Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02021R0818-20210528

    Consolidated text: Regolament (UE) 2021/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2021 - 2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/818/2021-05-28

    02021R0818 — MT — 28.05.2021 — 000.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT (UE) 2021/818 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-20 ta’ Mejju 2021

    li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2021 - 2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 189 28.5.2021, p. 34)


    Ikkoreġut bi:

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 166, 22.6.2022, p.  196 (2021/818)




    ▼B

    REGOLAMENT (UE) 2021/818 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-20 ta’ Mejju 2021

    li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2021 - 2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



    KAPITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (il-"Programm") għall-perijodu tal-QFP 2021 - 2027.

    Huwa jistabbilixxi l-objettivi tal-Programm, il-baġit għall-perijodu 2021 – 2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' tali finanzjament.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1) 

    "setturi kulturali u kreattivi" tfisser is-setturi kollha:

    (a) 

    li l-attivitajiet tagħhom, li bosta minnhom għandhom il-potenzjal li jiġġeneraw innovazzjoni u impjiegi b'mod partikolari mill-propjetà intellettwali:

    (i) 

    huma bbażati fuq valuri kulturali u espressjonijiet artistiċi u espressjonijiet kreattivi oħra individwali jew kollettivi; u

    (ii) 

    jinkludu l-iżvilupp, il-ħolqien, il-produzzjoni, id-disseminazzjoni u l-preżervazzjoni ta' prodotti u servizzi li jinkorporaw espressjonijiet kulturali, artistiċi jew espressjonijiet kreattivi oħra, kif ukoll funzjonijiet relatati bħall-edukazzjoni jew il-ġestjoni;

    (b) 

    irrispettivament minn:

    (i) 

    jekk l-attivitajiet ta' dawk is-setturi humiex orjentati lejn is-suq jew mhux orjentati lejn is-suq;

    (ii) 

    it-tip ta' struttura li twettaq dawk l-attivitajiet; u

    (iii) 

    kif tiġi ffinanzjata l-istruttura;

    dawk is-setturi jinkludu, fost l-oħrajn, l-arkitettura, l-arkivji, il-libreriji u l-mużewijiet, is-snajja' artistiċi, l-awdjoviżiv (inkluż iċ-ċinematografija, it-televiżjoni, il-logħob tal-video u l-multimedia), il-patrimonju kulturali tanġibbli u intanġibbli, id-disinn (inkluż id-disinn tal-moda), il-festivals, il-mużika, il-letteratura, l-arti tal-ispettaklu (inkluż it-teatru u ż-żfin), il-kotba u l-pubblikazzjoni, ir-radju u l-arti viżiva;

    (2) 

    "entità ġuridika" tfisser persuna fiżika jew persuna ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont il-liġi nazzjonali, il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li tista' teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi meta taġixxi f'isimha stess, jew entità li ma għandhiex personalità ġuridika kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 197(2) tar-Regolament Finanzjarju;

    (3) 

    "operazzjoni ta' taħlit" tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-Unjoni, inkluż dawk fi ħdan faċilitajiet ta' taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li jikkombinaw forom ta' appoġġ li mhumiex rimborżabbli u strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni b'forom ta' sostenn rimborżabbli minn istituzzjonijiet finanzjarji tal-iżvilupp jew minn istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi oħra, jew minn istituzzjonijiet finanzjarji kummerċjali u minn investituri.

    Artikolu 3

    Objettivi tal-Programm

    1.  

    L-objettivi ġenerali tal-Programm huma li:

    (a) 

    jiġu ssalvagwardati, żviluppati u promossi d-diversità u l-patrimonju kulturali u lingwistiku Ewropew;

    (b) 

    jiżdiedu l-kompetittività u l-potenzjal ekonomiku tas-setturi kulturali u kreattivi, b'mod partikolari tas-settur awdjoviżiv.

    2.  

    Il-Programm għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

    (a) 

    li jtejjeb il-kooperazzjoni artistika u kulturali fil-livell Ewropew, sabiex jiġi appoġġat il-ħolqien ta' xogħlijiet Ewropej u tissaħħaħ id-dimensjoni ekonomika, soċjali u esterna tas-setturi kulturali u kreattivi tal-Ewropa u l-innovazzjoni u l-mobbilità tagħhom;

    (b) 

    li jippromwovi l-kompetittività, l-iskalabbiltà, il-kooperazzjoni, l-innovazzjoni u s-sostenibbiltà, inkluż permezz tal-mobbilità fis-settur awdjoviżiv Ewropew;

    (c) 

    li jippromwovi l-kooperazzjoni fil-politika u azzjonijiet innovattivi li jappoġġjaw il-fergħat kollha tal-Programm u li jippromwovi ambjent medjatiku diversifikat, indipendenti u pluralistiku u l-litteriżmu medjatiku, biex b'hekk jitrawmu l-libertà tal-espressjoni artistika, id-djalogu interkulturali u l-inklużjoni soċjali.

    3.  

    Il-Programm għandu jkopri l-fergħat li ġejjin:

    (a) 

    il-fergħa "Kultura", li tkopri s-setturi kulturali u kreattivi, għajr is-settur awdjoviżiv;

    (b) 

    il-fergħa "MEDIA", li tkopri s-settur awdjoviżiv;

    (c) 

    il-fergħa "Transettorjali", li tkopri azzjonijiet fis-setturi kulturali u kreattivi kollha.

    4.  

    Filwaqt li jiġi rikonoxxut il-valur intrinsiku u ekonomiku tal-kultura, l-objettivi tal-Programm għandhom jintlaħqu permezz ta' azzjonijiet b'valur miżjud Ewropew. Valur miżjud Ewropew għandu jkun żgurat, fost l-oħrajn, permezz ta':

    (a) 

    il-karattru tranżnazzjonali tal-azzjonijiet u l-attivitajiet, li jikkomplementaw il-programmi u l-politiki reġjonali, nazzjonali, internazzjonali u programmi u politiki oħrajn tal-Unjoni, u b'hekk jippromwovu l-għeruq komuni Ewropej u d-diversità kulturali;

    (b) 

    kooperazzjoni transfruntiera, inkluż permezz tal-mobbilità, fost l-organizzazzjonijiet u l-professjonisti fis-setturi kulturali u kreattivi, u l-potenzjal ta' tali kooperazzjoni li tindirizza sfidi komuni, inkluż it-tranżizzjoni diġitali, u li tippromwovi l-aċċess għall-kultura, l-involviment attiv taċ-ċittadini u d-djalogu interkulturali;

    (c) 

    l-ekonomiji ta' skala u t-tkabbir u l-impjiegi li l-appoġġ tal-UE trawwim, biex jinħoloq effett ta' lieva għal fondi addizzjonali;

    (d) 

    il-forniment ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni permezz ta' azzjonijiet b'valur miżjud Ewropew taħt il-fergħa MEDIA li jqisu l-ispeċifiċitajiet ta' pajjiżi differenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-kontenut, u l-aċċess għall-kontenut, tad-daqs u l-ispeċifiċitajiet tas-swieq tagħhom u d-diversità kulturali u lingwistika tagħhom, b'mod li jwessa' l-parteċipazzjoni ta' pajjiżi b'kapaċitajiet awdjoviżivi differenti u li jsaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn dawk il-pajjiżi.

    5.  

    L-objettivi tal-Programm għandhom jintlaħqu b'mod li jħeġġeġ l-inklużjoni, l-ugwaljanza, id-diversità u l-parteċipazzjoni li, fejn xieraq, għandhom jinkisbu permezz ta' inċentivi speċifiċi li:

    (a) 

    jiżguraw li l-persuni b'diżabilità, il-persuni li jappartjenu għal minoranzi u l-persuni li jappartjenu għal gruppi soċjalment emarġinati jkollhom aċċess għas-setturi kulturali u kreattivi, u li jħeġġu l-parteċipazzjoni attiva tagħhom f'dawk is-setturi, inkluż kemm fil-proċess kreattiv kif ukoll fl-ilħuq ta' udjenzi ġodda; u

    (b) 

    irawmu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, b'mod partikolari bħala mutur tal-kreattività, it-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni.

    Artikolu 4

    Azzjonijiet tal-Programm

    Il-Programm għandu jappoġġja azzjonijiet li huma f'konformità mal-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikoli 5, 6 u 7 u d-deskrizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.

    Artikolu 5

    Il-fergħa Kultura

    1.  

    F'konformità mal-objettivi tal-Programm msemmija fl-Artikolu 3, il-fergħa Kultura għandu jkollha l-prijoritajiet li ġejjin:

    (a) 

    li ssaħħaħ il-kooperazzjoni tranżnazzjonali u d-dimensjoni transfruntiera tal-ħolqien, iċ-ċirkolazzjoni u l-viżibilità ta' xogħlijiet Ewropej u l-mobbilità tal-operaturi fis-setturi kulturali u kreattivi;

    (b) 

    li żżid l-aċċess għal u l-parteċipazzjoni fil-kultura u li żżid l-involviment tal-udjenza u li ttejjeb l-iżvilupp tal-udjenza madwar l-Ewropa;

    (c) 

    li tippromwovi r-reżiljenza tas-soċjetà u li ttejjeb kemm l-inklużjoni soċjali u d-djalogu interkulturali permezz tal-kultura u l-patrimonju kulturali;

    (d) 

    li ttejjeb il-kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej, inkluż il-kapaċità tal-individwi li jaħdmu f'dawk is-setturi, li jrawmu t-talent, li jinnovaw, li jiffjorixxu u li joħolqu impjiegi u tkabbir;

    (e) 

    li ssaħħaħ l-identità u l-valuri Ewropej permezz ta' kuxjenza kulturali, edukazzjoni artistika u kreattività bbażata fuq il-kultura fl-edukazzjoni;

    (f) 

    li tippromwovi t-tisħiħ tal-kapaċitajiet fi ħdan is-setturi kulturali u kreattivi Ewropej, inkluż l-organizzazzjonijiet ta' bażi u dawk mikro, sabiex ikunu jistgħu jkunu attivi fil-livell internazzjonali;

    (g) 

    li tikkontribwixxi għall-istrateġija globali tal-Unjoni għar-relazzjonijiet internazzjonali permezz tal-kultura.

    2.  
    L-azzjonijiet li permezz tagħhom għandhom jintlaħqu l-prijoritajiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jinsabu fit-Taqsima 1 tal-Anness I.

    Artikolu 6

    Il-fergħa MEDIA

    1.  

    F'konformità mal-objettivi tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 3, il-fergħa "MEDIA" għandu jkollha l-prijoritajiet li ġejjin:

    (a) 

    li trawwem talent, kompetenzi u ħiliet u li tistimula l-kooperazzjoni, il-mobbilità u l-innovazzjoni fil-ħolqien u l-produzzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej, biex b'hekk tħeġġeġ il-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri b'kapaċitajiet awdjoviżivi differenti;

    (b) 

    li ttejjeb iċ-ċirkolazzjoni, il-promozzjoni, id-distribuzzjoni online u d-distribuzzjoni teatrali ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej fl-Unjoni u internazzjonalment fl-ambjent diġitali l-ġdid, inkluż permezz ta' mudelli ta' negozju innovattivi;

    (c) 

    li tippromwovi xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej, inkluż xogħlijiet relatati mal-patrimonju, u li tappoġġa l-involviment u l-iżvilupp ta' udjenzi ta' kull età, b'mod partikolari udjenzi żgħażagħ, madwar l-Ewropa u lil hinn minnha.

    2.  
    Il-prijoritajiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu indirizzati permezz ta' appoġġ għall-iżvilupp, il-produzzjoni, il-promozzjoni u d-disseminazzjoni ta' xogħlijiet Ewropej u appoġġ għall-aċċess għal dawk ix-xogħlijiet, bl-objettiv li jilħqu udjenzi varjati kemm fl-Ewropa kif ukoll lil hinn minnha, u b'hekk jadattaw għal żviluppi ġodda tas-suq u jakkumpanjaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE.
    3.  
    L-azzjonijiet li permezz tagħhom għandhom jintlaħqu l-prijoritajiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jinsabu fit-Taqsima 2 tal-Anness I.

    Artikolu 7

    Il-fergħa Transettorjali

    1.  

    F'konformità mal-objettivi tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 3, il-fergħa "Transettorjali" għandu jkollha l-prijoritajiet li ġejjin:

    (a) 

    li tappoġġa l-kooperazzjoni fil-politika tranżnazzjonali transettorjali, inkluż il-kooperazzjoni dwar il-promozzjoni tar-rwol tal-kultura fl-inklużjoni soċjali u l-kooperazzjoni fir-rigward tal-libertà artistika, li tippromwovi l-viżibilità tal-Programm u li tappoġġa t-trasferibbiltà tar-riżultati tal-Programm;

    (b) 

    li tħeġġeġ approċċi innovattivi għall-ħolqien, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni ta' kontenut, u tal-aċċess għalih fis-setturi kulturali u kreattivi kollha u setturi oħra, inkluż billi jittieħed kont tat-tranżizzjoni diġitali, filwaqt li jiġu koperti kemm id-dimensjoni tas-suq kif ukoll dik mhux tas-suq;

    (c) 

    li tippromwovi attivitajiet trażversali li għandhom l-għan li jaġġustaw għall-bidliet strutturali u teknoloġiċi li jiffaċċja s-settur tal-media, inkluż it-titjib ta' ambjent medjatiku liberu, diversifikat u pluralistiku, ġurnaliżmu ta' kwalità u litteriżmu medjatiku, inkluż fl-ambjent diġitali;

    (d) 

    li tappoġġa l-istabbiliment ta' desks tal-Programm fil-pajjiżi parteċipanti u l-attivitajiet ta' desks tal-Programm u li tistimula l-kooperazzjoni transfruntiera u l-iskambju tal-aħjar prattiki fis-setturi kulturali u kreattivi.

    2.  
    L-azzjonijiet li permezz tagħhom għandhom jintlaħqu l-prijoritajiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jinsabu fit-Taqsima 3 tal-Anness I.

    Artikolu 8

    Baġit

    1.  
    Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027 għandu jkun ta' EUR 1 842 000 000 , f'termini ta' prezzijiet attwali.
    2.  
    Bħala riżultat tal-aġġustament speċifiku għall-programm previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 l-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiżdied b'allokazzjoni addizzjonali ta' EUR 600 000 000 fi prezzijiet tal-2018 kif speċifikat fl-Anness II għal dak ir-Regolament.
    3.  

    Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tkun:

    (a) 

    mill-inqas 33 % għall-objettiv imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2) (il-fergħa Kultura);

    (b) 

    mill-inqas 58 % għall-objettiv imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2)(b) (il-fergħa MEDIA);

    (c) 

    sa 9 % għall-objettiv imsemmi fil-punt (c) tal-fl-Artikolu 3(2) (il-fergħa Transettorjali).

    4.  

    Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont stabbilit fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandha tkun:

    (a) 

    mill-inqas 33 % għall-objettiv imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2) (il-fergħa Kultura);

    (b) 

    mill-inqas 58 % għall-objettiv imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2)(b) (il-fergħa MEDIA);

    (c) 

    sa 9 % għall-objettiv imsemmi fil-punt (c) tal- 3(2)(il-fergħa Transettorjali).

    5.  
    L-ammonti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 jista' jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu u ta' evalwazzjoni inkluż sistemi korporattivi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni.
    6.  
    Minbarra l-ammonti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, u sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-Programm, jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali minn Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009, u minn Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III), b'appoġġ għal azzjonijiet li huma implimentati u ġestiti f'konformità ma' dan ir-Regolament. Tali kontribuzzjonijiet għandhom jiġu ffinanzjati f'konformità mar-Regolamenti li jistabbilixxu dawk l-istrumenti.
    7.  
    Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tal-Istat Membru kkonċernat, jiġu trasferiti għall-Programm, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26 ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il--Viżi (ir-‘Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027’). Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament f'konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament f'konformità mal-punt (c) ta' dak is-subparagrafu. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
    8.  
    L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin f'pagamenti annwali. Dawk l-impenji ma għandhomx jaqbżu 40 % tal-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 .

    Artikolu 9

    Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

    1.  

    Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi li ġejjin, dment li jikkontribwixxu finanzjarjament għall-Programm:

    (a) 

    Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea , f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea;

    (b) 

    pajjiżi fil-proċess ta’ adeżjoni mal-Unjoni, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, f'konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni rispettivi, jew fi ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

    (c) 

    il-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, f'konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni rispettivi, jew fi ftehimiet simili u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

    (d) 

    pajjiżi terzi oħra, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, dment li l-ftehim:

    (i) 

    jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

    (ii) 

    jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali, u l-kostijiet amministrattivi tagħhom;

    (iii) 

    ma jagħti l-ebda setgħa ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet lill-pajjiż terz fir-rigward tal-programm tal-Unjoni;;

    (iv) 

    jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

    Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt d(ii) tal-ewwel subparagrafu għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat f'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.

    2.  
    Il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fil-fergħa MEDIA u fil-fergħa Transettorjali għandha tkun soġġetta għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2010/13/UE.
    3.  
    Il-ftehimiet konklużi mal-pajjiżi kif imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 jistgħu jidderogaw mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2 f'każijiet debitament ġustifikati.
    4.  
    Il-pajjiżi kif imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li pparteċipaw b'mod sħiħ fil-Programm 2014-2020 jistgħu jipparteċipaw b'mod sħiħ fil-Programm fuq bażi proviżorja jekk ikunu jistgħu juru li ħadu passi tanġibbli biex jallinjaw il-liġi nazzjonali tagħhom mad-Direttiva 2010/13/UE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/1808.
    5.  
    Il-pajjiżi kif imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jitħallew ikomplu jipparteċipaw fil-Programm lil hinn mill-31 ta' Diċembru 2022 dment li huma jipprovdu lill-Kummissjoni evidenza li turi li huma ssodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2010/13/UE.
    6.  
    L-aċċess għall-azzjonijiet li jikkorrispondu għall-prijorità msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 7(1) għandu jiġi żgurat għall-pajjiżi li jipparteċipaw b'mod eċċezzjonali fil-fergħa Kultura iżda li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-fergħa MEDIA u fil-fergħa Transettorjali skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

    Artikolu 10

    Pajjiżi terzi oħra

    Fejn ikun fl-interess tal-Unjoni, il-Programm jista' jappoġġja l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 9 fir-rigward ta' azzjonijiet iffinanzjati permezz ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali mill-istrumenti ta' finanzjament estern f'konformità mal-Artikolu 8(6).

    Artikolu 11

    Kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u mal-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew

    1.  
    L-aċċess għall-Programm għandu jkun miftuħ għal organizzazzjonijiet internazzjonali li huma attivi fl-oqsma koperti mill-Programm, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.
    2.  
    L-Unjoni għandha tkun membru tal-Osservatorju tul il-Programm kollu. Il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-Osservatorju għandha tikkontribwixxi għall-kisba tal-prijoritajiet tal-fergħa MEDIA. Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fit-trattamenti tagħha mal-Osservatorju. Il-fergħa MEDIA għandha tappoġġa l-ħlas tat-tariffa ta' kontribuzzjoni għas-sħubija tal-Unjoni fl-Osservatorju u l-ġbir u l-analiżi tad-data fis-settur awdjoviżiv.

    Artikolu 12

    Ġbir ta' data dwar is-setturi kulturali u kreattivi

    Biex tissaħħaħ il-bażi tal-evidenza għall-iżvilupp tas-setturi kulturali u kreattivi u biex jitkejjel u jiġi analizzat il-kontribut tagħhom għall-ekonomija u s-soċjetà tal-Ewropa, il-Kummissjoni għandha tiġbor data u informazzjoni xierqa bl-użu tal-għarfien espert tagħha u dak tal-Kunsill tal-Ewropa, tal-OECD, tal-Unesco u tal-istituzzjonijiet ta' riċerka rilevanti, kif xieraq. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar id-data miġbura. Il-Kummissjoni għandha tikkondividi s-sejbiet rilevanti dwar id-data miġbura mal-partijiet ikkonċernati.

    Artikolu 13

    Forom ta' finanzjament tal-Unjoni u metodi ta' implimentazzjoni

    1.  
    Il-Programm għandu jiġi implimentat taħt ġestjoni diretta f'konformità mar-Regolament Finanzjarju jew taħt ġestjoni indiretta mal-korpi kif imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 62(1)ta' dak ir-Regolament.
    2.  
    Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari għotjiet, premjijiet u akkwist pubbliku. Il-Programm jista' jipprovdi wkoll finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji fi ħdan operazzjonijiet ta' taħlit.
    3.  
    L-operazzjonijiet ta' taħlit skont il-Programm għandhom jiġu implimentati f'konformità mar-Regolament (UE) 2021/523 u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.
    4.  
    ►C1  Kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni mutwa jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn riċevituri u għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti skont ir-Regolament Finanzjarju. ◄ Għandu japplika l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).
    5.  
    L-entitajiet attivi fis-settur kulturali u dak kreattiv li jkunu rċevew iktar minn 50 % tad-dħul annwali tagħhom minn sorsi pubbliċi tul l-aħħar sentejn, għandhom jitqiesu li għandhom il-kapaċità finanzjarja, professjonali u amministrattiva meħtieġa biex iwettqu l-attivitajiet taħt il-Programm. Ma għandhomx għalfejn ikollhom jippreżentaw dokumentazzjoni ulterjuri biex juru dik il-kapaċità.

    Artikolu 14

    Protezzjoni tal-interessi finanzjarju tal-Unjoni

    Fejn pajjiż terz jipparteċipa fil-Programm permezz ta' deċiżjoni adottata skont ftehim internazzjonali jew abbażi ta' kwalunkwe strument legali ieħor, dak il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa mill-uffiċjal ta' awtorizzazzjoni responsabbli, l-OLAF u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, tali drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.

    Artikolu 15

    Programmi ta' ħidma

    1.  
    Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz ta' programmi ta' ħidma annwali kif imsemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programmi ta' ħidma annwali għandhom jagħtu indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għal operazzjonijiet ta' taħlit. Il-programmi ta' ħidma annwali għandhom ikollhom fihom ukoll skeda ta' żmien indikattiva għall-implimentazzjoni.
    2.  
    Il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma annwali permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).



    KAPITOLU II

    GĦOTJIET U ENTITAJIET ELIĠIBBLI

    Artikolu 16

    Għotjiet

    1.  
    Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti f'konformità mat-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.
    2.  
    Sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjonijiet jiġu evalwati b'mod adegwat, membri tal-kumitati ta' evalwazzjoni jistgħu jkunu esperti esterni. L-esperti esterni għandu jkollhom esperjenza professjonali relatata mal-qasam ivvalutat u li, fejn rilevanti, ikollhom għarfien taż-żona ġeografika kkonċernata mill-applikazzjoni.
    3.  
    F'konformità mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 193(2) tar-Regolament Finanzjarju, u b'deroga mill-Artikolu 193(4) ta' dak ir-Regolament, fil-każijiet debitament ġustifikati speċifikati fid-deċiżjoni ta' finanzjament, l-attivitajiet appoġġati skont dan ir-Regolament u l-kostijiet sottostanti mġarrba fl-2021 jistgħu jitqiesu eliġibbli mill-1 ta' Jannar 2021 anki jekk dawk l-attivitajiet kienu implimentati u dawk il-kostijiet kienu mġarrba qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal għotja. Il-ftehimiet ta' għotja għall-għotjiet operattivi tas-sena finanzjarja 2021 jistgħu eċċezzjonalment jiġu ffirmati fi żmien sitt xhur mill-bidu tas-sena finanzjarja tal-benefiċjarju.
    4.  
    Fejn applikabbli, l-azzjonijiet tal-Programm għandhom jistabbilixxu kriterji xierqa biex jinkiseb bilanċ bejn il-ġeneri.

    Artikolu 17

    Entitajiet eliġibbli

    1.  
    Il-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti f'dan l-Artikolu għandhom japplikaw flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 197 tar-Regolament Finanzjarju.
    2.  

    L-entitajiet li ġejjin huma eliġibbli biex jipparteċipaw fil-Programm jekk huma attivi fis-setturi kulturali u kreattivi:

    (a) 

    l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi:

    (i) 

    Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut ma' dak l-Istat Membru;

    (ii) 

    pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm; jew

    (iii) 

    pajjiż terz elenkat fil-programm ta' ħidma, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4;

    (b) 

    entitajiet ġuridiċi maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni;

    (c) 

    organizzazzjonijiet internazzjonali.

    3.  
    L-entitajiet ġuridiċi attivi fis-setturi kulturali u kreattivi stabbiliti f'pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm għandhom, b'mod eċċezzjonali, jkunu eliġibbli li jipparteċipaw fil-Programm fejn tali parteċipazzjoni tkun meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' azzjoni partikolari.
    4.  
    L-entitajiet ġuridiċi attivi fis-setturi kulturali u kreattivi stabbiliti f'pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm għandhom fil-prinċipju jġarrbu l-kost tal-parteċipazzjoni tagħhom. Fejn ikun fl-interess tal-Unjoni, il-kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-istrumenti ta' finanzjament estern f'konformità mal-Artikolu 8(6) jistgħu jkopru l-kostijiet tal-parteċipazzjoni ta’ tali entitajiet ġuridiċi.



    KAPITOLU III

    SINERĠIJI U KOMPLEMENTARJETÀ

    Artikolu 18

    Komplementarjetà

    Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura l-konsistenza u l-komplementarjetà ġenerali tal-Programm mal-politiki u l-programmi rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk relatati mal-bilanċ bejn il-ġeneri, l-edukazzjoni, b'mod partikolari l-edukazzjoni diġitali u l-litteriżmu medjatiku, iż-żgħażagħ u s-solidarjetà, l-impjieg u l-inklużjoni soċjali, b'mod partikolari fir-rigward ta' gruppi u minoranzi soċjalment marġinalizzati, ir-riċerka, it-teknoloġija u l-innovazzjoni, inkluż l-innovazzjoni soċjali, l-industrija u l-intrapriżi, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, il-koeżjoni, il-politika reġjonali u urbana, it-turiżmu sostenibbli, l-għajnuna mill-Istat, il-mobbilità, u l-kooperazzjoni u l-iżvilupp internazzjonali.

    Artikolu 19

    Finanzjament kumulattiv u alternattiv

    1.  
    Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni taħt il-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kwalunkwe programm ieħor tal-Unjoni, inkluż Fondi skont ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli tal-programm rilevanti tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni, u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkulat fuq bażi prorata.
    2.  

    Proġett jista' jingħata tikketta ta' Siġill ta' Eċċellenza kif definita fil-punt (45) tal-Artikolu 2 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027 taħt il-Programm fejn jikkonforma mal-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

    (a) 

    ikun ġie vvalutat f'sejħa għal proposti taħt il-Programm;

    (b) 

    jikkonforma mar-rekwiżiti ta' kwalità minimi ta' dik is-sejħa għal proposti; u

    (c) 

    ma jistax jiġi ffinanzjat taħt dik is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji.

    Proġett li jkun irċieva tikketta ta' Siġill ta' Eċċellenza f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu jista' jirċievi appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jew mill-Fond Soċjali Ewropew Plus f'konformità mal-Artikolu 73(4) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027.



    KAPITOLU IV

    MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL

    Artikolu 20

    Monitoraġġ u rappurtar

    1.  
    L-indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi għar-rappurtar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness II.
    2.  
    Biex tiġi żgurata l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 22, biex tiżviluppa d-dispożizzjonijiet għal qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni, inkluż emendi għall-Anness II bl-għan li l-indikaturi jiġu rieżaminati jew supplimentati fejn meħtieġ għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.
    3.  
    Is-sistema ta' rappurtar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-Programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu.
    4.  
    Għal dak il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rappurtar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni u, fejn rilevanti, fuq l-Istati Membri.

    Artikolu 21

    Evalwazzjoni

    1.  
    Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet, abbażi tal-ġbir regolari ta' data u l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u l-benefiċjarji, fil-ħin biex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
    2.  
    Ladarba jkun hemm informazzjoni suffiċjenti disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim tal-Programm, li għadha tkun ibbażata, fost l-oħrajn, fuq analiżi esterni u indipendenti. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-evalwazzjoni interim lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara li tkun twettqet l-evalwazzjoni interim.
    3.  
    Wara l-31 ta' Diċembru 2027, iżda, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2029, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tal-Programm, li għandha tkun ibbażata fuq għarfien espert estern u indipendenti. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-evalwazzjoni finali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar minn sitt xhur wara li tkun twettqet l-evalwazzjoni finali.
    4.  
    Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha dwar dawk l-evalwazzjonijiet, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
    5.  
    Is-sistema ta' rappurtar dwar l-evalwazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-evalwazzjoni tal-Programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, f'waqtu u fil-livell adatt ta' dettall. Ir-riċevituri ta' fondi tal-Unjoni għandhom jikkomunikaw dik id-data u l-informazzjoni lill-Kummissjoni b'mod li jkun konformi ma' dispożizzjonijiet legali oħra. Pereżempju, id-data personali għandha ssir anonima, meta jkun meħtieġ. Għal dak il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rappurtar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni.

    Artikolu 22

    Eżerċizzju tad-delega

    1.  
    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
    2.  
    Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 20 tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' seba' snin mill-1 ta' Jannar 2021.
    3.  
    Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 20 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
    4.  
    Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet .
    5.  
    Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
    6.  
    Att delegat adottat skont l-Artikolu 20 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.



    KAPITOLU V

    DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

    Artikolu 23

    Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

    1.  
    Ir-riċevituri ta' fondi tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini ta’ dawk il-fondi u jiżguraw il-viżibilità tal-finanzjament tal-Unjoni, b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż il-media u l-pubbliku, b'mod partikolari l-isem tal-Programm u, għal azzjonijiet iffinanzjati taħt il-fergħa MEDIA, il-logo MEDIA, kif stabbilit fl-Anness III.
    2.  
    Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni marbuta mal-Programm, ma' azzjonijiet meħuda skont il-Programm u mar-riżultati miksuba.
    3.  
    Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawk il-prijoritajiet ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3.

    Artikolu 24

    Proċedura ta' kumitat

    1.  
    Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat ("il-Kumitat Ewropa Kreattiva"). Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
    2.  
    Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
    3.  
    Il-Kumitat Ewropa Kreattiva jista' jiltaqa' f'konfigurazzjonijiet speċifiċi biex jittratta kwistjonijiet konkreti relatati mal-fergħat individwali tal-Programm.

    Artikolu 25

    Tħassir

    Ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 huwa mħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2021.

    Artikolu 26

    Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

    1.  
    Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet li jkunu nbdew skont ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 li għandu jkompli japplika għal dawk l-azzjonijiet sal-għeluq tagħhom.
    2.  
    Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista' jkopri wkoll il-kostijiet tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013.
    3.  
    Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit tal-Unjoni lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż għall-asistenza msemmija fl-Artikolu 8(5), sabiex ikunu jistgħu jiġu ġestiti l-azzjonijiet mhux mitmuma sal-31 ta' Diċembru 2027.

    Artikolu 27

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    DESKRIZZJONI TAL-AZZJONIJIET TAL-PROGRAMM

    TAQSIMA 1

    FERGĦA KULTURA

    Il-prijoritajiet tal-fergħa Kultura imsemmija fl-Artikolu 5 għandhom jintlaħqu, anki bil-għan li tissaħħaħ iċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet Ewropej f'ambjent diġitali u multilingwi, u fejn xieraq, permezz tat-traduzzjoni, irrispettivament mit-tip ta' mezz użat, permezz tal-azzjonijiet li ġejjin, li d-dettalji tagħhom, inkluż rati ta' kofinanzjament possibbilment ogħla għal proġetti fuq skala żgħira, għandhom jiġu definiti fil-programmi ta' ħidma:

    Azzjonijiet orizzontali:

    L-azzjonijiet orizzontali għandhom l-għan li jappoġġjaw is-setturi kulturali u kreattivi kollha, bl-eċċezzjoni tas-settur awdjoviżiv, biex jindirizzaw l-isfidi komuni li jiffaċċjaw fil-livell Ewropew. B'mod partikolari, l-azzjonijiet orizzontali għandhom jikkofinanzjaw proġetti tranżnazzjonali għall-kollaborazzjoni, in-networking, il-mobbilità u l-internazzjonalizzazzjoni, inkluż permezz ta' programmi ta' residenza, tours, avvenimenti, wirjiet u festivals. L-azzjonijiet orizzontali li ġejjin għandhom jiġu appoġġati skont il-Programm:

    (a) 

    proġetti ta' kooperazzjoni tranżnazzjonali li jlaqqgħu flimkien organizzazzjonijiet fis-setturi kulturali u kreattivi ta' kull daqs, inkluż organizzazzjonijiet mikro u organizzazzjonijiet żgħar, u minn pajjiżi differenti biex iwettqu attivitajiet settorjali jew transettorjali;

    (b) 

    netwerks Ewropej ta' organizzazzjonijiet fis-setturi kulturali u kreattivi minn pajjiżi differenti;

    (c) 

    pjattaformi kulturali u kreattivi pan-Ewropej;

    (d) 

    il-mobbilità tranżnazzjonali tal-artisti u tal-operaturi fis-setturi kulturali u kreattivi, u ċ-ċirkolazzjoni tranżnazzjonali ta' xogħlijiet artistiċi u kulturali;

    (e) 

    appoġġ, inkluż f'termini ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet, għal organizzazzjonijiet fis-setturi kulturali u kreattivi sabiex jiġu mgħejuna joperaw fil-livell internazzjonali;

    (f) 

    żvilupp, kooperazzjoni u implimentazzjoni tal-politika fil-qasam tal-kultura, inkluż permezz tal-forniment ta' data u l-iskambju tal-aħjar prattiki, proġetti pilota u inċentivi biex tiġi promossa l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

    Azzjonijiet settorjali:

    Biex iwieġbu għall-ħtiġijiet kondiviżi fl-Unjoni, l-azzjonijiet settorjali li ġejjin għandhom jiġu appoġġati f'dawk is-setturi kulturali u kreattivi, b'mod partikolari s-settur tal-mużika, li l-ispeċifiċitajiet jew l-isfidi speċifiċi tiegħu jirrikjedu approċċ aktar immirat li jikkomplementa l-azzjonijiet orizzontali:

    (a) 

    appoġġ għas-settur tal-mużika: azzjonijiet li jippromwovu d-diversità, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-qasam tal-mużika inkluż l-ispettakli live, b'mod partikolari d-distribuzzjoni u l-promozzjoni tar-repertorji mużikali kollha fl-Ewropa u lil hinn minnha, azzjonijiet ta' taħriġ, parteċipazzjoni fil-mużika u aċċess għaliha, u l-ilħuq ta' udjenzi ġodda għar-repertorji kollha Ewropej, u appoġġ għall-ġbir u l-analiżi ta' data; dawk l-azzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq, u jkomplu jappoġġjaw, l-esperjenzi u l-għarfien espert miksub fi ħdan l-inizjattiva "Il-Mużika ċċaqlaq l-Ewropa".

    (b) 

    appoġġ għas-settur tal-kotba u tal-pubblikazzjoni: azzjonijiet immirati li jippromwovu d-diversità, il-kreattività u l-innovazzjoni, il-promozzjoni tal-letteratura Ewropea bejn pajjiż u ieħor fl-Ewropa u lil hinn minnha, inkluż fil-libreriji, taħriġ u skambji għall-professjonisti fis-settur, l-awturi u t-tradutturi u proġetti tranżnazzjonali għall-kollaborazzjoni, l-innovazzjoni u l-iżvilupp f' dak is-settur; azzjonijiet immirati li jippromwovu t-traduzzjoni tal-letteratura u, fejn ikun possibbli, l-adattament tal-letteratura f'formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità;

    (c) 

    appoġġ għall-patrimonju arkitettoniku u kulturali għal ambjent mibni ta' kwalità: azzjonijiet immirati għall-mobbilità, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-internazzjonalizzazzjoni tal-operaturi tal-patrimonju arkitettoniku u kulturali; il-promozzjoni ta' Baukultur, it-tagħlim bejn il-pari u l-involviment tal-udjenza sabiex jinxterdu prinċipji ta' kwalità għolja fl-interventi relatati mal-arkitettura kontemporanja u l-patrimonju kulturali; appoġġ għas-salvagwardja sostenibbli, ir-riġenerazzjoni u l-użu mill-ġdid adattiv tal-patrimonju kulturali u l-promozzjoni tal-valuri tiegħu permezz ta' sensibilizzazzjoni u attivitajiet ta' networking;

    (d) 

    appoġġ għal setturi oħra ta' kreazzjoni artistika fejn jiġu identifikati ħtiġijiet speċifiċi inkluż azzjonijiet immirati għall-iżvilupp tal-aspetti kreattivi tas-setturi tat-turiżmu kulturali sostenibbli u tas-setturi tad-disinn u l-moda u għall-promozzjoni u r-rappreżentanza ta' dawk is-setturi l-oħra ta' kreazzjoni artistika barra l-Unjoni.

    Azzjonijiet speċjali li għandhom l-għan li jrendu d-diversità kulturali u l-patrimonju kulturali Ewropej viżibbli u tanġibbli u li jrawmu d-djalogu interkulturali:

    (a) 

    appoġġ finanzjarju għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura;

    (b) 

    appoġġ finanzjarju għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew u attivitajiet ta' networking bejn is-siti li jingħataw iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew;

    (c) 

    premjijiet kulturali tal-Unjoni;

    (d) 

    il-Jiem tal-Patrimonju Ewropew;

    (e) 

    appoġġ għal entitajiet kulturali Ewropej bħall-orkestri li għandhom l-għan li jħarrġu u jippromwovu artisti żgħażagħ b'potenzjali għoli, u li għandhom approċċ inklużiv b'kopertura ġeografika kbira, jew entitajiet li jagħtu servizzi kulturali diretti liċ-ċittadini Ewropej b'kopertura ġeografika kbira.

    TAQSIMA 2

    FERGĦA MEDIA

    Il-prijoritajiet tal-fergħa MEDIA msemmija fl-Artikolu 6 għandhom iqisu r-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2018/1808 u d-differenzi bejn il-pajjiżi fir-rigward tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-kontenut awdjoviżiv, u l-aċċess għalih u d-daqs u l-ispeċifiċitajiet tas-swieq u d-diversità lingwistika rispettivi tagħhom, u għandhom jintlaħqu permezz tal-azzjonijiet li ġejjin, li d-dettalji tagħhom għandhom ikunu definiti fil-programmi ta' ħidma:

    (a) 

    l-iżvilupp ta' xogħlijiet awdjoviżivi minn kumpanniji tal-produzzjoni indipendenti Ewropej, li jkopru varjetà ta' formati (bħal films ċinematografiċi twal, films qosra, serje, dokumentarji u logħob video narrattiv) u ġeneri, u mmirati lejn udjenzi differenti, inkluż it-tfal u ż-żgħażagħ;

    (b) 

    il-produzzjoni ta' kontenut televiżiv u ta' rakkonti ta' serje innovattivi u ta' kwalità, li jindirizzaw udjenzi differenti minn kumpanniji tal-produzzjoni indipendenti Ewropej;

    (c) 

    żvilupp ta' għodod ta' promozzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni, inkluż online, u bl-użu tal-analitika tad-data biex jiżdiedu l-prominenza, il-viżibilità, l-aċċess transfruntier tax-xogħlijiet Ewropej u biex dawn jilħqu udjenzi akbar;

    (d) 

    appoġġ għall-bejgħ u ċ-ċirkolazzjoni internazzjonali ta' xogħlijiet Ewropej mhux nazzjonali fuq il-pjattaformi kollha (eż. teatri taċ-ċinema, online) immirat kemm għall-produzzjonijiet żgħar kif ukoll għal dawk kbar, inkluż permezz ta' strateġiji ta' distribuzzjoni kkoordinati li jkunu jkopru diversi pajjiżi u li jħeġġu l-użu tas-sottotitolar, id-doppjaġġ u, fejn applikabbli, tal-għodod ta' deskrizzjoni awdjo;

    (e) 

    appoġġ għall-aċċess multilingwi għal programmi televiżivi kulturali online permezz tas-sottotitolar;

    (f) 

    appoġġ għal attivitajiet ta' networking għall-professjonisti awdjoviżivi, inkluż il-kreaturi, u l-iskambji bejn in-negozji biex jitrawmu u jiġu promossi t-talenti fis-settur awdjoviżiv Ewropew, u biex jiġu ffaċilitati l-iżvilupp u d-distribuzzjoni ta' kokreazzjonijiet u koproduzzjonijiet Ewropej u internazzjonali;

    (g) 

    appoġġ tal-attivitajiet tal-operaturi awdjoviżivi Ewropej f'avvenimenti u fieri industrijali fl-Ewropa u lil hinn minnha;

    (h) 

    appoġġ għall-viżibilità u d-diffużjoni ta' films u kreazzjonijiet awdjoviżivi Ewropej mmirati lejn udjenzi Ewropej wesgħin lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, speċjalment iż-żgħażagħ u l-multiplikaturi, inkluż permezz tal-organizzazzjoni ta' attivitajiet ta' wiri, komunikazzjoni, disseminazzjoni u promozzjoni b'appoġġ għall-Premjijiet Ewropej, b'mod partikolari ‘ LUX – il-Premju Ċinematografiku Ewropew tal-Pubbliku mogħti mill-Parlament Ewropew u l-Akkademja Ewropea taċ-Ċinema’.

    (i) 

    inizjattivi li jippromwovu l-ilħuq ta' udjenzi ġodda u l-involviment tal-pubbliku, inkluż attivitajiet ta' edukazzjoni ċinematografika, li jindirizzaw b'mod partikolari lil udjenzi żgħar fl-età;

    (j) 

    attivitajiet ta' taħriġ u ta' mentoraġġ biex tittejjeb il-kapaċità tal-professjonisti awdjoviżivi li jadattaw għal proċessi kreattivi, żviluppi tas-suq u teknoloġiji diġitali ġodda li jaffettwaw il-katina ta' valur sħiħa;

    (k) 

    network jew networks tal-operaturi ta' Video on Demand Ewropej, li juru proporzjon sinifikanti ta' xogħlijiet Ewropej mhux nazzjonali;

    (l) 

    Festivals Ewropej u networks ta' festivals Ewropej jew networks ta’ festivals Ewropej li juru proporzjon sinifikanti ta' xogħlijiet Ewropej mhux nazzjonali, filwaqt li jippreservaw l-identità u l-profil uniku tagħhom;

    (m) 

    network ta' operaturi taċ-ċinema Ewropej, b'kopertura ġeografika wiesgħa, li juru proporzjon sinifikanti ta' films Ewropej mhux nazzjonali, biex jitrawwem ir-rwol taċ-ċinemas Ewropej fiċ-ċirkolazzjoni ta' xogħlijiet Ewropej;

    (n) 

    miżuri speċifiċi li jikkontribwixxu għal parteċipazzjoni aktar bilanċjata bejn il-ġeneri fis-settur awdjoviżiv; inkluż studji, mentoraġġ, taħriġ u attivitajiet ta' networking;

    (o) 

    appoġġ għal djalogu ta' politika, azzjonijiet innovattivi ta' politika u għall-iskambju tal-aħjar prattiki – inkluż permezz ta' attivitajiet analitiċi u l-forniment ta' data affidabbli;

    (p) 

    skambju tranżnazzjonali ta' esperjenzi u għarfien espert, attivitajiet ta' tagħlim bejn il-pari u networking fost is-settur awdjoviżiv u dawk li jfasslu l-politika.

    TAQSIMA 3

    FERGĦA TRANSETTORJALI

    Il-prijoritajiet tal-fergħa Transettorjali imsemmija fl-Artikolu 7 għandhom jintlaħqu permezz tal-azzjonijiet li ġejjin, li d-dettalji tagħhom għandhom jiġu definiti fil-programmi ta' ħidma:

    Azzjonijiet ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-politika u sensibilizzazzjoni li:

    (a) 

    jappoġġjaw l-iżvilupp ta' politika, l-iskambju tranżnazzjonali ta' esperjenzi u għarfien espert, tagħlim bejn il-pari u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, networking u djalogu transettorjali regolari fost l-organizzazzjonijiet fis-setturi kulturali u kreattivi u dawk li jfasslu l-politika;

    (b) 

    jappoġġjaw attivitajiet transettorjali analitiċi;

    (c) 

    għandhom l-għan li jrawmu l-kooperazzjoni fil-politika transfruntiera u l-iżvilupp tal-politika fir-rigward tar-rwol tal-inklużjoni soċjali permezz tal-kultura;

    (d) 

    itejbu l-għarfien dwar il-Programm u t-temi li jkopri, irawmu s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini, u jassistu fit-trasferibbiltà tar-riżultati lil hinn mil-livell tal-Istati Membri.

    L-azzjonijiet tal-"laboratorju tal-innovazzjoni kreattiva", li għandhom:

    (a) 

    jinkoraġġixxu forom ġodda ta’ kreazzjoni fit-tlaqqigħ bejn setturi kulturali u kreattivi differenti, pereżempju permezz ta' approċċi sperimentali u bl-użu ta' teknoloġiji innovattivi;

    (b) 

    irawmu approċċi transettorjali innovattivi u għodod li, fejn ikun possibbli, għandhom jinkludu dimensjonijiet multilingwi u soċjali sabiex jiffaċilitaw id-distribuzzjoni, il-promozzjoni u l-monetizzazzjoni tal-kultura u tal-kreattività, u l-aċċess għalihom, inkluż il-patrimonju kulturali.

    L-azzjonijiet tad-"desks tal-Programm", li għandhom:

    (a) 

    jippromwovu l-Programm fil-livell nazzjonali, tagħti informazzjoni rilevanti dwar id-diversi tipi ta' appoġġ finanzjarju disponibbli taħt il-politika tal-Unjoni, u tassisti lill-operaturi fis-setturi kulturali u kreattivi biex japplikaw għal appoġġ taħt il-Programm, inkluż billi tinfurmhom dwar ir-rekwiżiti u l-proċeduri relatati mad-diversi sejħiet għal proposti u billi tikkondividi prattiki tajba;

    (b) 

    jappoġġjaw lill-benefiċjarji potenzjali fil-proċess ta' applikazzjoni u tagħti mentoraġġ bejn il-pari għal dawk ġodda għall-Programm, tistimula l-kooperazzjoni transfruntiera u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn il-professjonisti, l-istituzzjonijiet, il-pjattaformi u n-networks fl-oqsma ta' politika kollha koperti mill-Programm u s-setturi kulturali u kreattivi;

    (c) 

    jappoġġjaw lill-Kummissjoni biex tiżgura komunikazzjoni u disseminazzjoni xierqa tar-riżultati tal-Programm liċ-ċittadini u lill-operaturi fis-setturi kulturali u kreattivi;

    Azzjonijiet trażversali li jappoġġjaw is-settur tal-media tal-informazzjoni, li għandhom:

    (a) 

    jindirizzaw il-bidliet strutturali u teknoloġiċi li qed jiffaċċja s-settur tal-media permezz tal-promozzjoni ta' ambjent tal-media indipendenti u pluralistiku, inkluż permezz tal-appoġġ ta' monitoraġġ indipendenti għall-valutazzjoni tar-riskji u tal-isfidi għall-pluraliżmu u l-libertà tal-media, u bl-appoġġ ta' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni;

    (b) 

    jappoġġjaw l-istandards tal-produzzjoni tal-media ta' kwalità għolja billi jrawmu l-kooperazzjoni, il-ħiliet diġitali, il-ġurnaliżmu kollaborattiv transfruntier u kontenut ta' kwalità, biex b'hekk jikkontribwixxu għall-etika professjonali fil-ġurnaliżmu;

    (c) 

    jippromwovu l-litteriżmu fil-media sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jużaw, u jiżviluppaw komprensjoni kritika tal-media u jappoġġjaw il-kondiviżjoni tal-għarfien u l-iskambji dwar il-politiki u l-prattiki tal-litteriżmu fil-media;

    (d) 

    jinkludu miżuri speċifiċi li jikkontribwixxu għal parteċipazzjoni aktar bilanċjata bejn il-ġeneri fis-settur tal-media tal-informazzjoni.




    ANNESS II

    INDIKATURI KWALITATTIVI U KWANTITATTIVI KOMUNI TAL-IMPATT TAL-PROGRAMM

    L-għadd u firxa ta' sħubiji tranżnazzjonali maħluqa bl-appoġġ tal-Programm, inkluż il-pajjiż ta' oriġini tal-organizzazzjonijiet benefiċjarji.

    Evidenza kwalitattiva ta' stejjer ta' suċċess fil-qasam tal-innovazzjoni artistika, kummerċjali u teknoloġika bis-saħħa tal-appoġġ mill-Programm.

    Indikaturi

    Fergħa Kultura:

    L-għadd u l-firxa ta' sħubiji tranżnazzjonali maħluqa bl-appoġġ tal-Programm.

    L-għadd ta' artisti u operaturi fis-setturi kulturali u kreattivi li ċċaqalqu lil hinn mill-fruntieri nazzjonali bis-saħħa tal-appoġġ mill-Programm, filwaqt li jiġi indikat il-pajjiż ta' oriġini u l-proporzjon ta' nisa)

    L-għadd ta' persuni li jkunu aċċessaw xogħlijiet kulturali u kreattivi Ewropej appoġġati mill-Programm, inkluż xogħlijiet minn pajjiżi li ma jkunux tagħhom.

    L-għadd ta' proġetti appoġġati mill-Programm li jindirizzaw gruppi soċjalment emarġinati.

    L-għadd ta' proġetti appoġġati mill-Programm li jinvolvu organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi.

    Fergħa MEDIA:

    L-għadd ta' persuni li jkunu aċċessaw xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej appoġġati mill-Programm minn pajjiżi oħra li ma jkunux tagħhom.

    L-għadd ta' parteċipanti f'attivitajiet ta' tagħlim appoġġati mill-Programm li jkunu stmaw li huma tejbu l-kompetenzi tagħhom u li żiedu l-impjegabbiltà tagħhom, filwaqt li jiġi indikat il-proporzjon ta' nisa.

    L-għadd, il-baġit u l-oriġini ġeografiċi tal-koproduzzjonijiet żviluppati, maħluqa u distribwiti bl-appoġġ tal-Programm u koproduzzjonijiet ma' sħab minn pajjiżi b'kapaċitajiet awdjoviżivi differenti.

    L-għadd ta' xogħlijiet awdjoviżivi żviluppati b'lingwi inqas użati, prodotti u distribwiti bl-appoġġ tal-Programm.

    L-għadd ta' persuni li ntlaħqu mill-attivitajiet promozzjonali ta' Negozju għal Negozju fi swieq ewlenin.

    Fergħa Transettorjali:

    L-għadd u l-firxa ta' sħubiji tranżnazzjonali ffurmati (indikatur kompost għall-azzjoni "laboratorju tal-innovazzjoni kreattiva" u azzjonijiet trażversali li jappoġġjaw is-settur tal-media tal-informazzjoni).

    L-għadd ta' avvenimenti jew attivitajiet li jippromwovu l-Programm organizzati mid-desks tal-Programm.

    L-għadd ta' parteċipanti fl-azzjonijiet tal-"laboratorju tal-innovazzjoni kreattiva" u fl-azzjonijiet trażversali li jappoġġjaw lis-settur tal-media tal-informazzjoni, filwaqt li jiġi indikat il-proporzjon ta' nisa.




    ANNESS III

    Logo tal-Fergħa MEDIA

    Il-logo tal-fergħa MEDIA għandu jkun kif ġej:

    image



    ( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).

    Top