kwalunkwe bini jew matul it-trasport, iżda li ma nqatlux għall-konsum tal-bniedem;

    (25) 

    “siġar li jikbru malajr” tfisser foresta b’rotazzjoni qasira, fejn iż-żmien minimu qabel il-ħsad ma jistax ikun anqas minn 8 snin u ż-żmien massimu qabel il-ħsad ma jistax jeċċedi l-20 sena;

    (26) 

    “skema fiskali suċċessiva” tfisser skema fil-forma ta’ benefiċċji fiskali li tikkostitwixxi verżjoni emendata ta’ skema li preċedentement kienet teżisti fil-forma ta’ benefiċċji fiskali, u li tissostitwiha;

    (27) 

    “kostijiet fissi li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni fi skema ta’ kwalità” tfisser il-kostijiet imġarrba għad-dħul fi skema ta’ kwalità appoġġata u l-kontribuzzjoni annwali għall-parteċipazzjoni f’dik l-iskema ta’ kwalità, inkluża, fejn ikun hemm bżonn, in-nefqa fuq il-verifiki meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-iskema ta’ kwalità;

    (28) 

    “bijokarburant magħmul mill-ikel” tfisser bijokarburant prodott minn għelejjel tal-ikel u tal-għalf, kif definit fid-Direttiva (UE) 2018/2001;

    (29) 

    “oġġetti tal-ikel” tfisser oġġetti tal-ikel li ma humiex prodotti agrikoli u li huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );

    (30) 

    “l-ekwivalenti ta’ għotja gross” tfisser l-ammont tal-għajnuna li kieku ġie pprovdut fil-forma ta’ għotja lill-benefiċjarju, qabel ma titnaqqas kwalunkwe taxxa jew imposta oħra;

    (31) 

    “għajnuna individwali” tfisser:

    (a) 

    għajnuna ad hoc;

    (b) 

    għotjiet ta’ għajnuna lil benefiċjarji individwali abbażi ta’ skema ta’ għajnuna;

    (32) 

    “assi intanġibbli” tfisser assi li ma għandhomx forma fiżika jew finanzjarja bħal privattivi, liċenzji, għarfien espert jew proprjetà intellettwali oħra;

    (33) 

    “investimenti sabiex tinżamm konformità ma’ standard tal-Unjoni” tfisser investimenti li jsiru sabiex ikun hemm konformità ma’ standard tal-Unjoni wara l-iskadenza tal-perjodu tranżizzjonali previst fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

    (34) 

    “intrapriżi kbar” tfisser impriżi li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Anness I;

    (35) 

    “il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli” tfisser iż-żamma jew il-wiri bl-iskop ta’ bejgħ, l-offerta għal bejgħ, il-kunsinna jew kwalunkwe mod ieħor ta’ tqegħid fis-suq, minbarra l-ewwel bejgħ minn bidwi lil bejjiegħa jew proċessuri u kwalunkwe attività li tħejji prodott għal dan l-ewwel bejgħ; bejgħ minn bidwi lill-konsumaturi finali jitqies bħala kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli jekk iseħħ f’bini jew faċilitajiet separati riżervati għal dak l-iskop;

    (36) 

    “fond mutwu” tfisser skema akkreditata mill-Istat Membru f’konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu għall-bdiewa affiljati sabiex jassiguraw lilhom infushom, li fiha jsiru pagamenti kumpensatorji lill-bdiewa affiljati li jesperjenzaw telf ekonomiku;

    (37) 

    “żoni ta’ Natura 2000” tfisser żoni agrikoli jew forestali speċjali kif imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/43/KEE u fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/147/KE;

    (38) 

    “diżastri naturali” tfisser terremoti, valangi, uqigħ tal-art u għargħar, uragani, trombi tal-arja, eruzzjonijiet vulkaniċi u nirien fil-foresti ta’ oriġini naturali;

    (39) 

    “investiment mhux produttiv” tfisser investiment li ma jwassalx għal żieda sinifikanti fil-valur jew fil-profittabbiltà tal-azjenda;

    (40) 

    “operazzjonijiet qabel l-ipproċessar industrijali” tfisser il-qtugħ, id-diżintegrazzjoni, l-istrippaġġ, it-tqattigħ, il-ħżin, it-trattament protettiv u t-tnixxif tal-injam u l-operazzjonijiet l-oħra kollha tax-xogħol qabel l-isserrar industrijali tal-injam f’mitħna għall-isserrar; kif ukoll l-isserrar fejn il-kapaċità massima tal-ipproċessar hija ta’ 20 000 m3 ta’ input tal-injam tond fis-sena għall-isserrar tal-injam;

    (41) 

    “eventi klimatiċi avversi oħrajn” tfisser kundizzjonijiet tat-temp mhux favorevoli li ma jaqgħux fid-definizzjoni ta’event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali;

    (42) 

    “reġjuni ultraperiferiċi” tfisser ir-reġjuni msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 tat-Trattat;

    (43) 

    “pest tal-pjanti” tfisser: kwalunkwe speċi, razza jew bijotip ta’ pjanta, annimal jew patoġenu li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti;

    (44) 

    “produzzjoni agrikola primarja” tfisser il-produzzjoni ta’ prodotti tal-ħamrija u tat-trobbija tal-bhejjem, elenkati fl-Anness I tat-Trattat, mingħajr it-twettiq ta’ kwalunkwe operazzjoni ulterjuri li tbiddel in-natura ta’ dawn il-prodotti;

    (45) 

    “ipproċessar ta’ prodotti agrikoli” tfisser kwalunkwe operazzjoni fuq prodott agrikolu li tirriżulta fi prodott li huwa wkoll prodott agrikolu, minbarra attivitajiet fil-farm meħtieġa għat-tħejjija ta’ prodott mill-annimali jew mill-pjanti għall-ewwel bejgħ;

    (46) 

    “grupp jew organizzazzjoni ta’ produtturi” tfisser grupp jew organizzazzjoni stabbiliti għall-fini:

    (a) 

    tal-adattament tal-produzzjoni u l-output tal-produtturi li huma membri ta’ tali gruppi jew organizzazzjonijiet ta’ produtturi skont ir-rekwiżiti tas-suq;

    (b) 

    tat-tqegħid b’mod konġunt ta’ prodotti fis-suq, inklużi l-preparazzjoni għall-bejgħ, iċ-ċentralizzazzjoni tal-bejgħ u l-provvista lix-xerrejja bl-ingrossa;

    (c) 

    l-istabbiliment ta’ regoli komuni dwar l-informazzjoni fuq il-produzzjoni, b’attenzjoni partikolari għall-ħsad u d-disponibbiltà;

    (d) 

    attivitajiet oħra li jistgħu jitwettqu minn gruppi jew organizzazzjonijiet ta’ produtturi, bħall-iżvilupp ta’ ħiliet kummerċjali u ta’ kummerċjalizzazzjoni, l-organizzazzjoni u l-iffaċilitar ta’ proċessi ta’ innovazzjoni, il-ġestjoni konġunta tal-art tal-membri, l-użu ta’ prattiki ta’ kultivazzjoni u tekniki ta’ produzzjoni tajbin għall-ambjent, prattiki u tekniki tajbin għall-benessri tal-annimali;

    (47) 

    “annimal protett” tfisser kwalunkwe annimal protett jew mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew minn dik nazzjonali, inklużi speċijiet ta’ annimali li għalihom il-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi regoli speċifiċi sabiex tiġi ppreservata l-popolazzjoni;

    (48) 

    “mappa tal-għajnuna reġjonali” tfisser il-lista taż-żoni deżinjati minn Stat Membru f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat ( 7 ) u approvata mill-Kummissjoni;

    (49) 

    “self bil-quddiem li jitħallas lura” tfisser għoti ta’ self għal proġett li jitħallas f’pagament wieħed jew f’pagamenti parzjali u li l-kundizzjonijiet għar-rimborż tiegħu jiddependu fuq l-eżitu tal-proġett;

    (50) 

    “organizzazzjoni ta’ riċerka u tixrid tal-għarfien” tfisser entità, irrispettivament mill-istatus legali jew il-mod ta’ finanzjament tagħha, li l-għan primarju tagħha huwa li twettaq b’mod indipendenti riċerka fundamentali, riċerka industrijali jew żvilupp sperimentali, jew li xxerred b’mod wiesa’ r-riżultati ta’ tali attivitajiet permezz ta’ tagħlim, pubblikazzjoni jew trasferiment tal-għarfien.

    (51) 

    “il-gżejjer minuri tal-Eġew” tfisser il-gżejjer minuri msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 );

    (52) 

    “SME” jew “intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju” tfisser impriżi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness I;

    (53) 

    “bidu ta’ xogħlijiet fuq il-proġett jew l-attività” tfisser jew il-bidu tal-attivitajiet jew ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni marbuta mal-investiment, liema minnhom jinbeda l-ewwel, jew l-ewwel impenn legalment vinkolanti sabiex jiġi ordnat apparat jew sabiex jiġu impjegati servizzi jew kull impenn ieħor li permezz tiegħu l-proġett jew l-attività jsiru irriversibbli; ix-xiri ta’ art u xogħlijiet preparatorji bħalma huma l-kisba ta’ permessi u t-twettiq ta’ studji dwar il-fattibbiltà ma humiex ikkunsidrati bħala l-bidu ta’ xogħlijiet jew attività;

    (54) 

    “servizzi sussidjarji” tfisser forma ta’ għajnuna, fejn l-għajnuna tingħata lill-benefiċjarju finali indirettament, in natura, u titħallas lill-fornitur tas-servizz jew tal-attività inkwistjoni;

    (55) 

    “assi tanġibbli” tfisser assi li jikkonsistu f’art, bini u impjanti, makkinarju u tagħmir;

    (56) 

    “kost tat-tranżazzjoni” tfisser il-kost addizzjonali konness mat-twettiq ta’ impenn, iżda mhux direttament attribwibbli għall-implimentazzjoni tiegħu jew mhux inkluż fil-kostijiet jew l-introjtu mitluf li għalihom jingħata kumpens b’mod dirett; u li jista’ jiġi kkalkolat abbażi ta’ kost standard;

    (57) 

    “kostijiet tat-testijiet tal-Enċefalopatija Sponġiformi Trażmissibbli (TSE) u Enċefalopatija Sponġiformi Bovina (BSE)” tfisser il-kostijiet kollha, inklużi dawk għall-kits tat-testijiet u għat-teħid, it-trasport, l-ittestjar, il-ħażna u l-qerda ta’ kampjuni meħtieġa għat-teħid ta’ kampjuni u ttestjar fil-laboratorju f’konformità mal-Kapitolu C tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 );

    (58) 

    “siġar għat-tkabbir ta’ msaġar b’rotazzjoni qasira” tfisser speċijiet ta’ siġar tal-kodiċi NM 06 02 9041 li jridu jiġu definiti mill-Istati Membri, li jikkonsistu minn għelejjel perenni tal-injam, fejn ir-riżomi jew iz-zkuk tagħhom jibqgħu fl-art wara l-ħsad, bi friegħi ġodda li jikbru fl-istaġun ta’ wara u b’ċiklu massimu tal-ħsad li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri;

    (59) 

    “impriża f’diffikultà” tfisser impriża li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt (18) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 651/2014;

    (60) 

    “Standard tal-Unjoni” tfisser standard obbligatorju previst fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li jistabbilixxi l-livell li impriżi individwali għandhom jiksbu, b’mod partikolari fir-rigward tal-ambjent, l-iġjene u t-trattament xieraq tal-annimali; madankollu, standards jew miri stabbiliti fil-livell tal-Unjoni li huma vinkolanti għall-Istati Membri iżda mhux għal impriżi individwali ma jitqisux bħala standards tal-Unjoni;

    (61) 

    “bidwi żgħażugħ” tfisser bidwi kif iddeterminat minn Stat Membru fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tiegħu f’konformità mal-Artikolu 4(6) tar-Regolament (UE) 2021/2115.

    Artikolu 3

    Il-kundizzjonijiet għal eżenzjoni

    Skemi ta’ għajnuna, għajnuna individwali mogħtija taħt skemi bħal dawn u għajnuna ad hoc għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(2) jew (3) tat-Trattat u jkunu eżenti mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat sakemm din l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-kategorija rilevanti ta’ għajnuna stabbiliti fil-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 4

    Livelli limitu ta’ notifika

    1.  

    Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal kwalunkwe għajnuna individwali, fejn l-ekwivalenti ta’ għotja gross tagħha jeċċedi l-livelli limitu li ġejjin:

    (a) 

    għajnuna għal investimenti f’azjendi agrikoli marbuta mal-produzzjoni agrikola primarja kif imsemmi fl-Artikolu 14: EUR 600 000 għal kull impriża għal kull proġett ta’ investiment;

    (b) 

    għajnuna għal investimenti li jikkonċernaw ir-rilokazzjoni ta’ bini ta’ farm li tirriżulta fil-modernizzazzjoni ta’ faċilitajiet jew f’żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni hekk kif imsemmi fl-Artikolu 16(4): EUR 600 000 għal kull impriża għal kull proġett ta’ investiment;

    (c) 

    għajnuna għal investimenti marbuta mal-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli hekk kif imsemmi fl-Artikolu 17: EUR 7,5 miljun għal kull impriża għal kull proġett ta’ investiment;

    (d) 

    għajnuna għall-impenji dwar it-trattament xieraq tal-annimali, kif imsemmi fl-Artikolu 31: EUR 500 għal kull unità ta’ bhejjem fis-sena;

    (e) 

    għajnuna għal żvantaġġi relatati ma’ żoni ta’ Natura 2000 kif imsemmija fl-Artikolu 33: EUR 500 għal kull ettaru fis-sena fil-perjodu inizjali ta’ massimu ta’ ħames snin u EUR 200 għal kull ettaru fis-sena minn hemm ’il quddiem;

    (f) 

    għajnuna għal impenji agroambjentali klimatiċi kif imsemmija fl-Artikolu 34: EUR 600 għal kull ettaru fis-sena għall-għelejjel annwali, EUR 900 għal kull ettaru fis-sena għall-għelejjel perenni speċjalizzati u EUR 450 għal kull ettaru fis-sena għal użi oħra tal-art;

    (g) 

    għajnuna għal sistemi ta’ agrikultura organika kif imsemmi fl-Artikolu 35: EUR 600 għal kull ettaru fis-sena għall-għelejjel annwali, EUR 900 għal kull ettaru fis-sena għall-għelejjel perenni speċjalizzati u EUR 450 għal kull ettaru fis-sena għal użi oħra tal-art;

    (h) 

    għajnuna għal investimenti favur il-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali li jinsab fuq l-azjenda agrikola jew fil-foresti kif imsemmi fl-Artikolu 36: EUR 600 000 għal kull impriża għal kull proġett ta’ investiment;

    (i) 

    għajnuna għal riċerka u żvilupp fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija kif imsemmi fl-Artikolu 38: EUR 7,5 miljun għal kull proġett;

    (j) 

    għajnuna għall-kostijiet imġarrba mill-impriżi li jipparteċipaw fi proġetti tal-Grupp Operazzjonali tal-EIP kif imsemmi fl-Artikolu 39: EUR 2 miljun għal kull impriża għal kull proġett;

    (k) 

    ammonti limitati ta’ għajnuna lil impriżi li jipparteċipaw fi proġetti tal-Grupp Operazzjonali tal-EIP jew jibbenefikaw minnhom, kif imsemmi fl-Artikolu 40: EUR 500 000 għal kull proġett tal-Grupp Operazzjonali tal-EIP.

    (l) 

    għajnuna għal afforestazzjoni u l-ħolqien ta’ msaġar kif imsemmi fl-Artikolu 41: EUR 7,5 miljun għal kull proġett ta’ investiment;

    (m) 

    għajnuna għal sistemi ta’ agroforestrija kif imsemmi fl-Artikolu 42: EUR 7,5 miljun għal kull proġett ta’ stabbiliment ta’ sistema tal-agroforestrija;

    (n) 

    għajnuna għal investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi forestali hekk kif imsemmi fl-Artikolu 44: EUR 7,5 miljun għal kull proġett ta’ investiment;

    (o) 

    għajnuna għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji kif imsemmi fl-Artikolu 45: EUR 500 għal kull ettaru fis-sena fil-perjodu tal-bidu li ma jaqbiżx il-ħames snin u EUR 200 għal kull ettaru fis-sena minn hemm ’il quddiem;

    (p) 

    għajnuna għal servizzi ambjentali u klimatiċi tal-foresti u l-konservazzjoni tal-foresti kif imsemmi fl-Artikolu 46: EUR 200 għal kull ettaru fis-sena, bl-eċċezzjoni għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 46, il-paragrafu 8;

    (q) 

    għajnuna għal servizzi konsultattivi fis-settur tal-forestrija kif imsemmi fl-Artikolu 48: EUR 200 000 għal kull impriża kull sena;

    (r) 

    għajnuna għal investimenti fl-infrastruttura relatati mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattazzjoni tas-settur tal-forestrija hekk kif imsemmi fl-Artikolu 49: EUR 7,5 miljun għal kull proġett ta’ investiment;

    (s) 

    għajnuna għal investimenti f’teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, l-immobilizzar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-forestrija kif imsemmi fl-Artikolu 50: EUR 7,5 miljun għal kull proġett ta’ investiment;

    (t) 

    għajnuna għall-investimenti għal servizzi bażiċi u infrastruttura f’żoni rurali kif imsemmi fl-Artikolu 55: EUR 10 miljun għal kull proġett ta’ investiment;

    (u) 

    għajnuna għall-kostijiet imġarrba mill-SMEs li jipparteċipaw fi proġetti tas-CLLD, deżinjati bħala żvilupp lokali LEADER skont il-proġetti tal-FAEŻR imsemmija fl-Artikolu 60: EUR 2 miljun għal kull impriża għal kull proġett;

    (v) 

    ammont limitat ta’ għajnuna lill-SMEs li jibbenefikaw minn proġetti tas-CLLD kif imsemmi fl-Artikolu 61: EUR 200 000 għal kull proġett tas-CLLD.

    2.  
    Il-livelli limitu stabbiliti fil-paragrafu 1 ma għandhomx jiġu evitati bil-qsim artifiċjali tal-iskemi ta’ għajnuna jew tal-proġetti tal-għajnuna.

    Artikolu 5

    It-trasparenza tal-għajnuna

    1.  
    Dan ir-Regolament għandu japplika biss għal għajnuna trasparenti.
    2.  
    Għajnuna għandha titqies li hija trasparenti jekk ikun possibbli li jiġi kkalkolat bi preċiżjoni l-ekwivalenti tal-għotja gross ex ante mingħajr ma jkun hemm bżonn li ssir valutazzjoni tar-riskju.
    3.  

    Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, il-kategoriji ta’ għajnuna li ġejjin għandhom jitqiesu bħala għajnuna trasparenti:

    (a) 

    għajnuna li tikkonsisti f’għotjiet, sussidji fuq ir-rati tal-imgħax u servizzi ssussidjati;

    (b) 

    għajnuna li tikkonsisti f’self, fejn l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkolata abbażi tar-rata ta’ referenza prevalenti fiż-żmien tal-għotja;

    (c) 

    għajnuna inkluża f’garanziji fejn tapplika waħda minn dawn li ġejjin:

    (i) 

    l-ekwivalenti tal-għotja gross ġiet ikkalkolata abbażi ta’ primjums eżentati stabbiliti f’avviż tal-Kummissjoni;

    (ii) 

    qabel l-implimentazzjoni tal-għajnuna, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ekwivalenti tal-għotja gross tal-garanzija tkun ġiet aċċettata abbażi tal-Avviż dwar il-Garanziji, wara n-notifika ta’ dik il-metodoloġija lill-Kummissjoni skont kwalunkwe regolament dwar l-għajnuna mill-Istat adottat mill-Kummissjoni applikabbli dak iż-żmien, u l-metodoloġija approvata tindirizza b’mod espliċitu t-tip ta’ garanzija u t-tip ta’ tranżazzjoni sottostanti inkwistjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

    (d) 

    għajnuna fil-forma ta’ vantaġġi tat-taxxa, fejn il-miżura tipprevedi limitu massimu li jiżgura li l-limitu applikabbli ma jinqabiżx;

    (e) 

    l-għajnuna fil-forma ta’ self bil-quddiem li jitħallsu lura, jekk l-ammont nominali totali tas-self bil-quddiem li jitħallas lura ma jaqbiżx il-livelli limitu applikabbli skont dan ir-Regolament jew jekk, qabel l-implimentazzjoni tal-miżura, il-metodoloġija biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti tal-għotja gross tas-self bil-quddiem li jitħallas lura tkun ġiet aċċettata wara n-notifika tagħha lill-Kummissjoni;

    (f) 

    għajnuna fil-forma ta’ bejgħ jew kiri ta’ assi tanġibbli b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq fejn il-valur huwa stabbilit permezz ta’ evalwazzjoni minn esperti indipendenti qabel it-tranżazzjoni jew b’referenza għal punt ta’ riferiment disponibbli pubblikament u aġġornat regolarment u ġeneralment aċċettat.

    4.  

    Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, il-kategoriji ta’ għajnuna li ġejjin ma għandhomx jitqiesu bħala għajnuna trasparenti:

    (a) 

    għajnuna li tikkonsisti f’injezzjonijiet ta’ kapital;

    (b) 

    għajnuna li tikkonsisti f’miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju.

    Artikolu 6

    L-effett ta’ inċentiv

    1.  
    Dan ir-Regolament għandu japplika biss għal għajnuna li għandha effett ta’ inċentiv.
    2.  

    Għajnuna għandha tiġi kkunsidrata li għandha effett ta’ inċentiv jekk il-benefiċjarju jkun ippreżenta applikazzjoni bil-miktub għal għajnuna lill-Istat Membru kkonċernat qabel ma jkun inbeda x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività. L-applikazzjoni għall-għajnuna għandu jkun fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

    (a) 

    l-isem u d-daqs tal-impriża;

    (b) 

    id-deskrizzjoni tal-proġett jew tal-attività, inklużi d-dati tal-bidu u t-tmiem tagħhom;

    (c) 

    il-post tal-proġett jew tal-attività;

    (d) 

    lista tal-kostijiet eliġibbli;

    (e) 

    it-tip (għotja, self, garanzija, self bil-quddiem li jitħallas lura jew oħrajn) u l-ammont ta’ finanzjament pubbliku meħtieġ għall-proġett/attività.

    3.  

    Għajnuna ad hoc mogħtija lil intrapriżi kbar titqies li għandha effett ta’ inċentiv jekk, flimkien mal-iżgurar li l-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 hija ssodisfata, l-Istat Membru jkun ivverifika, qabel jagħti l-għajnuna ad hoc ikkonċernata, li d-dokumentazzjoni ppreparata mill-benefiċjarju tistabbilixxi li l-għajnuna se tirriżulta f’wieħed jew f’aktar min dawn li ġejjin:

    (a) 

    żieda materjali fl-ambitu tal-proġett jew l-attività minħabba l-għajnuna;

    (b) 

    żieda materjali fl-ammont totali minfuq mill-benefiċjarju fuq il-proġett jew attività minħabba l-għajnuna;

    (c) 

    żieda materjali fil-ħeffa tat-tlestija tal-proġett jew attività kkonċernat/a;

    (d) 

    fil-każ ta’ għajnuna ad hoc għall-investiment, li l-proġett jew l-attività ma kinux jitwettqu bħala tali fiż-żona rurali kkonċernata jew ma kinux ikunu profittabbli b’mod suffiċjenti għall-benefiċjarju fiż-żona rurali kkonċernata fin-nuqqas tal-għajnuna.

    Dawn ir-rekwiżiti ma japplikawx għall-muniċipalitajiet, li huma awtoritajiet lokali awtonomi b’baġit annwali ta’ anqas minn EUR 10 miljun u ta’ anqas minn 5 000 abitant.

    4.  

    B’deroga mill-paragrafi 2 u 3, il-miżuri fil-forma ta’ vantaġġi fiskali għandhom jitqiesu li għandhom effett ta’ inċentiv jekk ikunu ġew issodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    il-miżura tistabbilixxi dritt għall-għajnuna f’konformità ma’ kriterji oġġettivi u mingħajr eżerċizzju ulterjuri ta’ diskrezzjoni mill-Istat Membru;

    (b) 

    il-miżura tkun ġiet adottata u tkun daħħlet fis-seħħ qabel ma x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività megħjuna jkun inbeda, ħlief fil-każ ta’ skemi fiskali suċċessivi, fejn l-attività tkun diġà ġiet koperta mill-iskemi preċedenti fil-forma ta’ benefiċċji fiskali.

    5.  

    Barra minn hekk, b’deroga mill-paragrafi 2, 3 u 4, il-kategoriji ta’ għajnuna li ġejjin ma humiex meħtieġa li jkollhom jew għandhom jitqiesu li jkollhom effett ta’ inċentiv:

    (a) 

    skemi ta’ għajnuna għal konsolidazzjoni ta’ art fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15 jew l-Artikolu 53 huma ssodisfati u fejn:

    (i) 

    l-iskema ta’ għajnuna tistabbilixxi dritt għal għajnuna f’konformità mal-kriterji oġġettivi u mingħajr eżerċizzju ulterjuri ta’ diskrezzjoni mill-Istat Membru; kif ukoll

    (ii) 

    l-iskema ta’ għajnuna tiġi adottata u tkun fis-seħħ qabel ma jkunu ġġarrbu l-kostijiet eliġibbli skont l-Artikolu 15 jew l-Artikolu 53 mill-benefiċjarju;

    (b) 

    għajnuna għal azzjonijiet ta’ informazzjoni fis-settur tal-agrikoltura f’konformità mal-Artikoli 21 u 22, li tikkonsisti fit-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-informazzjoni għal għadd mhux definit ta’ benefiċjarji;

    (c) 

    għajnuna għal miżuri promozzjonali fil-forma ta’ pubblikazzjonijiet immirati lejn is-sensibilizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli fost il-pubbliku ġenerali meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 24(2), il-punt (b);

    (d) 

    għajnuna biex tikkumpensa t-telf ikkawżat minn event klimatiku avvers li jista’ jkun assimilat ma’ diżastru naturali b’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 25;

    (e) 

    għajnuna biex tikkumpensa għall-kostijiet tal-prevenzjoni, tal-kontroll u tal-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali u tal-pesti tal-pjanti u għat-telf ikkawżat minn dak il-mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26;

    (f) 

    għajnuna biex tkopri l-kostijiet tat-tneħħija u tal-qerda ta’ bhejjem mejta meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (c), (d), (e) u (f) tal-Artikolu 27(2);

    (g) 

    għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn annimali protetti meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29 jkunu ssodisfati;

    (h) 

    għajnuna għal żvantaġġi relatati ma’ żoni ta’ Natura 2000 kif imsemmi fl-Artikolu 33;

    (i) 

    għajnuna għal investimenti favur il-konservazzjoni tal-wirt kulturali u naturali li jinsabu fl-azjendi agrikoli jew fil-foresti meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 36;

    (j) 

    għajnuna li tagħmel tajjeb għad-danni kkaġunati minn diżastri naturali fis-settur tal-agrikoltura meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 37;

    (k) 

    għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 38;

    (l) 

    għajnuna għar-restawr ta’ ħsara lill-foresti skont l-Artikolu 43(2), il-punt (d), meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 43 jiġu ssodisfati;

    (m) 

    għajnuna għal azzjonijiet ta’ informazzjoni fis-settur tal-forestrija f’konformità mal-Artikoli 47 u 48, li tikkonsisti fit-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-informazzjoni għal għadd mhux definit ta’ benefiċjarji;

    (n) 

    għajnuna għall-konservazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi fil-forestrija fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 51;

    (o) 

    għajnuna għall-parteċipazzjoni ta’ bdiewa attivi fl-iskemi ta’ kwalità għall-qoton u għall-oġġetti tal-ikel meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 58;

    (p) 

    għajnuna għall-impriżi li jipparteċipaw fi jew li jibbenefikaw minn proġetti tas-CLLD u minn proġetti tal-Grupp Operazzjonali tal-EIP, jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti fl-Artikoli 39, 40, 60 u 61.

    Artikolu 7

    L-intensità tal-għajnuna u l-kostijiet eliġibbli

    1.  
    Għall-finijiet tal-kalkolu tal-intensità tal-għajnuna u l-kostijiet eliġibbli, għandhom jittieħdu ċ-ċifri użati kollha qabel kull tnaqqis fit-taxxa jew imposta oħra. Il-kostijiet eleġibbli għandhom ikunu appoġġati minn evidenza dokumentarja li għandha tkun ċara, speċifika u kontemporanja. L-ammonti ta’ kostijiet eliġibbli jistgħu jiġu kkalkulati f’konformità mal-għażliet tal-kostijiet issimplifikati stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1060 u r-Regolament (UE) 2021/2115, dment li l-operazzjoni tkun mill-inqas parzjalment iffinanzjata permezz tal-FAEŻR u li l-kategorija tal-kostijiet tkun eliġibbli skont id-dispożizzjoni ta’ eżenzjoni rilevanti.
    2.  
    Ammonti ta’ għajnuna għall-miżuri jew tipi ta’ operazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 31, 34, 33, 35, 41, 45 u 46 jistgħu jiġu ffissati fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet standard ta’ kostijiet addizzjonali u introjtu mitluf. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkoli u l-għajnuna korrispondenti jkun fihom biss elementi li huma verifikabbli, huma bbażati fuq ċifri stabbiliti minn għarfien espert xieraq, jindikaw b’mod ċar is-sors taċ-ċifri użati, huma differenzjati biex jitqiesu l-kundizzjonijiet tas-sit reġjonali jew lokali u l-użu attwali tal-art, fejn applikabbli u ma fihomx elementi marbuta mal-kostijiet tal-investiment.
    3.  
    It-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ma għandhiex tkun eliġibbli għal għajnuna, minbarra meta ma tkunx tista’ tiġi rkuprata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-VAT.
    4.  
    Meta l-għajnuna tingħata f’forma oħra għajr għotja, l-ammont ta’ għajnuna għandu jkun l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna.
    5.  
    L-għajnuna pagabbli fil-futur, inkluża għajnuna f’għadd ta’ pagamenti parzjali, għandha tiġi skontata għall-valur tagħha fil-mument li tingħata. Il-kostijiet eliġibbli għandhom jiġu skontati għall-valur tagħhom fid-data tal-għoti tal-għajnuna. Ir-rata tal-imgħax li għandha tintuża għall-finijiet ta’ skontar għandha tkun ir-rata ta’ skont applikabbli fid-data tal-għoti tal-għajnuna.
    6.  
    Meta l-għajnuna tingħata permezz ta’ vantaġġi fiskali, l-iskontar tal-porzjonijiet tal-għajnuna għandu jsir abbażi tar-rati ta’ skont applikabbli fid-diversi drabi meta jidħol fis-seħħ il-benefiċċju fiskali.
    7.  
    Meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ self bil-quddiem li jitħallas lura li, fin-nuqqas ta’ metodoloġija aċċettata biex jiġi kkalkolat l-ekwivalenti ta’ għotja gross tagħhom, jiġi espress bħala perċentwal tal-kostijiet eliġibbli u l-miżura tipprovdi li fil-każ ta’ eżitu ta’ suċċess tal-proġett, kif definit fuq il-bażi ta’ ipoteżi raġonevoli u prudenti, is-self bil-quddiem għandu jitħallas lura b’rata tal-imgħax li tkun mill-anqas daqs ir-rata ta’ skont applikabbli fid-data tal-għotja tal-għajnuna, l-intensitajiet massimi ta’ għajnuna stipulati fil-Kapitolu III jistgħu jiżdiedu b’10 punti perċentwali.

    Artikolu 8

    Kumulazzjoni

    1.  
    Sabiex jiġi stabbilit jekk humiex osservati l-livelli limitu ta’ notifika individwali previsti fl-Artikolu 4 u l-intensitajiet massimi ta’ għajnuna u l-ammonti massimi ta’ għajnuna stabbiliti fil-Kapitolu III, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-ammont totali ta’ għajnuna mill-Istat għall-attività jew il-proġett jew l-impriża megħjuna.
    2.  
    Meta finanzjament tal-Unjoni ġestit ċentralment mill-istituzzjonijiet, l-aġenziji, l-impriżi konġunti jew korpi oħra tal-Unjoni li mhux direttament jew indirettament taħt il-kontroll tal-Istat Membru huwa kkombinat flimkien ma’ għajnuna mill-Istat, dan tal-aħħar biss għandu jitqies sabiex jiġi stabbilit jekk ġewx osservati l-livelli limitu ta’ notifika u tal-intensitajiet massimi ta’ għajnuna jew l-ammonti massimi ta’ għajnuna, dment li l-ammont totali ta’ finanzjament pubbliku mogħti għal dawn il-kostijiet eliġibbli ma jaqbiżx ir-rata ta’ finanzjament l-aktar favorevoli stabbilita fir-regoli applikabbli tad-dritt tal-Unjoni.
    3.  

    Għajnuna b’kostijiet eliġibbli identifikabbli, eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat skont dan ir-Regolament, tista’ tiġi akkumulata ma’:

    (a) 

    kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat, sakemm dawk il-miżuri jkunu jikkonċernaw kostijiet eliġibbli differenti li jistgħu jiġu identifikati;

    (b) 

    kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat, b’rabta mal-istess kostijiet eliġibbli, parzjalment jew kompletament imrikkba, biss jekk tali kumulazzjoni ma twassalx biex jinqabżu l-ogħla intensità ta’ għajnuna jew l-ammont ta’ għajnuna applikabbli għal din l-għajnuna skont dan ir-Regolament.

    4.  
    Għajnuna mingħajr kostijiet eliġibbli identifikabbli eżentata skont l-Artikoli 18, 19, 40 u 61 tista’ tiġi akkumulata ma’ kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat b’kostijiet eliġibbli identifikabbli.

    Għajnuna mingħajr kostijiet eliġibbli identifikabbli tista’ tiġi akkumulata ma’ kwalunkwe għajnuna mill-Istat oħra mingħajr kostijiet eliġibbli identifikabbli, sal-ogħla limitu tal-finanzjament totali rilevanti stabbilit fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull każ permezz ta’ dan ir-regolament ta’ eżenzjoni ta’ kategorija jew ta’ deċiżjoni adottati mill-Kummissjoni.

    5.  
    Għajnuna mill-Istat eżentata skont it-Taqsimiet 1, 2 u 3 tal-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi akkumulata mal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 145(2) u l-Artikolu 146 tar-Regolament (UE) 2021/2115 fir-rigward tal-istess kostijiet eliġibbli jekk tali akkumulazzjoni tirriżulta f’intensità ta’ għajnuna jew ammont ta’ għajnuna li jaqbeż dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.
    6.  
    Għajnuna mill-Istat mogħtija skont l-Artikoli 31, 34 u 35 ma għandhiex tiġi akkumulata mal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2021/2115 fir-rigward tal-istess kostijiet eliġibbli jekk tali akkumulazzjoni tirriżulta f’intensità ta’ għajnuna jew ammont ta’ għajnuna li jaqbeż dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.
    7.  
    Għajnuna mill-Istat eżentata skont dan ir-regolament ma għandha tiġi akkumulata ma’ ebda għajnuna de minimis fir-rigward tal-istess kostijiet eliġibbli jekk tali akkumulu jirriżulta f’intensità ta’ għajnuna jew ammont ta’ għajnuna li jeċċedi dawk li hemm stabbiliti fil-Kapitolu III.
    8.  
    Għajnuna għal investimenti mmirati lejn ir-restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 14(3), ma għandhiex tiġi akkumulata ma’ għajnuna għal kumpens għal ħsara materjali msemmija fl-Artikoli 25, 26, 28 u 37.
    9.  
    Għajnuna inizjali għal gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet fis-settur tal-agrikoltura kif imsemmi fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament m’għandiex tiġi kumulata ma għajnuna għall-istabbiliment ta’ gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet fis-settur tal-agrikoltura kif imsemmi fl-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) 2021/2115.
    10.  
    Għajnuna għall-bidu ta’ negozju għal bdiewa żgħażagħ u għajnuna għall-bidu ta’ negozju għal attivitajiet agrikoli kif imsemmi fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi akkumulata mal-appoġġ għall-installazzjoni ta’ bdiewa żgħażagħ jew għall-bidu ta’ negozju rurali kif imsemmi fl-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) 2021/2115 jekk tali akkumulazzjoni tirriżulta f’ammont ta’ għajnuna li jaqbeż dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    Artikolu 9

    Pubblikazzjoni u informazzjoni

    1.  

    L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura l-pubblikazzjoni fil-modulu tal-għoti tat-trasparenza tal-Kummissjoni ( 10 ) jew fuq sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat fil-livell nazzjonali jew reġjonali ta’:

    (a) 

    l-informazzjoni miġbura fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 11 jew link għaliha;

    (b) 

    it-test sħiħ ta’ kull għajnuna msemmija fl-Artikolu 11, inklużi l-emendi tagħha, jew link li tipprovdi aċċess għat-test sħiħ;

    (c) 

    l-informazzjoni msemmija fl-Anness III dwar kull għotja tal-għajnuna individwali li taqbeż dawn li ġejjin:

    (i) 

    EUR 10 000 għal benefiċjarji attivi fis-settur tal-produzzjoni agrikola primarja;

    (ii) 

    EUR 100 000 għal benefiċjarji fis-settur tal-ipproċessar tal-prodotti agrikoli, tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, fis-settur tal-forestrija jew għal attivitajiet li ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat.

    2.  

    Għall-iskemi ta’ għajnuna fil-forma ta’ benefiċċji tat-taxxa, għandu jitqies li jkunu ntlaħqu il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jekk l-Istati Membri jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa dwar l-ammonti tal-għajnuna individwali fil-firxiet li ġejjin f’EUR miljuni:

    (a) 

    0,01- 0,1 biss għal produzzjoni agrikola primarja;

    (b) 

    0,1- 0,5;

    (c) 

    0,5-1;

    (d) 

    minn 1 sa 2;

    (e) 

    minn 2 sa 5;

    (f) 

    minn 5 sa 10;

    (g) 

    minn 10 sa 30;

    (h) 

    30 u aktar.

    3.  
    L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun organizzata u għandha tkun aċċessibbli b’mod standardizzat, kif stabbilit fl-Anness III, u għandha tippermetti li jkun hemm funzjonijiet effettivi ta’ tiftix u ta’ tniżżil tagħha. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, punt (c) għandha tiġi ppubblikata fi żmien sitt xhur mid-data tal-għoti tal-għajnuna jew, għal għajnuna fil-forma ta’ vantaġġ fiskali, fi żmien sena mid-data meta għandha tintbagħat id-dikjarazzjoni fiskali, u għandha tkun disponibbli mill-anqas 10 snin mid-data tal-għoti tal-għajnuna.
    4.  
    It-test sħiħ tal-iskema ta’ għajnuna jew tal-għajnuna ad hoc imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jinkludi, b’mod partikolari, riferiment espliċitu għal dan ir-Regolament, billi jikkwota t-titolu tiegħu u r-referenza tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Kapitolu III ikkonċernati minn dak l-att, jew fejn applikabbli, għal-liġi nazzjonali li tiżgura li tinżamm konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament. L-iskema ta’ għajnuna jew l-għajnuna ad hoc għandhom ikunu akkumpanjati mid-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tagħha u mill-emendi tagħha.
    5.  
    L-obbligi ta’ pubblikazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal għajnuna mogħtija lil proġetti tal-Grupp Operazzjonali tal-EIP u għal proġetti tas-CLLD skont l-Artikoli 39, 40, 60 u 61.
    6.  

    Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha:

    (a) 

    l-informazzjoni miġbura fil-qosor imsemmija fil-paragrafu 1;

    (b) 

    il-links għas-siti web tal-għajnuna mill-Istat, tal-Istati Membri kollha, imsemmija fil-paragrafu 1.



    KAPITOLU II

    Rekwiżiti proċedurali

    Artikolu 10

    Irtirar tal-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija

    Meta Stat Membru jagħti għajnuna li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli I, II u III ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun ipprovdiet lill-Istat Membru kkonċernat bil-possibbiltà li jesprimi l-fehmiet tiegħu, tadotta deċiżjoni li tiddikjara li l-miżuri ta’ għajnuna futuri kollha jew uħud minnhom adottati mill-Istat Membru kkonċernat li kieku jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Il-miżuri li għandhom jiġu notifikati jistgħu jkunu limitati għal ċertu tipi ta’ għajnuna, għal għajnuna mogħtija favur ċerti benefiċjarji jew għal għajnuna adottata minn ċerti awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat.

    Artikolu 11

    Rapportar

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni, permezz tas-sistema ta’ notifika elettronika tal-Kummissjoni, l-informazzjoni miġbura fil-qosor dwar kull miżura ta’ għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament fil-format standardizzat stabbilit fl-Anness II, flimkien ma’ link li tipprovdi aċċess għat-test sħiħ tal-miżura ta’ għajnuna, inklużi l-emendi tagħha, fi żmien 20 jum tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.
    2.  
    L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni f’forma elettronika rapport annwali, kif imsemmi fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 794/2004, dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ kull sena sħiħa jew ta’ kull parti tas-sena li matulha japplika dan ir-Regolament.
    3.  

    Ir-rapport annwali għandu jkun fih ukoll l-informazzjoni li tikkonċerna dan li ġej:

    (a) 

    mard tal-annimali u pesti tal-pjanti kif imsemmija fl-Artikolu 26;

    (b) 

    informazzjoni meteoroloġika dwar it-tip, it-twaqqit, il-kobor relattiv u l-lokalizzazzjoni ta’ avvenimenti klimatiċi li jistgħu jkunu assimilati ma’ diżastru naturali kif imsemmi fl-Artikolu 25 jew diżastri naturali fis-settur tal-agrikoltura kif imsemmi fl-Artikolu 37;

    4.  
    Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika fir-rigward tal-għajnuna mogħtija lill-proġetti tal-Grupp Operazzjonali tal-EIP u lil proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (“CLLD”) kif imsemmija fl-Artikoli 40 u 61.

    Artikolu 12

    Evalwazzjoni

    1.  
    Skemi ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(3) għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni ex post jekk ikollhom baġit tal-għajnuna mill-Istat jew infiq kontabilizzat ta’ aktar minn EUR 150 miljun fi kwalunkwe sena partikolari jew EUR 750 miljun tul id-durata totali tagħhom, jiġifieri t-tul ta’ żmien ikkombinat tal-iskema u kwalunkwe skema predeċessura li tkopri objettiv u żona ġeografika simili, li tibda mill-1 ta’ Jannar 2023. Minħabba l-objettivi tal-evalwazzjoni, u biex jiġi evitat li jitqiegħed piż sproporzjonat fuq l-Istati Membri, evalwazzjonijiet ex post għandhom ikunu meħtieġa biss għal skemi ta’ għajnuna li t-tul ta’ żmien totali tagħhom jaqbeż it-tliet snin, li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2023.
    2.  
    Ir-rekwiżit tal-evalwazzjoni ex post jista’ jiġi eżentat fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna li huma suċċessur immedjat ta’ skema li tkopri objettiv u żona ġeografika simili li kienet soġġetta għal evalwazzjoni, li r-rapport ta’ evalwazzjoni finali tagħha kien f’konformità mal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat mill-Kummissjoni u ma ġġenerat l-ebda sejba negattiva. Fejn ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali ta’ skema ma jkunx konformi mal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat, dik l-iskema għandha tiġi sospiża b’effett immedjat. Kwalunkwe suċċessur ta’ tali skema sospiża ma għandux igawdi l-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija.
    3.  
    L-għan tal-evalwazzjoni għandu jkun li jiġi verifikat jekk is-suppożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet sottostanti għall-kompatibbiltà tal-iskema ntlaħqux, b’mod partikolari l-ħtieġa u l-effettività tal-miżura ta’ għajnuna fid-dawl tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tagħha. L-evalwazzjoni għandha tivvaluta wkoll l-impatt tal-iskema fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ.
    4.  

    Għal skemi ta’ għajnuna soġġetti għar-rekwiżit ta’ evalwazzjoni skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw abbozz ta’ pjan ta’ evalwazzjoni kif ġej:

    (a) 

    fi żmien 20 jum ta’ xogħol mid-dħul fis-seħħ tal-iskema, jekk il-baġit tal-għajnuna mill-Istat tal-iskema jaqbeż EUR 150 miljun fi kwalunkwe sena partikolari jew EUR 750 miljun matul id-durata totali tagħha;

    (b) 

    fi żmien 30 jum ta’ xogħol wara bidla sinifikanti li permezz tagħha l-baġit tal-iskema jiżdied għal aktar minn EUR 150 miljun f’xi sena partikolari jew EUR 750 miljun tul id-durata kollha tal-iskema;

    (c) 

    fi żmien 30 jum ta’ xogħol wara r-reġistrazzjoni tan-nefqa fil-kontijiet uffiċjali taħt l-iskema li taqbeż il-EUR 150 miljun f’xi sena partikolari.

    5.  
    L-abbozz tal-pjan ta’ evalwazzjoni għandu jkun f’konformità mal-metodoloġija komuni għall-evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat adottata mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-pjan ta’ evalwazzjoni approvat mill-Kummissjoni.
    6.  
    L-evalwazzjoni ex post għandha ssir minn espert li jkun indipendenti mill-awtorità awtorizzanti tal-għajnuna fuq il-bażi tal-pjan ta’ evalwazzjoni. Kull evalwazzjoni għandha tinkludi mill-inqas rapport ta’ evalwazzjoni interim wieħed u wieħed finali. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw iż-żewġ rapporti.
    7.  
    Ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel l-iskadenza tal-iskema eżentata. Dak il-perjodu jista’ jitnaqqas għal skemi li jiskattaw ir-rekwiżit ta’ evalwazzjoni fl-aħħar sentejn ta’ implimentazzjoni tagħhom. L-ambitu u l-arranġamenti preċiżi għal kull evalwazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fid-deċiżjoni li tapprova l-pjan ta’ evalwazzjoni. In-notifika ta’ kull miżura ta’ għajnuna sussegwenti b’objettiv simili għandha tiddeskrivi b’liema mod ġew meqjusin ir-riżultati tal-evalwazzjoni.

    Artikolu 13

    Monitoraġġ

    L-Istati Membri għandhom iżommu rekords dettaljati bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn meħtieġa biex jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet kollha stipulati f’dan ir-Regolament huma ssodisfati. Dawn ir-rekords għandhom jinżammu għal 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna ad hoc jew li fiha tkun ingħatat l-aħħar għajnuna taħt l-iskema. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni f’perjodu ta’ 20 jum ta’ xogħol jew perjodu itwal skont kif jiġi stabbilit fit-talba, l-informazzjoni kollha u d-dokumentazzjoni ta’ appoġġ li l-Kummissjoni tqis neċessarja sabiex timmonitorja l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.



    KAPITOLU III

    Kategoriji ta’ għajnuna



    Taqsima 1

    Għajnuna favur l-SMEs attivi fil-produzzjoni agrikola primarja, fl-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli jew fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli

    Artikolu 14

    Għajnuna għal investimenti f’azjendi agrikoli relatata mal-produzzjoni agrikola primarja

    1.  
    Għajnuna għal investimenti f’azjendi agrikoli marbuta mal-produzzjoni agrikola primarja għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) (c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    L-investimenti għandhom jitwettqu minn benefiċjarju wieħed jew minn aktar benefiċjarju wieħed jew ikollhom x’jaqsmu ma’ assi tanġibbli jew assi intanġibbli użati minn benefiċjarju wieħed jew minn aktar benefiċjarju wieħed.
    3.  

    L-investiment għandu jsegwi notevolment l-objettivi li ġejjin:

    (a) 

    it-titjib tal-prestazzjoni globali u s-sostenibbiltà tal-azjenda agrikola, b’mod partikolari permezz ta’ tnaqqis fil-kostijiet ta’ produzzjoni jew it-titjib u t-tqassim mill-ġdid ta’ produzzjoni;

    (b) 

    it-titjib tal-ambjent naturali, tal-kundizzjonijiet tal-iġjene jew tal-istandards tat-trattament xieraq tal-annimali;

    (c) 

    il-ħolqien u t-titjib ta’ infrastruttura relatata mal-iżvilupp, mal-adattament u mal-modernizzazzjoni tal-agrikoltura, inkluż aċċess għall-art agrikola, il-konsolidazzjoni u t-titjib tal-art, l-effiċjenza enerġetika, il-provvista tal-enerġija sostenibbli u l-iffrankar tal-ilma jew tal-enerġija;

    (d) 

    ir-restawr tal-potenzjal ta’ produzzjoni li jkun ġarrab ħsara minn diżastri naturali, minn eventi klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma’ diżastri naturali, minn mard tal-annimali u pesti tal-pjanti, minn annimali protetti u l-prevenzjoni tal-ħsarat ikkawżati minn dawn l-avvenimenti u l-fatturi; jekk il-ħsara tista’ tkun relatata mat-tibdil fil-klima, il-benefiċjarji għandhom, fejn xieraq, jinkludu miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima fir-restawr.

    (e) 

    il-kontribuzzjoni għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, inkluż billi jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u jittejjeb is-sekwestru tal-karbonju, kif ukoll il-promozzjoni tal-enerġija sostenibbli u l-effiċjenza enerġetika;

    (f) 

    il-kontribut għal bijoekonomija ċirkolari sostenibbli u t-trawwim tal-iżvilupp sostenibbli u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi naturali bħall-ilma, il-ħamrija u l-arja, inkluż billi titnaqqas id-dipendenza fuq sustanzi kimiċi;

    (g) 

    il-kontribuzzjoni għat-twaqqif u għat-treġġigħ lura tat-telfien tal-bijodiversità, għat-titjib tas-servizzi tal-ekosistema u għall-preservazzjoni tal-ħabitats u tal-pajsaġġi.

    4.  
    L-investiment jista’ jkun marbut mal-produzzjoni fil-livell tal-farm ta’ bijofjuwils jew ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli, sakemm tali produzzjoni ma teċċedix il-medja annwali tal-konsum ta’ fjuwils jew enerġija ta’ farm partikolari.

    Meta l-investiment isir għall-produzzjoni tal-bijofjuwils, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-faċilitajiet tal-produzzjoni ma għandiex tkun aktar mill-ekwivalenti għall-medja tal-konsum annwali ta’ fjuwil għat-trasport tal-azjenda agrikola u l-bijofjuwil prodott ma għandux jinbiegħ fis-suq.

    Meta l-investiment isir għall-produzzjoni ta’ enerġija termali u tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli fuq azjendi agrikoli, il-faċilitajiet tal-produzzjoni għandhom jaqdu l-bżonnijiet tal-enerġija tal-benefiċjarji biss u l-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom ma għandhiex tkun akbar mill-ekwivalenti tal-medja kkombinata tal-konsum annwali tal-enerġija ta’ enerġija termali u tal-elettriku fuq l-azjenda agrikola, inkluż l-unità domestika tal-farm. Il-bejgħ ta’ elettriku fil-grilja għandu jkun permess biss sa fejn jiġi osservat il-limitu annwali ta’ konsum proprju.

    Meta l-investiment isir minn aktar minn benefiċjarju wieħed bl-iskop li jaqdu l-bżonnijiet tagħhom stess tal-bijofjuwil u tal-enerġija, il-medja tal-konsum annwali għandha tiġi akkumulata mal-ammont ekwivalenti għall-medja tal-konsum annwali tal-benefiċjarji kollha.

    Investimenti fl-infrastrutturi tal-enerġija rinnovabbli li jikkunsmaw jew li jipproduċu l-enerġija għandhom jikkonformaw mal-istandards minimi għall-effiċjenza fl-enerġija fejn standards bħal dawn jeżistu fil-livell nazzjonali.

    Investimenti f’installazzjonijiet, li l-iskop primarju tagħhom huwa l-produzzjoni tal-elettriku mill-bijomassa, ma għandhomx ikunu eliġibbli għal għajnuna sakemm ma jintużax perċentwal minimu ta’ enerġija termali li jrid jiġi stabbilit mill-Istati Membri.

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limiti għall-proporzjonijiet massimi ta’ ċereali u għelejjel oħra rikki fil-lamtu, zokkor u għelejjel taż-żejt li jintużaw għall-produzzjoni tal-bijoenerġija, inklużi l-bijofjuwils għal tipi differenti ta’ installazzjonijiet skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Għajnuna għal proġetti ta’ investiment fil-bijoenerġija għandha tkun limitata għall-bijoenerġija li tissodisfa l-kriterji ta’ sostenibbiltà applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

    5.  
    Għal investimenti li jeħtieġu valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ) l-għajnuna għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li tkun saret tali valutazzjoni u li jkun ingħata l-permess għall-iżvilupp għall-proġett ta’ investiment ikkonċernat qabel id-data tal-għoti tal-għajnuna individwali.
    6.  

    L-għajnuna għandha tkopri l-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

    (a) 

    il-kostijiet għall-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib ta’ proprjetà immobbli, inklużi investimenti f’wajers passivi interni jew kejbils strutturati għal netwerks tad-data u, jekk meħtieġ, il-parti anċillari tan-netwerk passiv fuq il-proprjetà privata barra l-bini, bl-art mixtrija tkun eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l10 % tal-kostijiet totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;

    (b) 

    ix-xiri jew il-lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi;

    (c) 

    il-kostijiet ġenerali marbuta man-nefqa msemmija fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma’ konsulenza dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, enerġija sostenibbli, effiċjenza enerġetika u l-produzzjoni u l-użu tal-enerġija rinnovabbli, inklużi l-istudji dwar il-fattibbiltà; l-istudji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarrbet;

    (d) 

    it-tariffi tal-akkwiżizzjoni, tal-iżvilupp jew tal-użu ta’ software tal-kompjuter, ta’ cloud u ta’ soluzzjonijiet simili, u l-akkwiżizzjoni ta’ privattivi, liċenzji, drittijiet tal-awtur u trademarks;

    (e) 

    l-ispejjeż għal investimenti mhux produttivi relatati mal-objettivi ambjentali u relatati mal-klima speċifiċi msemmija fil-paragrafu 3, il-punti (e), (f) u (g);

    (f) 

    fil-każ ta’ irrigazzjoni, il-kostijiet għall-investimenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i) 

    pjan ta’ mmaniġġar tal-baċin tax-xmara, f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ), ikun ġie nnotifikat lill-Kummissjoni għaż-żona kollha li fiha jkun se jsir l-investiment, kif ukoll għal kwalunkwe żona oħra fejn l-ambjent jista’ jiġi affettwat mill-investiment; il-miżuri adottati taħt il-pjan ta’ mmaniġġar tal-baċir tax-xmara f’konformità mal-Artikolu 11 tal-istess Direttiva u li huma ta’ rilevanza għas-settur agrikolu għandhom ikunu ġew speċifikati fil-programm tal-miżuri rilevanti;

    (ii) 

    kejl tal-ilma li jippermetti li jitkejjel l-użu tal-ilma fil-livell tal-investiment appoġġat huwa fis-seħħ jew għandu jiġi implimentat bħala parti mill-investiment;

    (iii) 

    investiment f’titjib ta’ installazzjoni ta’ irrigazzjoni eżistenti jew element ta’ infrastruttura ta’ irrigazzjoni għandu jiġi vvalutat ex ante biex jiġi offrut iffrankar tal-ilma li jirrifletti l-parametri tekniċi tal-installazzjoni jew l-infrastruttura eżistenti;

    (iv) 

    jekk l-investiment jaffettwa korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art jew tal-wiċċ li l-istatus tagħhom ġie identifikat bħala inqas minn tajjeb fil-pjan ta’ ġestjoni tal-baċin tax-xmara rilevanti għal raġunijiet relatati mal-kwantità tal-ilma, jew jekk il-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà klimatika u tar-riskju l-aktar avvanzati jkunu ddeterminaw ( 13 ) li l-korpi tal-ilma affettwati fi stat tajjeb jistgħu jitilfu l-istatus tagħhom għal raġunijiet relatati mal-kwantità tal-ilma kkawżata mill-impatti tat-tibdil fil-klima, għandu jinkiseb tnaqqis effettiv fl-użu tal-ilma li jikkontribwixxi għall-kisba u ż-żamma ta’ status tajjeb ta’ dawk il-korpi tal-ilma, kif previst fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/60/KE. Il-kundizzjonijiet stabbiliti fis-sentenza preċedenti ma għandhomx japplikaw għal investiment f’installazzjoni eżistenti li taffettwa biss l-effiċjenza enerġetika jew għal investiment fil-ħolqien ta’ ġibjun jew għal investiment fl-użu ta’ ilma rriċiklat li ma jaffettwax korp ta’ ilma ta’ taħt l-art jew tal-wiċċ;

    (v) 

    l-Istat Membru għandu jistabbilixxi perċentwali għall-iffrankar potenzjali tal-ilma u għat-tnaqqis effettiv fl-użu tal-ilma bħala kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà, biex jiġi żgurat li jkun hemm tnaqqis effettiv tal-ammont ta’ ilma li jgħaddi mit-tagħmir meta mqabbel mal-livelli tal-2014–2020 u għalhekk biex tiġi evitata rigressjoni fil-livell ta’ ambizzjoni ambjentali:

    — 
    il-perċentwal tal-iffrankar potenzjali tal-ilma għandu jkun mill-inqas 5 %, meta il-parametri tekniċi tal-installazzjoni jew tal-infrastruttura eżistenti diġà jiżguraw livell għoli ta’ effiċjenza (qabel l-investiment), u mill-inqas 25 %, meta l-grad attwali ta’ effiċjenza jkun baxx u/jew għal investimenti li jseħħu f’żoni meta l-iffrankar tal-ilma jkun l-aktar meħtieġ biex jiġi żgurat li jinkiseb status tajjeb tal-ilma;
    — 
    il-perċentwal ta’ tnaqqis effettiv fl-użu tal-ilma għandu jkun, fil-livell tal-investiment kollu kemm hu, mill-inqas 50 % tal-iffrankar potenzjali tal-ilma li jsir possibbli permezz tal-investiment fl-installazzjoni tal-irrigazzjoni eżistenti jew fl-element tal-infrastruttura;
    — 
    tali ffrankar tal-ilma jrid jirrifletti l-ħtiġijiet stabbiliti fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċir idrografiku li jirriżultaw mid-Direttiva 2000/60/KE.
    (g) 

    l-appoġġ jista’ jingħata għal investimenti fl-użu tal-ilma reklamat bħala provvista alternattiva tal-ilma biss jekk il-provvista u l-użu ta’ tali ilma jkunu konformi mar-Regolament Nru (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 );

    (h) 

    fil-każ ta’ investimenti mmirati għar-restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li tkun saritlu ħsara minn diżastri naturali, eventi klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma’ diżastri naturali, mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti, il-kostijiet eliġibbli jistgħu jinkludu l-kostijiet imġarrba għar-restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola sal-livell li kien qabel l-okkorrenza ta’ dawk l-avvenimenti;

    (i) 

    fil-każ ta’ investimenti mmirati lejn il-prevenzjoni ta’ ħsara kkawżata minn diżastri naturali, eventi klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma’ diżastri naturali, mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti, il-kostijiet eliġibbli jistgħu jinkludu l-kostijiet ta’ azzjonijiet preventivi speċifiċi.

    7.  
    Il-kostijiet, għajr dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 6, relatati ma’ kuntratti ta’ kiri, bħal marġni tal-lokatur, il-kostijiet ta’ finanzjament mill-ġdid tal-imgħax, il-kostijiet ġenerali u t-tariffi tal-assigurazzjoni ma għandhomx jitqiesu li huma kostijiet eliġibbli.

    Il-kapital operatorju ma għandux jiġi kkunsidrat li huwa kost eliġibbli.

    8.  
    Fil-każ tat-tisqija, l-għajnuna għandha titħallas biss mill-Istati Membri li jiżguraw, fir-rigward tad-distrett tal-baċir tax-xmara fejn isir l-investiment, kontribuzzjoni tal-użi differenti tal-ilma għall-irkupru tal-kostijiet tas-servizzi tal-ilma mis-settur agrikolu, f’konformità mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2000/60/KE filwaqt li jitqiesu, meta jkun xieraq, l-effetti soċjali, ambjentali u ekonomiċi tal-irkupru kif ukoll il-kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi tar-reġjuni jew reġjuni milquta.
    9.  

    L-għajnuna ma għandhiex tingħata fir-rigward ta’ dawn li ġejjin:

    (a) 

    ix-xiri ta’ intitolamenti għal pagament;

    (b) 

    ix-xiri u t-tħawwil ta’ pjanti annwali bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna li tkopri l-kostijiet imsemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 6;

    (c) 

    xogħlijiet ta’ drenaġġ;

    (d) 

    ix-xiri ta’ annimali, bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna li tkopri l-kostijiet imsemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 6 u x-xiri ta’ klieb tal-għassa;

    (e) 

    il-wajers u l-kejbils għan-networks tad-data barra mill-proprjetà privata.

    10.  
    L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tingħata bi ksur ta’ xi projbizzjoni jew restrizzjoni stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, anke fejn dawn il-projbizzjonijiet u restrizzjonijiet jirreferu biss għall-appoġġ tal-Unjoni previst f’dak ir-regolament.
    11.  
    L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-65 % tal-kostijiet eliġibbli.
    12.  

    L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied għal massimu ta’ 80 % għall-investimenti li ġejjin:

    (a) 

    investimenti marbuta ma’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi relatati mal-ambjent u mal-klima msemmija fil-paragrafu 3, il-punti (e), (f) u (g), jew mat-trattament xieraq tal-annimali;

    (b) 

    investimenti minn bdiewa żgħażagħ;

    (c) 

    investimenti fir-reġjuni ultraperiferiċi jew fil-gżejjer minuri tal-Eġew.

    13.  
    L-intensità tal-għajnuna msemmija fil-paragrafu 12 punt (c), tista’ tiżdied sa massimu ta’ 85 % għal investimenti ta’ azjendi agrikoli żgħar skont it-tifsira tal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2021/2115.
    14.  

    L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied għal massimu ta’ 100 % għall-investimenti li ġejjin:

    (a) 

    investimenti mhux produttivi marbuta mal-objettivi msemmija fil-paragrafu 3, il-punti (e), (f) u (g);

    (b) 

    investimenti għar-restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni msemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 3, u investimenti relatati mal-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju ta’ danni kkawżati minn diżastri naturali, eventi straordinarji, eventi klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali, jew annimali protetti.

    15.  

    L-intensità tal-għajnuna għall-irrigazzjoni skont il-paragrafu 6, il-punt (f) għandha tkun limitata għal rata waħda jew aktar li ma taqbiżx:

    (a) 

    80 % tal-kostijiet eliġibbli għall-irrigazzjoni tal-investimenti fil-farms magħmula skont il-paragrafu 6, punt (f)(iii);

    (b) 

    100 % tal-kostijiet eliġibbli għall-investimenti fl-infrastruttura mhux tal-farms fl-agrikoltura li jridu jintużaw għall-irrigazzjoni;

    (c) 

    65 % tal-kostijiet eliġibbli għal irrigazzjoni oħra fil-farms.

    Artikolu 15

    Għajnuna għall-konsolidazzjoni tal-art

    Għajnuna għall-konsolidazzjoni tal-art agrikola għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tiġi eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament u tingħata għall-kostijiet legali u amministrattivi u tkun limitata għalihom, inklużi kostijiet għal stħarriġ, sa mhux aktar minn 100 % tal-kostijiet reali mġarrba.

    Artikolu 16

    Għajnuna għal investimenti li jikkonċernaw ir-rilokazzjoni ta’ bini tal-farms

    1.  
    Għajnuna mogħtija lill-SMEs attivi fil-produzzjoni agrikola primarja għal investimenti li jirrigwardaw ir-rilokazzjoni ta’ bini ta’ farm għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu fejn tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    Ir-rilokazzjoni tal-bini tal-farm għandu jkollha objettiv ta’ interess pubbliku.

    L-interess pubbliku invokat sabiex ikun ġustifikat l-għoti ta’ għajnuna skont dan l-Artikolu għandu jkun speċifikat fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat.

    3.  
    Meta r-rilokazzjoni ta’ bini ta’ farm tkun sempliċiment tikkonsisti fiż-żarmar, fit-tneħħija u fil-bini mill-ġdid ta’ faċilitajiet eżistenti, l-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet li fil-fatt iġġarrbu għal attivitajiet bħal dawn.
    4.  
    Fejn, barra ż-żarmar, it-tneħħja u l-bini mill-ġdid ta’ faċilitajiet eżistenti hekk kif imsemmija fil-Paragrafu 3, ir-rilokazzjoni tirriżulta f’modernizzazzjoni ta’ dawn il-faċilitajiet jew f’żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni, l-intensitajiet tal-għajnuna għal investimenti msemmija fl-Artikolu 14(12) u (15) għandhom japplikaw fir-rigward tal-kostijiet relatati mal-modernizzazzjoni tal-faċilitajiet jew iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni.

    Għall-iskop ta’ dan il-paragrafu, is-sempliċi sostituzzjoni ta’ bini eżistenti jew ta’ faċilitajiet, b’bini jew b’faċilitajiet ġodda u moderni mingħajr ma tinbidel b’mod fundamentali l-produzzjoni jew it-teknoloġija involuta, ma għandhiex titqies li hija relatata mal-modernizzazzjoni.

    5.  
    L-intensità massima tal-għajnuna tista’ tilħaq sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli jekk ir-rilokazzjoni tikkonċerna attivitajiet qrib villaġġ rurali, bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja jew tiżdied il-prestazzjoni ambjentali tal-villaġġ rurali.

    Artikolu 17

    Għajnuna għal investimenti relatati mal-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli

    1.  
    Għajnuna għall-investimenti b’rabta mal-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) (c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    L-investiment għandu jikkonċerna assi tanġibbli jew intanġibbli b’rabta mal-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli.
    3.  
    Investimenti b’konnessjoni mal-produzzjoni ta’ bijofjuwils magħmula mill-ikel ma għandhomx ikunu eliġibbli għal għajnuna skont dan l-Artikolu.
    4.  
    Għal investiment li jeħtieġ valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE l-għajnuna għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li tkun saret it-tali valutazzjoni u li jkun ingħata l-permess għall-iżvilupp għall-proġett ta’ investiment ikkonċernat qabel id-data tal-għoti tal-għajnuna individwali.
    5.  

    L-għajnuna għandha tkopri l-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

    (a) 

    il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib ta’ proprjetà immobbli, inklużi investimenti f’wajers passivi interni jew kejbils strutturati għal networks tad-data u, jekk meħtieġ, il-parti anċillari tan-network passiv fuq il-proprjetà privata barra l-bini, bix-xiri ta’ art eliġibbli biss sa punt li ma jaqbiżx l10 % tat-total tal-kostijiet eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;

    (b) 

    ix-xiri jew il-lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi;

    (c) 

    il-kostijiet ġenerali li huma marbutin mal-infiq imsemmi fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma’ pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji tal-fattibbiltà; l-istudji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarrbet;

    (d) 

    akkwiżizzjoni, żvilupp jew tariffi għall-użu ta’ software tal-kompjuter, soluzzjonijiet cloud u soluzzjonijiet simili, u akkwiżizzjonijiet ta’ privattivi, liċenzji, drittijiet tal-awtur, trademarks.

    6.  
    Il-kostijiet, għajr dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 5, relatati ma’ kuntratti ta’ kiri, bħal marġni tal-lokatur, il-kostijiet ta’ finanzjament mill-ġdid tal-imgħax, il-kostijiet ġenerali u t-tariffi tal-assigurazzjoni ma għandhomx jitqiesu li huma kostijiet eliġibbli.
    7.  
    Il-kapital operatorju ma għandux jiġi kkunsidrat li huwa kost eliġibbli.
    8.  
    Il-wajers jew il-kejbils għan-networks tad-data barra l-proprjetà privata ma għandhomx jitqiesu bħala kost eliġibbli.
    9.  
    Ma għandhiex tingħata għajnuna fir-rigward ta’ investimenti għal konformità mal-istandards tal-Unjoni fis-seħħ.
    10.  
    L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tingħata bi ksur ta’ xi projbizzjoni jew restrizzjoni stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, anke fejn dawn il-projbizzjonijiet u restrizzjonijiet jirreferu biss għall-appoġġ tal-Unjoni previst f’dak ir-regolament.
    11.  
    L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-65 %, ħlief fil-każijiet indikati fil-paragrafu 12.
    12.  

    L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied għal massimu ta’ 80 % għall-investimenti li ġejjin:

    (a) 

    investimenti marbuta ma’ objettiv wieħed jew ma’ aktar minn objettiv wieħed speċifiku relatat mal-ambjent u mal-klima msemmija fil-punti (e), (f) u (g) tal-Artikolu 14(3), jew ma’ titjib fil-benessri tal-annimali;

    (b) 

    investimenti minn bdiewa żgħażagħ;

    (c) 

    investimenti fir-reġjuni ultraperiferiċi jew fil-gżejjer minuri tal-Eġew.

    Artikolu 18

    Għajnuna għall-bidu ta’ negozju għal bdiewa żgħażagħ u għajnuna għall-bidu ta’ negozju għal attivitajiet agrikoli

    1.  
    Għajnuna tal-bidu għal bdiewa żgħażagħ u l-għajnuna għall-bidu ta’ negozju għal attivitajiet agrikoli għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    L-għajnuna għandha tkopri għall-bidu ta’ negozji rurali f’attivitajiet agrikoli u għad-diversifikazzjoni tal-introjtu tal-unitajiet domestiċi tal-farms f’attivitajiet agrikoli oħrajn.
    3.  
    L-għajnuna għandha tingħata biss lil bdiewa żgħażagħ fil-forma ta’ intrapriżi mikro u żgħar.
    4.  
    Fejn l-għajnuna tingħata lil bidwi żagħżugħ li jkun qiegħed jistabbilixxi azjenda fil-forma ta’ persuna ġuridika, il-bidwi żagħżugħ għandu jeżerċita kontroll effettiv u fuq żmien twil fuq il-persuna ġuridika fir-rigward ta’ deċiżjonijiet relatati mat-tmexxija, mal-benefiċċji u mar-riskji finanzjarji. Fejn diversi persuni fiżiċi, inkluż persuni li ma humiex bdiewa żgħażagħ, għandhom sehem fil-kapital jew fit-tmexxija tal-persuna legali, il-bidwi żagħżugħ għandu jkun kapaċi li jeżerċita tali kontroll effettiv u fuq żmien twil jew waħdu jew b’mod konġunt ma’ persuni oħra. Fejn persuna ġuridika hija kkontrollata b’mod uniku jew b’mod konġunt minn persuna ġuridika oħra, dawn ir-rekwiżiti għandhom japplikaw għal kull persuna fiżika li għandha l-kontroll fuq dik il-persuna ġuridika l-oħra ( 15 ).
    5.  
    L-għajnuna għandha tkun kundizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta’ pjan tan-negozju lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.
    6.  
    Għall-bdiewa żgħażagħ, meta l-benefiċjarju ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 4(6), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2021/2115, il-benefiċjarju għandu xorta waħda jkun eliġibbli għal għajnuna għal bdiewa żgħażagħ, dment li l-benefiċjarju jimpenja ruħu li jakkwista dawk il-ħiliet u l-kompetenzi okkupazzjonali fi żmien 36-il xahar mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li tagħti l-għajnuna. Dak l-impenn għandu jiġi inkluż fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju.
    7.  
    L-appoġġ għandu jkun fil-forma ta’ somom f’daqqa u għandu jkun limitat għal EUR 100 000 għal kull bidwi żagħżugħ jew għal kull bidu fil-biedja jew għal kull unità domestika tal-farm.

    Artikolu 19

    Għajnuna għall-bidu ta’ negozju għal gruppi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi fis-settur agrikolu

    1.  
    Għajnuna għall-bidu ta’ negozju għal gruppi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    Huma biss il-gruppi jew l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li ġew uffiċjalment rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat li għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna.
    3.  
    L-Istati Membri għandhom jaġġustaw l-għajnuna eżentata skont dan l-Artikolu biex iqisu kwalunkwe bidla fir-regolamenti li jirregolaw l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti agrikoli.
    4.  

    Ma għandhiex tingħata għajnuna lil:

    (a) 

    organizzazzjonijiet tal-produzzjoni, entitajiet jew korpi bħalma huma kumpaniji jew kooperattivi, li l-objettiv tagħhom huwa l-ġestjoni ta’ azjenda agrikola waħda jew aktar u li huma għalhekk effettivament produtturi uniċi;

    (b) 

    assoċjazzjonijiet agrikoli, li jwettqu kompiti, bħalma huma appoġġ reċiproku u sostituzzjoni tal-farms u servizzi ta’ ġestjoni tal-farms, fl-azjendi tal-membri mingħajr ma jkunu involuti fl-adattament konġunt għall-provvista lis-suq;

    (c) 

    gruppi, organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet ta’ produtturi li l-objettivi tagħhom ma humiex kompatibbli mal-punt (c) tal-Artikolu 152(1), l-Artikolu 152(3), jew l-Artikolu 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    5.  

    L-għajnuna għandha tkopri l-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

    (a) 

    il-kostijiet tal-kiri ta’ bini xieraq;

    (b) 

    l-akkwiżizzjoni ta’ tagħmir tal-uffiċċju;

    (c) 

    il-kostijiet tal-persunal amministrattiv;

    (d) 

    spejjeż ġenerali u tariffi legali u amministrattivi;

    (e) 

    l-akkwiżizzjoni ta’ hardware tal-kompjuter u t-tariffi għall-akkwiżizzjoni jew l-użu ta’ software tal-kompjuter, cloud u soluzzjonijiet simili.

    Fejn jinxtara bini, il-kostijiet eliġibbli għal bini għandhom ikunu limitati għal kostijiet ta’ kera b’rati tas-suq.

    6.  
    L-għajnuna għandha titħallas bħala għajnuna b’rata fissa f’pagamenti akkont annwali għall-ewwel ħames snin mid-data li fiha l-grupp jew l-organizzazzjoni tal-produtturi jkun/tkun ġie(t) rikonoxxut(a) b’mod uffiċjali mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.

    L-Istati Membri għandhom iħallsu biss l-aħħar pagament parzjali wara li jkunu vverifikaw l-implimentazzjoni korretta tal-miżura.

    7.  
    L-għajnuna għandha tkun limitata għal 10 % tal-produzzjoni kummerċjalizzata annwali tal-grupp jew tal-organizzazzjoni tal-produtturi.
    8.  
    L-ammont tal-għajnuna għandha tkun limitata għal EUR 100 000 fis-sena. L-għajnuna għandha tkun digressiva.

    Artikolu 20

    Għajnuna għall-parteċipazzjoni ta’ produtturi ta’ prodotti agrikoli fl-iskemi ta’ kwalità

    1.  

    Il-kategoriji ta’ għajnuna li ġejjin lil produtturi ta’ prodotti agrikoli għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu:

    (a) 

    għajnuna għal parteċipazzjoni ġdida fi skemi ta’ kwalità fejn din tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I;

    (b) 

    għajnuna għall-kostijiet għal miżuri obbligatorji ta’ kontroll fir-rigward tal-iskemi ta’ kwalità imwettqa skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali minn jew f’isem l-awtorità kompetenti, meta din tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 4, 6, 7 u 8 ta’ dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I;

    (c) 

    għajnuna għall-kostijiet ta’ attivitajiet ta’ riċerka dwar is-suq, il-ħolqien u d-disinn tal-prodott u għat-tħejjija ta’ applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ skemi ta’ kwalità meta din tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 6, 7 u 8 ta’ dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

    2.  

    L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata fir-rigward tal-iskemi ta’ kwalità li ġejjin:

    (a) 

    l-iskemi ta’ kwalità stabbiliti taħt:

    (i) 

    it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-inbid;

    (ii) 

    ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012;

    (iii) 

    ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 );

    (iv) 

    ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 );

    (v) 

    ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 );

    (b) 

    l-iskemi ta’ kwalità, inklużi skemi ta’ ċertifikazzjoni tal-farms, għal prodotti agrikoli rikonoxxuti mill-Istati Membri bħala skemi li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

    (i) 

    l-ispeċifiċità tal-prodott finali prodott skont tali skemi ta’ kwalità għandha tinħoloq minn obbligi ċari li jiggarantixxu waħda minn dawn li ġejjin:

    — 
    il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti;
    — 
    il-metodi speċifiċi tal-biedja jew tal-produzzjoni;
    — 
    il-kwalità tal-prodott finali li teċċedi b’mod sinifikanti l-istandards tal-komoditajiet kummerċjali fir-rigward tas-saħħa pubblika, tal-annimali jew tal-pjanti, it-trattament xieraq tal-annimali jew il-ħarsien tal-ambjent;
    (ii) 

    l-iskema ta’ kwalità għandha tkun miftuħa għall-produtturi kollha;

    (iii) 

    l-iskema ta’ kwalità għandha tinvolvi speċifikazzjonijiet vinkolanti tal-prodott finali u l-konformità ma’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet għandha tiġi vverifikata minn awtoritajiet pubbliċi jew minn korp ta’ spezzjoni indipendenti;

    (iv) 

    l-iskema ta’ kwalità għandha tkun trasparenti u għandha tiggarantixxi traċċabbiltà kompluta ta’ prodotti agrikoli;

    (c) 

    l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni volontarja ta’ prodotti agrikoli rikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji gwida tal-aqwa prattiki tal-UE għat-tħaddim ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni volontarji għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel ( 19 ).

    3.  
    L-għajnuna msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tingħata lil produtturi ta’ prodotti agrikoli fil-forma ta’ ħlas ta’ inċentiv annwali, li l-livell tiegħu għandu jiġi determinat skont il-livell tal-kostijiet fissi li jinħolqu minn parteċipazzjoni fl-iskemi ta’ kwalità.
    4.  
    L-għajnuna msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma għandhiex tingħata għall-kost ta’ kontrolli mwettqa mill-benefiċjarju nnifsu, jew meta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tipprevedi li l-kost għall-kontrolli għandu jiġi ssodisfat mill-produtturi tal-prodotti agrikoli u l-gruppi tagħhom, mingħajr ma jiġi speċifikat il-livell reali tal-imposti.
    5.  
    L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1(a) għandha tingħata għal perjodu massimu ta’ seba’ snin.
    6.  
    L-għajnuna għandha tkun aċċessibbli għal dawk l-impriżi kollha eliġibbli fiż-żona kkonċernata, abbażi ta’ kundizzjonijiet definiti b’mod oġġettiv.
    7.  
    L-għajnuna msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 ma għandhiex tinvolvi pagamenti diretti lill-benefiċjarji.

    Din għandha titħallas lill-korp responsabbli għall-miżuri ta’ kontroll, lill-fornitur tar-riċerka jew lill-fornitur ta’ konsulenza.

    8.  
    L-għajnuna msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet reali mġarrba.

    Artikolu 21

    Għajnuna għall-iskambju tal-għarfien u azzjonijiet ta’ informazzjoni

    1.  
    Għajnuna għall-iskambju tal-għarfien u azzjonijiet ta’ informazzjoni għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    Għajnuna għandha tkopri taħriġ vokazzjonali u azzjonijiet ta’ kisba ta’ ħiliet, inklużi korsijiet ta’ taħriġ, workshops, konferenzi u kkowċjar, attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni tal-innovazzjoni.

    Għajnuna tista’ tkopri wkoll skambju ta’ mmaniġġar tal-farms fuq perjodu qasir u żjarat fil-farms.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet appoġġati skont dan l-Artikolu jkunu konsistenti mad-deskrizzjoni tas-Sistemi tal-Għarfien u l-Innovazzjoni Agrikoli (“AKIS”) mogħtija fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.

    Għajnuna għal attivitajiet ta’ dimostrazzjoni tista’ tkopri kostijiet ta’ investiment rilevanti.

    3.  

    L-għajnuna għandha tkopri l-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

    (a) 

    il-kostijiet ta’ organizzazzjoni ta’ taħriġ vokazzjonali, azzjonijiet ta’ akkwiżizzjonijiet ta’ ħiliet, inklużi korsijiet ta’ taħriġ, workshops, konferenzi u kkowċjar, attivitajiet ta’ wiri u azzjonijiet ta’ informazzjoni;

    (b) 

    il-kostijiet għall-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u per diem tal-parteċipanti;

    (c) 

    il-kost tal-provvista ta’ servizzi ta’ sostituzzjoni matul l-assenza tal-parteċipanti;

    (d) 

    fil-każ ta’ proġetti ta’ dimostrazzjoni b’relazzjoni ma’ investimenti:

    (i) 

    il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-beni immobbli, bix-xir tal-art tkun eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-kostijiet kollha eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;

    (ii) 

    ix-xiri jew il-lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi;

    (iii) 

    il-kostijiet ġenerali marbuta man-nefqa imsemmija fil-punti (i) u (ii), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma’ pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji dwar il-fattibbiltà; studji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (i) u (ii) ma tkun iġġarbet;

    (iv) 

    it-tariffi tal-akkwiżizzjoni, tal-iżvilupp jew tal-użu ta’ software tal-kompjuter, ta’ soluzzjonijiet cloud u ta’ soluzzjonijiet simili, u l-akkwiżizzjoni ta’ privattivi, liċenzji, drittijiet tal-awtur u trademarks.

    4.  
    Il-kostijiet imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 3 għandhom ikunu eliġibbli biss safejn jiġġarrbu għall-proġett ta’ dimostrazzjoni u għad-durata tal-proġett ta’ dimostrazzjoni.

    Huma biss il-kostijiet tad-deprezzament li jikkorrispondu mal-ħajja tal-proġett ta’ dimostrazzjoni, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji kontabilistiċi aċċettati ġeneralment, li għandhom jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli.

    5.  
    Għajnuna msemmija fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 3 ma għandhiex tinvolvi pagamenti diretti lill-benefiċjarji.

    Għajnuna għall-kostijiet tal-provvista ta’ servizzi ta’ sostituzzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 3 tista’, alternattivament, titħallas direttament lill-fornitur tas-servizzi ta’ sostituzzjoni.

    6.  
    Korpi li jipprovdu skambju tal-għarfien u azzjonijiet ta’ informazzjoni għandu jkollhom il-kapaċitajiet xierqa fil-forma ta’ kwalifiki tal-persunal u taħriġ regolari sabiex iwettqu dawn il-kompiti.

    Il-provvista ta’ attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 tista’ titwettaq minn gruppi ta’ produtturi jew organizzazzjonijiet oħra, irrispettivament mid-daqs tagħhom.

    7.  
    L-għajnuna għandha tkun aċċessibbli għal dawk l-impriżi kollha eliġibbli fiż-żona kkonċernata, abbażi ta’ kundizzjonijiet definiti b’mod oġġettiv.

    Fejn il-provvista tal-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 titwettaq minn gruppi jew organizzazzjonijiet ta’ produtturi, is-sħubija fi gruppi jew organizzazzjonijiet bħal dawn ma għandiex tkun kundizzjoni għal aċċess għal dawk l-attivitajiet.

    Kwalunkwe kontribuzzjoni ta’ dawk li ma humiex membri lejn il-kostijiet amministrattivi tal-grupp jew organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernati għandha tkun limitata għall-kostijiet tal-provvista tal-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2.

    8.  
    L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

    Fil-każ ta’ proġetti ta’ dimostrazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 3, l-ammont massimu ta’ għajnuna għandu jkun limitat għal EUR 100 000 fuq 3 snin fiskali.

    Artikolu 22

    Għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza

    1.  
    Għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    L-għajnuna għandha tkun imfassla sabiex tgħin lill-impriżi attivi fis-settur agrikolu u lill-bdiewa żgħażagħ jibbenefikaw mill-użu ta’ servizzi ta’ konsulenza.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet appoġġati skont dan l-Artikolu jkunu konsistenti mad-deskrizzjoni tas-Sistemi tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (“AKIS”) mogħtija fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.

    3.  

    Il-parir għandu jkun marbut ma’ mill-inqas objettiv speċifiku wieħed speċifikat fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2021/2115 u għandu jkopri mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

    (a) 

    l-obbligi li jirriżultaw mir-rekwiżiti statutorji rilevanti ta’ ġestjoni u l-istandards tal-KAAT stabbiliti skont it-Titolu III, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2, tar-Regolament (UE) 2021/2115;

    (b) 

    ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Istati Membri biex jimplimentaw id-Direttiva 2000/60/KE, id-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2009/147/KE, id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ), id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 ), ir-Regolament (UE) 2016/2031, ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 22 ), l-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 23 ) u d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 24 );

    (c) 

    il-prattiki tal-farms li jipprevjenu l-iżvilupp tar-reżistenza għall-antimikrobiċi kif stabbilit fil-Komunikazzjoni “Pjan ta’ Azzjoni Saħħa Waħda Ewropew kontra r-Reżistenza Antimikrobika” ( 25 );

    (d) 

    il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju;

    (e) 

    il-modernizzazzjoni, it-tisħiħ tal-kompettività, l-integrazzjoni settorjali, l-orjentazzjoni tas-suq u l-promozzjoni tal-intraprenditorija u l-innovazzjoni, b’mod partikolari għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proġetti tal-Grupp Operazzjonali tal-EIP;

    (f) 

    it-teknoloġiji diġitali fl-agrikoltura kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 114 tar-Regolament (UE) 2021/2115;

    (g) 

    il-ġestjoni sostenibbli tan-nutrijenti, inkluż, mhux aktar tard mill-2024, l-użu ta’ Għodda ta’ Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli għan-Nutrijenti, kif imsemmi fl-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) 2021/2115;

    (h) 

    kundizzjonijiet tal-impjieg u l-obbligi tal-impjegatur kif ukoll is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali u l-appoġġ soċjali fil-komunitajiet agrikoli;

    (i) 

    il-produzzjoni sostenibbli tal-għalf, l-evalwazzjoni tal-għalf f’termini tal-kontenut tan-nutrijenti u l-valuri tal-għalf, id-dokumentazzjoni, l-ippjanar u l-kontroll tal-għalf tal-annimali tar-razzett abbażi tal-ħtiġijiet.

    4.  
    Il-parir jista’ jkopri wkoll kwistjonijiet, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 3, marbuta mal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-azjenda agrikola, inklużi aspetti ta’ kompetittività. Dan jista’ jinkludi pariri għall-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista qosra, il-biedja organika, l-iffrankar tal-enerġija sostenibbli, l-effiċjenza enerġetika u l-produzzjoni u l-użu tal-enerġija rinnovabbli għall-agrikoltura, iż-żieda fil-prestazzjoni tal-bijodiversità jew tal-bijodiversità u l-aspetti tas-saħħa tat-trobbija tal-annimali.
    5.  
    L-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ servizz issussidjat.
    6.  
    Il-korpi magħżula sabiex jipprovdu s-servizz ta’ konsulenza għandu jkollhom ir-riżorsi xierqa fil-forma ta’ persunal imħarreġ b’mod regolari u kkwalifikat u esperjenza fil-konsulenza u affidabbiltà fir-rigward tal-oqsma li huma joffru l-konsulenza dwarhom.

    Il-provvediment tas-servizzi konsultattivi jista’ jitwettaq minn gruppi ta’ produtturi jew organizzazzjonijiet oħrajn, ikun xi jkun id-daqs tagħhom.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornitur tas-servizz ta’ konsulenza jkun imparzjali u ma jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess.

    7.  
    L-għajnuna għandha tkun aċċessibbli għal dawk l-impriżi kollha eliġibbli fiż-żona kkonċernata, abbażi ta’ kundizzjonijiet definiti b’mod oġġettiv.

    Fejn il-provvista tas-servizzi konsultattivi titwettaq minn gruppi jew minn organizzazzjonijiet ta’ produtturi, is-sħubija fi gruppi jew f’organizzazzjonijiet bħal dawn ma għandiex tkun kundizzjoni għal aċċess għas-servizz.

    Kwalunkwe kontribuzzjoni minn dawk li ma humiex membri lejn il-kostijiet amministrattivi tal-grupp jew organizzazzjoni kkonċernata għandha tkun limitata għall-kostijiet tal-provvista tas-servizz ta’ konsulenza.

    8.  
    L-ammont ta’ għajnuna għandu jkun limitat għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli sa EUR 25 000 (ħlief dawk taħt il-paragrafu 4) għal kull perjodu ta’ tliet snin, għal parir ipprovdut mill-fornituri tad-servizzi lil benefiċjarju uniku attiv fil-produzzjoni agrikola primarja
    9.  
    L-ammont ta’ għajnuna għandu jkun limitat għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli sa EUR 200 000 (ħlief dawk taħt il-paragrafu 4) kull tliet snin, għal parir ipprovdut mill-fornituri tas-servizzi lil benefiċjarju uniku attiv fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli.

    Artikolu 23

    Għajnuna għal servizzi ta’ sostituzzjoni tal-farms

    1.  
    Għajnuna għal servizzi ta’ sostituzzjoni tal-farms għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    L-għajnuna għandha tkopri l-kostijiet reali mġarrba għas-sostituzzjoni ta’ bidwi, ta’ persuna fiżika li hija membru ta’ unità domestika tal-farm, jew ħaddiem tal-farm, matul l-assenza tagħhom mix-xogħol minħabba mard, inkluż mard ta’ wliedhom, btajjel, liv tal-maternità u tal-ġenituri, lieva obbligatorja, f’każ ta’ mewt jew fil-każ tal-punt(c) tal-Artikolu 21(3).
    3.  
    Id-durata totali tas-sostituzzjoni għandha tkun limitata għal tliet xhur kull sena għal kull benefiċjarju, ħlief fil-każ ta’ sostituzzjoni għal-liv tal-maternità u tal-ġenituri u s-sostituzzjoni waqt il-lieva obbligatorja. Għal-liv tal-maternità u tal-ġenituri, id-durata tas-sostituzzjoni għandha tkun limitata għal sitt xhur f’kull każ. Għal-lieva obbligatorja, id-durata tas-sostituzzjoni għandha tkun limitata għad-durata tal-perjodu tas-servizz.
    4.  
    L-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ servizz issussidjat.

    Il-provvediment tas-servizzi ta’ sostituzzjoni tal-farms jista’ jitwettaq minn gruppi jew minn organizzazzjonijiet ta’ produtturi, ikun xi jkun id-daqs tagħhom. F’każijiet bħal dawn, is-sħubija fi gruppi jew f’organizzazzjonijiet ta’ dan it-tip ma għandiex tkun kundizzjoni għall-aċċess għas-servizz.

    5.  
    L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet reali mġarrba.

    Artikolu 24

    Għajnuna għall-miżuri ta’ promozzjoni favur il-prodotti agrikoli

    1.  
    Għajnuna għall-miżuri ta’ promozzjoni favur prodotti agrikoli għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) (c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  

    L-għajnuna għandha tkopri l-kostijiet għal:

    (a) 

    l-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni f’kompetizzjonijiet, f’fieri kummerċjali jew f’esibizzjonijiet;

    (b) 

    il-pubblikazzjonijiet immirati għas-sensibilizzazzjoni dwar prodotti agrikoli fost il-pubbliku ġenerali.

    3.  
    Il-pubblikazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ma għandhomx jirreferu għal xi impriża, isem tad-ditta jew oriġini partikolari.

    Madankollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal referenzi għall-oriġini ta’ prodotti agrikoli koperti minn:

    (a) 

    skemi ta’ kwalità kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 20(2) sakemm din ir-referenza tikkorrispondi eżattament għal dak protett mill-Unjoni;

    (b) 

    skemi ta’ kwalità kif imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 20(2) sakemm din ir-referenza tkun sekondarja fil-messaġġ.

    4.  

    L-għajnuna għandha tkopri l-kostijiet eliġibbli li ġejjin għall-organizzazzjoni u għall-parteċipazzjoni f’kompetizzjonijiet, f’fieri kummerċjali jew f’wirjiet:

    (a) 

    it-tariffi tal-parteċipazzjoni;

    (b) 

    il-kostijiet tal-ivvjaġġar, u l-kostijiet għat-trasport tal-annimali u tal-prodotti li se jkunu koperti mill-azzjoni ta’ promozzjoni;

    (c) 

    il-kostijiet ta’ pubblikazzjonijiet u siti web li jħabbru l-avveniment;

    (d) 

    il-kera ta’ bini għall-wirjiet u l-istands għalihom u l-kostijiet għall-istallazzjoni u ż-żarmar tagħhom;

    (e) 

    il-premjijiet simboliċi sa valur ta’ EUR 3 000 għal kull premju u rebbieħ tal-kompetizzjoni.

    5.  

    L-għajnuna għandha tkopri l-kost eliġibbli li ġej għal pubblikazzjonijiet immirati għas-sensibilizzazzjoni dwar prodotti agrikoli fost il-pubbliku ġenerali:

    (a) 

    il-kostijiet ta’ pubblikazzjonijiet fuq mezzi stampati u elettroniċi, siti web, u xandiriet fuq il-media elettronika, fuq ir-radju jew it-televiżjoni, immirati sabiex jippreżentaw tagħrif fattwali dwar benefiċjarji minn reġjun partikolari jew sabiex jipproduċu prodott agrikolu partikolari, diment li l-informazzjoni tkun newtrali u l-benefiċjarji kollha kkonċernati jkollhom l-istess opportunità sabiex jiġu rrappreżentati fil-pubblikazzjoni;

    (b) 

    il-kostijiet għat-tixrid tal-għarfien xjentifiku u informazzjoni fattwali dwar:

    (i) 

    skemi tal-kwalità kif imsemmi fl-Artikolu 20(2) miftuħa għal prodotti agrikoli minn Stati Membri oħra u pajjiżi terzi;

    (ii) 

    il-prodotti agrikoli ġeneriċi u l-benefiċċji nutrizzjonali tagħhom u l-użu ssuġġerit għalihom.

    6.  

    L-għajnuna għandha tingħata f’waħda mill-forom li ġejjin:

    (a) 

    in natura;

    (b) 

    abbażi tar-rimborż tal-kostijiet reali mġarrba mill-benefiċjarju;

    (c) 

    fir-rigward ta’ għajnuna għal premjijiet simboliċi, anke fi flus kontanti.

    Meta l-għajnuna tingħata in natura, l-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ servizz issussidjat.

    Il-provvista ta’ miżuri promozzjonali tista’ titwettaq minn gruppi ta’ produtturi jew minn organizzazzjonijiet oħrajn, ikun xi jkun id-daqs tagħhom.

    L-għajnuna għal premji simboliċi kif imsemmi għaliha fil-punt (e) tal-paragrafu 4, għandha titħallas biss lill-fornitur tal-miżuri promozzjonali jekk il-premju jkunu ġie attwalment mogħti u mal-preżentazzjoni ta’ prova tal-għotja.

    7.  
    L-għajnuna għall-miżuri ta’ promozzjoni għandha tkun aċċessibbli għal dawk l-impriżi kollha eliġibbli fil-qasam ikkonċernat, abbażi ta’ kundizzjonijiet definiti b’mod oġġettiv.

    Fejn il-provvista tas-servizzi konsultattivi titwettaq minn gruppi jew minn organizzazzjonijiet ta’ produtturi, is-sħubija fi gruppi jew f’organizzazzjonijiet bħal dawn ma għandiex tkun kundizzjoni għal parteċipazzjoni. Kwalunkwe kontribuzzjoni ta’ dawk li ma humiex membri lejn it-tariffi amministrattivi tal-grupp jew organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernati għandha tkun limitata għall-kost tal-provvista tal-miżuri promozzjonali.

    8.  
    L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

    Artikolu 25

    Għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn eventi klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali

    1.  
    Għajnuna li tikkumpensa l-ħsara kkawżata minn event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  

    Għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

    (a) 

    li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rrikonoxxiet formalment it-tip ta’ avveniment bħala event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali;

    (b) 

    hemm rabta ta’ kawżalità diretta bejn l-event klimatiku avvers li jista’ jitqabbel ma’ diżastru naturali u d-dannu mġarrab mill-impriża.

    3.  
    L-Istati Membri jistgħu, fejn xieraq, jistabbilixxu minn qabel kriterji li abbażi tagħhom jitqies li ngħata r-rikonoxximent formali msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2.
    4.  
    L-għajnuna għandha titħallas direttament lill-imrpiża kkonċernata jew lil grupp jew lil organizzazzjoni ta’ produtturi li l-impriża hija membru tagħha.

    Meta l-għajnuna titħallas lil grupp jew lil organizzazzjoni ta’ produtturi, l-ammont ta’ għajnuna ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ għajnuna li għalih hija eliġibbli dik l-impriża.

    5.  
    L-iskemi ta’ għajnuna relatati ma’ event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali, għandhom jiġu stabbiliti fi żmien tliet snin u l-għajnuna għandha titħallas erba’ snin mid-data tal-okkorrenza tal-event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali.
    6.  
    Il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu l-ħsara mġarrba bħala konsegwenza diretta tal-event klimatiku avvers li jista’ jkun assimilat ma’ diżastru naturali, kif ivvalutati minn awtorità pubblika, minn espert indipendenti rikonoxxut mill-awtorità tal-għoti jew minn impriża tal-assigurazzjoni.
    7.  

    Il-ħsara mġarrba minħabba l-event klimatiku avvers li jista’ jkun assimilat ma’ diżastru naturali għandha tiġi kkalkolata fil-livell tal-benefiċjarju individwali. L-għajnuna tista’ tkun relatata ma’ dan li ġej:

    (a) 

    it-telf ta’ dħul mill-qerda totali jew parzjali tal-produzzjoni agrikola u l-mezzi ta’ produzzjoni hekk kif imsemmi fil-paragrafu 8;

    (b) 

    il-ħsara materjali kif imsemmi fil-paragrafu 9.

    8.  

    It-telf tal-introjtu għandu jiġi kkalkolat billi jitnaqqas:

    (a) 

    ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità tal-prodotti agrikoli prodotti fis-sena tal-event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali, jew kull sena ta’ wara affettwata mill-qerda sħiħa jew parzjali tal-mezzi ta’ produzzjoni, bil-prezz medju tal-bejgħ miksub matul dik is-sena;

    minn

    (b) 

    ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità annwali medja ta’ prodotti agrikoli prodotti fil-perjodu ta’ tliet snin qabel ma jkun seħħ l-event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali, jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perjodu tal-ħames snin qabel ma jkun seħħ l-event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali, eskluża l-ogħla entrata u dik l-aktar baxxa bil-prezz medju tal-bejgħ miksub.

    Meta SME tkun ġiet stabbilita inqas minn tliet snin mid-data tal-okkorrenza tal-event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali, ir-referenza għall-perjodu ta’ tliet snin fil-punt (b) tal-paragrafu 8 għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-kwantità prodotta u mibjugħa minn impriża medja tal-istess daqs bħall-applikant, jiġifieri mikrointrapriża jew intrapriża żgħira jew intrapriża medja, rispettivament, fis-settur nazzjonali jew reġjonali affettwat mill-event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali.

    It-telf ta’ introjtu jista’ jiġi kkalkolat jew fil-livell tal-produzzjoni annwali tal-farm jew fil-livell tal-għelejjel tar-raba’ jew tal-bhejjem.

    It-telf tal-ammont tal-introjtu jista’ jiżdied b’kostijiet oħrajn imġarrbin mill-benefiċjarju minħabba l-event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali.

    Dak it-telf tal-ammont tal-introjtu għandu jitnaqqas bi kwalunkwe kost mhux imġarrab minħabba l-event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali.

    Jistgħu jintużaw indiċijiet sabiex tiġi kkalkolata l-produzzjoni agrikola annwali tal-benefiċjarju sakemm il-metodu ta’ kalkolu użat jippermetti d-determinazzjoni ta’ telf reali tal-benefiċjarju f’sena partikolari.

    9.  
    Il-ħsara materjali mġarrba minn assi bħalma huma bini tal-farms, tagħmir u makkinarju, stokkijiet u mezzi ta’ produzzjoni, ikkawżata mill-event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali għandha tiġi kkalkolata abbażi tal-kostijiet tat-tiswija jew tal-valur ekonomiku tal-assi affettwat qabel l-event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali.

    Ma għandhiex tkun aktar mill-kost tat-tiswija jew it-tnaqqis fil-valur tas-suq ġust ikkawżat mid-diżastru, jiġifieri d-differenza bejn il-valur tal-assi immedjatament qabel u immedjatament wara l-event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat għal diżastru naturali.

    Meta t-tnaqqis tal-introjtu tal-benefiċjarju msemmi fil-paragrafu 8 jiġi kkalkolat abbażi tal-livell tal-għelejjel jew tal-bhejjem, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni biss il-ħsara materjali li hija relatata ma’ dawk l-għelejjel jew ma’ dawk il-bhejjem.

    10.  
    L-għajnuna għandha titnaqqas b’50 % sakemm ma tingħatax lill-benefiċjarji li jkollhom assigurazzjoni li tkopri mill-anqas 50 % tal-produzzjoni annwali medja tagħhom jew tal-introjtu relatat mal-produzzjoni tagħhom u l-aktar riskji klimatiċi statistikament spissi fl-Istat Membru jew fir-reġjun ikkonċernat li għalihom hemm ipprovduta kopertura tal-assigurazzjoni.
    11.  
    L-għajnuna u kwalunkwe pagament ieħor imħallas sabiex jikkumpensa għat-telf, inklużi pagamenti taħt miżuri nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn jew poloz tal-assigurazzjoni oħrajn, għandhom ikunu limitati għal 80 % tal-kostijiet eliġibbli.

    L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied sa 90 % f’żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali.

    Artikolu 26

    Għajnuna għall-kostijiet tal-prevenzjoni, tal-kontroll u tal-qerda tal-mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti u għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn mard tal-annimali jew minn pesti tal-pjanti

    1.  
    Għajnuna sabiex tkopri l-kostijiet tal-prevenzjoni, tal-kontroll u tal-qerda tal-mard tal-annimali jew tal-pesti tal-pjanti u għajnuna li tikkumpensa għal telf ikkawżat minn dak il-mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  

    L-għajnuna għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    għandha titħallas biss b’rabta ma’ mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti li għalihom jeżistu regoli tal-Unjoni jew nazzjonali, kemm jekk stabbiliti minn liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva;

    (b) 

    għandha tkun parti minn wieħed/waħda minn dawn li ġejjin:

    (i) 

    programm pubbliku fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali jew reġjonali għall-prevenzjoni, il-kontroll jew l-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali jew tal-pesti tal-pjanti kkonċernati;

    (ii) 

    miżuri ta’ emerġenza imposti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru;

    (iii) 

    miżuri biex jinqered jew jitrażżan pest tal-pjanti implimentati f’konformità mal-Artikolu 18, l-Artikolu 28 (1) u (2) u l-Artikolu 29(1) u (2), 30(1) u 33(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031;

    (iv) 

    miżuri għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard tal-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429.

    Il-programm u l-miżuri msemmija fil-punt (b) għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-miżuri kkonċernati ta’ prevenzjoni, ta’ kontroll jew ta’ qerda.

    3.  
    Fir-rigward tal-mard tal-annimali, l-għajnuna għandha tingħata fir-rigward tal-mard tal-annimali msemmi fil-lista ta’ mard tal-annimali msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, fil-lista ta’ żoonożi stabbilita fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 26 ) jew fil-lista ta’ mard tal-annimali, infezzjonijiet u infestazzjonijiet tal-Kodiċi Terrestri stabbilit mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali.
    4.  
    Għajnuna tista’ tingħata wkoll fir-rigward ta’ mard emerġenti, li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2016/429.
    5.  
    L-għajnuna ma għandhiex tkun relatata ma’ miżuri li l-kost tagħhom, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni teħtieġ li jitħallas mill-benefiċjarju, sakemm il-kost ta’ tali miżuri ma jkunx kompletament paċut minn imposti obbligatorji fuq il-benefiċjarji.
    6.  
    L-għajnuna għandha titħallas direttament lill-impriża kkonċernata jew lil grupp jew organizzazzjoni ta’ produtturi li tagħhom dik l-impriża tkun membru.

    Meta l-għajnuna titħallas lil grupp jew lil organizzazzjoni ta’ produtturi, l-ammont ta’ għajnuna ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ għajnuna li għalih hija eliġibbli dik l-impriża.

    7.  
    L-iskemi ta’ għajnuna relatati ma’ marda tal-annimali jew pest tal-pjanti għandhom jiġu introdotti fi żmien tliet snin u l-għajnuna għandha titħallas fi żmien erba’ snin mid-data tal-okkorrenza tal-ispiża jew tal-ħsara kkawżata mill-marda tal-annimali jew mill-pest tal-pjanti.
    8.  

    Fil-każ ta’ miżuri rigward mard tal-annimali, pesti tal-pjanti jew speċi aljena invażiva, jiġifieri speċi aljena invażiva li hija sors ta’ tħassib għall-Unjoni kif definita fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 27 ) u speċi aljena invażiva li hija sors ta’ tħassib għall-Istati Membri kif definita fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, li jkunu għadhom ma seħħewx (“miżuri ta’ prevenzjoni”), l-għajnuna għandha tkopri l-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

    (a) 

    verifiki tas-saħħa;

    (b) 

    analiżijiet, inklużi dijanjostiċi in-vitro;

    (c) 

    testijiet u miżuri oħra ta’ skrinjar, inklużi testijiet tat-TSE u tal-BSE;

    (d) 

    ix-xiri, il-ħażna, id-distribuzzjoni u l-amministrazzjoni ta’ tilqim, mediċini, sustanzi għall-kura tal-annimali u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u prodotti bijoċidali;

    (e) 

    it-tbiċċir jew il-qtil ta’ annimali jew il-qerda ta’ prodotti tal-annimali u pjanti u t-tindif u d-diżinfezzjoni jew diżinfestazzjoni tal-azjenda u tat-tagħmir;

    (f) 

    l-istabbiliment jew titjib ta’ miżuri ta’ bijosigurtà.

    9.  

    Fil-każ ta’ miżuri ta’ kontroll u ta’ qerda, l-għajnuna għandha tkopri l-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

    (a) 

    testijiet u miżuri oħra ta’ skrinjar fil-każ ta’ mard ta’ annimali, inklużi testijiet tat-TSE u tal-BSE;

    (b) 

    ix-xiri, il-ħażna, l-amministrazzjoni u t-tqassim ta’ tilqim, mediċini, sustanzi għall-kura tal-annimali u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u prodotti bijoċidali;

    (c) 

    it-tbiċċir jew il-qtil u l-qerda ta’ annimali u l-qerda ta’ prodotti marbuta magħhom, jew il-qerda ta’ pjanti, inklużi dawk li jmutu jew li jinqerdu bħala riżultat ta’ tilqim jew miżuri oħra ordnati mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti;

    (d) 

    it-tindif, id-diżinfezzjoni u d-diżinfestazzjoni tal-azjenda u t-tagħmir ibbażati fuq l-epidemjoloġija u l-karatteristiċi tal-patoġenu jew tal-vettur.

    10.  

    Fil-każ ta’ għajnuna li tagħmel tajjeb għat-telf ikkawżat minn mard tal-annimali jew minn pesti tal-pjanti, il-kumpens għandu jiġi kkalkolat biss abbażi ta’:

    (a) 

    il-valur tas-suq tal-annimali maqtula jew imneħħija jew li jkunu mietu jew il-prodotti marbuta magħhom jew il-pjanti meqruda:

    (i) 

    bħala riżultat tal-mard tal-annimali jew il-pesti tal-pjanti;

    (ii) 

    bħala parti minn programm pubbliku jew miżura kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2;

    (b) 

    it-telf ta’ introjtu minħabba obbligi ta’ kwarantina, diffikultajiet fl-istokkjar mill-ġdid jew it-tħawwil mill-ġdid u rotazzjoni tal-għelejjel obbligatorja imposti bħala parti minn xi programm pubbliku jew xi miżura msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2;

    (c) 

    il-kostijiet tas-sostituzzjoni tat-tagħmir li nqered skont l-ordni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru.

    Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu tal-punt (a), il-valur tas-suq għandu jiġi stabbilit abbażi tal-valur tal-annimali, tal-prodotti u tal-pjanti immedjatament qabel ma jkun hemm suspett jew konferma ta’ mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti.

    11.  

    Il-kumpens ikkalkulat skont il-paragrafu 10 għandu jitnaqqas bi:

    (a) 

    kwalunkwe kostijiet mhux imġarrba direttament minħabba l-mard tal-annimali jew il-pesti tal-pjanti u li kieku xorta kienu jiġġarbu mill-benefiċjarju;

    (b) 

    bi kwalunkwe dħul magħmul mill-bejgħ ta’ prodotti relatati mal-annimali mbiċċra jew maqtula jew mal-pjanti meqruda għal finijiet preventivi jew ta’ eradikazzjoni fuq ordni tal-awtoritajiet kompetenti.

    12.  

    L-għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata mill-mard tal-annimali jew mill-pesti tal-pjanti għandha tkun limitata għall-kostijiet u għall-ħsara kkawżata mill-mard tal-annimali u mill-pesti tal-pjanti li għaliha l-awtorità kompetenti tal-Istati Membri għamlet waħda minn dawn li ġejjin:

    (a) 

    tkun irrikonoxxiet formalment tifqigħa, fil-każ ta’ marda tal-annimali;

    (b) 

    tkun irrikonoxxiet formalment il-preżenza tagħhom, fil-każ ta’ pesti tal-pjanti.

    13.  
    Għajnuna fir-rigward tal-kostijiet eliġibbli msemmija fil-paragrafi 8 u 9 għandha tingħata in natura u għandha titħallas lill-fornitur tal-miżuri ta’ prevenzjoni, ta’ kontroll u ta’ qerda.

    Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, għajnuna relatata mal-kostijiet eliġibbli msemmija fid-dispożizzjonijiet li ġejjin tista’ tingħata direttament lill-benefiċjarju abbażi tar-rimborż tal-kostijiet reali mġarrba mill-benefiċjarju:

    (a) 

    il-paragrafu 8, il-punti (d) u (e) u l-paragrafu 9, il-punt (b), fil-każ ta’ mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti;

    (b) 

    il-punt (e) tal-paragrafu 8, u l-punt (c) tal-paragrafu 9, fil-każ tal-pesti tal-pjanti u għat-tindif u d-diżinfettar tal-azjenda u tat-tagħmir.

    14.  
    L-ebda għajnuna individwali ma għandha tingħata fejn jiġi stabbilit li l-mard tal-annimali jew il-pesti tal-pjanti kienu kkawżati intenzjonalment jew minħabba n-negliġenza tal-benefiċjarju.
    15.  
    L-għajnuna u kull pagament ieħor riċevut mill-benefiċjarju, inklużi pagamenti skont miżuri oħra nazzjonali jew tal-Unjoni jew mill-poloz tal-assigurazzjoni jew fondi mutwi għall-istess kostijiet eliġibbli kif imsemmi fil-paragrafi 8, 9 u 10 għandhom ikunu limitati għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

    Artikolu 27

    Għajnuna lis-settur tal-bhejjem u għajnuna għal bhejjem mejta

    1.  
    L-għajnuna li ġejja għal bdiewa li jrabbu l-bhejjem għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.
    2.  

    L-għajnuna għandha tkopri l-kostijiet għal:

    (a) 

    il-kostijiet amministrattivi sabiex jinħolqu u jinżammu l-kotba tal-merħla;

    (b) 

    it-testijiet imwettqa minn jew f’isem partijiet terzi, sabiex tiġi stabbilita l-kwalità ġenetika jew ir-rendiment tal-bhejjem, bl-eċċezzjoni ta’ kontrolli mwettqa mis-sid tal-bhejjem u ta’ kontrolli ta’ rutina tal-kwalità tal-ħalib;

    (c) 

    it-tneħħija ta’ bhejjem mejta;

    (d) 

    il-qerda tal-bhejjem mejta;

    (e) 

    it-tneħħija u l-qerda ta’ stokk mitluf meta l-għajnuna tkun iffinanzjata permezz ta’ tariffi jew kontribuzzjonijiet obbligatorji destinati għall-finanzjament tat-tneħħija u l-qerda tat-tali stokk mitluf, dment li t-tali tariffi jew kontribuzzjonijiet ikunu limitati għas-settur tal-laħam u imposti direttament fuqu;

    (f) 

    il-kostijiet għat-tneħħija u l-qerda ta’ bhejjem mejta fejn hemm obbligu ta’ twettiq ta’ testijiet għat-TSE fuq il-bhejjem mejta kkonċernati jew fil-każ ta’ tfaqqigħa ta’ marda tal-annimali msemmija fl-Artikolu 26(3).

    3.  
    L-għajnuna msemmija fil-punti (c), (d), (e) u (f) tal-paragrafu 2 għandha tkun kondizzjonali fuq l-eżistenza ta’ programm konsistenti ta’ monitoraġġ li jiżgura r-rimi sikur tal-bhejjem mejta kollha fl-Istat Membru.

    L-għajnuna għall-kostijiet tal-primjums imħallsa mill-bdiewa għal assigurazzjoni li tkopri l-kostijiet tat-tneħħija u tal-qerda ta’ bhejjem mejta msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28(2).

    4.  
    L-għajnuna għandha tingħata in natura u ma għandiex tinvolvi pagamenti diretti lill-benefiċjarji.

    Sabiex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni tal-għajnuna msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (c), (d), (e) u (f) l-għajnuna tista’ titħallas lil operaturi ekonomiċi jew korpi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    ikunu attivi downstream mill-impriżi attivi fis-settur tal-bhejjem;

    (b) 

    dawn jipprovdu servizzi marbuta mat-tneħħija u mal-qerda ta’ bhejjem mejta.

    5.  

    L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal:

    (a) 

    70 % tal-kostijiet tat-testijiet kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2;

    (b) 

    75 % tal-kostijiet marbuta mal-qerda msemmija fil-paragrafu 2;

    (c) 

    100 % tal-kostijiet relatati mal-kostijiet amministrattivi, mat-tneħħija, mal-qerda u mal-primjums tal-assigurazzjoni marbuta mat-tneħħija kif imsemmi fil-punti (a), (d), (e) u (f) tal-paragrafu 2.

    Artikolu 28

    Għajnuna għall-ħlasijiet ta’ primjums tal-assigurazzjoni u għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi

    1.  
    Għajnuna għall-ħlasijiet ta’ primjums tal-assigurazzjoni u għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  

    L-għajnuna għall-ħlasijiet ta’ primjums tal-assigurazzjoni ma għandhiex:

    (a) 

    tikkostitwixxi ostaklu għat-tħaddim tas-suq intern għas-servizzi tal-assigurazzjoni;

    (b) 

    tkun limitata għall-assigurazzjoni pprovduta minn kumpanija tal-assigurazzjoni unika jew grupp ta’ kumpaniji;

    (c) 

    tkun soġġetta għall-kundizzjoni li l-kuntratt tal-assigurazzjoni jsir ma’ kumpanija stabbilita fl-Istat Membru kkonċernat.

    3.  

    L-assigurazzjoni għandha tkun maħsuba sabiex tkopri telf ikkawżat minn:

    (a) 

    diżastri naturali;

    (b) 

    event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali u eventi klimatiċi avversi oħrajn;

    (c) 

    mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti jew annimali protetti;

    (d) 

    jikkumpensaw għall-primjums tal-assigurazzjoni għall-assigurazzjoni li tkopri l-kostijiet tat-tneħħija u l-qerda ta’ bhejjem mejta.

    4.  

    L-assigurazzjoni għandha:

    (a) 

    tikkumpensa biss il-kost biex tagħmel tajjeb għat-telf imsemmi fil-paragrafu 3;

    (b) 

    ma teħtieġx jew tispeċifikax it-tip jew il-kwantità ta’ produzzjoni agrikola futura.

    5.  
    L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont tal-primjum tal-assigurazzjoni li huwa eliġibbli għall-għajnuna billi japplikaw limiti massimi xierqa.
    6.  

    Il-fond mutwu kkonċernat għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

    (a) 

    ikun akkreditat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru f’konformità mal-liġi nazzjonali;

    (b) 

    ikollu politika trasparenti dwar il-pagamenti fil-fond u l-ġbid minnu;

    (c) 

    ikollu regoli ċari li jattribwixxu r-responsabbiltajiet għal kwalunkwe dejn imġarrab.

    7.  
    L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-regoli għall-kostituzzjoni u l-ġestjoni tal-fondi mutwi, b’mod partikolari għall-għoti ta’ pagamenti bħala kumpens, kif ukoll għall-amministrazzjoni u l-monitoraġġ tal-konformità ma’ dawn ir-regoli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti tal-fondi jipprevedu penali f’każ ta’ negliġenza min-naħa tal-benefiċjarju.
    8.  
    L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 70 % tal-kostijiet tal-primjum tal-assigurazzjoni jew tal-kontribuzzjoni finanzjarja għal fond mutwu.

    Artikolu 29

    Għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn annimali protetti

    1.  
    L-għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn annimali protetti għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    L-Istat Membru għandu jistabbilixxi rabta kawżali diretta, skont il-paragrafu 5, bejn il-ħsara mġarrba u l-imġiba tal-annimal protett.
    3.  
    L-għajnuna għandha titħallas direttament lill-impriża kkonċernata jew lil grupp jew organizzazzjoni ta’ produtturi li tagħhom dik l-impriża tkun membru. Meta l-għajnuna titħallas lil grupp jew organizzazzjoni ta’ produtturi, l-ammont ta’ għajnuna ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ għajnuna li għalih tkun eliġibbli dik l-impriża.
    4.  
    L-iskema ta’ għajnuna għandha tiġi stabbilita fi żmien tliet snin u l-għajnuna għandha titħallas fi żmien erba’ snin mid-data tal-okkorrenza tal-avveniment dannuż.
    5.  
    Il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu l-kostijiet imġarrba bħala konsegwenza diretta tal-avveniment li kkawża l-ħsara kif ivvalutat minn awtorità pubblika, minn espert indipendenti rikonoxxut mill-awtorità awtorizzanti jew minn impriża tal-assigurazzjoni.

    Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jinkludu dan li ġej:

    (a) 

    annimali maqtula jew pjanti meqruda: il-kostijiet eliġibbli huma bbażati fuq il-valur tas-suq tal-annimal maqtul jew tal-pjanti meqruda mill-annimali protetti;

    (b) 

    il-kostijiet indiretti: il-kostijiet veterinarji li jirriżultaw mit-trattament ta’ annimali midruba u l-kostijiet tax-xogħol relatati mat-tfittxija għal annimali neqsin, it-telf tal-introjtu minħabba rendiment tal-produzzjoni aktar baxx marbut ma’ attakki minn annimali protetti;

    (c) 

    il-ħsara materjali għall-assi li ġejjin: it-tagħmir tal-farm, il-makkinarju, il-binjiet tal-farm u l-istokkijiet; il-kalkolu tal-ħsara materjali għandu jkun ibbażat fuq il-kost tat-tiswija jew il-valur ekonomiku tal-assi affettwat qabel l-avveniment li kkawża l-ħsara; dan ma għandux jaqbeż il-kost tat-tiswija jew it-tnaqqis fil-valur tas-suq ġust ikkawżat mill-avveniment li kkawża d-danni, jiġifieri d-differenza bejn il-valur tal-proprjetà eżatt qabel u eżatt wara l-event.

    6.  
    Il-ħsara għandha tiġi kkalkolata fil-livell tal-benefiċjarju individwali.

    Dak l-ammont għandu jitnaqqas bi kwalunkwe kost mhux imġarrab minħabba l-avveniment li jikkawża l-ħsara, li kieku xorta waħda kien jiġġarrab mill-benefiċjarju.

    7.  
    Għandu jintalab sforz minimu mill-benefiċjarji mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex itaffu r-riskju ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u biex jipprovdu inċentiv biex jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju. Dan l-isforz għandu jieħu l-forma ta’ miżuri ta’ prevenzjoni, bħal sisien tas-sikurezza fejn possibbli, jew klieb li jżommu għassa tal-bhejjem, li huma proporzjonati għar-riskju ta’ ħsara kkawżata minn annimali protetti fiż-żona kkonċernata, sakemm tali miżuri ma jkunux raġonevolment possibbli. Dan il-paragrafu m’għandux japplika għall-ewwel attakk ta’ annimal protett f’żona partikolari.
    8.  
    L-għajnuna skont dan l-Artikolu għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.
    9.  
    L-għajnuna u kwalunkwe pagament ieħor riċevut biex jagħmel tajjeb għall-ħsara, inklużi pagamenti taħt miżuri nazzjonali jew tal-Unjoni jew poloz tal-assigurazzjoni oħrajn għall-ħsara li għaliha tingħata għajnuna, għandhom ikunu limitati għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

    Artikolu 30

    Għajnuna għall-konservazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura

    1.  
    L-għajnuna għall-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura, marbuta mal-impenji agroambjentali klimatiċi għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) (c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  

    Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    “konservazzjoni in situ” tfisser il-konservazzjoni ta’ materjal ġenetiku fl-ekosistemi u l-ambjenti naturali u ż-żamma u l-irkupru ta’ populazzjoni vijabbli ta’ speċi jew razez selvaġġi fl-ambjent naturali tagħhom tal-madwar u, fil-każ ta’ razez ta’ annimali domestiċi jew speċi ta’ pjanti kkultivati, fl-ambjent tar-razzett fejn huma żviluppaw il-proprjetajiet distintivi tagħhom;

    (b) 

    “konservazzjoni in situ/fil-farm” tfisser konservazzjoni in situ u żvilupp fuq livell tal-farm;

    (c) 

    “konservazzjoni ex situ” tfisser il-konservazzjoni ta’ materjal ġenetiku għall-agrikoltura barra l-ambjent naturali tagħhom;

    (d) 

    “ġabra ex situ” tfisser ġabra ta’ materjal ġenetiku għall-agrikoltura miżmuma barra l-ambjent naturali tagħhom.

    3.  

    L-impenji biex jitrabbew razez lokali fil-periklu li jintilfu għall-biedja jew biex jiġu ppreservati r-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti taħt theddida ta’ erożjoni ġenetika għandhom jinkludu waħda minn dawn li ġejjin:

    (a) 

    li jitrabbew annimali tar-razzett ta’ razez lokali fil-periklu;

    (b) 

    li jinżammu r-riżorsi ġenetiċi adattati naturalment għall-kundizzjonijiet lokali u reġjonali u mhedda mill-erożjoni ġenetika.

    4.  
    Ir-razez lokali għandhom jitqiesu bħala razez f’periklu jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2, il-punt (24) tar-Regolament (UE) 2016/1012 u jekk dawk il-kundizzjonijiet huma stabbiliti u inklużi wkoll fl-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament.
    5.  
    L-ispeċi ta’ annimali tar-razzett li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ: baqar; nagħaġ; mogħoż; żwiemel; ħnieżer; għasafar; fniek u naħal.
    6.  
    Ir-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti għandhom jitqiesu bħala mhedda ta’ erożjoni ġenetika bil-kundizzjoni li tiġi deskritta u inkluża fl-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 9(1), il-punt (b), evidenza suffiċjenti ta’ erożjoni ġenetika, ibbażata fuq riżultati xjentifiċi jew indikaturi għat-tnaqqis ta’ razez lokali jew varjetajiet lokali primittivi, id-diversità tal-popolazzjoni tagħhom u, fejn rilevanti, għal modifiki fil-prattiki agrikoli prevalenti fil-livell lokali.
    7.  

    L-għajnuna għandha tkopri l-kostijiet għall-operazzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    l-azzjonijiet immirati: l-azzjonijiet li jippromwovu l-konservazzjoni in situ u ex situ, il-karatterizzazzjoni, il-ġbir u l-użu ta’ riżorsi ġenetiċi fil-forestrija, inklużi inventarji bbażati fuq siti web ta’ riżorsi ġenetiċi li bħalissa huma kkonservati in situ, u ta’ ġabriet u bażijiet ta’ data ex situ;

    (b) 

    l-azzjonijiet miftiehma: azzjonijiet li jippromwovu l-iskambju ta’ tagħrif għall-konservazzjoni, il-ġbir u l-użu ta’ riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura tal-Unjoni, fost organizzazzjonijiet kompetenti fl-Istati Membri;

    (c) 

    l-azzjonijiet ta’ akkumpanjament: l-azzjonijiet ta’ informazzjoni, disseminazzjoni u konsulenza li jinvolvu organizzazzjonijiet mhux governattivi u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, korsijiet ta’ taħriġ u l-preparazzjoni ta’ rapporti tekniċi.

    8.  
    L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

    Artikolu 31

    Għajnuna għal impenji tat-trattament xieraq tal-annimali

    1.  
    Għajnuna għall-impenji tal-benessri tal-annimali għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) (c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    L-għajnuna għandha tingħata lil impriżi li jimpenjaw ruħhom, fuq bażi volontarja, li jwettqu operazzjonijiet li jikkonsistu f’impenn wieħed jew aktar dwar it-trattament xieraq tal-annimali msemmija fil-paragrafu 7.
    3.  
    L-Istati Membri għandhom jipprovdu għajnuna biss għal impenji li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji rilevanti stabbiliti mit-Titolu III, Kapitolu I, Taqsima 2, tar-Regolament (UE) 2021/2115 u rekwiżiti obbligatorji rilevanti oħra stabbiliti mil-liġi nazzjonali u tal-Unjoni.
    4.  
    Għajnuna skont dan l-Artikolu għandha tingħata biss għal impenji li huma differenti minn impenji li fir-rigward tagħhom jingħataw pagamenti skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2021/2115.
    5.  
    L-istandards u r-rekwiżiti obbligatorji kollha msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu identifikati u deskritti fil-bażi ġuridika nazzjonali.
    6.  
    Fejn il-liġi nazzjonali timponi rekwiżiti ġodda li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi korrispondenti stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, jista’ jingħata appoġġ għal impenji li jikkontribwixxu għall-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti għal massimu ta’ 24 xahar mid-data li fiha jsiru obbligatorji għall-azjenda.
    7.  

    L-impenji għat-trattament xieraq tal-annimali eliġibbli biex jirċievu għajnuna għandhom jipprovdu standards imtejba tal-metodi ta’ produzzjoni f’wieħed mill-oqsma li ġejjin:

    (a) 

    l-ilma, l-għalf u l-kura tal-annimali f’konformità mal-ħtiġijiet naturali tal-annimali;

    (b) 

    il-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni li jtejbu l-kumdità tal-annimali u l-libertà ta’ moviment tagħhom, bħal żieda fil-konċessjonijiet ta’ spazju, superfiċi tal-art, dawl naturali, kontroll tal-mikroklima, kif ukoll kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni bħall-ħlas fil-miftuħ jew l-akkomodazzjoni fi gruppi, skont il-ħtiġijiet naturali tal-annimali;

    (c) 

    il-kundizzjonijiet li jippermettu espressjoni ta’ mġiba naturali, bħall-arrikkiment tal-ambjent tal-għajxien jew il-ftim tard;

    (d) 

    aċċess u ragħa fil-beraħ;

    (e) 

    prattiki li jżidu r-robustezza u t-tul tal-ħajja tal-annimali, inklużi razez li jikbru aktar bil-mod;

    (f) 

    prattiki li jevitaw il-mutilazzjoni jew il-kastrazzjoni tal-annimali. F’każijiet speċifiċi meta l-mutilazzjoni jew il-kastrazzjoni tal-annimali titqies meħtieġa, iridu jintużaw anestetiċi, analġeżija u medikazzjoni antiinfjammatorja jew immunokastrazzjoni;

    (g) 

    miżuri sanitarji, li jipprevjenu l-mard mhux trażmissibbli, li ma jeħtiġux l-użu ta’ sustanzi mediċi bħal vaċċini, insettiċidi jew mediċini kontra l-parassiti.

    8.  
    L-impenji għat-trattament xieraq tal-annimali għandhom jittieħdu għal perjodu ta’ bejn sena u seba’ snin. Meta jkun hemm bżonn li jinkisbu jew jinżammu ċerti benefiċċji tat-trattament xieraq tal-annimali, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu itwal għal tipi partikolari ta’ impenji, anki billi jipprovdu għall-estensjoni annwali tagħhom wara tmiem il-perjodu inizjali.
    9.  
    It-tiġdid ta’ kuntratti ta’ impenji jista’ jkun awtomatiku wkoll, jekk id-dettalji tiegħu jkunu deskritti fil-kuntratt. Il-mekkaniżmu ta’ tiġdid tal-impenji għat-trattament xieraq tal-annimali stipulat aktar ’il fuq għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri skont ir-regoli nazzjonali rilevanti. Tali mekkaniżmu għandu jiġi deskritt fil-bażi ġuridika nazzjonali. It-tiġdid għandu dejjem ikun soġġett għar-rispett tal-kondizzjonijiet skont dan l-Artikolu.
    10.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jwettqu operazzjonijiet skont dan l-Artikolu jkollhom aċċess għall-għarfien u għall-informazzjoni rilevanti meħtieġa sabiex jimplimentaw tali operazzjonijiet, u li jkun hemm disponibbli taħriġ xieraq għal dawk li jeħtiġuh, kif ukoll aċċess għall-għarfien espert sabiex jgħin lill-bdiewa li jimpenjaw ruħhom li jibdlu s-sistemi ta’ produzzjoni tagħhom.
    11.  
    Għal impenji meħuda skont dan l-Artikolu, l-Istat Membru għandu jipprovdi klawżola ta’ reviżjoni sabiex jiżgura l-aġġustament tagħhom fil-każ ta’ emendi tar-rekwiżiti u l-istandards mandatorji rilevanti msemmija fil-paragrafi 3 u 7.
    12.  
    Għajnuna għandha tingħata kull sena sabiex tikkumpensa għall-kostijiet addizzjonali kollha jew parti minnhom u d-dħul mitluf li jirriżulta mill-impenji dwar it-trattament xieraq tal-annimali.
    13.  
    L-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 12 u ma għandhiex taqbeż EUR 500 għal kull unità ta’ bhejjem.

    Artikolu 32

    Għajnuna għall-kooperazzjoni fis-settur agrikolu

    1.  
    Għajnuna għall-kooperazzjoni fis-settur agrikolu għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) (c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    Għajnuna għandha tingħata biss biex tippromwovi l-kooperazzjoni, li tikkontribwixxi għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2021/2115.
    3.  
    Il-forom ta’ kooperazzjoni koperti minn dan l-Artikolu għandhom jinvolvu mill-inqas żewġ atturi irrispettivament minn jekk humiex attivi fis-settur agrikolu, iżda soġġetti għall-kooperazzjoni li tibbenefika prinċipalment lis-settur agrikolu.
    4.  

    Il-forom li ġejjin ta’ koperazzjoni għandhom ikunu eliġibbli:

    (a) 

    kooperazzjoni fost impriżi differenti fis-settur agrikolu, fil-katina alimentari u atturi oħra attivi fis-settur agrikolu, inklużi gruppi ta’ produtturi, kooperattivi u organizzazzjonijiet interprofessjonali, li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi u l-prijoritajiet tal-politika ta’ żvilupp rurali;

    (b) 

    il-ħolqien ta’ raggruppamenti u networks;

    (c) 

    is-suċċessjoni tal-farms, b’mod partikolari għat-tiġdid ġenerazzjonali fil-livell tal-farms (l-għajnuna għandha tkun limitata għal bdiewa li jkollhom, jew li sa tmiem l-operazzjoni se jkunu laħqu l-età tal-irtirar, iddeterminata mill-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu).

    5.  
    Għajnuna ma għandhiex tingħata għal kooperazzjoni li tinvolvi biss korpi ta’ riċerka.
    6.  

    Għajnuna tista’ tingħata għall-kooperazzjoni relatata mal-attivitajiet li ġejjin:

    (a) 

    proġetti pilota;

    (b) 

    l-iżvilupp ta’ prodotti, prattiki, proċessi u teknoloġiji ġodda fis-setturi agrikolu u alimentari, sa fejn għandhom x’jaqsmu l-prodotti agrikoli;

    (c) 

    kooperazzjoni bejn operaturi żgħar fis-settur agrikolu fl-organizzazzjoni ta’ proċessi ta’ ħidma konġunta u l-qsim ta’ faċilitajiet u riżorsi;

    (d) 

    kooperazzjoni orizzontali u vertikali bejn l-atturi tal-katina tal-provvista sabiex jinħolqu u jiġu żviluppati ktajjen qosra tal-provvista u swieq lokali;

    (e) 

    attivitajiet ta’ promozzjoni f’kuntest lokali marbuta mal-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista qosra u swieq lokali;

    (f) 

    azzjoni kollettiva mwettqa bil-għan ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew adattament għalih;

    (g) 

    approċċi konġunti għal proġetti ambjentali u prattiki ambjentali attwali inkluż il-ġestjoni effiċjenti tal-ilma, l-użu tal-enerġija rinnovabbli ( 28 ) u l-preżervazzjoni tal-pajsaġġi agrikoli;

    (h) 

    kooperazzjoni orizzontali u vertikali bejn l-atturi tal-katina tal-provvista fil-forniment sostenibbli ta’ bijomassa għall-użu fil-produzzjoni tal-ikel jekk ir-riżultat ikun prodott agrikolu u produzzjoni tal-enerġija għall-konsum proprju;

    (i) 

    l-implimentazzjoni, b’mod partikolari minn gruppi ta’ sħab pubbliċi u privati għajr dawk imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, ta’ strateġiji ta’ żvilupp lokali għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2021/1060.

    7.  
    L-għajnuna għandha tingħata biss għal forom ġodda ta’ kooperazzjoni, inklużi dawk eżistenti jekk tinbeda attività ġdida.
    8.  
    Għajnuna għall-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista qosra, kif imsemmi fil-paragrafu 6, il-punti (d) u (e), għandha tkopri biss ktajjen tal-provvista li jinvolvu mhux aktar minn intermedjarju wieħed bejn il-bidwi u l-konsumatur.
    9.  
    Għajnuna skont dan l-Artikolu għandha tikkonforma mal-Artikoli 206 sa 210a tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
    10.  
    Operazzjonijiet li jikkonsistu f’investimenti għandhom jikkonformaw mar-regoli u r-rekwiżiti, kif speċifikati fl-Artikolu applikabbli dwar l-għajnuna għall-investiment ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll mal-Artikolu 4 dwar il-limiti ta’ notifika.
    11.  

    Il-kostijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli, sa fejn jikkonċernaw attivitajiet agrikoli:

    (a) 

    il-kostijiet tal-appoġġ preparatorju, il-bini tal-kapaċità, it-taħriġ u n-networking għall-għanijiet ta’ tħejjija u implimentazzjoni ta’ proġett ta’ kooperazzjoni;

    (b) 

    il-kostijiet għal studji dwar iż-żona kkonċernata, u għal studji tal-fattibbiltà, u għat-tfassil ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jew strateġija tal-iżvilupp lokali minbarra dik imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2021/1060;

    (c) 

    il-kostijiet operazzjonali tal-kooperazzjoni;

    (d) 

    il-kostijiet tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu implimentati, inklużi l-kostijiet marbuta mal-animazzjoni;

    (e) 

    il-kostijiet għall-attivitajiet ta’ promozzjoni.

    12.  
    Għajnuna għandha tkun limitata għal perjodu massimu ta’ seba’ snin.
    13.  
    L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.
    14.  
    Fil-każ ta’ operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 11, punt (d) li jikkonsistu f’investimenti, l-għajnuna għandha tkun limitata għall-intensità massima tal-għajnuna għall-investiment, kif speċifikat fit-Taqsima rilevanti dwar l-għajnuna għall-investiment.



    Taqsima 2

    Għajnuna għall-ħarsien ambjentali fl-agrikultura

    Artikolu 33

    Għajnuna għall-iżvantaġġi relatati maż-żoni ta’ Natura 2000

    1.  
    Għajnuna għall-iżvantaġġi relatati maż-żoni agrikoli ta’ Natura 2000 għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) (c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’dan ir-Regolament.
    2.  
    Għajnuna għandha tingħata kull sena u għal kull ettaru ta’ art agrikola sabiex jiġu kkumpensati l-benefiċjarji għall-kostijiet addizzjonali u għall-introjtu mitluf, li jirriżultaw minn żvantaġġi fiż-żoni agrikoli affettwati direttament mill-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE u tad-Direttiva 2009/147/KE.
    3.  
    Għajnuna għandha tingħata biss b’rabta mal-iżvantaġġi li jirriżultaw mir-rekwiżiti li jmorru lil hinn mill-istandards tal-Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajbin rilevanti (“KAAT”) stabbiliti skont it-Titolu III, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2, tar-Regolament (UE) 2021/2115 kif ukoll il-kundizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola f’konformità mal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) 2021/2115.
    4.  

    L-għajnuna għandha titħallas biss fir-rigward taż-żoni agrikoli li ġejjin:

    (a) 

    żoni agrikoli Natura 2000;

    (b) 

    żoni oħrajn delimitati ta’ ħarsien tan-natura b’restrizzjonijiet ambjentali applikabbli għall-biedja li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/43/KEE; dawn iż-żoni ma għandhomx jaqbżu l-5 % taż-żoni ddeżinjati ta’ Natura 2000 koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-Pjan Strateġiku rilevanti tal-PAK.

    5.  
    L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u ma għandhiex taqbeż EUR 500 għal kull ettaru fis-sena fil-perjodu inizjali ta’ massimu ta’ ħames snin u EUR 200 għal kull ettaru fis-sena minn hemm’ il quddiem.

    Artikolu 34

    L-għajnuna għall-impenji agroambjentali klimatiċi

    1.  
    Għajnuna għall-impenji agroambjentali klimatiċi għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) (c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    L-għajnuna tista’ tingħata lill-impriżi u l-gruppi kollha ta’ tali impriżi li jimpenjaw ruħhom, fuq bażi volontarja, li jwettqu operazzjonijiet li jikkonsistu f’wieħed jew aktar mill-impenji msemmija fil-paragrafu 1 bil-ħsieb li jippreservaw u jippromwovu l-bidliet meħtieġa fil-prattiki agrikoli li jagħtu kontribut pożittiv għall-ambjent u l-klima.
    3.  

    L-Istati Membri għandhom jipprovdu għajnuna biss għal impenji li jmorru lil hinn minn:

    (a) 

    ir-rekwiżiti statutorji rilevanti ta’ ġestjoni u l-istandards tal-KAAT stabbiliti skont it-Titolu III, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2, tar-Regolament (UE) 2021/2115;

    (b) 

    ir-rekwiżiti minimi għall-użu tal-fertilizzanti u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif ukoll kull rekwiżit obbligatorju rilevanti stabbilit mill-liġi nazzjonali u mid-dritt tal-Unjoni;

    (c) 

    il-kundizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115.

    4.  
    L-istandards u r-rekwiżiti obbligatorji kollha msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu identifikati u deskritti fil-bażi ġuridika nazzjonali.
    5.  
    Għall-impenji msemmija fil-paragrafu 3, punt (b), fejn il-liġi nazzjonali timponi rekwiżiti ġodda li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi korrispondenti stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, l-għajnuna tista’ tingħata għal impenji li jikkontribwixxu għall-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti għal massimu ta’ 24 xahar mid-data li fiha jsiru obbligatorji għall-azjenda.
    6.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jirċievu l-għajnuna skont dan l-Artikolu jkollhom aċċess għall-għarfien u l-informazzjoni rilevanti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dawn l-operazzjonijiet, u li jsir disponibbli taħriġ xieraq għal dawk li jeħtiġuh, kif ukoll aċċess għall-għarfien espert sabiex jgħinu lill-bdiewa li jimpenjaw ruħhom li jbiddlu s-sistemi ta’ produzzjoni tagħhom.
    7.  
    L-impenji skont dan l-Artikolu għandhom jittieħdu għal perjodu ta’ bejn ħames u seba’ snin. Madankollu, meta jkun hemm bżonn li jinkisbu jew jinżammu l-benefiċċji ambjentali mfittxija, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu itwal għal tipi partikolari ta’ impenji, anki billi jipprovdu għall-estensjoni annwali tagħhom wara tmiem il-perjodu inizjali. Għal impenji għall-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-iżvilupp ta’ riżorsi ġenetiċi, għal impenji ġodda li jsegwu direttament l-impenn imwettaq fil-perjodu inizjali jew f’każijiet oħrajn debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perjodu iqsar ta’ mill-anqas sena.
    8.  
    Għajnuna għall-impenji agroambjentali klimatiċi lil benefiċjarji għajr impriżi attivi fis-settur agrikolu tista’ tingħata skont it-Taqsima 7.
    9.  

    Impenji għall-estensifikazzjoni tat-trobbija tal-bhejjem għandhom jikkonformaw mill-inqas mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    il-mergħa kollha tal-azjenda għandha titmexxa u tinżamm biex jiġi evitat ragħa mhux biżżejjed jew eċċessiv;

    (b) 

    id-densità tal-bhejjem għandha tiġi ddefinita filwaqt li jitqiesu l-bhejjem kollha li jirgħu miżmuma fil-farm jew, fil-każ ta’ impenn għal limiti tal-lissija ta’ nutrijenti, l-annimali kollha miżmuma fil-farm li huma rilevanti għall-impenn inkwistjoni.

    10.  
    Għajnuna tista’ tkopri skemi kollettivi u skemi ta’ pagamenti bbażati fuq ir-riżultati, bħal skemi ta’ sekwestru tal-karbonju, sabiex il-benefiċjarji jitħeġġu jsaħħu b’mod sinifikanti l-kwalità tal-ambjent fuq skala akbar jew b’mod li jista’ jitkejjel. L-iskemi ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola bbażati fuq ir-riżultati għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità mal-kriterji tal-kwalità rigward il-kwantifikazzjoni, l-addizzjonalità, il-ħżin fit-tul u s-sostenibbiltà, filwaqt li titqies ukoll il-Komunikazzjoni dwar Ċikli tal-Karbonju Sostenibbli ( 29 ) fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju.
    11.  
    Għal impenji meħuda skont dan l-Artikolu, l-Istat Membru għandu jipprovdi klawżola ta’ reviżjoni sabiex jiżgura l-aġġustament tagħhom fil-każ ta’ emendi tar-rekwiżiti, l-istandards u l-kundizzjonijiet mandatorji rilevanti msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 9.
    12.  
    L-għajnuna għandha tingħata kull sena sabiex tikkumpensa għall-kostijiet addizzjonali kollha jew parti minnhom u d-dħul mitluf, li jirriżultaw mill-impenji agroambjentali klimatiċi.
    13.  
    L-ebda għajnuna taħt dan l-Artikolu ma għandha tingħata għal impenji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 35.
    14.  
    L-għajnuna għandha titħallas għal kull ettaru.
    15.  
    L-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli u ma għandhiex taqbeż EUR 600 għal kull ettaru fis-sena għal għelejjel annwali, EUR 900 għal kull ettaru fis-sena għal għelejjel perenni speċjalizzati u EUR 450 għal kull ettaru fis-sena għal użi oħra tal-art.

    Artikolu 35

    Għajnuna għal agrikoltura organika

    1.  
    Għajnuna għal agrikultura organika għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    L-għajnuna tista’ tingħata lill-impriżi jew lill-gruppi ta’ impriżi kollha li jimpenjaw ruħhom b’mod volontarju li jikkonvertu jew li jżommu prattiki u metodi tal-agrikoltura organika kif inhu definit fir-Regolament (UE) 2018/848.
    3.  

    L-Istati Membri għandhom jipprovdu għajnuna biss għal impenji li jmorru lil hinn minn:

    (a) 

    ir-rekwiżiti statutorji rilevanti ta’ ġestjoni u l-istandards tal-KAAT stabbiliti skont it-Titolu III, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2, tar-Regolament (UE) 2021/2115;

    (b) 

    ir-rekwiżiti minimi għall-użu tal-fertilizzanti u tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali, kif ukoll kull rekwiżit obbligatorju ieħor stabbilit mil-liġi nazzjonali u mid-dritt tal-Unjoni;

    (c) 

    il-kundizzjonijiet stabbiliti għaż-żamma taż-żona agrikola f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115.

    4.  
    Tali standards u rekwiżiti mandatorji għandhom jiġu identifikati u deskritt fil-bażi ġuridika nazzjonali.
    5.  
    Għall-impenji msemmija fil-paragrafu 3, punt (b), fejn il-liġi nazzjonali timponi rekwiżiti ġodda li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi korrispondenti stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, l-għajnuna tista’ tingħata għal impenji li jikkontribwixxu għall-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti għal massimu ta’ 24 xahar mid-data li fiha jsiru obbligatorji għall-azjenda.
    6.  
    L-impenji msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jitwettqu fuq perjodu inizjali ta’ ħames sa seba’ snin. Sabiex jinkisbu jew jinżammu ċerti benefiċċji ambjentali mfittxija, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perjodu itwal, inkluż billi jipprovdu għall-estensjoni annwali tagħhom wara tmiem il-perjodu inizjali. Meta tingħata għajnuna għall-konverżjoni għall-biedja organika, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perjodu iqsar ta’ mill-anqas sena. Fir-rigward ta’ impenji ġodda li jikkonċernaw iż-żamma direttament wara l-impenn imlesti fil-perjodu inizjali, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perjodu iqsar ta’ mill-anqas sena.
    7.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jwettqu operazzjonijiet skont dan l-Artikolu jkollhom aċċess għall-għarfien u għall-informazzjoni rilevanti meħtieġa sabiex jimplimentaw tali operazzjonijiet, u li jkun hemm disponibbli taħriġ xieraq għal dawk li jeħtiġuh, kif ukoll aċċess għall-għarfien espert sabiex jgħin lill-bdiewa li jimpenjaw ruħhom li jibdlu s-sistemi ta’ produzzjoni tagħhom.
    8.  
    Għal impenji meħuda skont dan l-Artikolu, l-Istat Membru għandu jipprovdi klawżola ta’ reviżjoni sabiex jiżgura l-aġġustament tagħhom fil-każ ta’ emendi tar-rekwiżiti, l-istandards u l-kundizzjonijiet mandatorji rilevanti msemmija fil-paragrafu 3.
    9.  
    L-għajnuna għandha tingħata kull sena sabiex tikkumpensa għall-kostijiet addizzjonali kollha jew parti minnhom u d-dħul mitluf li jirriżulta mill-impenji. L-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandhiex tingħata għal impenji koperti mill-Artikolu 34, jew għal kostijiet koperti mill-Artikolu 20.
    10.  
    Għajnuna għall-investiment fil-produzzjoni primarja u l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti organiċi għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 14 u 17.
    11.  
    L-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli u ma għandhiex taqbeż EUR 600 għal kull ettaru fis-sena għal għelejjel annwali, EUR 900 għal kull ettaru fis-sena għal għelejjel perenni speċjalizzati u EUR 450 għal kull ettaru fis-sena għal użi oħra tal-art.



    Taqsima 3

    Għajnuna għal investimenti favur il-konservazzjoni tal-wirt kulturali u naturali

    Artikolu 36

    Għajnuna għal investimenti favur il-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali li jkun jinsab fl-azjendi agrikoli jew fil-foresti

    1.  
    Għajnuna għal investimenti mmirati lejn il-konservazzjoni ta’ patrimonju kulturali u naturali lokalizzat fuq l-azjendi agrikoli jew fil-foresti għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3), punt (c), tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta din tissodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    L-għajnuna tista’ tingħata għal investimenti bl-għan tal-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali lokalizzat fuq l-azjendi agrikoli jew fil-foresti.
    3.  
    L-għajnuna għandha tingħata għall-konservazzjoni ta’ patrimonju kulturali u naturali fil-forma ta’ pajsaġġi naturali u bini, li huwa formalment rikonoxxut bħala patrimonju kulturali jew naturali mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.
    4.  

    L-għajnuna għandha tkopri l-kostijiet eliġibbli li ġejjin intenzjonati għall-konservazzjoni ta’ patrimonju kulturali u naturali:

    (a) 

    il-kostijiet ta’ investiment f’assi tanġibbli;

    (b) 

    ix-xogħlijiet kapitalizzati.

    5.  
    L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.
    6.  
    Għajnuna għax-xogħlijiet kapitalizzati għandha tkun limitata għal EUR 10 000 kull sena.



    Taqsima 4

    Għajnuna li tagħmel tajjeb għad-danni kkawżati minn diżastri naturali fis-settur tal-agrikoltura

    Artikolu 37

    Għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsarat ikkawżati minn diżastri naturali fis-settur tal-agrikoltura

    1.  
    L-iskemi tal-għajnuna biex jagħmlu tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(2), punt (b) tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta dawn ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  

    L-għajnuna għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    għandha titħallas biss meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tkun irrikonoxxiet formalment in-natura tal-avveniment bħala diżastru naturali;

    (b) 

    meta jkun hemm rabta kawżali diretta bejn id-diżastru naturali u l-ħsara mġarrba mill-impriża.

    3.  
    L-għajnuna għandha titħallas direttament lill-impriża kkonċernata jew lil grupp jew lil organizzazzjoni ta’ produtturi li l-impriża hija membru tagħha.

    Meta l-għajnuna titħallas lil grupp jew lil organizzazzjoni ta’ produtturi, l-ammont ta’ għajnuna ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ għajnuna li għalih hija eliġibbli dik l-impriża.

    4.  
    Skemi ta’ għajnuna relatati ma’ diżastru naturali għandhom jiġu stabbiliti fi żmien tliet snin u l-għajnuna għandha titħallas fi żmien erba’ snin mid-data tal-okkorrenza tad-diżastru naturali.
    5.  
    Il-kostijiet eliġibbli għandha tkun il-ħsara mġarrba bħala konsegwenza diretta tad-diżastru naturali, kif stmat minn awtorità pubblika, minn espert indipendenti rikonoxxut mill-awtorità tal-għoti jew minn impriża tal-assigurazzjoni.
    6.  
    Il-ħsara mġarrba minħabba d-diżastru naturali għandha tiġi kkalkolata fil-livell tal-benefiċjarju individwali.
    7.  

    L-għajnuna tista’ tkun relatata ma’ dan li ġej:

    (a) 

    it-telf ta’ introjtu li jirriżulta mill-qerda totali jew parzjali tal-produzzjoni agrikola u tal-mezzi ta’ produzzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 8;

    (b) 

    il-ħsara materjali kif imsemmija fil-paragrafu 9.

    8.  

    It-telf tal-introjtu għandu jiġi kkalkolat billi jitnaqqas:

    (a) 

    ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità tal-prodotti agrikoli prodotti fis-sena tad-diżastru naturali, jew kull sena sussegwenti milquta mill-qerda totali jew parzjali tal-mezzi tal-produzzjoni, skont il-prezz medju tal-bejgħ miksub matul dik is-sena,

    minn

    (b) 

    ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità annwali medja ta’ prodotti agrikoli prodotti fil-perjodu ta’ tliet snin preċedenti għad-diżastru naturali jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perjodu tal-ħames snin preċedenti għad-diżastru naturali, bl-esklużjoni tal-ogħla u tal-anqas entrata bil-prezz medju tal-bejgħ miksub.

    Meta SME tkun ġiet stabbilita inqas minn tliet snin mid-data tal-okkorrenza tad-diżastru naturali, ir-referenza għall-perjodu ta’ tliet snin fil-punt (b) tal-paragrafu 8 għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-kwantità prodotta u mibjugħa minn impriża medja tal-istess daqs bħall-applikant, jiġifieri mikrointrapriża jew intrapriża żgħira jew intrapriża medja, rispettivament, fis-settur nazzjonali jew reġjonali affettwat mid-diżastru naturali.

    It-telf ta’ introjtu jista’ jiġi kkalkolat jew fil-livell tal-produzzjoni annwali tal-farm jew fil-livell tal-għelejjel tar-raba’ jew tal-bhejjem.

    Dak l-ammont jista’ jiżdied b’kostijiet oħra mġarrba mill-benefiċjarju direttament relatati mad-diżastru naturali.

    Dak l-ammont għandu jitnaqqas bi kwalunkwe kost li ma jkunx iġġarrab minħabba d-diżastru naturali.

    Jistgħu jintużaw indiċijiet sabiex tiġi kkalkolata l-produzzjoni agrikola annwali tal-benefiċjarju diment li l-metodu ta’ kalkolu użat jippermetti d-determinazzjoni ta’ telf attwali tal-benefiċjarju f’sena partikolari.

    9.  
    Il-ħsara materjali lil assi bħall-bini tal-farms, it-tagħmir u l-makkinarju, l-istokkijiet u l-mezzi ta’ produzzjoni kkawżati mid-diżastru naturali għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-kost tat-tiswija jew tal-valur ekonomiku tal-assi affettwat immedjatament qabel id-diżastru.

    Dan l-ammont ma għandux jaqbeż il-kost għat-tiswijiet jew għat-tnaqqis fil-valur ġust tas-suq ikkawżat mid-diżastru, jiġifieri d-differenza bejn il-valur tal-proprjetà eżatt qabel id-diżastru u eżatt warajh.

    10.  
    L-għajnuna u kwalunkwe pagament ieħor riċevut bħala kumpens għat-telf, inklużi pagamenti taħt poloz tal-assigurazzjoni għandhom jiġu limitati għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.



    Taqsima 5

    Għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni

    Artikolu 38

    Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija

    1.  
    Għajnuna għal proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp fis-settur u fis-subsetturi tal-agrikoltura u tal-forestrija għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta din tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    Il-proġett megħjun għandu jkun ta’ interess ġenerali għall-impriżi kollha attivi fis-settur jew is-sottosettur ikkonċernat kif imsemmi fil-paragrafu 1.
    3.  

    Qabel id-data tal-bidu tal-proġett megħjun, l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi ppubblikata fuq sit web aċċessibbli għall-pubbliku fil-livell nazzjonali jew reġjonali:

    (a) 

    li l-proġett megħjun irid jitwettaq;

    (b) 

    l-għanijiet tal-proġett megħjun;

    (c) 

    data approssimattiva għall-pubblikazzjoni tar-riżultati mistennija mill-proġett megħjun;

    (d) 

    il-post ta’ pubblikazzjoni tar-riżultati mistennija mill-proġett megħjun fuq l-Internet;

    (e) 

    li r-riżultati tal-proġett megħjun ikunu disponibbli bla ħlas għall-impriżi kollha attivi fis-setturi jew is-subsetturi kkonċernati.

    4.  
    Ir-riżultati tal-proġett megħjun għandhom ikunu disponibbli fuq sit web aċċessibbli pubblikament mid-data tat-tmiem tal-proġett megħjun jew id-data li fiha kull informazzjoni dwar dawn ir-riżultati tingħata lill-membri ta’ xi organizzazzjoni partikolari, liema minnhom tiġi l-ewwel. Ir-riżultati għandhom jibqgħu disponibbli fuq l-Internet għal perjodu ta’ mill-anqas ħames snin mid-data tat-tmiem tal-proġett megħjun.
    5.  
    Għandha tingħata għajnuna direttament lill-organizzazzjoni tar-riċerka u/jew tat-tixrid tal-għarfien.
    6.  
    L-għajnuna ma għandiex tinvolvi pagamenti lil impriżi attivi fis-settur agrikolu jew forestali abbażi tal-prezz ta’ prodotti agrikoli jew forestali.
    7.  

    Il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu dawn li ġejjin:

    (a) 

    kostijiet tal-persunal relatati mar-riċerkaturi, mat-teknixins u ma’ persunal ieħor ta’ appoġġ diment li dawn ikunu impjegati fuq il-proġett;

    (b) 

    il-kostijiet tal-istrumenti u t-tagħmir diment li jkunu użati fil-proġett u għall-perjodu li jintużaw fih; fejn tali strumenti u tagħmir ma jintużawx tul ħajjithom kollha fil-proġett, jitqiesu eliġibbli biss il-kostijiet ta’ deprezzament li jikkorrispondu għall-ħajja tal-proġett, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji ta’ kontabbiltà aċċettati b’mod ġenerali;

    (c) 

    il-kostijiet tal-bini u tal-art, sal-punt u għall-perjodu tad-durata użati għall-proġett u taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i) 

    fir-rigward tal-bini, għandhom jitqiesu bħala eliġibbli biss dawk il-kostijiet tad-deprezzament li jikkorrispondu mal-ħajja tal-proġett, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji ta’ kontabbiltà aċċettati b’mod ġenerali;

    (ii) 

    fir-rigward tal-artijiet, huma eliġibbli l-kostijiet tat-trasferiment kummerċjali jew il-kostijiet tal-kapital realment imġarrba;

    (d) 

    il-kostijiet tar-riċerka kuntrattwali, l-għarfien u privattivi mixtrija jew liċenzjati minn sorsi barranin b’kundizzjonijiet distakkati, kif ukoll il-kostijiet tal-konsulenzi u s-servizzi ekwivalenti użati esklussivament għall-proġett;

    (e) 

    spejjeż ġenerali addizzjonali u spejjeż operazzjonali oħrajn, li jinkludu kostijiet ta’ materjali, fornimenti u prodotti simili, magħmula direttament bħala riżultat tal-proġett.

    8.  
    Meta organizzazzjoni tar-riċerka u/jew tat-tixrid tal-għarfien twettaq ukoll attivitajiet ekonomiċi, il-finanzjament, il-kostijiet u d-dħul ta’ dawk l-attivitajiet ekonomiċi għandhom ikunu kontabilizzati b’mod separat.
    9.  
    L-impriżi li jistgħu jeżerċitaw influwenza fuq organizzazzjoni tar-riċerka u t-tixrid tal-għarfien, fil-kapaċità tagħhom, pereżempju bħala azzjonisti jew membri, ma għandhom igawdu l-ebda aċċess preferenzjali għall-kapaċitajiet ta’ riċerka tagħha jew għar-riżultati ġġenerati minnha.
    10.  
    L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

    Artikolu 39

    Għajnuna għall-kostijiet imġarrba minn impriżi li jipparteċipaw fi proġetti tal-Grupp Operazzjonali tal-EIP

    1.  
    Għajnuna għall-kostijiet imġarrba mill-impriżi li jipparteċipaw fi proġetti tal-Grupp Operazzjonali tal-EIP koperti mill-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2021/2115, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  

    Il-kostijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-proġetti tal-Grupp Operazzjonali tal-EIP:

    (a) 

    il-kostijiet tal-appoġġ preparatorju, il-bini tal-kapaċità, it-taħriġ u n-networking għall-għanijiet ta’ tħejjija u implimentazzjoni ta’ proġett tal-Grupp Operazzjonali tal-EIP;

    (b) 

    l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet approvati;

    (c) 

    it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni tal-grupp;

    (d) 

    kostijiet operazzjonali marbuta mal-ġestjoni tal-implimentazzjoni tal-proġett tal-Grupp Operazzjonali tal-EIP;

    (e) 

    animazzjoni tal-komunità tal-EIP sabiex tiffaċilita l-iskambju bejn il-partijiet ikkonċernati biex jipprovdu informazzjoni u jippromwovu l-proġetti, u biex jappoġġaw benefiċjarji potenzjali bil-għan li jiżviluppaw operazzjonijiet u jħejju applikazzjonijiet.

    3.  
    L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż ir-rati massimi ta’ appoġġ previsti għal kull tip ta’ operazzjoni fir-Regolament (UE) 2021/2115.

    Artikolu 40

    Ammonti limitati ta’ għajnuna lill-impriżi li jibbenefikaw minn proġetti tal-Grupp Operazzjonali tal-EIP

    1.  
    Għajnuna lil impriżi li jipparteċipaw fi proġetti tal-Grupp Operazzjonali tal-EIP, jew li jibbenefikaw minnhom, kif imsemmi fl-Artikolu 39(1) ta’ dan ir-Regolament, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    L-ammont totali ta’ għajnuna mogħtija għal kull proġett tal-Grupp Operazzjonali tal-EIP ma għandux jaqbeż il-EUR 500 000 .



    Taqsima 6

    Għajnuna favur il-forestrija

    Artikolu 41

    Għajnuna għall-afforestazzjoni u għall-ħolqien ta’ msaġar

    1.  
    Għajnuna għall-afforestazzjoni u għall-ħolqien ta’ msaġar għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    L-għajnuna għall-afforestazzjoni u għall-ħolqien ta’ msaġar għandha tkopri l-kostijiet ta’ stabbiliment u primjum annwali għal kull ettaru.

    L-għajnuna għall-afforestazzjoni u għall-ħolqien ta’ msaġar tista’ tkopri operazzjonijiet ta’ investiment.

    3.  

    L-għajnuna għall-afforestazzjoni u għall-ħolqien ta’ msaġar relatata ma’ operazzjonijiet ta’ investiment għandha tkopri l-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

    (a) 

    il-kostruzzjoni, l-akkwiżizzjoni, inkluż il-lokazzjoni, jew it-titjib ta’ beni immobbli, bix-xiri tal-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-kostijiet totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata bl-eċċezzjoni tax-xiri tal-art jekk l-għajnuna tingħata fil-qafas ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK;

    (b) 

    ix-xiri jew il-lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi;

    (c) 

    il-kostijiet ġenerali li huma marbutin man-nefqa imsemmija fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma’ pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji dwar il-fattibbiltà; l-istudji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anki fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ma tkun iġġarrbet ebda nefqa skont il-punti (a) u (b);

    (d) 

    it-tariffi tal-akkwiżizzjoni, tal-iżvilupp jew tal-użu ta’ software tal-kompjuter, ta’ soluzzjonijiet cloud u ta’ soluzzjonijiet simili, u l-akkwiżizzjoni ta’ privattivi, liċenzji, drittijiet tal-awtur, trademarks;

    (e) 

    il-kostijiet sabiex jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti u strument ekwivalenti.

    Għajnuna li tingħata fil-qafas ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK u li hija pprovduta fil-forma ta’ strumenti finanzjarji tista’ tkopri kostijiet eliġibbli minbarra dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu, dment li l-kostijiet ikunu kompletament eliġibbli skont il-Pjan Strateġiku rilevanti tal-PAK u li l-għajnuna tidħol fis-seħħ wara l-approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku rilevanti mill-Kummissjoni.

    Ħlief meta l-appoġġ jingħata fil-qafas ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK fil-forma ta’ strumenti finanzjarji, il-kapital operatorju ma għandux jitqies bħala spiża eliġibbli.

    4.  
    Għal operazzjonijiet ta’ investimenti li jeħtieġu valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE l-għajnuna għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li tkun saret tali valutazzjoni u li jkun ingħata l-permess għall-iżvilupp għall-proġett ta’ investiment ikkonċernat qabel id-data tal-għoti tal-għajnuna individwali.
    5.  

    Il-kostijiet ta’ stabbiliment li ġejjin għandhom jkunu eliġibbli:

    (a) 

    il-kostijiet tal-materjal tal-pjantaġġun u ta’ propagazzjoni;

    (b) 

    il-kostijiet tal-pjantaġġun u l-kostijiet direttament marbuta mal-pjantaġġun;

    (c) 

    il-kostijiet ta’ operazzjonijiet relatati bħall-ħażna u t-trattamenti tan-nibbieta bil-materjali ta’ prevenzjoni u protezzjoni neċessarji;

    (d) 

    il-kostijiet tas-sostituzzjoni tad-dieta matul l-ewwel sena u s-sostituzzjoni ta’ ikel fuq skala żgħira matul l-ewwel snin wara t-tħawwil. Il-kostijiet tas-sostituzzjoni ta’ mewt fuq skala kbira jistgħu jiġu appoġġati biss skont l-Artikolu 43.

    6.  
    Il-primjum annwali għal kull ettaru għandu jkopri l-kostijiet għad-dħul mitluf u l-kostijiet ta’ manutenzjoni, inkluż tindif bikri u tard, għal perjodu massimu ta’ 12-il sena mid-data tal-għoti tal-għajnuna.
    7.  

    L-għajnuna ma għandhiex tingħata għat-tħawwil tas-siġar li ġejjin:

    (a) 

    is-siġar għal imsaġar ta’ rotazzjoni qasira;

    (b) 

    is-siġar tal-Milied;

    (c) 

    siġar li jikbru malajr għall-produzzjoni tal-enerġija;

    (d) 

    speċijiet mhux indiġeni għaż-żona, ħlief fejn jingħata appoġġ fil-qafas tal-Pjan Strateġiku tal-PAK;

    (e) 

    investimenti fit-tisġir li ma jkunux konsistenti mal-objettivi klimatiċi u ambjentali f’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, kif żviluppati fil-Linji Gwida Pan-Ewropej għall-Afforestazzjoni u r-Riforestazzjoni ( 30 ).

    8.  
    L-ispeċi mħawla għandhom ikunu adattati għall-kundizzjonijiet ambjentali u klimatiċi taż-żona u jridu jkunu konformi ma’ rekwiżiti ambjentali minimi fil-punt (12).
    9.  
    Fiż-żoni fejn l-afforestazzjoni hija diffiċli minħabba kundizzjonijiet pedoklimatiċi severi, tista’ tingħata għajnuna għat-tħawwil ta’ speċijiet oħra tal-injam perenni bħal arbuxelli jew siġar żgħar adatti għall-kundizzjonijiet lokali.
    10.  
    L-għajnuna għal intrapriżi kbar għandha tkun kundizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta’ informazzjoni rilevanti minn pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti skont il-Linji Gwida Ġenerali għall-Ġestjoni Sostenibbli tal-Foresti fl-Ewropa ( 31 ).

    Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-muniċipalitajiet, li huma awtoritajiet lokali awtonomi b’baġit annwali ta’ anqas minn EUR 10 miljun u ta’ anqas minn 5 000 abitant.

    11.  
    L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.
    12.  

    Ir-rekwiżiti ambjentali minimi li ġejjin għandhom japplikaw fil-kuntest tal-għajnuna għat-tisġir u l-ħolqien ta’ msaġar:

    (a) 

    l-għażla tal-ispeċi li għandhom jitħawlu, taż-żoni u tal-metodi li għandhom jintużaw għandha tevita l-afforestazzjoni mhux xierqa ta’ ħabitats sensittivi bħall-artijiet mimlija pit u l-artijiet mistagħdra u l-effetti negattivi fuq żoni ta’ valur ekoloġiku għoli fosthom żoni fejn issir biedja b’valur naturali għoli. Skont id-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE dwar siti indikati bħala ta’ Natura 2000 għandha tiġi permessa biss afforestazzjoni konsistenti mal-objettivi ta’ ġestjoni tas-siti kkonċernati u miftiehma mal-awtorità tal-Istat Membru responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ Natura 2000;

    (b) 

    l-għażla tal-ispeċi, il-varjetajiet, l-ekotipi u l-provenjenzi tas-siġar għandha tqis il-ħtieġa għar-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u għal diżastri naturali u l-kundizzjoni pedoloġika u idroloġika taż-żona kkonċernata, kif ukoll il-karattru invażiv potenzjali tal-ispeċi fil-kundizzjonijiet lokali kif definiti mill-Istati membri. Il-benefiċjarju għandu jkun meħtieġ jipproteġi u jieħu ħsieb il-foresta tal-anqas matul il-perjodu li għalih jitħallas il-primjum għall-introjtu agrikolu mitluf u l-manutenzjoni. Dan għandu jinkludi l-indukrar, iż-żbir jew ir-ragħa, kif xieraq, fl-interess tal-iżvilupp tal-foresta fil-futur u r-regolazzjoni tal-kompetizzjoni b’veġetazzjoni erbaċea u l-evitar tal-akkumulazzjoni ta’ materjal li jikber minn taħt suxxettibbli għan-nar. Fir-rigward ta’ speċi li jikbru malajr, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu ż-żmien minimu u massimu ta’ qabel il-qtugħ. Iż-żmien minimu ma għandux ikun ta’ anqas minn 8 snin u ż-żmien massimu ma għandux jaqbeż l-20 sena;

    (c) 

    f’każijiet fejn, minħabba kundizzjonijiet tal-ħamrija, ambjentali jew klimatiċi diffiċli, inklużi d-degradazzjoni ambjentali, it-tħawwil ta’ speċijiet imsaġġra perenni ma jistax ikun mistenni li jwassal għall-istabbiliment ta’ kopertura ta’ foresta kif definit f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jippermetti lill-benefiċjarju jistabbilixxi kopertura ta’ veġetazzjoni ta’ siġar oħrajn bħalma huma l-arbuxelli jew buxxijiet xierqa għall-kundizzjonijiet lokali. Il-benefiċjarju għandu jiżgura l-istess livell ta’ attenzjoni u protezzjoni kif applikabbli għall-foresti;

    (d) 

    fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ afforestazzjoni li jwasslu sabiex il-foresti jikbru aktar minn ċertu limitu li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, l-operazzjoni trid tikkonsisti minn dan li ġej:

    (i) 

    it-tħawwil ta’ speċijiet adatti għall-ekoloġija jew speċi reżiljenti għat-tibdil fil-klima fiż-żona bijoġeografika kkonċernata, u li valutazzjoni tal-impatti tkun sabet li ma jheddux il-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema, jew li jkollhom impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem;

    (ii) 

    taħlita ta’ speċijiet ta’ siġar li tinkludi jew tal-anqas 10 % tas-siġar b’weraq wesgħin fiż-żona, jew minimu ta’ tliet speċijiet ta’ siġar jew varjetajiet, bl-anqas waħda komuni minnhom li tieħu tal-anqas 10 % taż-żona.

    Artikolu 42

    Għajnuna għal sistemi tal-agroforestrija

    1.  
    Għajnuna għal sistemi tal-agroforestrija għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    Għajnuna għal sistemi tal-agroforestrija għandha tkopri l-kostijiet ta’ stabbiliment, riġenerazzjoni jew rinnovazzjoni u primjum annwali għal kull ettaru.
    3.  
    Għajnuna għal sistemi tal-agroforestrija tista’ tkopri operazzjonijiet ta’ investiment.
    4.  

    Għajr meta l-appoġġ jingħata fil-forma ta’ strumenti finanzjarji, l-għajnuna għas-sistemi tal-agroforestrija relatati ma’ operazzjonijiet ta’ investiment, għandha tkopri l-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

    (a) 

    il-kostruzzjoni, l-akkwiżizzjoni, inkluż il-lokazzjoni, jew it-titjib ta’ beni immobbli, bix-xiri tal-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-kostijiet totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata bl-eċċezzjoni tax-xiri tal-art jekk l-għajnuna tingħata fil-qafas ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK;

    (b) 

    ix-xiri jew il-lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi;

    (c) 

    il-kostijiet ġenerali li huma marbutin man-nefqa imsemmija fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma’ pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji dwar il-fattibbiltà; l-istudji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anki meta ma tkun saret l-ebda nefqa kif imsemmi fil-punti (a) u (b);

    (d) 

    it-tariffi tal-akkwiżizzjoni, tal-iżvilupp jew tal-użu ta’ software tal-kompjuter, ta’ cloud u ta’ soluzzjonijiet simili, u l-akkwiżizzjoni ta’ privattivi, liċenzji, drittijiet tal-awtur, trademarks;

    (e) 

    il-kostijiet sabiex jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti u strument ekwivalenti.

    Ħlief meta l-appoġġ jingħata fil-qafas ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK fil-forma ta’ strumenti finanzjarji, il-kapital operatorju ma għandux jitqies bħala spiża eliġibbli.

    5.  
    Għal operazzjonijiet ta’ investimenti li jeħtieġu valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE, l-għajnuna għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li tkun saret valutazzjoni ta’ dan it-tip u li jkun ingħata l-permess għall-iżvilupp għall-proġett ta’ investiment ikkonċernat qabel id-data tal-għoti tal-għajnuna individwali.

    L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-għajnuna li tingħata fil-forma ta’ strumenti finanzjarji.

    6.  

    Il-kostijiet li ġejjin għall-istabbiliment, għar-riġenerazzjoni jew għar-rinnovazzjoni tas-sistema tal-agroforestrija għandhom ikunu eliġibbli:

    (a) 

    il-kostijiet tat-tħawwil tas-siġar, inklużi l-kostijiet tal-materjal tat-tħawwil, tal-pjantaġġun, tal-ħażna u tat-trattamenti tan-nebbieta bil-materjali neċessarji ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni;

    (b) 

    il-kostijiet tal-konverżjoni ta’ foresti eżistenti jew ta’ msaġar oħrajn, inklużi l-kostijiet tat-tqaċċit tas-siġar, tal-irmondar u taż-żbir u tal-protezzjoni kontra annimali li jirgħu;

    (c) 

    kostijiet oħrajn marbutin direttament mal-istabbiliment, mar-riġenerazzjoni jew mar-rinnovazzjoni ta’ sistema tal-agroforestrija bħalma huma kostijiet għal studji dwar il-fattibbiltà, għal pjan ta’ stabbiliment, għal eżami tal-ħamrija, għall-preparazzjoni u għall-protezzjoni tal-ħamrija;

    (d) 

    il-kostijiet tas-silvopastoral, jiġifieri l-faċilitajiet ta’ tisqija u ta’ protezzjoni għas-sistema tar-ragħa;

    (e) 

    il-kostijiet tat-trattament neċessarju konness mal-istabbiliment, mar-riġenerazzjoni jew mar-rinnovazzjoni ta’ sistema ta’ agroforestrija, inkluż it-tisqija u l-qtugħ;

    (f) 

    il-kostijiet tat-tħawwil mill-ġdid matul l-ewwel sena wara l-istabbiliment, ir-riġenerazzjoni jew ir-rinnovazzjoni ta’ sistema ta’ agroforestrija.

    7.  
    Il-primjum annwali għal kull ettaru għandu jkopri wkoll il-kostijiet għall-manutenzjoni tas-sistema tal-agroforestrija, u għandu jitħallas għal perjodu massimu ta’ 12-il sena mid-data tal-għoti tal-għajnuna.

    Il-kostijiet eliġibbli ta’ manutenzjoni jistgħu jirrelataw mal-faxex stabbiliti tas-siġar, l-azzjonijiet tat-tneħħija tal-ħaxix ħażin, taż-żbir, tal-irmondar u ta’ protezzjoni u investimenti bħalma huma ċnut jew tubi individwali ta’ protezzjoni.

    8.  

    L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-istruttura u l-kompożizzjoni tas-sistema tal-agroforestrija, filwaqt li jqisu dan li ġej:

    (a) 

    il-kundizzjonijiet lokali pedoklimatiċi u ambjentali;

    (b) 

    l-ispeċijiet tal-forestrija;

    (c) 

    il-ħtieġa li jkun żgurat użu sostenibbli agrikolu tal-art.

    9.  
    L-intensità massima tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

    Artikolu 43

    Għajnuna għall-prevenzjoni u r-restawr tal-ħsara lill-foresti

    1.  
    L-għajnuna għall-prevenzjoni u għar-restawr ta’ ħsara lill-foresti minn nirien fil-foresti, diżastri naturali, eventi klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali, eventi klimatiċi avversi oħrajn, pesti tal-pjanti, avvenimenti katastrofiċi, avvenimenti relatati mat-tibdil fil-klima, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 107(2), jew rispettivament il-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat, u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu, meta tissodisfa il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  

    L-għajnuna għandha tkopri l-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

    (a) 

    l-istabbiliment ta’ infrastruttura protettiva, inkluż il-kostijiet tal-manutenzjoni fil-każ ta’ tifqigħat ta’ nar;

    (b) 

    attivitajiet lokali ta’ prevenzjoni fuq skala żgħira kontra n-nar, jew perikli naturali oħrajn, inkluż il-kostijiet tal-użu ta’ annimali li jirgħu, bħal għatjiet, tisqija, sisien, u trasport tal-annimali;

    (c) 

    l-istabbiliment u titjib ta’ faċilitajiet għall-monitoraġġ tan-nirien fil-foresti, tal-pesti u ta’ mard u tat-tagħmir ta’ komunikazzjoni;

    (d) 

    ir-restawr tal-potenzjal tal-forestrija li jkun ġarrab ħsara minħabba nirien, diżastri naturali, eventi klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastri naturali, eventi klimatiċi avversi oħra, pesti tal-pjanti, avvenimenti katastrofiċi u avvenimenti relatati mat-tibdil fil-klima.

    3.  
    L-għajnuna ma għandhiex tingħata għal attivitajiet relatati mal-agrikoltura f’żoni koperti mill-impenji msemmija fl-Artikolu 34.
    4.  
    Huma biss iż-żoni tal-foresti li jappartjenu għall-pjan ta’ protezzjoni tal-foresti stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat li għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna għall-prevenzjoni tan-nirien.
    5.  

    Fil-każ tar-restawr tal-potenzjal tal-forestrija msemmi fil-paragrafu 2, il-punt (d), l-għajnuna għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    ir-rikonoxximent formali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat li jkun seħħ in-nar, id-diżastru naturali, l-event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali, event klimatiku avvers ieħor, pesti tal-pjanti, avveniment katastrofiku jew avveniment relatat mat-tibdil fil-klima u mas-sottomissjoni mill-benefiċjarji ta’ prova ta’ għodod xierqa għall-ġestjoni tar-riskju biex tiġi indirizzata l-okkorrenza potenzjali tal-avveniment dannuż fil-futur fejn xieraq;

    (b) 

    ir-rikonoxximent formali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat li l-miżuri f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/2031 biex jiġi miġġieled, eradikat jew ikkontrollat pest tal-pjanti jkunu ġew implimentati;

    (c) 

    fil-każ ta’ għajnuna skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-Trattat, il-preżentazzjoni mill-benefiċjarji ta’ prova li tali restawr se jinkludi miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, sakemm tali miżuri ta’ adattament ma jiffurmawx parti integrali mill-iskema u japplikaw għall-benefiċjarji kollha.

    6.  
    Fil-każ ta’ għajnuna għall-prevenzjoni ta’ ħsara lil foresta minn pesti tal-pjanti, ir-riskju tal-okkorrenza tal-pesti tal-pjanti għandu jkun appoġġat minn evidenza xjentifika u rikonoxxut minn organizzazzjoni xjentifika pubblika.

    Il-lista ta’ speċijiet ta’ pesti tal-pjanti li jikkawżaw jew jistgħu jikkawżaw ħsara għandha tiġi inkluża fl-iskema ta’ għajnuna jew fl-għajnuna ad hoc sottomessa mill-Istat Membru rilevanti.

    7.  
    L-attivitajiet jew proġetti megħjuna għandhom ikunu konsistenti mal-pjan ta’ protezzjoni tal-foresti stabbilit mill-Istati Membri.

    Fil-każ tar-restawr tal-potenzjal tal-forestrija msemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 2, l-għajnuna għal intrapriżi kbar għandha tkun kondizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta’ informazzjoni rilevanti minn pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti skont il-Linji Gwida Ġenerali għall-Ġestjoni Sostenibbli tal-Foresti fl-Ewropa. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-muniċipalitajiet, li huma awtoritajiet lokali awtonomi b’baġit annwali ta’ anqas minn EUR 10 miljun u ta’ anqas minn 5 000 abitant.

    8.  
    Ma għandiex tingħata għajnuna għat-telf ta’ introjtu kkawżat min-nirien, diżastri naturali, eventi klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastri naturali, eventi klimatiċi avversi oħra, pesti tal-pjanti, avvenimenti katastrofiċi u avvenimenti relatati mat-tibdil fil-klima.
    9.  
    L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

    L-għajnuna mogħtija għall-kostijiet eliġibbli kif imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 2, u kwalunkwe pagament ieħor imħallas lill-benefiċjarju, inklużi pagamenti skont miżuri oħrajn nazzjonali jew tal-Unjoni jew poloz tal-assigurazzjoni għall-istess kostijiet eliġibbli għandhom ikunu limitati għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

    Artikolu 44

    Għajnuna għall-investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi tal-foresti

    1.  
    Għajnuna għall-investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi tal-foresti għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    L-investimenti għandhom ikunu mmirati lejn l-ilħuq tal-impenji għal għanijiet ambjentali, għall-provvista ta’ servizzi ekosistemiċi jew għal titjib tal-valur tal-amenitajiet pubbliċi ta’ art forestali u msaġġra fiż-żona kkonċernata jew it-titjib tal-potenzjal ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-potenzjal tal-adattament ta’ ekosistemi, mingħajr ma jiġu esklużi benefiċċji ekonomiċi fuq żmien twil. L-ispeċijiet mhux indiġeni għaż-żona għandhom jiġu esklużi, ħlief meta l-appoġġ jingħata fil-qafas tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.
    3.  
    Għal investiment li jeħtieġ valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE l-għajnuna għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li tkun saret it-tali valutazzjoni u li jkun ingħata l-permess għall-iżvilupp għall-proġett ta’ investiment ikkonċernat qabel id-data tal-għoti tal-għajnuna individwali. Madankollu, l-għajnuna mogħtija fil-forma ta’ strumenti finanzjarji għandha tkun eżentata minn dik il-kundizzjoni.
    4.  

    Ħlief meta l-appoġġ jingħata fil-forma ta’ strumenti finanzjarji, l-għajnuna għandha tkopri l-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

    (a) 

    il-kostruzzjoni, l-akkwiżizzjoni, inkluż il-lokazzjoni, jew it-titjib ta’ beni immobbli, bix-xiri tal-art eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-kostijiet totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata bl-eċċezzjoni tax-xiri tal-art jekk l-għajnuna tingħata fil-qafas ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK;

    (b) 

    ix-xiri jew il-lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi;

    (c) 

    il-kostijiet ġenerali relatati man-nefqa msemmija fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-arkitett, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma’ konsulenza dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inkluż studji tal-fattibbiltà; l-istudji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarrbet;

    (d) 

    it-tariffi tal-akkwiżizzjoni, tal-iżvilupp jew tal-użu ta’ software tal-kompjuter, ta’ soluzzjonijiet cloud u ta’ soluzzjonijiet simili, u l-akkwiżizzjoni ta’ privattivi, liċenzji, drittijiet tal-awtur u trademarks;

    (e) 

    il-kostijiet sabiex jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti u strument ekwivalenti.

    (f) 

    il-kostijiet tal-materjal tal-pjantaġġun u ta’ propagazzjoni;

    (g) 

    il-kostijiet tal-pjantaġġun u l-kostijiet direttament marbuta mal-pjantaġġun;

    (h) 

    il-kostijiet ta’ operazzjonijiet relatati bħall-ħażna u t-trattamenti tan-nibbieta bil-materjali ta’ prevenzjoni u protezzjoni neċessarji;

    (i) 

    il-kostijiet tas-sostituzzjoni tad-dieta matul l-ewwel sena u s-sostituzzjoni ta’ ikel fuq skala żgħira matul l-ewwel snin wara t-tħawwil. Il-kostijiet tas-sostituzzjoni ta’ mewt fuq skala kbira jistgħu jiġu appoġġati biss skont l-Artikolu 43.

    5.  
    Ħlief meta l-appoġġ jingħata fil-forma ta’ strumenti finanzjarji, il-kostijiet, ħlief dawk li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 4(a) u (b), relatati ma’ kuntratti ta’ lokazzjoni, bħall-marġni tal-lokatur, kostijiet ta’ finanzjament mill-ġdid tal-imgħax, spejjeż ġenerali u tariffi tal-assigurazzjoni ma għandhomx jitqiesu li huma kostijiet eliġibbli.

    Ħlief meta l-appoġġ jingħata fil-qafas ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK fil-forma ta’ strumenti finanzjarji, il-kapital operatorju ma għandux jitqies bħala spiża eliġibbli.

    6.  
    L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

    Artikolu 45

    Għajnuna għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji

    1.  
    Għajnuna relatata mal-iżvantaġġi speċifiċi għaż-żona imposti minn rekwiżiti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE jew tad-Direttiva 2009/147/KE mogħtija lid-detenturi tal-foresti, lill-maniġers tal-foresti u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    L-għajnuna għandha tingħata kull sena u għal kull ettaru ta’ żona forestali sabiex tikkumpensa lill-benefiċjarji għal kostijiet addizzjonali u introjtu mitluf, li jirriżultaw minn żvantaġġi fiż-żoni forestali msemmija fil-paragrafu 3, relatati mal-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE.
    3.  

    L-għajnuna għandha titħallas biss fir-rigward taż-żoni tal-forestrija li ġejjin:

    (a) 

    żoni forestali Natura 2000;

    (b) 

    fatturi tal-pajsaġġ li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/43/KEE; li ma għandhomx jaqbżu 5 % taż-żoni inklużi fin-network ta’ Natura 2000 koperti mill-ambitu territorjali tal-Pjan Strateġiku kkonċernat.

    4.  
    L-għajnuna tista’ tingħata lil detenturi tal-foresti, maniġers tal-foresti u l-assoċjazzjonijiet tagħhom.
    5.  
    L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u ma għandhiex taqbeż EUR 500 għal kull ettaru fis-sena fil-perjodu inizjali li ma jaqbiżx il-ħames snin u EUR 200 għal kull ettaru fis-sena minn hemm ’il quddiem.

    Artikolu 46

    Għajnuna għal servizzi ambjentali u klimatiċi tal-foresti u konservazzjoni tal-foresti

    1.  
    Għajnuna għal servizzi ambjentali u klimatiċi tal-foresti u għall-konservazzjoni tal-foresti għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    Għajnuna għandha tkopri biss impenji ta’ ġestjoni volontarji mmirati lejn il-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi relatati mal-klima u l-ambjent stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115 li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji rilevanti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-forestrija jew leġiżlazzjoni rilevanti oħra nazzjonali jew tal-Unjoni.
    3.  
    Ir-rekwiżiti mandatorji kollha msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu identifikati u deskritti fil-bażi ġuridika nazzjonali.
    4.  
    Dawn l-impenji għandhom jittieħdu għal perjodu ta’ bejn ħames u seba’ snin. Madankollu, fejn meħtieġ u ġġustifikat kif xieraq, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perjodu itwal għal tipi partikolari ta’ impenji.
    5.  
    Għal impenji meħuda skont dan l-Artikolu, l-Istat Membru għandu jipprovdi klawżola ta’ reviżjoni sabiex jiżgura l-aġġustament tagħhom fil-każ ta’ emendi tar-rekwiżiti mandatorji rilevanti imsemmija fil-paragrafu 2.
    6.  
    Il-ħlasijiet għandhom jikkumpensaw lill-benefiċjarji b’mod totali jew parzjali għall-kostijiet addizzjonali u l-introjtu mitluf li jirriżultaw mill-impenji msemmija fil-paragrafu 2 aċċettati minnhom.
    7.  
    L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli u ma għandhiex taqbeż EUR 200 għal kull ettaru fis-sena.
    8.  
    Meta l-għajnuna tiġi prevista fl-ambitu ta’ Pjan Strateġiku, l-ammont massimu previst fil-paragrafu 7 jista’ jiġi miżjud f’każijiet eċċezzjonali, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi kif previst f’dak il-Pjan Strateġiku.

    Artikolu 47

    Għajnuna għal skambju ta’ għarfien u azzjonijiet ta’ informazzjoni fis-settur tal-forestrija

    1.  
    Għajnuna għal skambju ta’ għarfien u azzjonijiet ta’ informazzjoni favur impriżi attivi fis-settur tal-forestrija għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet appoġġati skont dan l-Artikolu jkunu konsistenti mad-deskrizzjoni tal-AKIS ipprovduta fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.

    2.  
    Għajnuna għandha tkopri taħriġ vokazzjonali u azzjonijiet ta’ kisba ta’ ħiliet, inklużi korsijiet ta’ taħriġ, workshops u kkowċjar, attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, azzjonijiet ta’ informazzjoni, u promozzjoni tal-innovazzjoni.

    L-għajnuna tista’ tkopri wkoll skambji ta’ ġestjoni tal-foresti u żjarat fil-foresti għal żmien qasir li għandhom jiffokaw, b’mod partikolari, fuq metodi jew fuq teknoloġiji sostenibbli tal-forestrija, l-iżvilupp ta’ opportunitajiet ġodda ta’ negozju u teknoloġiji ġodda, u fuq it-titjib tar-reżiljenza tal-foresti.

    Għajnuna għal attivitajiet ta’ dimostrazzjoni tista’ tkopri kostijiet ta’ investiment rilevanti.

    3.  

    L-għajnuna għandha tkopri l-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

    (a) 

    il-kostijiet għall-organizzazzjoni u l-forniment tat-trasferiment tal-għarfien jew l-azzjoni ta’ informazzjoni;

    (b) 

    fil-każ ta’ proġetti ta’ dimostrazzjoni relatati ma’ investimenti:

    (i) 

    il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-lokazzjoni, jew it-titjib ta’ beni immobbli, bix-xiri tal-art ikun eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx 10 % tan-nefqa eliġibbli totali l-oħra tal-operazzjoni kkonċernata bl-eċċezzjoni tax-xiri tal-art jekk l-għajnuna tingħata fil-qafas ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK;

    (ii) 

    ix-xiri jew il-lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi;

    (iii) 

    il-kostijiet ġenerali marbuta man-nefqa imsemmija fil-punti (i) u (ii), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma’ pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji dwar il-fattibbiltà; studji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (i) u (ii) ma tkun iġġarbet;

    (iv) 

    akkwiżizzjoni, żvilupp jew tariffi għall-użu ta’ software tal-kompjuter, soluzzjonijiet cloud u soluzzjonijiet simili, u akkwiżizzjonijiet ta’ privattivi, liċenzji, drittijiet tal-awtur u trademarks;

    (c) 

    il-kostijiet tal-ivvjaġġar, tal-akkomodazzjoni u per diem tal-parteċipanti.

    Il-kapital operatorju ma għandux jiġi kkunsidrat li huwa kost eliġibbli.

    4.  
    Il-kostijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3 għandhom ikunu eliġibbli biss safejn jiġġarrbu għall-proġett ta’ dimostrazzjoni u għad-durata tal-proġett ta’ dimostrazzjoni.
    5.  
    Huma biss il-kostijiet tad-deprezzament li jikkorrispondu mal-ħajja tal-proġett ta’ dimostrazzjoni, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji kontabilistiċi aċċettati ġeneralment, li għandhom ikunu eliġibbli.
    6.  
    L-għajnuna msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3, ma għandhiex tinvolvi pagamenti diretti lill-benefiċjarji. Din l-għajnuna għandha titħallas lill-fornitur tal-iskambju tal-għarfien u tal-azzjonijiet ta’ informazzjoni.
    7.  
    Korpi li jipprovdu servizzi ta’ skambju tal-għarfien u ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni għandu jkollhom il-kapaċitajiet xierqa fil-forma ta’ kwalifiki tal-persunal u taħriġ regolari sabiex iwettqu dawn il-kompiti.
    8.  
    L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

    Artikolu 48

    Għajnuna għas-servizzi konsultattivi fis-settur tal-forestrija

    1.  
    Għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza fis-settur tal-forestrija għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    Is-servizzi kkonċernati ma għandhomx ikunu attività kontinwa jew perjodika u lanqas ma għandhom ikunu relatati mal-kostijiet operatorji tal-impriża. Is-servizzi konsultattivi għandhom ikopru d-dimensjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali u jagħtu informazzjoni teknoloġika u xjentifika aġġornata żviluppata mir-riċerka u l-innovazzjoni.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet appoġġati skont dan l-Artikolu jkunu konsistenti mad-deskrizzjoni tal-AKIS ipprovduta fil-Pjan Strateġiku tal-PAK.

    3.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistema ta’ servizzi ta’ konsulenza tkopri bħala minimu kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2000/60/KE, id-Direttiva 2008/50/KE, id-Direttiva 2009/147/KE, ir-Regolament (UE) 2016/2031, l-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u d-Direttiva 2009/128/KE.
    4.  
    L-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ servizz sussidjat.

    Il-korpi magħżula sabiex jipprovdu s-servizz ta’ konsulenza għandu jkollhom ir-riżorsi xierqa fil-forma ta’ persunal imħarreġ b’mod regolari u kkwalifikat u esperjenza fil-konsulenza u affidabbiltà fir-rigward tal-oqsma li huma joffru l-konsulenza dwarhom.

    5.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornitur tas-servizz ta’ konsulenza jkun imparzjali u ma jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess.
    6.  
    Fejn ikun iġġustifikat u xieraq, il-parir jista’ jingħata b’mod parzjali fi grupp, filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tal-benefiċjarji individwali tas-servizzi konsultattivi.
    7.  
    L-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli, u ma għandhiex taqbeż EUR 200 000 għal kull impriża fi kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin.

    Artikolu 49

    Għajnuna għal investimenti fl-infrastruttura relatata mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattazzjoni tas-settur tal-forestrija

    1.  
    Għajnuna għal investimenti fl-infrastruttura relatata mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattament tas-settur tal-forestrija għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet imniżżla f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    Għal investiment li jeħtieġ valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE l-għajnuna għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li tkun saret it-tali valutazzjoni u li jkun ingħata l-permess għall-iżvilupp għall-proġett ta’ investiment ikkonċernat qabel id-data tal-għoti tal-għajnuna individwali.

    L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-għajnuna li tingħata fil-forma ta’ strumenti finanzjarji.

    3.  
    Għajnuna għal intrapriżi kbar għandha tkun kundizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta’ informazzjoni rilevanti minn pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti skont il-Linji Gwida Ġenerali għall-Ġestjoni Sostenibbli tal-Foresti fl-Ewropa.

    Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-muniċipalitajiet, li huma awtoritajiet lokali awtonomi b’baġit annwali ta’ anqas minn EUR 10 miljun u ta’ anqas minn 5 000 abitant.

    4.  

    L-għajnuna tista’ tkopri investimenti li jikkonċernaw infrastruttura relatata mal-iżvilupp, mal-modernizzazzjoni jew mal-adattament tal-foresti. Jekk l-għajnuna tingħata barra mill-qafas ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK, din għandha tinkludi biss dan li ġej:

    (a) 

    l-aċċess għall-art tal-foresti;

    (b) 

    il-konsolidazzjoni u t-titjib tal-art;

    (c) 

    il-provvista ta’ enerġija sostenibbli, l-effiċjenza enerġetika, il-provvista u l-iffrankar tal-ilma;

    (d) 

    l-użu tal-bhejjem minflok tal-makkinarju;

    (e) 

    l-istabbiliment ta’ faċilitajiet ta’ ħażna temporanja.

    5.  

    L-għajnuna għandha tkopri l-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

    (a) 

    il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli, bix-xiri tal-art li jkun eliġibbli biss sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tan-nefqa totali eliġibbli l-oħra tal-operazzjoni kkonċernata, bl-eċċezzjoni tax-xiri tal-art għall-konservazzjoni ambjentali jekk l-għajnuna tingħata fil-qafas ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK;

    (b) 

    ix-xiri jew il-lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri ta’ makkinarju u tagħmir inkluż l-użu tal-bhejjem minflok makkinarju sal-valur tas-suq tal-assi;

    (c) 

    il-kostijiet ġenerali li huma marbutin man-nefqa imsemmija fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma’ pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji dwar il-fattibbiltà; l-istudji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarrbet;

    (d) 

    it-tariffi tal-akkwiżizzjoni, tal-iżvilupp jew tal-użu ta’ software tal-kompjuter, ta’ soluzzjonijiet cloud jew ta’ soluzzjonijiet simili u akkwiżizzjonijiet ta’ privattivi, liċenzji, drittijiet tal-awtur u trademarks;

    (e) 

    il-kostijiet sabiex jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti u l-istrumenti ekwivalenti għalihom.

    6.  

    Ħlief meta l-appoġġ jiġi pprovdut fil-qafas tar-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK fil-forma ta’ strumenti finanzjarji, il-kostijiet li ġejjin ma għandhomx jitqiesu eliġibbli:

    (a) 

    il-kostijiet għajr dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 5, relatati ma’ kuntratti ta’ lokazzjoni, bħall-marġni tal-lokatur, il-kostijiet tal-rifinanzjament tal-imgħax, il-kostijiet ġenerali u t-tariffi tal-assigurazzjoni u

    (b) 

    il-kapital operatorju.

    7.  
    L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 65 % tal-kostijiet eliġibbli.

    L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied għal massimu ta’ 80 % għall-investimenti li ġejjin:

    (a) 

    investimenti marbuta ma’ objettiv wieħed jew ma’ aktar ma’ aktar minn objettiv wieħed speċifiku relatat mal-ambjent u mal-klima msemmija fil-punti (e), (f) u (g) tal-Artikolu 14(3);

    (b) 

    investimenti fir-reġjuni ultraperiferiċi jew fil-gżejjer minuri tal-Eġew.

    8.  
    L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied għal 100 % għal investimenti mhux produttivi, konsolidazzjoni tal-art għat-titjib tal-art u investimenti għal toroq forestali li huma miftuħa għall-pubbliku mingħajr ħlas u li jaqdu l-aspetti multifunzjonali tal-foresta.

    Artikolu 50

    Għajnuna għal investimenti f’teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, fl-immobilizzar u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-forestrija

    1.  
    L-għajnuna għal investimenti f’teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, fl-immobilizzar u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-forestrija għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    Għal investiment li jeħtieġ valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE l-għajnuna għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li tkun saret it-tali valutazzjoni u li jkun ingħata l-permess għall-iżvilupp għall-proġett ta’ investiment ikkonċernat qabel id-data tal-għoti tal-għajnuna individwali.
    3.  
    Għajnuna għal intrapriżi kbar għandha tkun kundizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta’ informazzjoni rilevanti minn pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti skont il-Linji Gwida Ġenerali għall-Ġestjoni Sostenibbli tal-Foresti fl-Ewropa.
    4.  

    L-għajnuna għandha tkopri l-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

    (a) 

    il-kostruzzjoni, l-akkwiżizzjoni, inkluż il-lokazzjoni, jew it-titjib ta’ beni immobbli, bl-art tkun eliġibbli biss sa punt li ma jaqbiżx l-10 % tan-nefqa eliġibbli totali l-oħra tal-operazzjoni kkonċernata, bl-eċċezzjoni tax-xiri tal-art għall-konservazzjoni ambjentali jekk l-għajnuna tingħata fil-qafas ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK;

    (b) 

    ix-xiri jew il-lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi;

    (c) 

    il-kostijiet ġenerali li huma marbutin man-nefqa imsemmija fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma’ pariri dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi studji dwar il-fattibbiltà; l-istudji dwar il-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke fejn, abbażi tar-riżultati tagħhom, ebda nefqa skont il-punti (a) u (b) ma tkun iġġarrbet;

    (d) 

    it-tariffi tal-akkwiżizzjoni, tal-iżvilupp jew tal-użu ta’ software tal-kompjuter, ta’ soluzzjonijiet cloud jew ta’ soluzzjonijiet simili, u akkwiżizzjonijiet ta’ privattivi, liċenzji, drittijiet tal-awtur u trademarks;

    (e) 

    il-kostijiet tal-istabbiliment ta’ pjanijiet għall-ġestjoni tal-foresti u l-ekwivalenti tagħhom.

    5.  

    Ħlief meta l-appoġġ jiġi pprovdut fil-qafas tar-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK fil-forma ta’ strumenti finanzjarji, il-kostijiet li ġejjin ma għandhomx jitqiesu eliġibbli:

    (a) 

    il-kostijiet marbuta ma’ kuntratti ta’ lokazzjoni, bħall-marġni tal-lokatur, il-kostijiet ta’ rifinanzjament tal-imgħax, spejjeż ġenerali u t-tariffi tal-assigurazzjoni u

    (b) 

    il-kapital operatorju.

    6.  
    Investimenti relatati mat-titjib tal-valur ekonomiku tal-foresti għandhom ikunu ġġustifikati fir-rigward ta’ titjib mistenni għal foresti fuq azjenda waħda jew aktar u jistgħu jinkludu investimenti relatati ma’ makkinarju u prattiki tal-ħsad li ma jagħmlux ħsara lill-ħamrija u lir-riżorsi.
    7.  
    L-investimenti marbuta mal-użu tal-injam bħala materja prima jew sors ta’ enerġija għandhom ikunu limitati għall-operazzjonijiet ta’ ħidma kollha qabel l-ipproċessar industrijali.
    8.  
    L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 65 % tal-kostijiet eliġibbli.
    9.  

    L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied għal massimu ta’ 80 % għall-investimenti li ġejjin:

    (a) 

    investimenti marbuta ma’ objettiv wieħed jew ma’ aktar ma’ aktar minn objettiv wieħed speċifiku relatat mal-ambjent u mal-klima msemmija fil-punti (e), (f) u (g) tal-Artikolu 14(3);

    (b) 

    investimenti fir-reġjuni ultraperiferiċi jew fil-gżejjer minuri tal-Eġew.

    Artikolu 51

    Konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi fil-forestrija

    1.  
    L-għajnuna għall-konservazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi fil-forestrija, marbuta mal-impenji agroambjentali u klimatiċi tal-foresti u l-konservazzjoni tal-foresti għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) (c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  

    Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    “konservazzjoni in situ” tfisser il-konservazzjoni ta’ materjal ġenetiku f’ekosistemi u f’ħabitats naturali u l-manutenzjoni u l-irkupru ta’ popolazzjoni vijabbli ta’ speċijiet fl-ambjent naturali tagħhom;

    (b) 

    “konservazzjoni f’azjenda fil-foresta” tfisser il-konservazzjoni in situ u l-iżvilupp fil-livell ta’ azjenda fil-foresta;

    (c) 

    “konservazzjoni ex situ” tfisser il-konservazzjoni ta’ materjal ġenetiku għal forestrija ’il barra mill-ħabitat naturali tiegħu;

    (d) 

    “ġbir ex situ” tfisser il-ġbir ta’ materjal ġenetiku għall-agrikoltura jew il-forestrija miżmum barra mill-ħabitat naturali tiegħu.

    3.  

    L-għajnuna għandha tkopri l-kostijiet għall-operazzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    l-azzjonijiet immirati: l-azzjonijiet li jippromwovu l-konservazzjoni in situ u ex situ, il-karatterizzazzjoni, il-ġbir u l-użu ta’ riżorsi ġenetiċi fil-forestrija, inklużi inventarji bbażati fuq siti web ta’ riżorsi ġenetiċi li bħalissa huma kkonservati in situ, inkluża l-konservazzjoni f’azjenda fil-foresta, u l-ġabriet u l-bażijiet ta’ data ex-situ;

    (b) 

    l-azzjonijiet miftiehma: l-azzjonijiet li jippromwovu l-iskambju ta’ informazzjoni għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġbir u l-użu ta’ riżorsi ġenetiċi fil-forestrija tal-Unjoni, bejn l-organizzazzjonijiet kompetenti fl-Istati Membri;

    (c) 

    l-azzjonijiet ta’ akkumpanjament: l-azzjonijiet ta’ informazzjoni, disseminazzjoni u konsulenza li jinvolvu organizzazzjonijiet mhux governattivi u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, korsijiet ta’ taħriġ u l-preparazzjoni ta’ rapporti tekniċi.

    4.  
    L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

    Artikolu 52

    Għajnuna għall-bidu ta’ negozju għal gruppi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi fis-settur tal-forestrija

    1.  
    Għajnuna għall-bidu ta’ negozju għal gruppi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi fis-settur tal-forestrija għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament. Il-membri tal-grupp jew organizzazzjoni tal-produtturi ma għandhomx ikunu intrapriżi kbar, bl-eċċezzjoni ta’ muniċipalitajiet.
    2.  
    Bħala alternattiva għall-għoti ta’ għajnuna lil gruppi jew lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi, għajnuna sal-ammont globali ta’ għajnuna li l-grupp jew l-organizzazzjoni tal-produtturi kien ikun intitolat għaliha skont dan l-Artikolu, tista’ tingħata direttament lill-produtturi biex ipaċu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-kostijiet tat-tmexxija tal-gruppi jew tal-organizzazzjonijiet matul l-ewwel ħames snin wara l-istabbiliment tal-grupp jew tal-organizzazzjoni.
    3.  

    L-għajnuna għandha tkopri l-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

    (a) 

    il-kostijiet tal-kiri ta’ bini xieraq, bir-rati tas-suq;

    (b) 

    il-kostijiet għall-akkwist ta’ tagħmir tal-uffiċċju;

    (c) 

    il-kostijiet ta’ persunal amministrattiv u l-kostijiet ta’ maniġer tal-foresti kwalifikat;

    (d) 

    spejjeż ġenerali u tariffi legali u amministrattivi;

    (e) 

    il-kostijiet għall-akkwist ta’ hardware tal-kompjuter u t-tariffi għall-akkwist jew l-użu ta’ software tal-kompjuter, soluzzjonijiet fuq cloud u soluzzjonijiet simili;

    (f) 

    fil-każ ta’ xiri ta’ bini, ammont li jikkorrispondi għall-kostijiet tal-kiri bir-rati tas-suq.

    4.  
    L-għajnuna ma għandhiex titħallas fir-rigward tal-kostijiet imġarrba wara l-ħames sena wara r-rikonoxximent uffiċjali tal-grupp jew tal-organizzazzjoni tal-produtturi mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru abbażi tal-pjan tan-negozju tagħha, ħlief għall-azzjonijiet ambjentali u klimatiċi kollettivi biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2021/2115.
    5.  
    Meta l-għajnuna titħallas f’pagamenti annwali, l-Istati Membri għandhom iħallsu l-aħħar pagament parzjali biss wara li jkunu vverifikaw l-implimentazzjoni korretta tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju.
    6.  
    L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

    Artikolu 53

    Għajnuna għall-konsolidazzjoni tal-art tal-forestrija

    1.  
    Għajnuna għall-konsolidazzjoni tal-art tal-forestrija għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    L-għajnuna għandha tingħata u tkun limitata għall-kostijiet legali u amministrattivi, inklużi l-kostijiet tal-istħarriġ.
    3.  
    L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet reali mġarrba.

    Artikolu 54

    Għajnuna għall-kooperazzjoni fis-settur tal-forestrija

    1.  
    Għajnuna għall-kooperazzjoni fis-settur tal-forestrija għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  
    Għajnuna għandha tingħata biss sabiex tippromwovi l-kooperazzjoni, li tikkontribwixxi għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2021/2115.
    3.  
    Forom ta’ kooperazzjoni koperti minn dan l-Artikolu għandhom jinvolvu mill-inqas żewġ atturi irrispettivament minn jekk humiex attivi fis-settur tal-forestrija jew fis-setturi tal-forestrija u tal-agrikoltura. Il-kooperazzjoni għandha tkun ta’ benefiċċju prinċipalment għas-settur tal-forestrija jew għas-setturi tal-forestrija u tal-agrikoltura.
    4.  

    Il-forom li ġejjin ta’ koperazzjoni għandhom ikunu eliġibbli:

    (a) 

    kooperazzjoni fost impriżi differenti fis-settur tal-forestrija u atturi oħrajn attivi fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija li jikkontribwixxu għall-ilħuq ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2021/2115, inklużi gruppi ta’ produtturi, u kooperattivi;

    (b) 

    il-ħolqien ta’ raggruppamenti u networks.

    5.  
    Għajnuna ma għandhiex tingħata għal kooperazzjoni li tinvolvi biss korpi ta’ riċerka.
    6.  

    L-għajnuna se tingħata għall-kooperazzjoni relatata, b’mod partikolari, mal-attivitajiet li ġejjin:

    (a) 

    proġetti pilota;

    (b) 

    l-iżvilupp ta’ prodotti, prattiki, proċessi u teknoloġiji ġodda fis-settur tal-forestrija;

    (c) 

    kooperazzjoni fost operaturi żgħar fis-settur tal-forestrija fl-organizzazzjoni ta’ proċessi ta’ ħidma konġunta u l-qsim ta’ faċilitajiet u riżorsi;

    (d) 

    kooperazzjoni orizzontali u vertikali bejn l-atturi tal-katina tal-provvista sabiex jinħolqu u jiġu żviluppati ktajjen qosra tal-provvista u swieq lokali;

    (e) 

    attivitajiet ta’ promozzjoni f’kuntest lokali marbuta mal-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista qosra u swieq lokali;

    (f) 

    azzjoni kollettiva mwettqa bil-għan ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew adattament għalih;

    (g) 

    l-implimentazzjoni, b’mod partikolari minn gruppi ta’ sħab pubbliċi u privati għajr dawk imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, ta’ strateġiji ta’ żvilupp lokali għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament.

    7.  
    L-għajnuna għandha tingħata biss għal forom ġodda ta’ kooperazzjoni, inklużi dawk eżistenti jekk tinbeda attività ġdida.
    8.  
    L-għajnuna għall-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista qosra, kif imsemmi fil-paragrafu 6, punti (d) u (e), għandha tkopri biss ktajjen tal-provvista li jinvolvu mhux aktar minn intermedjarju wieħed bejn id-detentur/maniġer tal-foresti u l-konsumatur.
    9.  
    Operazzjonijiet, li jikkonsistu f’investimenti u kostijiet diretti ta’ proġetti speċifiċi marbuta mal-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew ekwivalenti, għandhom jikkonformaw mar-regoli u r-rekwiżiti kif speċifikati fl-Artikolu dwar l-għajnuna għall-investiment ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll fl-Artikolu 4 dwar il-limiti ta’ notifika.
    10.  

    Il-kostijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli, sa fejn jikkonċernaw attivitajiet tal-forestrija:

    (a) 

    il-kostijiet għal studji dwar iż-żona kkonċernata, u għal studji tal-fattibbiltà, u għat-tfassil ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jew strateġija tal-iżvilupp lokali minbarra dik imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2021/1060;

    (b) 

    il-kostijiet operazzjonali tal-kooperazzjoni, bħalma huma l-paga tal-“koordinatur”;

    (c) 

    il-kostijiet tal-operazzjonijiet li jridu jiġu implimentati;

    (d) 

    il-kostijiet għall-attivitajiet ta’ promozzjoni;

    (e) 

    il-kostijiet għat-tfassil ta’ pjanijiet għall-ġestjoni tal-foresti jew strumenti ekwivalenti.

    11.  
    Għajnuna għandha tkun limitata għal perjodu massimu ta’ seba’ snin.
    12.  
    L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.



    Taqsima 7

    Għajnuna favur l-SMEs fiż-Żoni Rurali

    Artikolu 55

    Għajnuna għal servizzi bażiċi u infrastruttura f’żoni rurali

    1.  
    Għajnuna għal servizzi bażiċi u infrastruttura f’żoni rurali mogħtija fil-qafas ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta din tidħol fis-seħħ wara l-approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku rilevanti tal-PAK mill-Kummissjoni u meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  

    L-għajnuna għandha tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    din tingħata fil-qafas ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115 f’waħda minn dawn il-forom li ġejjin:

    (i) 

    bħala għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR;

    (ii) 

    bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR;

    (b) 

    hija identika għall-miżura rilevanti prevista fil-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fil-punt (a).

    3.  

    L-għajnuna għandha tkopri:

    (a) 

    investimenti fil-ħolqien, fit-titjib jew fl-espansjoni tat-tipi kollha ta’ infrastrutturi b’kostijiet eliġibbli limitati għal EUR 2 miljun (“infrastruttura fuq skala żgħira”), bl-eċċezzjoni ta’ investimenti fl-enerġija rinnovabbli u fl-effiċjenza enerġetika u fl-infrastruttura tal-broadband li ma għandhomx ikunu eliġibbli;

    (b) 

    investimenti fl-istabbiliment, fit-titjib jew fl-espansjoni ta’ servizzi bażiċi lokali għall-popolazzjoni rurali, inklużi servizzi soċjali, dawk relatati mad-divertiment u l-kultura, u l-infrastruttura relatata;

    (c) 

    investimenti għall-użu pubbliku fl-infrastruttura rikreazzjonali, fl-informazzjoni għat-turisti u fl-infrastruttura tat-turiżmu fuq skala żgħira;

    (d) 

    investimenti assoċjati mal-manutenzjoni, ir-restawr u t-titjib tal-wirt kulturali u naturali tal-irħula, pajsaġġi rurali u siti ta’ valur naturali għoli, inklużi aspetti soċjoekonomiċi relatati, kif ukoll azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni ambjentali;

    (e) 

    investimenti li jolqtu r-rilokazzjoni ta’ attivitajiet u l-konverżjoni ta’ bini jew faċilitajiet oħrajn li jinsabu f’villaġġi residenzjali rurali jew viċin tagħhom, bil-għan li jtejbu l-kwalità tal-ħajja jew li jżidu l-prestazzjoni ambjentali tal-villaġġ rurali.

    4.  
    L-operazzjonijiet koperti mill-investimenti msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu implimentati skont il-pjanijiet għall-iżvilupp ta’ muniċipalitajiet u rħula f’żoni rurali u s-servizzi bażiċi tagħhom, fejn jeżistu tali pjanijiet, u għandhom ikunu konsistenti ma’ kwalunkwe strateġija ta’ żvilupp lokali rilevanti. Dawn il-pjanijiet ma humiex meħtieġa fir-rigward tal-investimenti appoġġati minn strumenti finanzjarji.
    5.  

    L-għajnuna għandha tkopri l-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

    (a) 

    il-kostijiet għat-tfassil u l-aġġornament ta’ pjanijiet ta’ żvilupp u ta’ ġestjoni relatati maż-żoni rurali u s-servizzi bażiċi tagħhom, u għal siti ta’ valur naturali għoli;

    (b) 

    il-kostijiet sabiex jitħejjew studji assoċjati mal-wirt kulturali u naturali, il-pajsaġġ rurali u s-siti ta’ valur naturali kbir;

    (c) 

    il-kostijiet ta’ investiment għal assi tanġibbli u intanġibbli;

    (d) 

    il-kostijiet marbuta mal-azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni ambjentali.

    Il-kostijiet ta’ xogħlijiet kapitalizzati jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-għajnuna msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 3.

    Il-kapital operatorju ma għandux jiġi kkunsidrat li huwa kost eliġibbli. L-għajnuna ma għandhiex tingħata bħala għajnuna operatorja.

    6.  
    Fir-rigward tal-attivitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (d) tal-paragrafu 3, l-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

    Sabiex ma taqbiżx l-intensità massima tal-għajnuna, għall-attivitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 3, id-dħul nett għandu jitnaqqas mill-kostijiet eliġibbli ex ante abbażi ta’ projezzjonijiet raġonevoli jew permezz ta’ mekkaniżmu ta’ rkupru. Inkella, għal għajnuna li ma taqbiżx EUR 1 miljun, l-intensità massima tal-għajnuna tista’ tiġi stabbilita għal 80 % tal-kostijiet eliġibbli.

    7.  
    Fir-rigward tal-investimenti msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 3, l-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-100 % tal-kostijiet reali mġarrba għal tali attivitajiet meta r-rilokazzjoni tal-attivitajiet jew il-konverżjoni ta’ bini jew faċilitajiet oħrajn tikkonsisti fiż-żarmar, fit-tneħħija u fil-bini mill-ġdid ta’ faċilitajiet eżistenti.

    Meta r-rilokazzjoni tal-attivitajiet jew il-konverżjoni ta’ bini jew ta’ faċilitajiet oħrajn tirriżulta f’modernizzazzjoni ta’ dawk il-faċilitajiet jew f’żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni, minbarra ż-żarmar, it-tneħħija u l-bini mill-ġdid ta’ faċilitajiet eżistenti kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-intensitajiet tal-għajnuna ma għandhomx jaqbżu l-intensità massima tal-għajnuna stabbilita fil-mappa tal-għajnuna reġjonali li tkun fis-seħħ fiż-żmien meta tingħata l-għajnuna fiż-żona kkonċernata fir-rigward tal-kostijiet relatati mal-modernizzazzjoni tal-faċilitajiet jew maż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni. Is-sempliċi sostituzzjoni ta’ bini jew faċilitajiet eżistenti b’bini jew b’faċilitajiet aġġornati ġodda mingħajr ma fundamentalment tinbidel il-produzzjoni tat-teknoloġija involuta, ma hijiex se titqies bħala relatata mal-immodernizzar.

    Artikolu 56

    Għajnuna għall-bidu ta’ negozju għal attivitajiet mhux agrikoli f’żoni rurali

    1.  
    Għajnuna għall-bidu ta’ negozju għal attivitajiet mhux agrikoli f’żoni rurali għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) (c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  

    L-għajnuna għandha tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    din tingħata fil-qafas ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115 f’waħda minn dawn il-forom li ġejjin:

    (i) 

    għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR;

    (ii) 

    finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);

    (b) 

    hija identika għall-miżura rilevanti prevista fil-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fil-punt (a).

    3.  

    L-għajnuna għandha tingħata lill-kategoriji li ġejjin ta’ benefiċjarji:

    (a) 

    bdiewa jew membri ta’ unità domestika li tgħix fil-farm f’żoni rurali li jiddiversifikaw f’attivitajiet mhux agrikoli;

    (b) 

    intrapriżi mikro u żgħar f’żoni rurali;

    (c) 

    persuni fiżiċi f’żoni rurali.

    4.  
    Fejn il-membru ta’ unità domestika li tgħix fil-farm imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3, huwa persuna ġuridika jew grupp ta’ persuni ġuridiċi, din il-persuna jew dan il-grupp ta’ persuni għandu jkun jeżerċita attività agrikola fil-farm fiż-żmien li tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għall-għajnuna.
    5.  
    L-għajnuna għandha tkun kundizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta’ pjan tan-negozju lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.

    Il-pjan tan-negozju għandu jiddeskrivi dawn li ġejjin:

    (a) 

    is-sitwazzjoni ekonomika inizjali tal-benefiċjarju;

    (b) 

    il-miri u l-għanijiet għall-iżvilupp tal-attivitajiet il-ġodda tal-benefiċjarju;

    (c) 

    id-dettalji tal-azzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp tal-attivitajiet tal-benefiċjarju, bħal dettalji ta’ investimenti, taħriġ, pariri.

    Il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għandu jkollu durata massima ta’ ħames snin.

    6.  
    Il-pagament tal-aħħar ħlas parzjali għandu jkun kondizzjonali fuq l-implimentazzjoni korretta tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju msemmi fil-paragrafu 5. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ għajnuna filwaqt li jqisu s-sitwazzjoni soċjoekonomika taż-żona koperta mill-Pjan Strateġiku tal-PAK.
    7.  
    L-għajnuna għandha tkun limitata għal EUR 100 000 għal kull benefiċjarju.

    Artikolu 57

    Għajnuna għal parteċipazzjoni ġdida tal-bdiewa fi skemi ta’ kwalità għal qoton jew għal oġġetti tal-ikel

    1.  
    Għajnuna għal parteċipazzjoni ġdida, jew għal parteċipazzjoni fil-ħames snin preċedenti, ta’ bdiewa fi skemi ta’ kwalità għall-qoton jew għall-oġġetti tal-ikel, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  

    L-għajnuna għandha tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    din tingħata fil-qafas ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115 f’waħda mill-forom li ġejjin:

    (i) 

    għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR;

    (ii) 

    finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);

    (b) 

    hija identika għall-miżura rilevanti previst fil-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fil-punt (a).

    3.  

    Għajnuna għandha tingħata għal parteċipazzjoni ġdida f’wieħed minn dawn it-tipi ta’ skemi ta’ kwalità:

    (a) 

    l-iskemi ta’ kwalità għall-qoton u għall-oġġetti tal-ikel stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012;

    (b) 

    l-iskemi ta’ kwalità għall-qoton u għall-oġġetti tal-ikel, inklużi skemi ta’ ċertifikazzjoni rikonoxxuti mill-Istati Membri bħala skemi li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

    (i) 

    l-ispeċifiċità tal-prodott finali prodott taħt skemi ta’ kwalità bħal dawn hija derivata minn obbligi ċari li jiggarantixxu wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

    — 
    il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti;
    — 
    il-metodi speċifiċi tal-biedja jew tal-produzzjoni;
    — 
    il-kwalità tal-prodott finali li tmur sew lil hinn mill-istandards tal-komoditajiet kummerċjali rigward is-saħħa pubblika, tal-annimali jew tal-pjanti, it-trattament xieraq tal-annimali jew il-protezzjoni ambjentali;
    (ii) 

    l-iskema tkun miftuħa għall-produtturi kollha;

    (iii) 

    l-iskema tinvolvi speċifikazzjonijiet vinkolanti tal-prodott finali u l-konformità ma’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet hija vverifikata mill-awtoritajiet pubbliċi jew minn korp indipendenti ta’ spezzjoni;

    (iv) 

    l-iskema hija trasparenti u tiggarantixxi traċċabbiltà sħiħa tal-prodotti agrikoli;

    (c) 

    l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni volontarja ta’ oġġetti tal-ikel rikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji gwida tal-aqwa prattiki tal-UE għat-tħaddim ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni volontarji għall-prodotti agrikoli u għall-oġġetti tal-ikel ( 32 ).

    4.  
    L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta’ ħlas ta’ inċentiv annwali, li l-livell tiegħu huwa ddeterminat skont il-livell tal-kostijiet fissi li jinħolqu minn parteċipazzjoni fi skemi ta’ kwalità.
    5.  
    L-għajnuna għandha tingħata għal perjodu massimu ta’ seba’ snin.
    6.  
    Jekk il-parteċipazzjoni tal-bidu fl-iskema ta’ kwalità tkun bdiet qabel l-applikazzjoni għall-appoġġ, il-perjodu massimu ta’ ħames snin għandu jitnaqqas bin-numru ta’ snin li jkunu għaddew bejn il-parteċipazzjoni tal-bidu u ż-żmien tal-applikazzjoni għall-appoġġ.
    7.  
    L-għajnuna għandha tkun limitata għal EUR 3 000 għal kull benefiċjarju kull sena.

    Artikolu 58

    Għajnuna għal attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-qoton u mal-oġġetti tal-ikel koperti minn skema ta’ kwalità

    1.  
    Għajnuna għal attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-qoton u mal-oġġetti tal-ikel koperti minn skema ta’ kwalità għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  

    L-għajnuna għandha tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    din tingħata fil-qafas ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115 f’waħda mill-forom li ġejjin:

    (i) 

    għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR

    (ii) 

    finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);

    (b) 

    hija identika għall-miżura rilevanti prevista fil-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fil-punt (a).

    3.  
    L-għajnuna għandha tingħata lil gruppi ta’ produtturi li jkunu qegħdin jimplimentaw l-attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni.
    4.  
    L-attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni biss li huma implimentati fis-suq intern għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna.
    5.  
    L-għajnuna għandha tingħata għal attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni li jikkonċernaw il-qoton u l-oġġetti tal-ikel li huma koperti minn skema ta’ kwalità u li għalihom tingħata għajnuna f’konformità mal-Artikolu 57.
    6.  

    Il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu il-kostijiet għal azzjonijiet li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

    (a) 

    dawn huma mfassla sabiex iħajru lill-konsumaturi jixtru l-oġġetti tal-ikel jew il-qoton koperti bi skema ta’ kwalità kif imsemmi fl-Artikolu 57(3);

    (b) 

    dawn jiġbdu l-attenzjoni għal karatteristiċi jew għal vantaġġi speċifiċi tal-oġġetti tal-ikel jew il-qoton, b’mod partikolari għall-kwalità, il-metodu ta’ produzzjoni speċifiku, l-istandards għoljin ta’ trattament xieraq tal-annimali u r-rispett għall-ambjent b’rabta mal-iskema ta’ kwalità kkonċernata.

    7.  
    L-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 ma għandhomx jinċitaw lill-konsumaturi sabiex jixtru ikel jew qoton minħabba l-oriġini partikolari tagħhom, ħlief għal dawk koperti mill-iskemi ta’ kwalità introdotti mit-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
    8.  
    L-oriġini tal-prodott tal-ikel jew tal-qoton tista’ tkun indikata, sakemm ir-riferiment għall-oriġini jkun subordinat għall-messaġġ prinċipali.
    9.  
    L-attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni relatati ma’ impriżi partikolari jew ta’ marki kummerċjali ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-għajnuna.
    10.  
    L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 70 % tal-kostijiet eliġibbli.

    Artikolu 59

    Għajnuna għal kooperazzjoni f’żoni rurali

    1.  
    Għajnuna għall-kooperazzjoni f’żoni rurali għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) (c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.
    2.  

    L-għajnuna għandha tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    din tingħata fil-qafas ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115 f’waħda mill-forom li ġejjin:

    (i) 

    għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR

    (ii) 

    finanzjament nazzjonali addizzjonali għall-għajnuna msemmija fil-punt (i);

    (b) 

    hija identika għall-miżura rilevanti prevista fil-Pjan Strateġiku tal-PAK imsemmi fil-punt (a).

    3.  
    Forom ta’ kooperazzjoni koperti minn dan l-Artikolu għandhom jinvolvu mill-inqas żewġ atturi u jistgħu jinkludu impriżi attivi fis-settur agrikolu, impriżi attivi fil-katina alimentari u atturi oħra, inklużi gruppi ta’ produtturi, kooperattivi u organizzazzjonijiet interprofessjonali, fejn il-kooperazzjoni tkun ta’ benefiċċju għaż-żoni rurali.
    4.  

    Il-forom li ġejjin ta’ koperazzjoni għandhom ikunu eliġibbli:

    (a) 

    kooperazzjoni bejn impriżi u atturi oħrajn kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu;

    (b) 

    il-ħolqien ta’ raggruppamenti u networks.

    5.  
    Għajnuna ma għandhiex tingħata għal kooperazzjoni li tinvolvi biss korpi ta’ riċerka.
    6.  

    Għajnuna tista’ tingħata għall-kooperazzjoni relatata mal-attivitajiet li ġejjin:

    (a) 

    proġetti pilota;

    (b) 

    l-iżvilupp ta’ prodotti, prattiki, proċessi u teknoloġiji ġodda fis-setturi tal-ikel;

    (c) 

    koperazzjoni bejn operaturi żgħar fl-organizzazzjoni ta’ proċessi ta’ ħidma konġunta u l-qsim ta’ faċilitajiet u riżorsi u għall-iżvilupp u/jew il-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi tat-turiżmu relatati mat-turiżmu rurali;

    (d) 

    kooperazzjoni orizzontali u vertikali bejn atturi tal-katina tal-provvista għat-twaqqif u l-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista qosra u swieq lokali;

    (e) 

    attivitajiet ta’ promozzjoni f’kuntest lokali relatati mal-iżvilupp ta’ katina tal-provvista qasira u swieq lokali;

    (f) 

    azzjonijiet konġunti mwettqa bil-għan ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew adattament għalih;

    (g) 

    approċċi konġunti għal proġetti ambjentali u prattiki ambjentali attwali inkluż il-ġestjoni effiċjenti tal-ilma, l-użu tal-enerġija rinnovabbli u l-konservazzjoni tal-pajsaġġi agrikoli;

    (h) 

    kooperazzjoni orizzontali u vertikali bejn l-atturi tal-katina tal-provvista għall-forniment sostenibbli tal-bijomassa għall-użu fl-ikel, fil-produzzjoni tal-enerġija u fil-proċessi industrijali;

    (i) 

    l-implimentazzjoni, b’mod partikolari minn gruppi ta’ sħab pubbliċi u privati minbarra dawk definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ta’ strateġiji ta’ żvilupp lokali għajr dawk definiti fl-Artikolu 2, il-punt (19) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jindirizzaw waħda jew aktar mill-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali;

    (j) 

    id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tal-biedja f’attivitajiet li jikkonċernaw il-kura tas-saħħa, l-integrazzjoni soċjali, l-agrikoltura appoġġjata mill-komunità u l-edukazzjoni dwar l-ambjent u l-ikel;

    (k) 

    implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ villaġġi intelliġenti.

    7.  
    L-għajnuna għandha tingħata biss għal forom ġodda ta’ kooperazzjoni, inklużi dawk eżistenti jekk tinbeda attività ġdida.
    8.  
    Għajnuna għall-proġetti pilota msemmija fil-paragrafu 6, punt (a), u għall-iżvilupp ta’ prodotti, prattiki, proċessi u teknoloġiji ġodda fis-settur tal-ikel imsemmija fil-paragrafu 6, punt (b), tista’ tingħata wkoll lil atturi individwali meta din il-possibbiltà tkun prevista fil-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali. Ir-riżultati tal-proġetti pilota imsemmija fil-paragrafu 6, punt (a), u attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 6, punt (b), imwettqa minn atturi individwali għandhom jiġu mxerrda.
    9.  
    Għajnuna għall-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista qosra, kif imsemmi fil-paragrafu 6, punti (d) u (e), għandha tkopri biss ktajjen tal-provvista li jinvolvu mhux aktar minn intermedjarju wieħed bejn il-bidwi u l-konsumatur.
    10.  
    Għajnuna skont dan l-Artikolu għandha tikkonforma mal-Artikoli 206 sa 210a tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
    11.  
    Għajnuna għandha tkun limitata għal perjodu massimu ta’ seba’ snin.
    12.  

    Il-kostijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli:

    (a) 

    il-kostijiet tal-appoġġ preparatorju, il-bini tal-kapaċità, it-taħriġ u n-networking għall-għanijiet ta’ tħejjija u implimentazzjoni ta’ proġett ta’ kooperazzjoni;

    (b) 

    kostijiet għal studji dwar iż-żona kkonċernata, għal studji tal-fattibbiltà, u għal tfassil ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jew strateġija tal-iżvilupp lokali minbarra dik imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2021/1060;

    (c) 

    kostijiet għall-animazzjoni taż-żona kkonċernata sabiex isir fattibbli proġetti kollettiv territorjali; fil-każ ta’ raggruppamenti, l-animazzjoni tista’ tikkonċerna wkoll it-tfassil ta’ netwerk bejn membri u l-ħatra ta’ membri ġodda;

    (d) 

    il-kostijiet operazzjonali tal-kooperazzjoni, bħall-paga tal-“koordinatur”;

    (e) 

    il-kostijiet diretti ta’ proġetti speċifiċi marbuta mal-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, pjan ambjentali, strateġija ta’ żvilupp lokali minbarra dik imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2021/1060 jew azzjonijiet oħra mmirati għall-innovazzjoni, inkluż l-ittestjar;

    (f) 

    il-kostijiet għall-attivitajiet ta’ promozzjoni.

    13.  
    L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.
    14.  
    Kostijiet diretti skont il-paragrafu 12, punt (e) li għandhom x’jaqsmu mal-investimenti, għandhom ikunu limitati għall-kostijiet eliġibbli tal-għajnuna għall-investiment, u għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikoli korrispondenti tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 u fl-Artikoli rilevanti ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-kundizzjonijiet speċifiċi dwar il-livelli limitu tan-notifika.

    Artikolu 60

    Għajnuna għall-proġetti tas-CLLD

    1.  
    Għajnuna għall-kostijiet imġarrba mill-SMEs li jipparteċipaw fi proġetti tas-CLLD, imsemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u maħtura bħala żvilupp lokali LEADER taħt il-FAEŻR, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.

    Għajnuna għall-kostijiet imġarrba mill-muniċipalitajiet li jipparteċipaw fi proġetti tas-CLLD, imsemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u maħtura bħala żvilupp lokali LEADER taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali favur proġetti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.

    2.  

    Il-kostijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-proġetti tas-CLLD:

    (a) 

    il-kostijiet tal-appoġġ preparatorju, il-bini tal-kapaċità, it-taħriġ u n-networking bil-ħsieb tat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ strateġija tas-CLLD;

    (b) 

    l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet approvati;

    (c) 

    it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni;

    (d) 

    l-ispejjes tat-tmexxija marbutin mal-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità;

    (e) 

    l-animazzjoni tal-istrateġija tas-CLLD sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju bejn il-partijiet ikkonċernati biex tiġi pprovduta informazzjoni u biex jiġu promossi l-istrateġija u l-proġetti, u biex jiġu appoġġati l-benefiċjarji potenzjali bil-ħsieb li jiġu żviluppati operazzjonijiet u jitħejjew l-applikazzjonijiet.

    3.  

    Il-kostijiet imġarrba mill-muniċipalitajiet li jipparteċipaw fil-proġetti tas-CLLD, imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom ikunu eliġibbli għal għajnuna skont dan l-Artikolu dment li jkunu maħsubin għal waħda mill-oqsma li ġejjin:

    (a) 

    ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni;

    (b) 

    l-ambjent;

    (c) 

    l-impjiegi u t-taħriġ;

    (d) 

    il-konservazzjoni tal-kultura u l-patrimonju;

    (e) 

    il-foresterija;

    (f) 

    il-promozzjoni ta’ prodotti tal-ikel li mhumiex elenkati fl-ANNESS I tat-Trattat;

    (g) 

    l-isport.

    4.  
    L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż ir-rati massimi ta’ appoġġ previsti għal kull tip ta’ operazzjoni fir-Regolament (UE) 2021/2115.

    Artikolu 61

    Ammonti limitati ta’ għajnuna għal proġetti tas-CLLD

    1.  
    Għajnuna lill-impriżi li jipparteċipaw fil-proġetti tas-CLLD, jew li jibbenefikaw minnhom, kif imsemmi fl-Artikolu 60(1), għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.

    Għajnuna lill-muniċipalitajiet li jipparteċipaw fil-proġetti tas-CLLD, jew li jibbenefikaw minnhom, kif imsemmi fl-Artikolu 60(1), għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, meta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.

    2.  

    Il-kostijiet imġarrba mill-muniċipalitajiet li jipparteċipaw fil-proġetti tas-CLLD, imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom ikunu eliġibbli għal għajnuna skont dan l-Artikolu dment li jkunu maħsubin għal waħda mill-oqsma li ġejjin:

    (a) 

    ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni;

    (b) 

    l-ambjent;

    (c) 

    l-impjiegi u t-taħriġ;

    (d) 

    il-konservazzjoni tal-kultura u l-patrimonju;

    (e) 

    il-foresterija;

    (f) 

    il-promozzjoni ta’ prodotti tal-ikel li mhumiex elenkati fl-ANNESS I tat-Trattat;

    (g) 

    l-isport.

    3.  
    L-ammont totali ta’ għajnuna skont dan l-Artikolu mogħtija għal kull proġett tas-CLLD ma għandux jaqbeż il-EUR 200 000 .



    KAPITOLU IV

    Dispożizzjonijiet tranżitorji u finali

    Artikolu 62

    Sostituzzjoni u applikazzjoni kontinwa tar-Regolament (UE) Nru 702/2014

    1.  
    L-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 702/2014 jiddikjara li r-regolament għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2022. Dan ir-Regolament se jissostitwixxi r-Regolament (UE) Nru 702/2014 mal-iskadenza tiegħu.
    2.  
    Madankollu, ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 702/2014 għandhom ikomplu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2025 għall-għajnuna mogħtija skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 33 ).

    Artikolu 63

    Dispożizzjonijiet tranżitorji

    1.  
    Dan ir-Regolament għandu japplika għal għajnuna individwali mogħtija qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jekk l-għajnuna individwali tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 9.
    2.  
    Kwalunkwe għajnuna mhux eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat għandha tiġi vvalutata mill-Kummissjoni f’konformità mal-Linji Gwida tal-2023 u ma’ kwalunkwe oqfsa, linji gwida, komunikazzjonijiet u avviżi rilevanti oħrajn.
    3.  
    Kwalunkwe għajnuna individwali li tingħata qabel l-1 ta’ Jannar 2023 bis-saħħa ta’ kwalunkwe regolament adottat skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2015/1588 li jkun fis-seħħ fi żmien tal-għoti tal-għajnuna, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.
    4.  
    Fi tmiem il-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe skema ta’ għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament għandha tibqa’ eżentata matul perjodu ta’ aġġustament ta’ sitt xhur.

    B’deroga mill-ewwel subparagrafu, fi tmiem il-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament, skemi ta’ għajnuna li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2115 u jew li huma kofinanzjati mill-FAEŻR jew inkella mogħtija bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal miżuri kofinanzjati bħal dawn għandhom jibqgħu eżentati għat-tul tal-perjodu ta’ programmazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115.

    Artikolu 64

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2029.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    Id-definizzjoni ta’ SME

    Artikolu 1

    Intrapriża

    Kull entità li twettaq attività ekonomika titqies li hi intrapriża, irrispettivament mill-forma legali tagħha. L-intrapriżi jinkludu, b’mod partikolari, il-persuni li jaħdmu għal rashom u n-negozji tal-familja involuti fi snajja’ jew attivitajiet oħrajn, u s-sħubiji jew l-assoċjazzjonijiet li jwettqu regolarment xi attività ekonomika.

    Artikolu 2

    L-għadd ta’ persunal u l-limiti finanzjarji li jiddeterminaw il-kategoriji tal-intrapriżi

    1.  
    Il-kategorija ta ’ ►C1  intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju ◄ (“SMEs”) hija magħmula minn intrapriżi li jħaddmu anqas minn 250 persuna u li għandhom fatturat annwali li ma jaqbiżx il-EUR 50 miljun, u/jew it-total annwali tal-karta tal-bilanċ tagħhom ma jaqbiżx it-EUR 43 miljun.
    2.  
    Fil-kategorija tal-SMEs, intrapriża żgħira hija definita bħala intrapriża li timpjega anqas minn 50 ruħ u li l-valur tal-introjtu annwali tagħha u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ tagħha ma jaqbiżx l-EUR 10 miljun.
    3.  
    Fil-kategorija tal-IŻM, mikrointrapriża hija definita bħala intrapriża li tħaddem anqas minn 10 persuni u li l-fatturat annwali tagħha u/jew it-total annwali tal-karta tal-bilanċ tagħha ma jaqbiżx l-EUR 2 miljun.

    Artikolu 3

    Tipi ta’ intrapriżi meqjusin fil-kalkolu tal-għadd ta’ impjegati u tal-ammonti finanzjarji

    1.  
    “Intrapriża awtonoma” hija kull intrapriża li mhix ikklassifikata bħala intrapriża msieħba skont it-tifsira tal-paragrafu 2 jew bħala intrapriża assoċjata skont it-tifsira tal-paragrafu 3.
    2.  
    “Intrapriżi msieħba” huma l-intrapriżi kollha li mhumiex ikklassifikati bħala intrapriżi assoċjati skont it-tifsira tal-paragrafu 3 u li bejniethom hemm ir-relazzjoni li ġejja: intrapriża (intrapriża upstream) ikollha, waħedha jew flimkien ma’ intrapriża assoċjata waħda oħra jew aktar, skont it-tifsira tal-paragrafu 3, 25 % jew aktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot ta’ intrapriża oħra (intrapriża downstream).

    Madankollu, intrapriża tista’ tiġi kklassifikata bħala awtonoma, u għalhekk bħala intrapriża li m’għandha l-ebda intrapriża msieħba, anke jekk dan il-limitu ta’ 25 % jintlaħaq jew jinqabeż mill-investituri li ġejjin, dment li dawk l-investituri ma jkunux assoċjati mal-intrapriża inkwistjoni jew individwalment jew b’mod konġunt, skont it-tifsira tal-paragrafu 3:

    (a) 

    il-korporazzjonijiet ta’ investiment pubbliku, il-kumpaniji b’kapital ta’ riskju, l-individwi jew il-gruppi ta’ individwi b’attività regolari ta’ investiment f’kapital ta’ riskju li jinvestu l-kapital ta’ ekwità f’negozji mhux ikkwotati (investituri informali), diment li l-investiment totali ta’ dawk l-investituri informali fl-istess intrapriża jkun ta’ inqas minn EUR 1 250 000 ;

    (b) 

    l-universitajiet jew iċ-ċentri ta’ riċerka mingħajr skop ta’ qligħ;

    (c) 

    l-investituri istituzzjonali, li jinkludu l-fondi għall-iżvilupp reġjonali;

    (d) 

    awtoritajiet lokali awtonomi b’baġit annwali ta’ inqas minn EUR 10 miljun u ta’ inqas minn 5 000 abitant.

    3.  

    “Intrapriżi assoċjati” huma intrapriżi li għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom:

    (a) 

    intrapriża waħda jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f’intrapriża oħra;

    (b) 

    intrapriża waħda jkollha d-dritt taħtar jew tneħħi l-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv, ta’ ġestjoni jew ta’ sorveljanza ta’ intrapriża oħra;

    (c) 

    intrapriża waħda għandha d-dritt teżerċita influwenza dominanti fuq intrapriża oħra skont kuntratt li tkun daħlet fih ma’ dik l-intrapriża jew skont dispożizzjoni fil-memorandum jew fl-istatut ta’ assoċjazzjoni tagħha;

    (d) 

    intrapriża li tkun azzjonista f’intrapriża oħra jew membru tagħha waħedha tkun tikkontrolla, skont ftehim mal-azzjonisti l-oħra f’dik l-intrapriża jew mal-membri l-oħra tagħha, maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f’dik l-intrapriża.

    Hemm preżunzjoni li ma teżisti l-ebda influwenza dominanti jekk l-investituri elenkati fit-tieni subparagrafu tal-punt 2 ma jinvolvux ruħhom direttament jew indirettament fil-ġestjoni tal-intrapriża inkwistjoni, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tagħhom bħala azzjonisti.

    L-intrapriżi li għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet deskritti fl-ewwel subparagrafu permezz ta’ intrapriża waħda oħra jew aktar, jew li għandhom xi wieħed mill-investituri msemmija fil-paragrafu 2, huma meqjusa wkoll bħala intrapriżi assoċjati.

    L-intrapriżi li għandhom xi waħda minn dawn ir-relazzjonijiet jew aktar permezz ta’ persuna fiżika jew ta’ grupp ta’ persuni fiżiċi li jaġixxu flimkien ukoll huma meqjusin bħala intrapriżi assoċjati jekk iwettqu l-attività tagħhom jew parti mill-attività tagħhom fl-istess suq rilevanti jew fi swieq qrib.

    Jitqies li hu “suq qrib” is-suq għall-prodotti jew is-servizzi li jinsab direttament upstream jew downstream mis-suq rilevanti.

    4.  
    Barra mill-każijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, intrapriża ma tistax titqies bħala SME jekk 25 % jew aktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot tagħha jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati, b’mod konġunt jew b’mod individwali, minn korp wieħed pubbliku jew aktar.
    5.  
    L-intrapriżi jistgħu jiddikjaraw l-istatus tagħhom bħala intrapriża awtonoma, intrapriża msieħba jew intrapriża assoċjata, inkluża d-data dwar il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 2. Din id-dikjarazzjoni tista’ ssir anki jekk il-kapital ikun mifrux b’tali mod li ma jkunx jista’ jiġi stabbilit eżattament f’idejn min jinsab, f’liema każ l-intrapriża tista’ tiddikjara in bona fede li tista’ tissoponi b’mod leġittimu li 25 % tal-kapital tagħha jew aktar mhuwiex il-proprjetà ta’ intrapriża waħda, jew mhuwiex proprjetà konġunta ta’ intrapriżi assoċjati ma’ xulxin. Dawn id-dikjarazzjonijiet isiru mingħajr ħsara għall-kontrolli u l-investigazzjonijiet previsti fir-regoli nazzjonali jew tal-Unjoni.

    Artikolu 4

    Id-data użata għall-għadd ta’ persunal u l-ammonti finanzjarji u referenza perjodu

    1.  
    Id-data li għandha tiġi applikata għall-kalkolu tal-għadd ta’ persunal u tal-ammonti finanzjarji hija dik li tirrigwarda l-aħħar perjodu kontabilistiku approvat u din tiġi kkalkulata fuq bażi annwali. Dawn jiġu kkunsidrati mid-data tal-għeluq tal-kontijiet. L-ammont magħżul għall-fatturat huwa kkalkulat mingħajr it-taxxa fuq il-valur miżjud (il-VAT) u taxxi indiretti oħrajn.
    2.  
    Meta, fid-data tal-għeluq tal-kontijiet, intrapriża ssib li, fuq bażi annwali, hija tkun qabżet il-limiti tal-għadd ta’ persunal jew tal-limiti finanzjarji ddikjarati fil-punt 2, jew tkun niżlet taħthom, dan ma jirriżultax fit-telf jew fl-akkwiżizzjoni tal-istatus ta’ mikrointrapriża jew ta’ intrapriża ta’ daqs medju jew żgħir, sakemm dawk il-limiti ma jinqabżux fuq żewġ perjodi kontabilistiċi konsekuttivi.
    3.  
    Fil-każ ta’ intrapriża li tkun għadha kemm ġiet stabbilita u li l-kontijiet tagħha jkunu għadhom ma ġewx approvati, id-data li għandha tiġi applikata trid tittieħed minn stima magħmula in bona fede li tkun saret matul is-sena finanzjarja.

    Artikolu 5

    L-għadd ta’ persunal

    L-għadd ta’ persunal jikkorrispondi mal-għadd ta’ unitajiet annwali tax-xogħol (AWU), jiġifieri l-għadd ta’ persuni li ħadmu full-time fl-intrapriża inkwistjoni jew f’isimha matul is-sena kollha ta’ referenza li tkun qed titqies. Ix-xogħol tal-persuni li ma jkunux ħadmu s-sena kollha, ix-xogħol ta’ dawk li jkunu ħadmu part-time, irrispettivament minn kemm ħadmu, u x-xogħol tal-ħaddiema staġjonali jingħaddu bħala frazzjonijiet tal-AWU. Il-persunal jikkonsisti minn dawn li ġejjin:

    (a) 

    l-impjegati;

    (b) 

    persuni li jaħdmu għall-intrapriża li taqa’ taħtha u li jitqiesu bħala impjegati tagħha skont il-liġi nazzjonali;

    (c) 

    is-sidien maniġers;

    (d) 

    msieħba li jkunu involuti f’attività regolari fl-intrapriża u li jibbenefikaw minn vantaġġi finanzjarji mill-intrapriża.

    L-apprendisti jew l-istudenti li jkunu qed jagħmlu taħriġ vokazzjonali skont kuntratt ta’ apprendistat jew ta’ taħriġ vokazzjonali mhumiex inklużi bħala parti mill-persunal. It-tul ta’ żmien tal-liv tal-maternità jew tal-ġenituri ma jingħaddx.

    Artikolu 6

    L-istabbiliment tad-data ta’ intrapriża

    1.  
    Fil-każ ta’ intrapriża awtonoma, id-data, inkluż l-għadd ta’ persunal, tiġi ddeterminata esklussivament abbażi tal-kontijiet ta’ dik l-intrapriża.
    2.  
    Id-data, inkluż l-għadd ta’ persunal, ta’ intrapriża li għandha intrapriżi msieħba jew intrapriżi assoċjati magħha, tiġi ddeterminata abbażi tal-kontijiet jew ta’ data oħra tal-intrapriża, jew, fejn ikunu jeżistu, abbażi tal-kontijiet konsolidati tal-intrapriża, jew tal-kontijiet konsolidati li fihom l-intrapriża tkun inkluża permezz ta’ konsolidament.

    Mad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiżdied id-data ta’ kull intrapriża msieħba mal-intrapriża inkwistjoni li tkun tinsab immedjatament upstream jew downstream minnha. L-aggregazzjoni ssir b’mod proporzjonat mal-perċentwali tal-parteċipazzjoni fil-kapital jew fid-drittijiet tal-vot (skont liema minnhom ikun l-ikbar). Fil-każ ta’ parteċipazzjonijiet inkroċjati, għandu japplika l-akbar perċentwali minn fost dawn it-tnejn.

    Mad-data msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu għandu jiżdied il-100 % tad-data ta’ kwalunkwe intrapriża li tkun assoċjata direttament jew indirettament mal-intrapriża inkwistjoni, meta dik id-data ma tkunx diġà ġiet inkluża fil-kontijiet permezz tal-konsolidament.

    3.  
    Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2, id-data tal-intrapriżi msieħba mal-intrapriża inkwistjoni għandha tittieħed mill-kontijiet tagħhom u mid-data l-oħra tagħhom, ikkonsolidata jekk tkun teżisti. Ma’ dawn għandu jiżdied il-100 % tad-data tal-intrapriżi li jkunu assoċjati ma’ dawn l-intrapriżi msieħba, dejjem jekk id-data tal-kontijiet tagħhom ma tkunx diġà ġiet inkluża permezz tal-konsolidament.

    Biex jiġi applikat l-istess paragrafu 2, id-data tal-intrapriżi li huma assoċjati mal-intrapriża inkwistjoni għandha tittieħed mill-kontijiet tagħhom u mid-data l-oħra tagħhom, ikkonsolidata jekk tkun teżisti. Ma’ din id-data tiżdied, pro rata, id-data ta’ kwalunkwe intrapriża msieħba possibbli ta’ dik l-intrapriża assoċjata, li tkun tinsab immedjatament upstream jew downstream minnha, sakemm ma tkunx ġiet inkluża diġà fil-kontijiet konsolidati b’persentaġġ li jkun mill-inqas proporzjonat mal-persentaġġ identifikat taħt il-punt 2 tat-tieni subparagrafu.

    4.  
    Meta fil-kontijiet konsolidati ma tkun tidher l-ebda data dwar l-impjegati ta’ intrapriża partikolari, iċ-ċifri tal-impjegati għandhom jiġu kkalkulati billi tiġi aggregata b’mod proporzjonat id-data mill-intrapriżi msieħba tagħha u billi tiżdied id-data mill-intrapriżi li magħhom l-intrapriża inkwistjoni tkun assoċjata.




    ANNESS II

    Informazzjoni rigward l-għajnuna mill-Istat eżentata skont il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li għandha tiġi pprovduta permezz tal-applikazzjoni tal-IT tal-Kummissjoni stabbilita kif stipulata fl-Artikolu 11

    PARTI I



    Ir-referenza tal-għajnuna

    (Għandha timtela mill-Kummissjoni)

    L-Istat Membru

     

    Numru ta’ referenza tal-Istat Membru

     

    Reġjun

    Isem ir-Reġjun(i) (NUTS (1))

    ……

    Status tal-għajnuna reġjonali (2)

    imageIr-reġjuni ultraperiferiċi

    imageIl-gżejjer minuri tal-Eġew

    imageOħrajn

    L-awtorità awtorizzanti

    Isem

    Indirizz postali

    Indirizz tal-Internet

    Titlu tal-miżura ta’ għajnuna

    ……

    Il-bażi ġuridika nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni uffiċjali nazzjonali rilevanti)

    ….…

    ….…

    Ħolqa tal-Internet għat-test sħiħ tal-miżura ta’ għajnuna

    …..…

    Tip ta’ miżura

    imageSkema

    imageGħajnuna ad hoc

    Isem il-benefiċjarju u l-grupp (3) li jappartjeni għalih

    Emenda ta’ skema tal-għajnuna eżistenti jew tal-għajnuna ad hoc

     

    In-numru ta’ referenza attribwit mill-Kummissjoni għall-għajnuna

    imageEstensjoni

    imageModifika

    Tul ta’ żmien (4)

    imageSkema

    minn jj/xx/ssss sa jj/xx/ssss

    Id-data tal-għotja tal-għajnuna

    imageGħajnuna ad hoc

    jj/xx/ssss

    Is-settur(i) ekonomiku/ekonomiċi kkonċernat(i)

    imageJekk jogħġbok speċifika fil-livell tal-grupp NACE (5)

    Tip ta’ benefiċjarju

    imageSME

    imageImpriżi kbar

    Il-baġit

    Skema: Ammont ġenerali (6) Munita nazzjonali … (ammonti sħaħ)

    ……

    Għajnuna ad hoc: Ammont ġenerali (7) Munita nazzjonali … (ammonti sħaħ)

    ….…

    imageGħall-garanziji (8)

    Munita nazzjonali… (ammonti sħaħ)

    ……

    Strument tal-għajnuna

    imageGħotja/Sussidju tar-rata tal-imgħax

    imageServizzi sussidjati

    imageSelf/Ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli

    imageGaranzija (fejn ikun xieraq b’referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni (9))

    imageVantaġġ tat-taxxa jew eżenzjoni mit-taxxa

    imageOħrajn (jekk jogħġbok speċifika)

    …..…

    Indika f’liema kategorija wiesgħa minn hawn taħt, toqgħod l-aktar f’termini tal-effett/funzjoni tagħha:

    imageSussidju

    imageSelf

    imageGaranzija

    imageBenefiċċju fuq it-taxxa

    imageJekk kofinanzjat minn fond(i) tal-UE

    Isem il-fond(i) tal-UE:

    …..…

    …..…

    Ammont ta’ fondi

    (skont il-fond tal-UE)

    ……

    Munita nazzjonali… (ammonti sħaħ)

    ……

    (1)   

    NUTS – Nomenklatura ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika. Tipikament, ir-reġjun jiġi speċifikat fil-livell 2.

    (2)   

    Jekk jogħġbok indika jekk l-għajnuna tingħatax favur impriża attiva f’waħda miż-żoni definiti minn qabel. Inkella, jekk jogħġbok agħżel il-kaxxa “oħrajn”.

    (3)   

    Għall-finijiet tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stipulati fit-Trattat u għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, impriża hija kwalunkwe entità involuta f’attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħha u l-mod kif tkun iffinanzjata. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li jenħtieġ li l-entitajiet li huma kkontrollati (fuq bażi legali jew fuq bażi de facto) mill-istess entità jitqiesu bħala intrapriża waħda.

    (4)   

    Il-perjodu li matulu l-awtorità tal-għoti tista’ timpenja ruħha li tagħti l-għajnuna.

    (5)   

    NACE Rev. 2 - Klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea. Tipikament, is-settur għandu jiġi speċifikat fil-livell tal-grupp.

    (6)   

    Fil-każ ta’ skema ta’ għajnuna: indika l-ammont globali tal-baġit ippjanat skont l-iskema jew l-istima tat-telf mit-taxxa għad-durata kollha tagħha u għall-istrumenti kollha ta’ għajnuna inklużi fl-iskema.

    (7)   

    Fil-każ ta’ għotja ta’ għajnuna ad hoc: Indika l-ammont globali ta’ għajnuna jew telf mit-taxxa.

    (8)   

    Għall-garanziji, indika l-ammont (massimu) ta’ self garantit.

    (9)   

    Fejn xieraq, referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-metodoloġija għall-kalkolu tal-ekwivalenti tal-għotja gross, f’konformità mal-Artikolu 5(3)(c)(ii) ta’ dan ir-Regolament.

    PARTI II

    trid tiġi pprovduta permezz tas-sistema ta’ notifika elettronika stabbilita tal-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 11

    Jekk jogħġbok indika skont liema dispożizzjoni tal-ABER hija implimentata l-miżura tal-għajnuna



    Objettivi primarji (Huma possibbli l-objettivi multipli; f’dan il-każ indika l-objettivi kollha)

    L-intensità massima tal-għajnuna f’%

    Ammont massimu tal-għajnuna bil-munita nazzjonali f’ammonti sħaħ

    imageGħajnuna għal investimenti f’azjenda agrikola marbuta mal-produzzjoni agrikola primarja (Artikolu 14)

     

     

    imageGħajnuna għall-konsolidazzjoni tal-art agrikola (Artikolu 15)

     

     

    imageGħajnuna għal investimenti li jikkonċernaw ir-rilokazzjoni ta’ bini tal-farms (Artikolu 16)

     

     

    imageGħajnuna għal investimenti relatati mal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli (Artikolu 17)

     

     

    imageGħajnuna għall-bidu ta’ negozju għal bdiewa żgħażagħ u għajnuna għall-bidu ta’ negozju għal attivitajiet agrikoli (Artikolu 18)

     

     

    imageGħajnuna inizjali għal gruppi u organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-forestrija (Artikolu 19)

     

     

    imageGħajnuna għall-parteċipazzjoni ta’ produtturi ta’ prodotti agrikoli fi skemi tal-kwalità (Artikolu 20)

     

     

    imageGħajnuna għall-iskambju tal-għarfien u azzjonijiet ta’ informazzjoni (Artikolu 21)

     

     

    imageGħajnuna għal servizzi ta’ konsulenza (Artikolu 22)

     

     

    imageGħajnuna għal servizzi ta’ sostituzzjoni ta’ farms (Artikolu 23)

     

     

    imageGħajnuna għal miżuri ta’ promozzjoni favur prodotti agrikoli (Artikolu 24)

     

     

    imageGħajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn event klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali (Artikolu 25)

     

     

     

    Tip ta’ event klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali:

    imageġlata

    imagemaltemp

    imagexita ta’ silġ

    imagesilġ mal-art

    imagexita kontinwa jew qawwija

    imageuragan

    imagenixfa severa

    imageoħrajn

    Jekk jogħġbok speċifika:

    Id-data ta’ meta seħħ l-avveniment:

    minn jj/xx/ssss sa jj/xx/ssss

    imageGħajnuna għall-kostijiet ta’ prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda ta’ mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti biex tikkumpensa għad-dannu kkawżat bil-mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti (Artikolu 26)

     

     

    imageGħajnuna lis-settur tal-bhejjem u għajnuna għal bhejjem mejta (Artikolu 27)

     

     

    imageGħajnuna għall-ħlas ta’ primjums tal-assigurazzjoni u għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi (Artikolu 28)

     

     

    imageGħajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn annimali protetti (Artikolu 29)

     

     

    imageGħajnuna għall-konservazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi fil-forestrija (Artikolu 30)

     

     

    imageGħajnuna għal impenji tat-trattament xieraq tal-annimali (Artikolu 31)

     

     

    imageGħajnuna għall-kooperazzjoni fis-settur tal-agrikultura (Artikolu 32)

     

     

    imageGħajnuna għal żvantaġġi relatati ma’ Natura 2000 (Artikolu 33)

     

     

    imageGħajnuna għall-impenji agroambjentali klimatiċi (Artikolu 34)

     

     

    imageGħajnuna għall-biedja organika (Artikolu 35)

     

     

    imageGħajnuna għal investiment favur il-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali li jkun jinsab fl-azjendi agrikoli jew fil-foresti (Artikolu 36)

     

     

    imageGħajnuna li tagħmel tajjeb għad-danni kkawżati minn diżastru naturali fis-settur tal-agrikoltura (Artikolu 37)

     

     

    Tip ta’ diżastru naturali:

    imageterremot

    imagevalanga

    imageuqigħ tal-art

    imagegħargħar

    imagetromba tal-arja

    imageuragan

    imageżbruffar vulkaniku

    imagenirien tal-foresti

    imageoħrajn

    Jekk jogħġbok speċifika:

    Id-data ta’ meta seħħ id-diżastru naturali:

    minn jj/xx/ssss sa jj/xx/ssss

    imageGħajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija (Artikolu 38)

     

     

    imageGħajnuna għall-kostijiet imġarrba minn impriżi li jipparteċipaw fi proġetti tal-Grupp Operazzjonali tal-EIP (Artikolu 39)

     

     

    imageAmmonti limitati ta’ għajnuna lill-impriżi li jibbenefikaw minn proġetti tal-Grupp Operazzjonali tal-EIP (Artikolu 40)

     

     

    imageGħajnuna għall-afforestazzjoni u għall-ħolqien ta’ msaġar (Artikolu 41)

     

     

    imageGħajnuna għal sistemi agroforestali (Artikolu 42)

     

     

    imageGħajnuna għall-prevenzjoni u r-restawr tal-ħsara lill-foresti (Artikolu 43)

     

     

    imageGħajnuna għall-investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi forestali (Artikolu 44)

     

     

    imageGħajnuna għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji (Artikolu 45)

     

     

    imageGħajnuna għal servizzi forestali-ambjentali u klimatiċi u l-konservazzjoni tal-foresti (Artikolu 46)

     

     

    imageGħajnuna għat-trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta’ informazzjoni fis-settur tal-forestrija (Artikolu 47)

     

     

    imageGħajnuna għal servizzi ta’ konsulenza fis-settur tal-forestrija (Artikolu 48)

     

     

    imageGħajnuna għal investimenti fl-infrastruttura relatata mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattazzjoni tas-settur tal-forestrija (Artikolu 49)

     

     

    imageGħajnuna għal investimenti f’teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, il-mobilizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-forestrija (Artikolu 50)

     

     

    imageGħajnuna għall-konservazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi fil-forestrija (Artikolu 51)

     

     

    imageGħajnuna għall-bidu ta’ negozju għal gruppi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi fis-settur tal-forestrija (Artikolu 52)

     

     

    imageGħajnuna għall-konsolidazzjoni tal-art tal-forestrija (Artikolu 53)

     

     

    imageGħajnuna għall-kooperazzjoni fis-settur tal-forestrija (Artikolu 54)

     

     

    imageGħajnuna għal servizzi bażiċi u infrastruttura f’żoni rurali (Artikolu 55)

     

     

    imageGħajnuna għall-bidu ta’ negozju għal attivitajiet mhux agrikoli f’żoni rurali (Artikolu 56)

     

     

    imageGħajnuna għal parteċipazzjoni ġdida ta’ bdiewa fi skemi ta’ kwalità għall-qoton jew għall-oġġetti tal-ikel (Artikolu 57)

     

     

    imageGħajnuna għal attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni dwar il-qoton u oġġetti tal-ikel koperti minn skema tal-kwalità (Artikolu 58)

     

     

    imageGħajnuna għal kooperazzjoni f’żoni rurali (Artikolu 59)

     

     

    imageGħajnuna għal proġetti CLLD (Artikolu 60)

     

     

    imageAmmonti limitati ta’ għajnuna għal proġetti CLLD (Artikolu 61)

     

     




    ANNESS III

    Dispożizzjonijiet għall-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni kif stabbilita fl-Artikolu 9(1)

    L-Istati Membri għandhom jorganizzaw is-siti web komprensivi tagħhom dwar l-għajnuna mill-Istat, li fuqhom għandha tiġi ppubblikata l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9 (1), b’tali mod li jippermettu aċċess faċli għal dik l-informazzjoni. L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata bħala data fi spreadsheet, pereżempju fil-format CSV jew XML. Dan jippermetti li jkun hemm tiftix, estrazzjoni u pubblikazzjoni faċli tad-data fuq l-Internet. Aċċess għall-websajt dwar l-għajnuna mill-Istat għandu jingħata lil kull parti interessata mingħajr restrizzjonijiet. Ma għandha tkun meħtieġa ebda reġistrazzjoni tal-utent minn qabel biex jingħata aċċess għall-websajt dwar l-għajnuna mill-Istat.

    L-informazzjoni li ġejja dwar għotjiet individwali kif stabbilit fl-Artikolu 9 (1) (c) għandha tiġi ppubblikata:

    (a) 

    Referenza tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-għajnuna ( 34 );

    (b) 

    Identifikatur tal-benefiċjarju ( 35 );

    (c) 

    Tip ta’ intrapriża (SME/kbira) fid-data tal-għoti tal-għajnuna;

    (d) 

    Ir-reġjun li fih jinsab il-benefiċjarju, fil-livell II tan-NUTS ( 36 ) u, jekk applikabbli, fir-reġjuni ultraperiferiċi jew fil-gżejjer minuri tal-Eġew;

    (e) 

    Is-settur ta’ attività fil-livell tal-grupp NACE ( 37 );

    (f) 

    Strument ta’ għajnuna, espress bħala ammont sħiħ fil-munita nazzjonali ( 38 );

    (g) 

    Strument ta’ għajnuna ( 39 ) (għotja/sussidju tar-rata tal-imgħax, self/avvanzi ripagabbli/għotja rimborżabbli, garanzija, vantaġġ tat-taxxa jew eżenzjoni mit-taxxa, finanzjament ta’ riskju, oħrajn (jekk jogħġbok speċifika));

    (h) 

    Id-data tal-għoti tal-għajnuna;

    (i) 

    Objettiv tal-għajnuna ( 40 );

    (j) 

    Awtorità tal-għoti.



    ( 1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

    ( 2 ) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.

    ( 3 ) WT/MIN(15)/45 — WT/L/980.

    ( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

    ( 5 ) Ir-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r- Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali (“ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali”), (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 66).

    ( 6 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

    ( 7 ) Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat (ĠU C 153, 29.4.2021, p. 1)

    ( 8 ) Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).

    ( 9 ) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

    ( 10 ) “Tiftix Pubbliku dwar it-Trasparenza tal-Għajnuna mill-Istat”, disponibbli fuq is-sit web li ġej: https://webgate.ec.europa.eu/competition/transparency/public?lang=mt

    ( 11 ) Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

    ( 12 ) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

    ( 13 ) Technical guidance on the climate proofing of infrastructure in the period 2021-2027 tal-Kummissjoni (ĠU C 373, 16.9.2021, p. 1).

    ( 14 ) Ir-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (ĠU L 177, 5.6.2020, p. 32).

    ( 15 ) Fir-rigward tal-kunċett ta’ kontroll, il-punt 1 tal-Kapitolu II, tal-Avviż Ġurisdizzjonali Konsolidat tal-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU C 95, 16.4.2008, p. 1) għandu japplika b’analoġija.

    ( 16 ) Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).

    ( 17 ) Ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1).

    ( 18 ) Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14).

    ( 19 ) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji gwida tal-aqwa prattiki tal-UE għat-tħaddim ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni volontarji għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU C 341, 16.12.2010, p. 5).

    ( 20 ) Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).

    ( 21 ) Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).

    ( 22 ) Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

    ( 23 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

    ( 24 ) Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).

    ( 25 ) “Pjan ta’ Azzjoni Saħħa Waħda Ewropew kontra r-Reżistenza Antimikrobika (RAM)” (COM(2017) 339 final).

    ( 26 ) Ir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014 u (UE) Nru 652/2014 (ĠU L 153, 3.5.2021, p. 1).

    ( 27 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).

    ( 28 ) Dan japplika wkoll għall-kooperazzjoni relatata mal-produzzjoni ta’ enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli jew il-produzzjoni ta’ bijokarburanti f’azjendi, dment li jitħarsu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14.

    ( 29 ) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar Ċikli tal-Karbonju Sostenibbli (COM (2021) 800 final).

    ( 30 ) https://foresteurope.org/wp-content/uploads/2016/08/Pan-EuropeanAfforestationReforestationGuidelines.pdf

    ( 31 ) Linji Gwida Ġenerali għall-Ġestjoni Sostenibbli tal-Foresti fl-Ewropa adottati fit-Tieni Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa li saret f’Ħelsinki fis-16 sas-17 ta’ Ġunju 1993 (https://www.foresteurope.org/docs/MC/MC_helsinki_resolutionH1.pdf).

    ( 32 ) ĠU C 341, 16.12.2010, p. 5.

    ( 33 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

    ( 34 ) Kif previst mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament.

    ( 35 ) Meta jitqies l-interess leġittimu fit-trasparenza li tiġi pprovduta informazzjoni lill-pubbliku, fil-ponderazzjoni tal-ħtiġijiet tat-trasparenza mad-drittijiet skont ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-pubblikazzjoni tal-isem tal-benefiċjarju tal-għajnuna meta l-benefiċjarju tal-għajnuna jkun persuna fiżika jew persuna ġuridika li jkollha l-ismijiet ta’ persuni fiżiċi, hija ġġustifikata (ara C-92/09, Volker und Markus Schecke and Eifert, il-paragrafu 53), filwaqt li jitqies l-Artikolu 49(1)(g) tar-Regolament 2016/679. Ir-regoli ta’ trasparenza għandhom l-għan li jkun hemm konformità aħjar, responsabbiltà akbar, evalwazzjoni bejn il-pari u fl-aħħar mill-aħħar infiq pubbliku aktar effettiv. Dan l-għan għandu jipprevali fuq id-drittijiet tal-protezzjoni tad-data ta’ persuni fiżiċi li jirċievu appoġġ pubbliku.

    ( 36 ) NUTS – Nomenklatura ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika. Tipikament, ir-reġjun għandu jiġi speċifikat fil-livell 2.

    ( 37 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

    ( 38 ) Għotja grossa ekwivalenti.

    ( 39 ) Jekk l-għajnuna tingħata permezz ta’ diversi strumenti ta’ għajnuna, l-ammont ta’ għajnuna għandu jiġi pprovdut minn strument ta’ għajnuna.

    ( 40 ) Jekk l-għajnuna għandha objettivi multipli, l-ammont tal-għajnuna għandu jiġi stabbilit skont l-għan.

    Top