Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02007R0445-20070424

    Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2007 tat- 23 ta' April 2007 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2991/94 li jistabbilixxi standards għal xaħmijiet li jistgħu jiddelku u tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 dwar il-protezzjoni ta’ l-ismijiet użati fil-marketing tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (Verżjoni kodifikata)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/445/2007-04-24

    2007R0445 — MT — 24.04.2007 — 000.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    ▼C1

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 445/2007

    tat-23 ta' April 2007

    li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2991/94 li jistabbilixxi standards għal xaħmijiet li jistgħu jiddelku u tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 dwar il-protezzjoni ta’ l-ismijiet użati fil-marketing tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

    (Verżjoni kodifikata)

    ▼B

    (ĠU L 106 24.4.2007, p. 24)


    Ikkoreġut b'

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 076M, 24.3.2009, p.  588 (Nru 445/2007)




    ▼B

    ▼C1

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 445/2007

    tat-23 ta' April 2007

    li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2991/94 li jistabbilixxi standards għal xaħmijiet li jistgħu jiddelku u tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 dwar il-protezzjoni ta’ l-ismijiet użati fil-marketing tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

    (Verżjoni kodifikata)



    Artikolu 1

    1.  1. Il-lista ta’ prodotti koperti bid-deroga provduta fl-ewwel indent tat-tielet s-subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2991/94 għandha tkun kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    2.  Id-deżinjazzjonijiet elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni 88/566/KEE li fihom il-kelma “butir” f’waħda mil-lingwi tal-Komunità ma għandhom jiġu affettwati b’dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    1.  L-indikazzjoni tal-kontenut ta’ xaħam kif provdut għalih fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2991/94 għandu jkun konformi mar-regoli li ġejjin:

    (a) il-medja tal-kontenut tax-xaħam għandha tkun iddikjarata mingħajr ċifri deċimali;

    (b) il-medja tal-kontenut ta’ xaħam ma għandhiex tkun differenti b’iktar minn punt perċentwali mill-perċentwal iddikjarat. Kampjuni individwali ma għandhomx ikunu differenti b’iktar minn żewġ punti perċentwali mill-perċentwal iddikjarat;

    (c) fil-każi kollha, il-medja tal-kontenut ta’ xaħam għandu jkun konformi mal-limiti stabbiliti fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2991/94.

    2.  Minkejja l-paragrafu 1, il-kontenut ta’ xaħam iddikjarat relatat mal-prodotti msemmija fil-Partijiet A(1), B(1) u Ċ(1) tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2991/94 għandu jikkorrispondi mal-kontenut ta’ xaħam minimu tal-prodott.

    3.  Il-proċedura li għandha tiġi applikata għall-verifikazzjoni tal-konformità ma’ paragrafu 1 għandha tkun stabbilita fl-Anness II.

    Artikolu 3

    1.  Id-deżinjazzjoni “butir” tista’ tintuża ma’ prodotti komposti li l-parti essenzjali tagħhom fis-sens tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1898/87 tikkonsisti minn butir jekk il-prodott finali fih tal-anqas 75 % xaħam tal-ħalib u ġie manifatturat mill-butir biss fis-sens tal-Parti A(1) tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2991/94 u l-ingredjent(i) l-ieħor/oħra miżjud(a) imsemmi(ja) fid-deskrizzjoni.

    2.  Id-deżinjazzjoni “butir” tista tintuża ma’ prodotti komposti li fihom inqas minn 75 % iżda mhux inqas minn 62 % xaħam tal-ħalib jekk ir-rekwiżiti l-oħra speċifikati fil-paragrafu 1 huma milħuqa u jekk id-deżinjazzjonir tal-prodott tinkludi t-terminu “preparazzjonijiet tal-butir”.

    3.  B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, id-deżinjazzjonir “butir” tista’ tintuża flimkien ma’ kelma jew kliem li jindikaw il-prodotti elenkati fl-Anness III li fihom tal-anqas 34 % xaħam tal-ħalib.

    4.  L-użu tad-deżinjazzjonir butir skont il-paragrafi 1,2 u 3 għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet mitluba tal-indikazzjoni fit-tikkettar u preżentazzjoni tal-prodotti l-kontenut tax-xaħam tal-ħalib u, jekk l-ingredjenti l-oħra miżjuda fihom ix-xaħam, il-kontenut totali tax-xaħam.

    5.  It-termini “preparazzjonijiet tal-butir” fil-paragrafu 2 u l-indikazzjonijiet fil-paragrafu 4 għandhom jidhru f’post kospikwu u jidhru faċilment u jkunu leġġibbli.

    Artikolu 4

    Ir-Regolament (KE) Nru 577/97 huwa rrevokat

    Referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jiġu interpretati skont it-tabella ta’ korrellazzjoni fl-Anness V.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    (bl-Ispanjol)

    “Mantequilla de Soria” or “Mantequilla de Soria dulce”, “Mantequilla de Soria azucarada”: għal prodott tal-ħalib aromatizzat magħmul ħelu b’kontenut minimu ta’ xaħam tal-ħalib ta’ 39 %

    (bid-Daniż)

    (bil-Ġermaniż)

     “Butterkäse”: għall-ġobon mill-ħalib tal-baqra li għandu solidità ta’ xaħam mhux artab għalkollox u kontenut minimu ta’ xaħam tal-ħalib f’materjal xott ta’ 45 %

     “Kräuterbutter”: għal preparazzjonijiet fuq bażi ta’ butir li fihom ħxejjex aromatiċi u kontenut minimu ta’ xaħam tal-ħalib ta’ 62 %

     “Milchmargarine”: għall-marġerina li fiha tal-anqas 5 % ħalib sħiħ, ħalib xkumat jew prodotti oħra adattati tal-ħalib

    (bil-Grieg)

    (bl-Ingliż)

     “Brandy butter”, “Sherry butter” jew “Rum butter”: għal prodott alkoħoliku magħmul ħelu b’kontenut minimu ta’ xaħam tal-ħalib ta’ 20 %

     “Buttercream”: għal prodott magħmul ħelu b’kontenut minimu ta’ xaħam tal-ħalib ta’ 22,5 %

    (bil-Franċiż)

    “Beurre d'anchois, de crevettes, de langouste, de homard, de crabe, de langoustine, de saumon, de saumon fumé, de coquille Saint-Jacques, de sardine”: għal prodotti li fihom frott tal-baħar u kontenut minimu ta’ xaħam tal-ħalib ta’ 10 %

    (bit-Taljan)

    (bl-Olandiż)

    (bil-Portugiż)

    (bil-Finlandiż)

    “Munavoi”: għal prodott li fih il-bajd u kontenut minimu ta’ xaħam tal-ħalib ta’ 35 %

    (bl-Iżvediż)

     “flytande margarin”: għal prodott ta’ solidità likwida li fiha tal-anqas 80 % ta’ xaħmijiet tal-ħxejjex, iżda l-kompożizzjoni tagħha hi b’tali mod li l-prodott ma jinfirixx

     “messmör”: għal prodott fuq bażi ta’ xorrox, irrispettivament jekk hux magħmul ħelu jew le, b’kontenut minimu ta’ xaħam tal-ħalib ta’ 2 %

     “vitlökssmör”, “persiljesmör” jew “pepparrotssmör”: għal prodott li fih oġġetti tal-ikel b’effett ta’ togħma u b’kontenut minimu ta’ xaħam tal-ħalib ta’ 66 %




    ANNESS II

    verifikazzjoni tal-kontenut ta’ xaħam dikjarat ta’ xaħmijiet forma ta’ pejst li jista’ jinfirex

    Għandhom jittieħdu b’mod fortuwitu ħames kampjuni min-numru ta’ prodotti sabiex jiġu ċċekkjati u analizzati. Iż-żewġ proċeduri li ġejjin għandhom jiġu applikati:

    A. Il-medja ta’ ħames riżultati miksuba titqabbel mal-kontenut ta’ xaħam dikjarat. Il-kontenut ta’ xaħam dikjarat jitqies konformi jekk il-kontenut tal-medja mhux differenti b’aktar minn punt perċentwali mill-kontenut ta’ xaħam dikjarat.

    B. Il-ħames riżultati individwali huma mqabbla mat-tolleranza (± żewġ punti perċentwali tal-kontenut ta’ xaħam dikjarat) murija fl-Artikolu 2(1)(b). Jekk id-differenza bejn il-valur massimu u l-valur minimu tal-ħames riżultati individwali hu inqas minn erba’ punti perċentwali jew ugwali, il-bżonnijiet mitluba fl-Artikolu 2(1)(b) jiġu kkunsidrati milħuqa.

    Fejn il-konformità mal-kundizzjonijiet mitluba stipulati taħt A u B tiġi stabbilita, in-numru ta’ prodotti ċċekkjati jiġi kkunsidrat konformi mal-kundizzjonijiet mitluba ta’ Artikolu 2(1)(b) anki f’każ li wieħed mill-ħames valuri jaqa’ barra mill-parametru ta’ tolleranza ta’ ± żewġ punti perċentwali.




    ANNESS III



    Prodotti msemmija fl-Artikolu 3(3)

    Tip ta’ prodott

    Kompożizzjoni ta’ prodott

    Kontenut minimu ta’ xaħam tal-ħalib

    Butir alkoħoliku (Butir li fih xorb alkoħoliku)

    Butir, xorb alkoħoliku, zokkor

    34  %




    ANNESS IV



    Regolament irrevokat bl-emendi suċċessivi tiegħu

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 577/97

    (ĠU L 87, 2.4.1997, p. 3)

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1278/97

    (ĠU L 175, 3.7.1997, p. 6)

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2181/97

    (ĠU L 299, 4.11.1997, p. 1)

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 623/98

    (ĠU L 85, 20.3.1998, p. 3)

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1298/98

    (ĠU L 180, 24.6.1998, p. 5)

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2521/98

    (ĠU L 315, 25.11.1998, p. 12)

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 568/1999

    (ĠU L 70, 17.3.1999, p. 11)




    ANNESS V



    Tabella ta’ Korrelazzjoni

    Regolament (KE) Nru 577/97

    Dan ir-Regolament

    Artikoli 1 sa 3

    Artikoli 1 sa 3

    Artikolu 5

    Artikolu 5a

    Artikolu 4

    Artikolu 6

    Artikolu 5

    Annessi I-III

    Annessi I-III

    Anness IV

    Anness V



    ( 1 ) ĠU L 316, 9.12.1994, p. 2.

    ( 2 ) ĠU L 182, 3.7.1987, p. 36. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att tal-Adeżjoni tal-1994.

    ( 3 ) ĠU L 87, 2.4.1997, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 568/1999 (ĠU L 70, 17.3.1999, p. 11).

    ( 4 ) Ara l-Anness IV.

    ( 5 ) ĠU L 310, 16.11.1988, p. 32. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 98/144/KE (ĠU L 42, 14.2.1998, p. 61).

    ( 6 ) ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/142/KE (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 110).

    Top