Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02022R0654-20220421

Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/654 tal-20 ta’ April 2022 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-butilidrossjaniżol bħala addittiv tal-għalf għall-qtates (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/654/2022-04-21

02022R0654 — MT — 21.04.2022 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/654

tal-20 ta’ April 2022

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ►C1  tal-butilidrossjaniżol ◄ bħala addittiv tal-għalf għall-qtates

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 119 21.4.2022, p. 84)


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 233, 8.9.2022, p.  92 (2022/654)




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/654

tal-20 ta’ April 2022

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ►C1  tal-butilidrossjaniżol ◄ bħala addittiv tal-għalf għall-qtates

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “antiossidanti”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Irtirar mis-suq

►C1  Il-butilidrossjaniżol ◄ (E 320) għandu jiġi rtirat mis-suq bħala addittiv tal-għalf għall-qtates sakemm ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

Miżuri tranżizzjonali li jikkonċernaw l-irtirar mis-suq

1.  
►C1  Il-butilidrossjaniżol ◄ bħala addittiv tal-għalf għall-qtates u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom minnu, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-11 ta’ Novembru 2022 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-11 ta’ Mejju 2022 jista’ jibqa’ jitqiegħed fis-suq u jintuża sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2.  
L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf maħsuba għall-qtates li fihom ►C1  il-butilidrossjaniżol ◄ , li jiġu prodotti u ttikkettati qabel il-11 ta’ Mejju 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-11 ta’ Mejju 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Formola kimika, deskrizzjoni, metodi ta’ analiżi

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: antiossidanti

1b320

►C1  Butilidrossjaniżol ◄

Kompożizzjoni tal-addittiv

►C1  Butilidrossjaniżol ◄ (BHA)

(≥ 98,5 %)

Għamla solida qisha tax-xama’

Qtates

-

-

150

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin. ►C1  
2.  Il-BHA jista’ jintuża flimkien mal-butilidrossitoluwen (BHT) sa 150 mg tat-taħlita/kg ta’ għalf komplet.  ◄
3.  Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu b’tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni tal-ġilda, tal-għajnejn u tan-nifs.

Il-11 ta’ Mejju 2032

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

►C1

 

Taħlita ta’:

— 2-tert-butil-4-idrossjaniżol

— 3-tert-butil-4-idrossjaniżol (≥ 85 %)

 ◄

Nru CAS: 25013-16-5

C11H16O2

Metodu analitiku (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-BHA fl-addittiv tal-għalf:

— Kromatografija b’fażi gassuża akkoppjata mad-Detezzjoni tal-Jonizzazzjoni bi Fjamma (GC-FID) (metodu FCC7)

Għall-kwantifikazzjoni tal-BHA fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf:

— Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja b’Fażi Inversa akkoppjata mad-Detezzjoni tal-Ultravjola permezz ta’ Dijodi f’Serje (RP-HPLC-UV-DAD, 285 nm)

(1)   

Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.

Top