EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0864R(01)

2004/864/KE: Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta' Diċembru 2004 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 478/1999 tal- 14 ta’ Lulju 1999 li ġġedded il-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sajd u l-Akkwakultura ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

ABl. L 71M vom 17.3.2009, p. 133–133 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/864/corrigendum/2009-03-17/oj

17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/133


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2004 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 478/1999 tal-14 ta’ Lulju 1999 li ġġedded il-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sajd u l-Akkwakultura

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/864/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta' Diċembru 2004

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 478/1999 tal-14 ta’ Lulju 1999 li ġġedded il-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sajd u l-Akkwakultura

(2004/864/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Billi:

(1)

Huwa importanti għall-Kummissjoni li jkollha r-reazzjonijiet tal-interessi konċernati dwar il-kwistjonijiet imqajma bl-istabbiliment ta' politika komuni tas-sajd (PKS). Inħoloq kumitat ta' konsulenza (ACF) fis-settur tas-sajd bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KEE) Nru 71/128 (1), sostitwita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 478/1999 tal-14 ta’ Lulju 1999 li ġedded il-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sajd u l-Akkwakultura (ACFA) (2). Is-sħubija fl-ACFA hija ddefinita fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 478/1999/KE.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 478/1999/KE stabilixxiet erba’ gruppi ta’ ħidma biex iħejju l-opinjonijiet tal-Kumitat; il-grupp ta’ ħidma Nru 2 huwa inkarigat mill-Akkwakultura.

(3)

Fid-dawl tat-tkabbir rapidu tal-akkwakultura Ewropea fl-aħħar snin, huwa xieraq li l-interessi f’dan is-settur ikunu rappreżentati b’mod aħjar fi ħdan l-ACFA. Is-sħubija ta’ dan il-Kumitat għalhekk għandha tiġi estiża sabiex il-Viċi President tal-grupp ta’ ħidma Nru 2 ikun inkluż. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 478/1999/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 478/1999 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-ewwel sentenza hija mibdula b'dan li ġej:

Il-Kumitat hu magħmul minn 21 membru, minn issa ‘l quddiem “il-membri”.

(b)

Il-paragrafu 2 jitbiddel b’dan li ġej:

“2.   Dawn li ġejjin ukoll għandhom siġġu fuq il-Kumitat: il-president u l-viċi-president tal-Kumitat għad-djalogu settorjali tas-Sajd, il-president u l-viċi president tal-gruppi ta' ħidma 1, 2, 3 u 4 kif jissemma fl-Artikolu 7”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 16 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 68, 22.3.1971, p. 18.

(2)  ĠU L 187, 20.7.1999, p. 70.


Top