EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02009D0547-20090714

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 10 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2000/57/KE dwar is-sistema ta’ twissija bikrija u ta' reazzjoni għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li jittieħed taħt id-Deċiżjoni 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5515) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2009/547/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/547/2009-07-14

2009D0547 — MT — 14.07.2009 — 000.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Lulju 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2000/57/KE dwar is-sistema ta’ ►C1  twissija bikrija u ta' reazzjoni ◄ għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li jittieħed taħt id-Deċiżjoni 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5515)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/547/KE)

(ĠU L 181 14.7.2009, p. 57)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 080, 31.3.2016, p.  48 (2009/547/KE)




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Lulju 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2000/57/KE dwar is-sistema ta’ ►C1  twissija bikrija u ta' reazzjoni ◄ għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li jittieħed taħt id-Deċiżjoni 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5515)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/547/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta’ network għas-sorveljanza epidemoloġika u kontroll ta’ mard li jinxtered fil-Komunità ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(5) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/57/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar is-sistema ta’ ►C1  twissija bikrija u ta' reazzjoni ◄ għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li jittieħed taħt id-Deċiżjoni 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) tiddefinixxi każijiet relatati ma’ mard li jittieħed li jridu jiġu kkomunikati mill-awtoritajiet kompetenti tas-saħħa pubblika tal-Istati Membri lill-komponent tas-sistema ta’ ►C1  twissija bikrija u ta' reazzjoni ◄ (EWRS) tan-netwerk Komunitarju, u twaqqaf proċeduri ġenerali għall-iskambju tal-informazzjoni f’dawk il-każijiet, biex isiru konsultazzjoni u koordinazzjoni tal-miżuri fost l-Istati Membri u flimkien mal-Kummissjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2000/57/KE torbot ukoll lill-awtoritajiet pubbliċi ta’ kull Stat Membru biex jiġbru u jpartu t-tagħrif kollu meħtieġ dwar il-każijiet ta’ mard li jittieħed, eż. bl-użu tas-sistema nazzjonali ta’ sorveljanza, il-komponent epidemjoloġiku tan-netwerk Komunitarju jew kwalunkwe sistema oħra ta’ ġbir tal-Komunità.

(3)

Il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard li jittieħed huma definiti fid-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE bħala firxa ta’ miżuri, inkluża investigazzjoni epidemjoloġika, meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tas-saħħa pubblika fl-Istati Membri għall-prevenzjoni u l-waqfien tat-tixrid tal-mard li jittieħed. Dawn il-miżuri jkopru attivitajiet ta’ rintraċċar tal-kuntatt u flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti fil-pussess tal-awtorità tas-saħħa pubblika kompetenti nazzjonali dwar każ relatat ma’ mard li jittieħed jingħaddew minnufih lill-Istati Membri l-oħra kollha u lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, Stat Membru li beħsiebu jieħu miżuri għandu fil-prinċipju jinforma bil-quddiem lin-netwerk Komunitarju dwar in-natura u l-ambitu ta’ dawk il-miżuri, kif ukoll jikkonsulta u jikkoordina dawk l-azzjonijiet mal-Istati Membri l-oħra flimkien mal-Kummissjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni 2000/57/KE għandha tirrifletti b’mod ċar id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE b’relazzjoni mal-miżuri meħuda jew li hemm ħsieb li jiġu adottati għall-prevenzjoni u l-waqfien tat-tixrid ta’ mard li jittieħed.

(5)

Barra minn hekk, id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005) jorbot lill-komunità internazzjonali biex jipprovdu reazzjoni tas-saħħa pubblika għat-tixrid internazzjonali tal-mard b’modi li huma proporzjonati u ristretti għar-riskji għas-saħħa pubblika, u li jevitaw interferenza bla bżonn mat-traffiku u l-kummerċ internazzjonali.

(6)

Fil-każ ta’ ġrajja relatata ma’ marda li tittieħed bil-potenzjal ta’ dimensjoni tal-UE li teħtieġ miżuri ta’ rintraċċar tal-kuntatt, l-Istati Membri jikkolaboraw ma’ xulxin flimkien mal-Kummissjoni permezz tal-EWRS sabiex jiġu identifikati persuni infettati u individwi potenzjalment fil-periklu. Kollaborazzjoni ta’ dan it-tip tista’ tinvolvi skambju ta’ dejta personali sensittiva ta’ każijiet umani kkonfermati jew suspettati bejn l-Istati Membri kkonċernati mill-proċedura ta’ rintraċċar tal-kuntatt.

(7)

L-ipproċessar ta’ dejta personali relatata mas-saħħa hija fil-prinċipju pprojbita mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data ( 3 ) u mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data ( 4 ). Barra minn hekk l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE jgħid fost l-oħrajn li d-dispożizzjonijiet tiegħu għandhom japplikaw bla ħsara għad-Direttiva 95/46/KE.

(8)

Għar-raġunijiet ta’ saħħa pubblika, l-ipproċessar ta’ dejta bħal din hija koperta mill-eżenzjoni mogħtija mill-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, safejn ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ mediċina preventiva, djanjożi medika u l-għoti ta’ kura jew trattament jew il-ġestjoni ta’ servizzi tal-kura tas-saħħa, u meta dik id-dejta tkun pproċessata minn professjonist tas-saħħa li tkun suġġetta skont il-liġijiet nazzjonali jew regoli stabbiliti minn entitajiet kompetenti nazzjonali għall-obbligu tas-sigriet professjonali jew minn persuna oħra suġġetta għall-istess obbligu ta’ segretezza. Barra minn hekk, l-Artikolu 23(1) tar-Regolamenti tas-Saħħa Internazzjonali (2005), li daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2007, jistipula li l-Istati Partijiet għall-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) jista’ jkollhom bżonn għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika, inklużi finijiet ta’ rintraċċar tal-kuntatt, mal-wasla jew it-tluq, ċerta dejta li tirrigwarda vjaġġaturi.

(9)

Apparti dan, l-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet ta’ rintraċċar tal-kuntatt għandu jitqies bħala legali sakemm ikun hemm bżonnu sabiex ikunu protetti interessi vitali tas-suġġett tad-dejta, b’konformità mal-Artikolu 7(d) tad-Direttiva 95/46/KE u mal-Artikolu 5(e) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, kif ukoll għar-rendiment ta’ kompitu mwettaq fl-interess pubbliku, skont, rispettivament, l-Artikolu 7(e) u 5(a) ta’ dawn l-atti Komunitarji.

(10)

Il-Kummissjoni, iċ-Ċentru Ewropew tal-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ salvagwardji xierqa b’relazzjoni mal-ipproċessar ta’ dejta personali għall-fini ta’ rintraċċar tal-kuntatt, b’mod partikolari rigward l-użu ta’ deroga mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, li jiżguraw li jipproċessaw dejta personali fl-EWRS b’konformità, rispettivament, mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Direttiva 95/46/KE.

(11)

B’mod partikolari fil-komunikazzjoni tad-dejta personali fi ħdan l-EWRS bil-ħsieb li tal-prevenzjoni u l-waqfien tat-tixrid ta’ mard li jittieħed, l-awtoritajiet kompetenti tas-saħħa pubblika tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li dejta personali tkun adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva meta mqabbla ma’ dik il-fini kif ukoll mhux ipproċessata għal finijiet oħra, u li hija preċiża, aġġornata meta jkun hemm bżonn u miżmuma għal mhux iktar milli hemm bżonn għal dik il-fini; huma għandhom jiżguraw ukoll li persuni suġġetti għal rintraċċar tal-kuntatt huma informati kif xieraq bl-ipproċessar, bid-dejta pproċessata, bid-drittijiet għall-aċċess u t-tranġar ta’ dejta li tikkonċernahom, sakemm dan ma jinstabx li hu impossibbli jew jinvolvi sforz sproporzjonat, u li l-livelli xierqa ta’ kunfidenzjalità u sikurezza jiddaħħlu fis-seħħ fi ħdan l-EWRS biex jitħares l-ipproċessar ta’ dejta tali.

(12)

Fir-rapport tagħha tal-2007 ( 5 ) dwar l-operat tal-EWRS, il-Kummissjoni enfasizzat il-bżonn għall-introduzzjoni fi ħdan l-EWRS ta’ funzjonalità ta’ messaġġi selettivi biex jiġi garantit kanal esklussiv ta’ komunikazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati biss minn każijiet speċifiċi relatati fost l-oħrajn ma’ attivitajiet ta’ rintraċċar tal-kuntatt. L-użu ta’ din il-funzjonalità selettiva tipprovdi salvagwardji xierqa kull meta dejta personali tkun ikkomunikata permezz tal-EWRS u għandha tiżgura li, għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, dejta personali adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva biss hija ċċirkulata fi ħdan l-EWRS, b’konformità mal-Artikolu 4(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva 95/46/KE. Għal dawn ir-raġunijiet l-użu ta’ funzjonalità tal-messaġġi selettivi għandha tkun ristretta għal notifiki li jinvolvu l-komunikazzjoni ta’ dejta personali rilevanti, sabiex tkun kompatibbli mal-obbligi tal-Istati Membri skont l-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE.

(13)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2000/57/KE hija emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 1(2) il-kliem “tagħrif dwar dawn il-ġrajjiet” jinbidel b’“tagħrif dwar dawn il-ġrajjiet u miżuri maħsuba jew adottati b’reazzjoni għal dawk il-ġrajjiet jew indikazzjonijiet għal ġrajjiet bħalhom”.

2. L-Artikolu 2a li ġej qed jiġi miżjud:

“Artikolu 2a

1.  Dan l-Artikolu għandu japplika għal miżuri implimentati sabiex tirrintraċċa persuni esposti għal sors ta’ aġenti infettużi, u li huma potenzjalment fil-periklu ta’ żvilupp jew li żviluppaw marda li tittieħed ta’ rilevanza Komunitarja b’konformità mal-kriterji stipulati fl-Anness I (minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘rintraċċar tal-kuntatt’).

2.  Fil-komunikazzjoni ta’ dejta personali rilevanti għal finijiet ta’ rintraċċar tal-kuntatt permezz ta’ sistema ta’ ►C1  twissija bikrija u ta' reazzjoni ◄ , sakemm dik id-dejta tkun meħtieġa u disponibbli, l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika kompetenti ta’ Stat Membru għandhom jużaw funzjonalità ta’ messaġġi selettivi li jiggarantixxu salvagwardji xierqa ta’ protezzjoni tad-dejta. Il-kanal ta’ komunikazzjoni għandu jkun limitat għall-Istati Membri kkonċernati mir-rintraċċar tal-kuntatt.

3.  Meta dak it-tagħrif jiġi ċċirkolat permezz tal-funzjonalità tal-messaġġi selettivi, l-awtoritajiet kompetenti tas-saħħa pubblika ta’ dak l-Istat Membru għandhom jirreferu għal każ jew miżura kkomunikata preċedentement lin-netwerk Komunitarju.

4.  Għall-fini tal-paragrafu 2, lista indikattiva tad-dejta personali hija pprovduta fl-Anness III.

5.  Meta tiġi kkomunikata u ċċirkolata dejta personali permezz tal-funzjonalità ta’ messaġġi selettivi, l-awtoritajiet tas-saħħa kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).”

(3) Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.  Kull sena, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu rapport analitiku tal-każijiet, il-miżuri maħsuba jew adottati għal dawk il-każijiet u l-proċeduri applikati fi ħdan is-sistema ta’ ►C1  twissija bikrija u ta' reazzjoni ◄ . Minbarra dan, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jistgħu fil-ħin dovut jirrapportaw dwar każijiet speċifiċi ta’ sinifikanza partikolari.”

(4) It-test fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni jiżdied bħala l-Anness III.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS

L-Anness III li ġej jiżdied mad-Deċiżjoni 2000/57/KE:




“ANNESS III

Lista indikattiva ta’ dejta personali għall-fini ta’ rintraċċar tal-kuntatt

1. INFORMAZZJONI PERSONALI

 Ismijiet u kunjomijiet;

 Nazzjonalità, data tat-twelid, sess;

 Tip ta’ dokument tal-identità, numru u l-awtorità li ħarġitu;

 L-indirizz attwali tad-dar (isem tat-triq u nru, belt, pajjiż, kodiċi postali);

 Numri tat-telefown (mowbajl, residenzjali, tan-negozju);

 Indirizz elettroniku (privat, negozju).

2. SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-VJAĠĠ

 Dejta tal-mezz tat-trasport (eż numru tat-titjira, data tat-titjira, isem il-vapur, numru tal-pjanċa);

 Numru/i tas-sedil;

 Numru/i tal-kabina.

3. INFORMAZZJONI TA’ KUNTATT

 Ismijiet tal-persuni li nżaru/postijiet ta’ alloġġ;

 Dati u indirizzi tal-postijiet ta’ alloġġ (isem it-triq u n-nru, belt, pajjiż, kodiċi postali);

 Numri tat-telefown (mowbajl, residenzjali, tan-negozju);

 Indirizz elettroniku (privat, negozju).

4. INFORMAZZJONI DWAR IL-PERSUNI AKKUMPANJATI

 Ismijiet u kunjomijiet;

 Nazzjonalità;

 Informazzjoni personali kif stipulat fil-punt 1, inċiżi 3-6.

5. DETTALJI TA’ KUNTATT TA’ EMERĠENZA

 Isem il-persuna li trid tiġi kkuntattjata;

 Indirizz (isem it-triq u nru, belt, pajjiż, kodiċi postali);

 Numri tat-telefown (mowbajl, residenzjali, tan-negozju);

 Indirizz elettroniku (privat, negozju)”.



( 1 ) ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1.

( 2 ) ĠU L 21, 26.1.2000, p. 32.

( 3 ) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

( 4 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

( 5 ) Ir-Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-operat tas-Sistemi ta’ Rispons u Twissija minn Stadji Preliminari (EWRS) tan-Network Komunitarju għas-sorveljanza epidemjoloġika tal-mard li jinxtered matul is-snin 2004 u l-2005 (Id-Deċiżjoni 2000/57/KE) tal-20 ta’ Marzu 2007 (COM(2007) 121 finali).

( 6 ) ĠU L 281, 23.11.1995. p. 31.

( 7 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

Top