EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02001R2580-20080716

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/2580/2008-07-16

2001R2580 — MT — 01.01.2007 — 007.003


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2580/2001

tas-27 ta’ Diċembru 2001

dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

(ĠU L 344, 28.12.2001, p.70)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 745/2003 tat-28 ta' April 2003

  L 106

22

29.4.2003

►M2

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1207/2005 tas-27 ta’ Lulju 2005

  L 197

16

28.7.2005

►M3

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1957/2005 tad-29 ta' Novembru 2005

  L 314

16

30.11.2005

►M4

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1461/2006 tad-29 ta’ Settembru 2006

  L 272

11

3.10.2006

►M5

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

1

20.12.2006


Emendat bi:

►A1

  L 236

17

23.9.2003


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 076M, 24.3.2009, p. 121  (1207/2005)

►C2

Rettifika, ĠU L 084M, 31.3.2009, p. 437  (1461/2006)




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2580/2001

tas-27 ta’ Diċembru 2001

dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu



IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikoli 60, 301 u 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi biex jiġi miġġieled it-terroriżmu ( 1 ), adottata mill-Kunsill fis-27 ta’ Diċembru 2001,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 );

Billi:

(1)

Fil-laqgħa straordinarja tiegħu fil-21 ta’ Settembru 2001, il-Kunsill Ewropew iddikjara li t-terroriżmu huwa sfida reali għad-dinja u għall-Ewropa u li l-ġlieda kontra t-terroriżmu se tkun għan prijoritarju ta’ l-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-Kunsill Ewropew iddikjara li, li jiġi miġġieled l-iffinanzjar tat-terroriżmu huwa aspett deċisiv tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u sejjaħ lill-Kunsill biex jieħu l-miżuri neċessarji biex jiġġieled kull forma ta’ ffinanzjar għal attivitajiet terroristiċi.

(3)

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu 1373(2001), il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda fit-28 ta’ Settembru 2001 li l-Istati kollha għandhom jimplimentaw friża tal-fondi u ta’ assi finanzjarji jew risorsi ekonomiċi oħra kontra persuni li jikkommettu, jew jippruvaw jikkommettu, atti terroristiċi jew li jipparteċipaw fi jew jiffaċilitaw it-twettiq ta’ atti ta’ din ix-xorta.

(4)

Minbarra dan, il-Kunsill tas-Sigurtà ddeċieda li miżuri għandhom jittieħdu biex jiġi pprojbit li fondi u assi finanzjarji jew risorsi ekonomiċi oħra jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew għall-benefiċċju ta’ persuni bħal dawn, u biex jipprojbixxu li servizzi finanzjarji jew servizzi oħra relatati jingħataw għall-benefiċċju ta’ persuni bħal dawn.

(5)

Azzjoni mill-Komunità hija neċessarja sabiex jiġu implimentati l-aspetti tal-PESK tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(6)

Dan ir-Regolament huwa miżura meħtieġa fuq livell Komunitarju u komplimentarju għal proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji dwar organizzazzjonijiet terroristiċi fl-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi.

(7)

Territorju Komunitarju huwa miftiehem li jikkomprendi, għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, it-territorji kollha ta’ l-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat.

(8)

Bl-għan li jkunu protetti l-interessi tal-Komunità, ċerti eċċezzjonijiet jistgħu jingħataw.

(9)

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-proċedura biex tkun stabbilita u emendata l-lista msemmija fl-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament, il-Kunsill għandu jeserċita huwa nnifsu l-poteri korrispondenti ta’ implimentazzjoni fid-dawl tal-mezzi speċifici disponibbli lill-membri tiegħu għal dak il-għan.

(10)

L-evitar minn dan ir-Regolament m’għandux jitħalla permezz ta’ sistema adegwata ta’ informazzjoni u, fejn approprjat, permezz ta’ miżuri ta’ rimedju, inkluż leġislazzjoni Komunitarja addizzjonali.

(11)

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom, fejn neċessarju, jingħataw il-poter li jiżguraw l-osservanza tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(12)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għal ksur tad-disposizzjonijet ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li jkunu implimentati. Dawk is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(13)

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u dwar informazzjoni oħra rilevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dwar dan ir-Regolament.

(14)

Il-lista msemmija fl-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament tista’ tinkludi l-persuni u l-entitajiet marbutin jew relatati ma’ pajjiżi terzi kif ukoll dawk li b’xi mod ieħor huma fiċ-ċentru ta’ l-aspetti tal-PESK tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Għall-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament dwar dawn ta’ l-aħħar, it-Trattat ma jagħtix poteri ħlief dawk taħt l-Artikolu 308.

(15)

Il-Komunità Ewropea diġà implimentat UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) billi adottat ir-Regolament (KE) Nru 467/2001 ( 3 ) li jiffriża l-assi ta’ ċerti persuni u gruppi u għaldaqstant dawk il-persuni u gruppi mhumiex koperti minn dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:

1. “Fondi, assi finanzjarji u risorsi ekonomiċi oħra” tfisser assi ta’ kull xorta, sew tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, akkwistati kif akkwistati, u dokumenti jew strumenti legali f’kull forma, inklużi elettroniċi jew diġitali, li jixhdu titolu għal, jew interess fi, assi ta’ din ix-xorta, inklużi, imma mhux limitati għal, krediti ta’ banek, travellers’ cheques, ċekkijiet tal-banek, money orders, azzjonijiet, sigurtajiet, bonds, drafts u ittri ta’ kreditu.

2. “L-iffriżar ta’ fondi, assi finanzjarji u risorsi ekonomiċi oħra” tfisser li ma jitħalliex kull moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta’ jew innegozjar f’fondi f’kull mod li jirriżulta f’xi bidla fil-volum, ammont, lok, proprjetà, pussess, karattru, jew destinazzjoni tagħhom jew bidla oħra li jagħmilha possibbli li l-fondi jiġu użati, inkluż l-amministrazzjoni ta’ portafoll.

3. “Servizzi finanzjarji” tfisser kull servizz ta’ natura finanzjarja, inklużi s-servizzi kollha ta’ l-assigurazzjoni u dawk relatati ma’ l-assigurazzjoni, u s-servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra (eskluża l-assigurazzjoni) kif ġej:

Is-servizzi ta’ l-assigurazzjoni u dawk relatati ma’ l-assigurazzjoni

(i) Assigurazzjoni diretta (inkluża l-ko-assigurazzjoni):

(A) assigurazzjoni fuq il-ħajja;

(B) mhux fuq il-ħajja;

(ii) Assigurazzjoni mill-ġdid u retroċessjoni;

(iii) Intermedjazzjoni għall-assigurazzjoni, bħas-senserija u l-mandat;

(iv) Is-servizzi awżiljarji għall-assigurazzjoni, bħall-konsulenza, l-attwarju, u servizzi ta’ stima tar-riskju u ta’ ftehim fuq claims.

Servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra (eskluża l-assigurazzjoni)

(v) Aċċettazzjoni ta’ depożiti u fondi li jerġgħu jitħallsu oħra;

(vi) Self ta’ kull tip, inkluż kreditu lill-konsumatur, kreditu ipotekarju, bejgħ ta’ dejn u ffinanzjar ta’ transazzjonijiet kummerċjali;

(vii) Kera finanzjarja;

(viii) Is-servizzi kollha ta’ trasmissjoni ta’ ħlas u ta’ flus, inkluż il-kreditu, karti ta’ ħlas u ta’ debitu, travellers’ cheques u drafts tal-bankarji;

(ix) Garanziji u impenji;

(x) Innegozjar għalih innifsu jew għal klijenti, kemm jekk fuq tpartit, ġewwa suq bil-miftuħ jew b’mod ieħor, dawn li ġejjin:

(A) Strumenti ta’ flus tas-suq (inklużi ċekkijiet, karti tal-flus, ċertifikati ta’ depożitu);

(B) kambju barrani;

(Ċ) Prodotti derivattivi inklużi, imma mhux limitati għal, futures u options;

(D) strumenti ta’ rati tal-kambju u ta’ l-imgħax, inklużi prodotti bħat-tpartit u l-ftehim dwar forward rate;

(E) titoli trasferibbli;

(F) strumenti negozzjabbli oħra u assi finanzjarji, inkluż is-suq tad-deheb;

(xi) Parteċipazzjoni fil-ħruġ ta’ kull tip ta’ titoli, inkluż underwriting u tqegħid bħala aġent (kemm jekk pubblikament jew privatament) u l-forniment ta’ servizzi relatati ma’ ħruġ ta’ din ix-xorta;

(xii) Senserija tal-flus;

(xiii) Amministrazzjoni ta’ l-assi, bħall-amministrazzjoni ta’ flus kontanti jew ta’ portafoll, il-forom kollha ta’ amministrazzjoni ta’ investiment kollettiv, amministrazzjoni ta’ fondi għall-pensjoni, servizzi ta’ kustodja, depositarji u ta’ trust;

(xiv) Servizzi ta’ konklużjoni u ta’ clearing għal assi finanzjarji, inklużi titoli, prodotti derivattivi, u strumenti oħra negozzjabbli;

(xv) Il-fornizzjoni u t-trasferiment ta’ informazzjoni finanzjarja, u l-ipproċessar ta’ data finanzjarja u software relatat minn fornituri ta’ servizzi finanzjarji oħra;

(xvi) Servizzi ta’ konsulenza, intermedjazzjoni u servizzi finanzjarji awżiljarji oħra dwar l-attivitajiet kollha mniżżla minn (v) sa (xv), inklużi referenzi u analiżi ta’ kreditu, investiment u riċerka u pariri dwar portafolli, pariri fuq akkwisti u fuq strateġija u ristrutturazzjoni korporattiva.

4. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjoni ta’ “att terroristiku” għandha tkun dik li tinsab fl-Artikolu 1(3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

5. “Proprjetà ta’ persuna, grupp jew entità legali” tfisser li tkun fil-pussess ta’ 50 % jew iktar tad-drittijiet proprjetarji ta’ persuna, grupp jew entità legali, jew li jkollok interess maġġoritarju fihom.

6. “Kontroll ta’ persuna, grupp jew entità legali” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a) li wieħed ikollu d-dritt li jaħtar jew ineħħi maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv ta’ tmexxija jew ta’ sorveljanza ta’ l-istess persuna, grupp jew entità legali;

(b) li wieħed ikun ħatar biss bħala riżultat tad-drittijiet tiegħu tal-vot, maġġoranza tal-membri tal-korpi amministrattivi, ta’ tmexxija jew ta’ sorveljanza ta’ persuna, grupp jew entità legali li kellu kariga matual s-sena finanzjarja preżenti u dik ta’ qabel;

(ċ) li wieħed jikkontrolla waħdu, skond ftehim ma’ azzjonisti oħra fi jew membri ta’ persuna, grupp jew entità legali, maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta’ l-azzjonisti jew tal-membri f’dik il-persuna, grupp jew entità legali;

(d) li wieħed ikollu d-dritt li jeżerċita influenza dominanti fuq il-peruna legali, grupp jew entità, skond ftehim li jkun daħal fih ma’ dik il-persuna, grupp jew entità legali, jew skond dispożizzjoni fil-Memorandum jew fl-Artikoli ta’ l-Assoċjazzjoni tagħha, fejn il-liġi li tirregola dik il-persuna, grupp jew entità legali tippermetti li tkun soġġetta għal ftehim jew dispożizzjoni ta’ dik ix-xorta;

(e) li wieħed ikollu l-poter li jeżerċita d-dritt li jeżerċita influenza dominanti msemmija fil-punt (d), mingħajr ma jkun id-detentur ta’ dak id-dritt;

(f) li wieħed ikollu d-dritt li juża l-assi kollha jew parti minnhom ta’ persuna, grupp jew entità legali;

(g) li wieħed jamministra n-negozju ta’ persuna, grupp jew entità legali fuq bażi unitarja, filwaqt li jippubblika kontijiet konsolidati;

(h) li jidħol għar-responsabbiltajiet tal-persuna, grupp jew entità legali in solidum jew jiggarantihom.

Artikolu 2

1.  Ħlief kif permess taħt l-Artikoli 5 u 6:

(a) Il-fondi, assi finanzjarji oħra u riżorsi ekonomiċi kollha, li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta’jew miżmuma minn, persuna naturali jew legali, grupp jew entità inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu ffriżati;

(b) L-ebda fondi, assi finanzjarji oħra u risorsi ekonomiċi m’għandhom jiġu magħmula disponibbli, direttament jew indirettament, lil, jew għall-benefiċċju ta’, persuna naturali jew legali, grupp jew entità inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 3.

2.  Ħlief kif permess taħt l-Artikoli 5 u 6, għandu jkun projbit li tipprovdi servizzi finanzjarji lil, jew għall-benefiċċju ta’, persuna naturali jew legali, grupp jew entità inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 3.

3.  Il-Kunsill, jaġixxi b’unanimità, għandu jistabbilixxi, jirrevedi u jemenda l-lista ta’ persuni, gruppi jew entitajiet li għalihom japplika dan ir-Regolament, skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(4), (5) u (6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK; din il-lista għandha tinkludi:

(i) persuni naturali li jikkommettu, jew jippruvaw jikkommettu, jipparteċipaw fi jew jiffaċilitaw l-għamil ta’ xi att ta’ terroriżmu;

(ii) persuni legali, gruppi jew entitajiet li jikkommettu, jew jippruvaw jikkommettu, jipparteċipaw fi jew jiffaċilitaw l-għamil ta’ xi att ta’ terroriżmu;

(iii) persuni legali, gruppi jew entitajiet li huma ta’ jew kontrollati minn persuna naturali jew legali, grupp jew entità waħda jew iktar imsemmija fil-punti (i) u (ii); jew

(iv) persuni naturali legali, gruppi jew entitajiet li jaġixxu fl-interess ta’ jew fuq id-direzzjoni ta’ persuna naturali jew legali, grupp jew entità waħda jew iktar imsemmija fil-punti (i) u (ii).

Artikolu 3

1.  Il-parteċipazzjoni, b’mod konxju u intenzjonalment, f’attivitajiet, li l-oġġett jew effett tagħhom hu, direttament jew indirettament, li taħrab mill-Artikolu 2 għandhom ikunu projbiti.

2.  Kull informazzjoni li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament qed ikunu, jew kienu, maħruba minnhom għandha tkun notifikata lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri mniżżla fl-Anness u lill-Kummissjoni.

Artikolu 4

1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rapurtar, kunfidenzalità u segretezza professjonali u għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 284 tat-Trattat, banek, istituzzjonijiet finanzjarji oħra, kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni, u entitajiet u persuni oħra għandhom:

 jipprovdu immedjatament kull informazzjoni li tkun se tifffaċilita l-osservanza ta’ dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati skond l-Artikolu 2 u transazzjonijiet esegwiti skond l-Artikoli 5 u 6:

 

 lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri elenkati fl-Anness fejn huma residenti jew qiegħdin, u

 permezz ta’ dawn l-awtoritajiet kompetenti, lill-Kummissjoni,

 jikkooperaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti elenkati fl-Anness f’kull verifikazzjoni ta’ din l-informazzjoni.

2.  Kull informazzjoni provduta jew riċevuta skond dan l-Artikolu għandha tkun użata biss għall-għanijiet li għaliha kienet provduta jew riċevuta.

3.  Kull informazzjoni direttamenmt riċevuta mill-Kummissjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri konċernati u tal-Kunsill.

Artikolu 5

1.  L-Artikolu 2(1)(b) m’għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’ imgħax dovut fuq dawn il-kontijiet. Dan l-imgħax għandu jkun iffriżat ukoll.

2.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri elenkati fl-Anness jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet speċifiċi, taħt dawk il-kondizzjonijiet li jikkunsidraw xierqa, sabiex ma jitħalliex l-iffinanzjar ta’ atti ta’ terroriżmu, għal

1. l-użu ta’ fondi ffriżati għall-bżonnijiet umani essenzali ta’ persuna naturali inkluża fil-lista msemmija fl-Artikolu 2(3) jew membru tal-familja tiegħu, inkluż b’mod partikolari ħlas għal ikel, mediċini, il-kera jew pagament għar-residenza familjari u tariffi jew ħlasijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ trattament mediku ta’ membri ta’ dik il-familja, li għandhom jitwettqu ġewwa l-Komunità;

2. pagamenti minn kontijiet iffriżat għall-għanijiet li ġejjin:

(a) pagamenti ta’ taxxi, premiums ta’ l-assigurazzjoni obbligatorji u tariffi għal servizzi ta’ utilità pubblika bħall-gass, l-ilma, l-elettriku u telekomunikazzjonijiet li għandhom jitħallsu fil-Komunità; u

(b) pagamenti ta’ ħlasijiet dovuti lil istituzzjoni finanzjarja fil-Komunità għall-manteniment ta’ kontijiet;

3. pagamenti lil persuna, entità jew grupp inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 2(3), dovuti taħt kuntratti, ftehim jew obbligazzjonijiet li kienu konklużi jew li qamu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament iżda li dawk il-pagamenti jsiru lil kont iffriżat ġewwa l-Komunità.

3.  Talbiet għal awtorizzazzjonijiet għandhom isiru lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-fondi, l-assi finanzjarji oħra jew risorsi ekonomiċi oħra ġew iffriżati.

Artikolu 6

1.  Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2 u sabiex jiġu protetti l-interessi tal-Komunità, li jinkludu l-interessi taċ-ċittadini u r-residenti tagħha, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet speċifiċi:

 biex fondi, assi finanzjarji oħra jew risorsi ekonomiċi oħra ma jibqgħux iffriżati,

 biex jitqiegħdu fondi, assi finanzjarji oħra jew risorsi ekonomiċi oħra għad-dispożizzjoni ta’ persuna, entità jew enti inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 2(3), jew

 biex jingħataw servizzi finanzjarji lil dik il-persuna, entità jew enti,

1.  wara konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri, il-Kunsill u l-Kummissjoni skond il-paragrafu 2.

2.  Awtorità kompetenti li tirċievi talba għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu1 għandha tinnotifika l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif elenkat fl-Anness, bil-bażijiet li fuqhom għandha l-intenzjoni li jew tiċħad it-talba jew li tagħti awtorizzazzjoni speċifika, u tinformahom bil-kondizzjonijiet li hi tqis neċessarji sabiex ma jitħalliex l-iffinanzjar ta’ atti ta’ terroriżmu.

L-awtorità kompetenti li għandha l-intenzjoni li tagħti awtorizzazzjoni speċifika għandha tagħti l-konsiderazzjoni dovuta ta’ kummenti magħmula fi żmien ġimgħatejn mill-Istati Membri l-oħra, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

Artikolu 7

Il-Kummissjoni għandha tingħata l-poter, fuq il-bażi ta’ informazzjoni provduta mill-Istati Membri, li temenda l-Anness.

Artikolu 8

L-Istati Membri, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u jfornu lil xulxin bl-informazzjoni rilevanti fid-dispożizzjoni tagħhom f’konnessjoni ma’ dan ir-Regolament, notevolment informazzjoni riċevuta skond l-Artikoli 3 u 4, u għal dak li għandu x’jaqsam ma’ problemi ta’ vjolazzjoni u infurzar jew ġudizzji mgħotija minn qrati nazzjonali.

Artikolu 9

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi s-sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti meta d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jinkisru. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, u dissważivi.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu japplika:

1. ġewwa t-territorju tal-Komunità, inkluż l-ispazju ta’ l-ajru tagħha,

2. fuq xi inġenji ta’ l-ajru jew xi bastimenti taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru,

3. lil kull persuna f’kull post ieħor li hu ċittadin ta’ Stat Membru,

4. lil kull persuna, grupp jew entità legali inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru,

5. lil kull persuna, grupp jew entità legali li tagħmel kummerċ ġewwa l-Komunità.

Artikolu 11

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

2.  Fi żmien perjodu ta’ sena mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-impatt ta’ dan ir-Regolament u, jekk neċessarju, tagħmel proposti biex jiġi emendat.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

LISTA TA’ AWTORITAJIET KOMPETENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 3, 4 U 5

IL-BELĠJU

Ministère des finances

Trésorerie

avenue des Arts 30

B - 1040 Bruxelles Fax (32-2) 233 75 18

▼M5

IL-BULGARIJA

Министерство на финансите

ул. “Г.С. Раковски” № 102

София 1000

Тел: (359-2) 985 91

Факс: (359-2) 988 1207

E-mail: feedback@minfin.bg

Ministeru tal-Finanzi

102 Triq “G.S. Rakovsky”

Sofija 1000

Tel.: (359-2) 985 91

Fax: (359-2) 988 1207

E-mail: feedback@minfin.bg

▼A1

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

▼C2

Ministerstvo financi/Ministeru tal-Finanzi

Financni analyticky utvar/Unità Analitika Finanzjarja

KAXXA POSTALI 675

Jindrisska 14

111 21 Praha 1

Tel.: (420-2) 570 44 501

Faks: (420-2) 570 44 502

E-mail: fau@mfcr.cz

▼B

ID-DANIMARKA

Erhvervsfremmestyrelsen

Dahlerups Pakhus

Langelinie Alle 17

DK - 2100 København Ø

Tel. (45) 35 46 60 00

Fax (45) 35 46 60 01

IL-ĠERMANJA

▼M3

  concerning funds and financial services:

Deutsche Bundesbank

Servicezentrum Finanzsanktionen

D-80281 München

Tel. (49-89) 28 89 38 00

Fax (49-89) 35 01 63 38 00

  concerning economic resources:
 for notifications in accordance with Articles 3(2) and 4:

Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

Referat V B 2

Scharnhorststraße 34—37

D-10115 Berlin

Tel. (49-1888) 615-9

Fax (49-1888) 615-5358

E-mail: BUERO-VB2@bmwa.bund.de

 for granting of exemptions in accordance with Articles 5(2) and 6(1):

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA)

Frankfurter Straße 29—35

D-65760 Eschborn

Tel. (49-6196) 908-0

Fax (49-6196) 908-800

▼A1

L-ESTONJA

▼M4

Välisministeerium;

Islandi väljak 1

15049 Tallinn

Tel.: (+372) 6 377 100

Faks: (+372) 6 377 199

Finantsinspektsioon

Sakala 4

15030 Tallinn

Tel.: (+372) 66 80 500

Faks: (+372) 66 80 501

▼B

IL-GREĊJA

▼M4

Ministeru tal-Ekonomija Nazzjonali

Direttorat Ġenerali għall-Politika Ekonomika

5 Nikis str.

GR-105 63 Ateni

Tel. (30-210) 333 27 81-2

Faks (30-210) 333 28 10

Yπουργείο Εθνικής Οικονομίας

Γενική Διεύθυνση Οικονομικήs Πολιτικήs

Νίκης 5

GR-105 63 Αθήνα

Τηλ.: (30-210) 333 27 81-2

Φαξ: (30-210) 333 28 10

▼B

SPANJA

Dirección General de Comercio e Inversiones

Subdirección General de Inversiores Exteriores

Ministerio de Economía

Paseo de la Castellana, 162

E - 28046 Madrid

Tel. (00-34) 91 349 39 83

Fax (00-34) 91 349 35 62

Dirección General del Tesoro y Política

Subdirección General de Inspección y Control de Movimientos de Capitales

Ministerio de Economía

Paseo del Prado, 6

E - 28014 Madrid

Tel. (00-34) 91 209 95 11

Fax (00-34) 91 209 96 56

FRANZA

Ministère de l’économie, des finances et de l’industrie

Direction du Trésor

Service des affaires européennes et internationales

Sous-direction E

139, rue du Bercy

F - 75572 Paris Cedex 12

Tel. (33-1) 44 87 17 17

Fax (33-1) 53 18 36 15

L-IRLANDA

Central Bank of Ireland

Financial Markets Departament

PO Box 559

Dame Street Dublin 2

Tel. (353-1) 671 66 66

Department of Foreign Affairs

Bilateral Economic Relations Division

76-78 Harcourt Street

Dublin 2

Tel. (353-1) 408 24 92

L-ITALJA

Ministero dell’Economia e delle Finanze

▼A1

ĊIPRU

Ministry of Foreign Affairs

Presidential Palace Avenue

1447 Nicosia

Υπουργείο Εξωτερικών

Λεωφόρος Προεδρικού Μεγάρου

1447 Λευκωσία

Tel: +357-22-300600

Fax: +357-22-661881

Unit for Combating Money Laundering

1 Apellis Street

1403 Nicosia

Μονάδα Καταπολέμησης Αδικημάτων Συγκάλυψης (ΜΟΚΑΣ)

Οδός Απελλή Αρ. 1

1403 Λευκωσία

Tel: +357-22-889100

Fax: +357-22-665080

E-mail: mokas@cytanet.com.cy

Coordinating Body for Combating Terrorism

1 Apellis Street

1403 Nicosia

Συντονιστικό Σώμα Εναντίον της Τρομοκρατίας

Οδός Απελλή Αρ. 1

1403 Λευκωσία

Tel: +357-22-889100

Fax: +357-22-665080

IL-LATVJA

Latvijas Republikas Ārlietu ministrija

Brīvības bulvāris 36

Rīga

LV 1395

Tel: +371 7016201

Fax: +371 7828121

IL-LITWANJA

▼C1

Ministry of Foreign Affairs

Security Policy Department

J. Tumo-Vaizganto 2

LT-01511 Vilnius

Tel. +370 5 2362516

Fax +370 5 2313090

▼B

IL-LUSSEMBURGU

Ministère des affaires étrangères, du commerce extérieur, de la coopération, de l’action humanitaire et de la défense

Direction des relations économiques internationales

BP 1602

L - 1016 Lussemburgu

Tel. (352) 478-1 ou 478-2350

Fax (352) 22 20 48

Ministère des Finances

3 rue de la Congrégation

L - 1352 Lussemburgu

Tel. (352) 478-2712

Fax (352) 47 52 41

▼A1

L-UNGERIJA

Pénzügyminisztérium

József nádor tér 2-4.

1051 Budapest

Tel: +36-1-327 2100

Fax: +36-1-318 2570

MALTA

Bord ta' Sorveljanza dwar is-Sanzjonijiet

Direttorat ta' l-Affarijiet Multilaterali

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Palazzo Parisio

Triq il-Merkanti

Valletta CMR 02

Tel: +356-21-24 28 53

Fax: +356-21-25 15 20

▼B

L-OLANDA

▼M2

Ministerie van Directie Wetgeving, Juridische en Bestuurlijke Zaken Den Haag

Postbus 20201

2500 EE Den Haag

Nederland

Tel. (31-70) 342 82 27

Fax (31-70) 342 79 05

▼B

L-AWSTRIJA

  l-Artikolu 3

Bundesministerium für Inneres - Bundeskriminalamt

A - 1090 Wien

Josef-Holaubek-Platz 1

Tel. (+ 431) 313 45-0

Fax (431) 313 45-85 290

  l-Artikolu 4

Oestereichische Nationalbank

A - 1090 Wien

Otto-Wagner-Platz 3

Tel. +431) 404 20-0

Fax (431) 404 20-73 99

Bundesministerium für Inneres - Bundeskriminalamt

A - 1090 Wien

Josef-Holaubek-Platz 1

Tel. (+ 431) 313 45-0

Fax (431) 313 45-85 290

  l-Artikolu 5

Oestereichische Nationalbank

A - 1090 Wien

Otto-Wagner-Platz 3

Tel. + 431) 404 20-0

Fax (431) 404 20-73 99

▼A1

IL-POLONJA

Ministerstwo Spraw Zagranicznych

Departament Prawno - Traktatowy

Al. J. Ch. Szucha 23

PL-00-580 Warszawa

Tel: +48 22 523 93 48

Fax: +48 22 523 91 29

▼B

IL-PORTUGALL

Ministério das Financas

Direcção Geral dos Assuntos Europeus e Relações Internacionais

Avenida Infante D. Henrique, n.o 1, C 2.o

P - 1100 Lisboa

Tel.: (351-1) 882 32 40/47

Fax (351-1) 882 32 49

Ministério dos Negócios Estrangeiros

Direcção Geral dos Assuntos Multilaterias/Direcção dos Servicos das Organizações Políticas Internacionais

Largo do Rilvas

P - 1350-179 Lisboa

Tel.: (351 21) 394 60 72

Fax (351 21) 394 60 73

▼M5

IR-RUMANIJA

Ministerul Afacerilor Externe

Aleea Alexandru, nr. 31

Sector 1, București

Tel.: (40) 21 319 2183

Fax: (40) 21 319 2226

E-mail: cabinet@mae.ro

Ministerul Finanțelor Publice

Strada Apolodor nr. 17,

Sector 5, București

Tel.: (40) 21 319 9743

Fax: (40) 21 312 1630

E-mail: cabinet.ministru@mfinante.ro

Ministerul Economiei și Comerțului

Calea Victoriei, nr. 152

Sector 1, București

Tel.: +40 21 231 0262

Fax: +40 21 312 0513

▼A1

IS-SLOVENJA

Banka Slovenije

Slovenska 35

1505 Ljubljana

Tel: +386 (1) 471 90 00

Fax: +386 (1) 251 55 16

http://www.bsi.si

IS-SLOVAKKJA

Ministerstvo financií

Štefanovičova 5

817 82 Bratislava

Tel: +421 2 5958 2201

Fax: +421 2 5249 3531

Ministerstvo vnútra

Pribinova 2

812 72 Bratislava

Tel: +421 2 5292 3659

Fax: +421 2 5296 7746

▼B

IL-FINLANDJA

Ulkoasiainministeriö/Utrikesministeriet

PL 176 SF - 00161 Helsinki

Tel. (358-9) 13 41 51

Fax. (358-9) 13 41 57 07 u (358-9) 62 98 40

L-ISVEZJA

▼M2

  Artikolu 3

Rikspolisstyrelsen

Box 12256

S-102 26 Stockholm

Tel. (46-8) 401 90 00

Fax (46-8) 401 99 00

  Artikoli 4 u 6

Finansinspektionen

Box 6750

S-113 85 Stockholm

Tel. (46-8) 787 80 00

Fax (46-8) 24 13 35

  Artikolu 5

Försäkringskassan

S-103 51 Stockholm

Tel. (46-8) 786 90 00

Fax (46-8) 411 27 89

▼B

IR-RENJU UNIT

▼M1

HM Treasury

International Financial Services Team

1, Horse Guards Road

London

SW1A 2HQ

ir-Renju Unit

Tel. (44-207) 270 55 50

Fax (44-207) 270 43 65

Bank of England

Financial Sanctions Unit

Threadneedle Street

London

EC2R 8AH

ir-Renju Unit

Tel. (44-207) 601 46 07

Fax (44-207) 601 43 09

▼B

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

▼M4

Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni

Direttorat A Pjattaforma għall-Kriżijiet u l-Koordinazzjoni Politika għall-PBSK

Unità A.2. Ġestjoni tal-Kriżijiet u Prevenzjoni tal-Kunflitti

CHAR 12/45

B-1049 Brussell

Tel. (32-2) 295 55 85, 299 11 76

Fax (32-2) 299 08 73

E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu



( 1 ) Ara paġna 93 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 2 ) Opinjoni mogħtija fit-13 ta’ Diċembru 2001 (għandha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 3 ) ĠU L 67, tad-9.3.2001, p. 1.

Top