This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02021R0697-20210512
Consolidated text: Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02021R0697 — MT — 12.05.2021 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2021/697 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (ĠU L 170 12.5.2021, p. 149) |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 2021/697 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-29 ta’ April 2021
li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI APPLIKABBLI GĦAR-RIĊERKA U L-IŻVILUPP
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża (“il-Fond”), kif stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2021/695 għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027. It-tul ta’ żmien tal-Fond huwa allinjat mat-tul ta’ żmien tal-QFP 2021-2027.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-għanijiet tal-Fond, il-baġit tiegħu għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal 31 ta’ Diċembru 2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli dwar l-għoti ta’ tali finanzjament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“entità ġuridika” tfisser persuna ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont il-liġi tal-Unjoni, il-liġi nazzjonali jew il-liġi internazzjonali, li jkollha personalità ġuridika u l-kapaċità li taġixxi f’isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità li ma għandhiex personalità ġuridika kif imsemmi fil-punt (c) tal-l-Artikolu 197(2) tar-Regolament Finanzjarju;
“applikant” tfisser entità ġuridika li tippreżenta applikazzjoni għal appoġġ mill-Fond wara sejħa għal proposti jew f’konformità mal-punt (e) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 195 tar-Regolament Finanzjarju;
“riċevitur” tfisser entità ġuridika li magħha jkun ġie ffirmat ftehim ta’ għoti ta’ fondi jew ta’ finanzjament jew li tkun ġiet notifikata b’deċiżjoni ta’ għoti ta’ fondi jew finanzjament;
“konsorzju” tfisser grupp kollaborattiv ta’ applikanti jew riċevituri li jkun soġġett għal ftehim u li jkun iffurmat biex iwettaq azzjoni taħt il-Fond;
“koordinatur” tfisser entità ġuridika li tkun membru ta’ konsorzju u li tkun inħatret mill-membri kollha tal-konsorzju biex tkun il-punt ewlieni ta’ kuntatt għall-fini tar-relazzjonijiet tal-konsorzju mal-Kummissjoni;
“kontroll” tfisser il-kapaċità li teżerċita influwenza deċiżiva fuq entità ġuridika, b’mod dirett, jew b’mod indirett permezz ta’ entità ġuridika intermedja waħda jew aktar;
“struttura maniġerjali eżekuttiva” tfisser korp ta’ entità ġuridika maħtur skont il-liġi nazzjonali, u, fejn applikabbli, li jirrapporta lill-uffiċjal kap eżekuttiv, li jkollu s-setgħa jistabbilixxi l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni ġenerali tal-entità ġuridika, u li jissorvelja u jwettaq monitoraġġ tat-teħid ta’ deċiżjonijiet maniġerjali;
“prototip tas-sistema” tfisser mudell ta’ prodott jew teknoloġija li jista’ juri l-prestazzjoni f’ambjent operazzjonali;
“kwalifika” tfisser il-proċess kollu biex jintwera li d-disinn ta’ prodott, ta’ komponent tanġibbli jew intanġibbli jew ta’ teknoloġija relatata mad-difiża jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati, filwaqt li tingħata evidenza oġġettiva li turi li jkunu ġew sodisfatti rekwiżiti partikolari ta’ disinn;
“ċertifikazzjoni” tfisser il-proċess li permezz tiegħu awtorità nazzjonali tiċċertifika li l-prodott, il-komponent tanġibbli jew intanġibbli, jew it-teknoloġija relatata mad-difiża tikkonforma mar-regolamenti applikabbli;
“azzjoni ta’ riċerka” tfisser azzjoni li tikkonsisti primarjament minn attivitajiet ta’ riċerka, b’mod partikolari riċerka applikata u fejn meħtieġ riċerka fundamentali, bil-għan li jinkiseb għarfien ġdid u b’attenzjoni esklużiva għal applikazzjonijiet għad-difiża;
“azzjoni ta’ żvilupp” tfisser azzjoni li tikkonsisti minn attivitajiet orjentati lejn id-difiża primarjament fil-fażi tal-iżvilupp, li tkopri prodotti u teknoloġiji ġodda tad-difiża jew it-titjib ta’ dawk eżistenti, għajr il-produzzjoni jew l-użu ta’ armi;
“teknoloġija rivoluzzjonarja għad-difiża” tfisser teknoloġija mtejba jew kompletament ġdida li twassal għal bidla radikali, inkluż bidla tal-paradigma fil-kunċett u t-twettiq tal-affarijiet tad-difiża, billi pereżempju tissostitwixxi teknoloġiji tad-difiża eżistenti jew billi tagħmilhom irrelevanti;
“intrapriża żgħira u medja” jew “SME” tfisser intrapriża żgħira u medja kif definita fl-Artikolu 2 tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE ( 1 );
“kumpannija b’kapitalizzazzjoni medja” jew “mid-cap” tfisser intrapriża li mhijiex SME u li timpjega massimu ta’ 3 000 persuna, fejn l-għadd tal-membri tal-persunal jiġi kkalkolat f’konformità mal-Artikoli 3 sa 6 tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE
“operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjoni sostnuta mill-baġit tal-Unjoni, inkluż f’faċilità jew pjattaforma ta’ taħlit kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Finanzjarju, li tikkombina forom mhux rimborżabbli ta’ appoġġ jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni ma’ forom rimborżabbli ta’ appoġġ mingħand istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi oħra, kif ukoll mingħand istituzzjonijiet finanzjarji kummerċjali u investituri;
“akkwist prekummerċjali” tfisser l-akkwist ta’ servizzi ta’ riċerka u żvilupp li jinvolvi l-qsim tar-riskji u l-benefiċċji skont il-kundizzjonijiet tas-suq, u l-iżvilupp kompetittiv f’fażijiet, fejn ikun hemm separazzjoni ċara tas-servizzi ta’ riċerka u żvilupp akkwistati mill-użu ta’ volumi kummerċjali ta’ prodotti finali;
“maniġer ta’ proġett” tfisser kwalunkwe awtorità kontraenti stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat, maħtura minn Stat Membru jew pajjiż assoċjat jew minn grupp ta’ Stati Membri jew pajjiżi assoċjati biex timmaniġġja proġetti multinazzjonali ta’ armament fuq bażi permanenti jew ad hoc;
“riżultati” tfisser kwalunkwe effett tanġibbli jew intanġibbli tal-azzjoni, bħal data, għarfien espert jew informazzjoni, ta’ kwalunkwe forma jew natura, u sew jekk jista’ jitħares jew le, kif ukoll kwalunkwe dritt marbut miegħu, inkluż drittijiet ta’ proprjetà intellettwali;
“informazzjoni ġdida” tfisser data, għarfien espert jew informazzjoni ġġenerata fil-funzjonament tal-Fond, irrispettivament mill-forma jew in-natura tagħha;
“informazzjoni klassifikata” tfisser informazzjoni jew materjal, fi kwalunkwe forma, li l-iżvelar mhux awtorizzat tiegħu jista’ jikkawża livelli differenti ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni, jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri, u li jkollha marka ta’ klassifikazzjoni tal-UE jew marka ta’ klassifikazzjoni korrispondenti, kif stabbilit fil-Ftehim bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata skambjata fl-interessi tal-Unjoni Ewropea ( 2 );
“informazzjoni sensittiva” tfisser informazzjoni u data, inkluż informazzjoni klassifikata, li trid tiġi protetta minn aċċess jew żvelar mhux awtorizzat minħabba obbligi stipulati fil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali jew sabiex titħares il-privatezza jew is-sigurtà ta’ persuna fiżika jew ġuridika;
“rapport speċjali” tfisser kisba tanġibbli speċifika ta’ azzjoni ta’ riċerka li tiġbor fil-qosor ir-riżultati tagħha, tagħti informazzjoni estensiva fuq il-prinċipji bażiċi, l-għanijiet, l-eżiti, il-proprjetajiet bażiċi, it-testijiet imwettqa, il-benefiċċji potenzjali, l-applikazzjonijiet tad-difiża potenzjali u d-direzzjoni tal-isfruttament mistenni tar-riċerka favur l-iżvilupp, inkluż informazzjoni dwar is-sjieda ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali iżda li ma jeħtiġux l-inklużjoni ta’ informazzjoni dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali;
“entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat” tfisser entità ġuridika li tkun stabbilita f’pajjiż terz mhux assoċjat jew, meta tkun stabbilita fl-Unjoni jew f’pajjiż assoċjat, li jkollha l-istrutturi maniġerjali eżekuttivi tagħha f’pajjiż terz mhux assoċjat.
Artikolu 3
Għanijiet
Il-Fond għandu jkollu dawn l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:
li jappoġġa riċerka kollaborattiva li tista’ tagħti spinta sinifikanti lill-prestazzjoni tal-kapaċitajiet futuri fl-Unjoni kollha, bil-għan li tiġi massimizzata l-innovazzjoni u jiġu introdotti prodotti u teknoloġiji ġodda tad-difiża, inkluż teknoloġiji rivoluzzjonarji għad-difiża, u bil-għan li jsir l-aktar użu effiċjenti tal-infiq għar-riċerka fil-qasam tad-difiża fl-Unjoni;
li jappoġġa l-iżvilupp kollaborattiv ta’ prodotti u teknoloġiji tad-difiża, biex b’hekk jingħata kontribut biex tiżdied l-effiċjenza tal-infiq fuq id-difiża fl-Unjoni, jinkisbu ekonomiji ta’ skala akbar, jonqos ir-riskju ta’ duplikazzjoni bla bżonn u b’hekk jitrawwem it-tixrid fis-suq ta’ prodotti u teknoloġiji Ewropej tad-difiża, u tonqos il-frammentazzjoni tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża fl-Unjoni kollha, li fl-aħħar mill-aħħar iwassal għal żieda fl-istandardizzazzjoni tas-sistemi tad-difiża u għal aktar interoperabbiltà bejn il-kapaċitajiet tal-Istati Membri.
Tali kollaborazzjoni għandha tkun konsistenti mal-prijoritajiet tal-kapaċità tad-difiża miftiehma b’mod komuni mill-Istati Membri fil-qafas tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) u b’mod partikolari fil-kuntest tas-CDP.
B’rabta ma’ dak, il-prijoritajiet reġjonali u internazzjonali, meta jservu l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni kif determinati skont il-PESK, u filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi evitata d-duplikazzjoni bla bżonn, jistgħu wkoll jitqiesu, fejn xieraq, fejn dawn ma jeskludux il-possibbiltà tal-parteċipazzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż assoċjat.
Artikolu 4
Il-baġit
Id-distribuzzjoni tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:
EUR 2 651 000 000 għal azzjonijiet ta’ riċerka;
EUR 5 302 000 000 għal azzjonijiet ta’ żvilupp.
Sabiex tilqa’ għal ċirkostanzi imprevisti jew għal żviluppi u għal bżonnijiet ġodda, il-Kummissjoni tista’ talloka mill-ġdid l-ammont allokat għall-azzjonijiet ta’ riċerka jew ta’ żvilupp, sa massimu ta’ 20 %.
Artikolu 5
Pajjiżi assoċjati
Il-Fond għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li huma membri fiż-ŻEE, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (pajjiżi assoċjati).
Artikolu 6
Appoġġ għal teknoloġiji rivoluzzjonarji għad-difiża
Artikolu 7
Etika
L-eżami u l-valutazzjoni tal-etika għandhom isiru mill-Kummissjoni, bl-appoġġ ta’ esperti indipendenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 26. Dawk l-esperti għandhom ikunu ġejjin minn ambjenti varji, b’mod partikolari għandu jkollhom għarfien espert rikonoxxut dwar l-etika tad-difiża u għandhom ikunu ċittadini ta’ firxa kemm jista’ jkun wiesgħa ta’ Stati Membri.
Il-kundizzjonijiet li skonthom jridu jitwettqu l-attivitajiet bi kwistjonijiet etikament sensittivi għandhom jiġu speċifikati fil-ftehim ta’ finanzjament.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-proċeduri tal-etika jkunu kemm jista’ jkun trasparenti u għandha tinkludihom fir-rapport ta’ evalwazzjoni interim tagħha f’konformità mal-Artikolu 29
Artikolu 8
Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament tal-Unjoni
Artikolu 9
Entitajiet ġuridiċi eliġibbli
B’deroga mill-paragrafu 3, entità ġuridika stabbilita fl-Unjoni jew f’pajjiż assoċjat u kkontrollata minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat għandha tkun eliġibbli li tkun riċevitur jew sottokuntrattur involut f’azzjoni biss jekk jingħataw lill-Kummissjoni l-garanziji approvati mill-Istat Membru jew mill-pajjiż assoċjat li fih tkun stabbilita f’konformità mal-proċeduri nazzjonali tiegħu. Dawk il-garanziji jistgħu jirreferu għall-istruttura maniġerjali eżekuttiva tal-entità ġuridika stabbilita fl-Unjoni jew f’pajjiż assoċjat. Jekk jitqies adatt mill-Istat Membru jew mill-pajjiż assoċjat li fih tkun stabbilita l-entità ġuridika, dawk il-garanziji jistgħu jirreferu wkoll għal drittijiet governattivi speċifiċi fil-kontroll fuq l-entità ġuridika.
Il-garanziji għandhom jipprovdu assigurazzjonijiet li l-involviment f’azzjoni ta’ tali entità ġuridika ma jmurx kontra l-interessi ta’ sigurtà u difiża tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha kif stabbiliti fil-qafas tal-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, jew l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament. Il-garanziji għandhom jikkonformaw ukoll mal-Artikoli 20 u 23 ta’ dan ir-Regolament. Il-garanziji għandhom b’mod partikolari jissostanzjaw li, għall-finijiet ta’ azzjoni, hemm fis-seħħ miżuri biex jiġi żgurat li:
il-kontroll fuq l-entità ġuridika ma jiġix eżerċitat b’mod li jillimita jew jirrestrinġi l-abbiltà tagħha li twettaq l-azzjoni u tikseb riżultati, li jimponi restrizzjonijiet b’rabta mal-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi, ir-riżorsi, il-propjetà intellettwali jew l-għarfien espert tagħha meħtieġa għall-finijiet tal-azzjoni, jew li jimmina l-kapaċitajiet u l-istandards tagħha meħtieġa għat-twettiq tal-azzjoni;
jiġi evitat aċċess minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat għal informazzjoni sensittiva relatata mal-azzjoni u l-impjegati jew persuni oħra involuti fl-azzjoni jkollhom approvazzjoni tas-sigurtà nazzjonali maħruġa minn Stat Membru jew minn pajjiż assoċjat, fejn xieraq;
is-sjieda tal-propjetà intellettwali li tkun ġejja mill-azzjoni u r-riżultati tagħha jibqgħu għand ir-riċevitur matul l-azzjoni u wara li din titlesta, ma jkunux soġġetti għal kontroll jew restrizzjoni minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità ta’ pajjiż terz mhux assoċjat, u la jiġu esportati ’l barra mill-Unjoni jew ’il barra minn pajjiżi assoċjati u lanqas ma jkunu aċċessibbli minn barra l-Unjoni jew minn barra l-pajjiżi assoċjati mingħajr l-approvazzjoni tal-Istat Membru jew il-pajjiż assoċjat li fih tkun stabbilita l-entità ġuridika u f’konformità mal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3.
Jekk jitqies adatt mill-Istat Membru jew mill-pajjiż assoċjat li fih tkun stabbilita l-entità ġuridika, jistgħu jiġu pprovduti garanziji addizzjonali.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 34 bi kwalunkwe entità ġuridika li titqies eliġibbli f’konformità ma’ dan il-paragrafu.
L-ispejjeż marbuta ma’ dawk l-attivitajiet ma għandhomx ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-Fond.
Ma għandu jkun hemm ebda aċċess mhux awtorizzat minn pajjiż terz mhux assoċjat jew minn entità oħra ta’ pajjiż terz mhux assoċjat għal informazzjoni klassifikata relatata mat-twettiq tal-azzjoni u għandhom jiġu evitati effetti negattivi potenzjali fuq is-sigurtà tal-provvista tal-inputs kritiċi għall-azzjoni.
L-ispejjeż marbuta ma’ dawk l-attivitajiet ma għandhomx ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-Fond.
Artikolu 10
Azzjonijiet eliġibbli
Azzjoni eliġibbli għandha tkun relatata ma’ waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin:
attivitajiet li għandhom il-mira li joħolqu, jirfdu u jtejbu għarfien, prodotti u teknoloġiji, inkluż teknoloġiji rivoluzzjonarji għad-difiża, li jista’ jkollhom effetti sinifikanti fil-qasam tad-difiża;
attivitajiet li għandhom il-mira li jżidu l-interoperabbiltà u r-reżiljenza, inkluż il-produzzjoni u l-iskambju siguri tad-data, biex tinkiseb ħakma ta’ teknoloġiji kritiċi tad-difiża, biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista jew biex ikun jista’ jsir l-isfruttament effettiv tar-riżultati għal prodotti u teknoloġiji tad-difiża;
studji, bħal studji ta’ fattibilità biex tiġi esplorata l-fattibilità ta’ prodotti, teknoloġiji, proċessi, servizzi u soluzzjonijiet ġodda jew imtejba;
id-disinn ta’ prodott, komponent tanġibbli jew intanġibbli, jew teknoloġija tad-difiża kif ukoll id-definizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li fuq il-bażi tagħhom ikun ġie żviluppat tali disinn inkluż kwalunkwe test parzjali għal tnaqqis tar-riskju f’ambjent industrijali jew rappreżentattiv;
il-ħolqien ta’ prototipi tas-sistema ta’ prodott, komponent jew teknoloġija tanġibbli jew intanġibbli, relatati mad-difiża;
l-ittestjar ta’ prodott, komponent tanġibbli jew intanġibbli, jew teknoloġija tad-difiża;
il-kwalifikazzjoni ta’ prodott, komponent tanġibbli jew intanġibbli, jew teknoloġija tad-difiża;
iċ-ċertifikazzjoni ta’ prodott, komponent tanġibbli jew intanġibbli, jew teknoloġija tad-difiża;
l-iżvilupp ta’ teknoloġiji jew assi li jżidu l-effiċjenza tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u teknoloġiji tad-difiża;
Barra minn hekk, azzjonijiet għall-iżvilupp ta’ armi awtonomi letali mingħajr il-possibbiltà ta’ kontroll uman sinifikattiv fuq deċiżjonijiet tal-għażla u l-intervent meta jsiru attakki kontra l-bnedmin ma għandhomx ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-Fond, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jingħata finanzjament għal azzjonijiet għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ twissija bikrija u kontromiżuri għal finijiet difensivi.
Artikolu 11
Il-proċedura tal-għażla u tal-għoti
F’ċerti ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni u sostanzjati kif mistħoqq, jista’ jingħata wkoll finanzjament mill-Unjoni mingħajr sejħa għal proposti f’konformità mal-punt (e) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 195 tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 12
Kriterji tal-għoti
Kull proposta għandha tiġi vvalutata fuq il-bażi ta’ dawn il-kriterji li ġejjin:
il-kontribut tagħha għall-eċċellenza jew il-potenzjal ta’ revoluzzjoni fil-qasam tad-difiża b’mod partikolari billi jintwera li r-riżultati mistennija tal-azzjoni proposta jippreżentaw vantaġġi sinifikanti fuq il-prodotti jew it-teknoloġiji eżistenti tad-difiża;
il-kontribut tagħha għall-innovazzjoni u l-iżvilupp teknoloġiku tal-industrija Ewropea tad-difiża, b’mod partikolari billi jintwera li l-azzjoni proposta tinkludi kunċetti u approċċi innovattivi jew ġodda, titjib teknoloġiku ġdid promettenti għall-futur jew l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji jew kunċetti li qatt ma kienu ġew applikati fis-settur tad-difiża, filwaqt li tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn;
il-kontribut tagħha għall-kompetittività tal-industrija Ewropea tad-difiża billi jintwera li l-azzjoni proposta tkun b’mod ċar bilanċ pożittiv bejn il-kosteffiċjenza u l-effettività, u għalhekk toħloq opportunitajiet ġodda għas-suq fl-Unjoni kollha u lil hinn minnha u jiġi aċċellerat it-tkabbir ta’ kumpanniji madwar l-Unjoni;
il-kontribut tagħha għall-awtonomija tal-EDTIB, inkluż billi tiżdied in-nondipendenza fuq sorsi mhux tal-UE u tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista, u għall-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni f’konformità mal-prijoritajiet imsemmija fl-Artikolu 3;
il-kontribut tagħha għall-ħolqien ta’ kooperazzjoni transfruntiera ġdida bejn entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi Stati Membri jew pajjiżi assoċjati, b’mod partikolari SMEs u mid-caps b’parteċipazzjoni sostanzjali fl-azzjoni, bħala riċevituri, sottokuntratturi jew bħala entitajiet ġuridiċi oħra fil-katina tal-provvista, u li huma stabbiliti fi Stati Membri jew f’pajjiżi assoċjati għajr dawk fejn huma stabbiliti l-entitajiet ġuridiċi li jikkooperaw f’konsorzju li mhumiex SMEs jew mid-caps;
il-kwalità u l-effiċjenza tat-twettiq tal-azzjoni.
Artikolu 13
Rati ta’ kofinanzjament
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:
għall-attivitajiet imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 10(3), l-appoġġ mill-Fond ma għandux jaqbeż l-20 % tal-ispejjeż eliġibbli;
għall-attivitajiet imsemmija fil-punti (f), (g) u (h) tal-Artikolu 10(3), l-appoġġ mill-Fond ma għandux jaqbeż it-80 % tal-ispejjeż eliġibbli.
Għall-azzjonijiet tal-iżvilupp, ir-rati ta’ għoti ta’ finanzjament għandhom jiżdiedu fil-każijiet li ġejjin:
azzjoni żviluppata fil-kuntest ta’ proġett tal-PESCO, kif stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 ( 3 ),tista’ tibbenefika minn rata ta’ finanzjament miżjuda b’10 punti perċentwali addizzjonali;
attività tista’ tibbenefika minn rata ta’ finanzjament miżjuda, kif imsemmi f’dan il-punt, fejn mill-inqas 10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-attività jiġu allokati lil SMEs stabbiliti fi Stati Membri jew f’pajjiżi assoċjati u li jipparteċipaw fl-attività bħala riċevituri, sottokuntratturi jew entitajiet ġuridiċi oħra fil-katina tal-provvista.
Ir-rata ta’ finanzjament tista’ tiżdied b’punti perċentwali ekwivalenti għall-perċentwal tal-ispejjeż eliġibbli totali tal-attività allokata għall-SMEs stabbiliti fi Stati Membri jew f’pajjiżi assoċjati li fihom huma stabbiliti riċevituri li mhumiex SMEs u li jipparteċipaw fl-attività bħala riċevituri, sottokuntratturi jew entitajiet ġuridiċi oħra fil-katina tal-provvista, sa 5 punti perċentwali addizzjonali.
Ir-rata ta’ finanzjament tista’ tiżdied b’punti perċentwali ekwivalenti għad-doppju tal-perċentwal tal-ispejjeż eliġibbli totali tal-attività allokat għall-SMEs stabbiliti fi Stati Membri jew f’pajjiżi assoċjati barra minn dawk li fihom ikunu stabbiliti riċevituri li mhumiex SMEs u li jipparteċipaw fl-attività bħala riċevituri, sottokuntratturi jew entitajiet ġuridiċi oħra fil-katina tal-provvista;
attività tista’ tibbenefika minn rata ta’ finanzjament miżjuda b’10 punti perċentwali addizzjonali fejn mill-inqas 15 % tal-ispejjeż eliġibbli totali tal-attività jiġu allokati għal mid-caps stabbiliti fl-Istati Membri jew f’pajjiżi assoċjati.
Iż-żieda ġenerali fir-rata ta’ finanzjament ta’ attività wara l-applikazzjoni tal-punti (a), (b) u (c) ma għandhiex taqbeż 35 punt perċentwali.
L-appoġġ mill-Fond, inkluż ir-rati ta’ finanzjament miżjuda, ma għandux ikopri iktar minn 100 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-azzjoni.
Artikolu 14
Kapaċità finanzjarja
Madankollu, fejn ikun hemm raġunijiet biex tiġi ddubitata l-kapaċità finanzjarja ta’ wieħed mill-applikanti jew tal-koordinatur, il-Kummissjoni għandha tivverifika wkoll il-kapaċità finanzjarja tal-’ applikanti kollha u tal-koordinatur fejn il-finanzjament mitlub mill-Unjoni jkun inqas minn EUR 500 000 .
Artikolu 15
Spejjeż indiretti
Artikolu 16
L-użu ta’ kontribuzzjoni mhux marbuta mal-ispejjeż jew somma f’daqqa unika
Fejn l-għotja tal-Unjoni tikkofinanzja inqas minn 50 % tal-ispejjeż totali tal-azzjoni, il-Kummissjoni tista’ tuża jew:
kontribuzzjoni li ma tkunx marbuta mal-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 180(3) tar-Regolament Finanzjarju u li tkun ibbażata fuq il-kisba tar-riżultati mkejla b’referenza għal objettivi intermedji stabbiliti preċedentement jew permezz ta’ indikaturi tal-prestazzjoni; jew
somma f’daqqa unika msemmija fl-Artikolu 182 tar-Regolament Finanzjarju u li tkun ibbażata fuq il-baġit proviżorju tal-azzjoni diġà approvata mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati kofinanzjaturi.
L-ispejjeż indiretti għandhom jiġu inklużi fis-somma f’daqqa msemmija fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu.
Artikolu 17
Akkwist prekummerċjali
Il-proċeduri tal-akkwist imsemmija fil-paragrafu 1:
għandhom jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament;
jistgħu jawtorizzaw l-għoti ta’ kuntratti multipli fi ħdan l-istess proċedura (akkwisti multipli);
għandhom jipprevedu l-għoti tal-kuntratti lill-offerti li joffru l-aqwa valur għall-flus filwaqt li jiġi żgurat nuqqas ta’ konflitti ta’ interess.
Artikolu 18
Fond ta’ Garanzija
►C1 Il-kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni mutwa jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ somom dovuti minn riċevituri, u għandhom jitqiesu li huma garanzija biżżejjed skont ir-Regolament Finanzjarju. ◄ Għandu japplika l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2021/695.
Artikolu 19
Kriterji tal-eliġibbiltà għall-akkwist u l-premjijiet
TITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI APPLIKABBLI GĦAL AZZJONIJIET TA’ RIĊERKA
Artikolu 20
Sjieda tar-riżultati ta’ azzjonijiet ta’ riċerka
TITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI APPLIKABBLI GĦAL AZZJONIJIET TA’ ŻVILUPP
Artikolu 21
Kriterji addizzjonali tal-eliġibbiltà għal azzjonijiet ta’ żvilupp
Fir-rigward tal-attivitajiet imsemmija fil-punti (e) sa (h) tal-Artikolu 10(3), il-konsorzju għandu juri permezz ta’ dokumenti maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali li:
mill-inqas żewġ Stati Membri jew pajjiżi assoċjati beħsiebhom jakkwistaw il-prodott finali jew jużaw it-teknoloġija b’mod koordinat, inkluż permezz ta’ akkwist konġunt fejn applikabbli;
l-attività hija bbażata fuq speċifikazzjonijiet tekniċi komuni maqbula b’mod konġunt mill-Istati Membri jew il-pajjiżi assoċjati li jkunu ser jikkofinanzjaw l-azzjoni jew li jkun beħsiebhom jakkwistaw b’mod konġunt il-prodott finali jew jużaw it-teknoloġija b’mod konġunt.
Artikolu 22
Kriterji addizzjonali tal-għoti għal azzjonijiet ta’ żvilupp
Minbarra l-kriterji tal-għoti msemmija fl-Artikolu 12, il-programm ta’ ħidma għandu wkoll jikkunsidra:
il-kontribut għaż-żieda fl-effiċjenza tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża, inkluż il-kosteffikaċja u l-potenzjal għal sinerġiji fil-proċessi tal-akkwist, tal-manutenzjoni u tar-rimi;
il-kontribut għal aktar integrazzjoni tal-industrija Ewropea tad-difiża fl-Unjoni kollha billi r-riċevituri juru li l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jużaw, ikollhom sjieda jew iżommu b’mod konġunt, il-prodott jew it-teknoloġija finali b’mod koordinat.
Artikolu 23
Sjieda tar-riżultati ta’ azzjonijiet ta’ żvilupp
TITOLU IV
GOVERNANZA, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL
Artikolu 24
Programmi ta’ ħidma
Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu fid-dettall is-suġġetti tar-riċerka u l-kategoriji tal-azzjonijiet li jridu jingħataw appoġġ mill-Fond. Dawk il-kategoriji għandhom ikunu konformi mal-prijoritajiet tad-difiża msemmija fl-Artikolu 3.
Bl-eċċezzjoni tal-parti tal-programm ta’ ħidma ddedikata lit-teknoloġiji rivoluzzjonarji għad-difiża, is-suġġetti tar-riċerka u l-kategoriji tal-azzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikopru prodotti u teknoloġiji tad-difiża fl-oqsma ta’:
it-tħejjija, il-protezzjoni, l-użu u s-sostenibbiltà;
il-ġestjoni u s-superjorità tal-informazzjoni, u l-kmand, il-kontroll, il-komunikazzjoni, il-kompjuters, l-intelligence, is-sorveljanza u r-rikonjizzjoni (C4ISR), iċ-ċiberdifiża u ċ-ċibersigurtà; u
l-intervent u l-effetturi.
It-transizzjoni tar-riżultati tal-azzjonijiet ta’ riċerka li juru valur miżjud diġà appoġġati mill-Fond fil-fażi ta’ żvilupp jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll fil-programmi ta’ ħidma.
Artikolu 25
Konsultazzjoni tal-maniġer ta’ proġett
Fejn jinħatar maniġer ta’ proġett, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-maniġer ta’ proġett dwar il-progress fir-rigward tal-azzjoni qabel ma jsir il-pagament.
Artikolu 26
Esperti indipendenti
Artikolu 27
Applikazzjoni tar-regoli dwar informazzjoni klassifikata
Fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:
kull Stat Membru għandu jiżgura li joffri grad ta’ protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE ekwivalenti għal dak ipprovdut mir-regoli dwar is-sigurtà tal-Kunsill stabbiliti bid-Deċiżjoni 2013/488/UE ( 6 );
il-Kummissjoni għandha tipproteġi l-informazzjoni klassifikata f’konformità mar-regoli dwar is-sigurtà stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444;
il-persuni fiżiċi li jkunu residenti f’pajjiż terz u l-persuni ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz jistgħu jittrattaw informazzjoni klassifikata tal-UE fir-rigward tal-Fond biss meta dawn ikunu soġġetti, f’dawk il-pajjiżi, għal regolamenti dwar is-sigurtà li jiżguraw grad ta’ protezzjoni li jkun minn tal-inqas ekwivalenti għal dak li jagħtu r-regoli dwar is-sigurtà tal-Kummissjoni u tal-Kunsill, kif stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444 u d-Deċiżjoni 2013/488/UE rispettivament;
l-ekwivalenza tar-regolamenti dwar is-sigurtà applikati f’pajjiż terz jew minn organizzazzjoni internazzjonali għandha tiġi stabbilita fi ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, li jkun jinkludi kwistjonijiet tas-sigurtà industrijali jekk ikunu rilevanti, li jiġi konkluż jew li jrid jiġi konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali f’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 218 TFUE u billi jitqies l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 2013/488/UE; u
mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE u għar-regoli li jirregolaw il-qasam tas-sigurtà industrijali stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444, persuna fiżika jew ġuridika, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jista’ jingħatalhom aċċess għal informazzjoni klassifikata tal-UE meta jitqies li jkun neċessarju fuq bażi ta’ każ b’każ, skont in-natura u l-kontenut ta’ din l-informazzjoni, il-ħtieġa għall-għarfien tar-riċevitur u l-grad ta’ vantaġġ għall-Unjoni.
Jekk ma jiġi stabbilit l-ebda qafas ta’ sigurtà speċifiku minn dawk l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-qafas ta’ sigurtà għall-azzjoni skont id- -Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444.
Il-qafas ta’ sigurtà applikabbli għall-azzjoni għandu jkun fis-seħħ mhux aktar tard minn qabel l-iffirmar tal-ftehim dwar il-finanzjament jew tal-kuntratt.
Artikolu 28
Monitoraġġ u rappurtar
Għal dak il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni u, fejn ikun xieraq, fuq l-Istati Membri.
Artikolu 29
Evalwazzjoni tal-Fond
L-evalwazzjoni interim tal-Fond għandha ssir malli jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tiegħu, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-perijodu ta’ implimentazzjoni tal-Fond.
Ir-rapport tal-evalwazzjoni li jkopri l-perijodu sal-31 ta’ Lulju 2024 għandu jinkludi b’mod partikolari:
valutazzjoni tal-governanza tal-Fond, inkluż fir-rigward:
tad-dispożizzjonijiet relatati ma’ esperti indipendenti;
l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ etika stabbiliti fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament;
it-tagħlimiet meħuda mill-EDIDP u mill-PADR;
ir-rati ta’ implimentazzjoni;
ir-riżultati tal-għotja tal-proġetti, inkluż il-livell ta’ involviment tal-SMEs u l-mid-caps u l-grad tal-parteċipazzjoni transfruntiera tagħhom;
ir-rati ta’ rimborż tal-ispejjeż indiretti kif stabbiliti fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament;
l-ammonti allokati għat-teknoloġiji rivoluzzjonarji għad-difiża fis-sejħiet għal proposti; u
il-finanzjament mogħti f’konformità ma l-Artikolu 195 tar-Regolament Finanzjarju.
L-evalwazzjoni interim għandu jkun fiha wkoll informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini tar-riċevituri u n-numru ta’ pajjiżi involuti fi proġetti individwali, u, fejn possibbli, id-distribuzzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ġġenerati. Il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposti għal kwalunkwe emenda xierqa għal dan ir-Regolament.
Fi tmiem il-perijodu tal-implimentazzjoni, iżda sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2031, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali u tħejji rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Fond.
Ir-rapport tal-evalwazzjoni finali għandu:
jinkludi r-riżultati tal-implimentazzjoni u, sa fejn possibbli, l-impatt tal-Fond;
jissejjes fuq il-konsultazzjonijiet rilevanti mal-Istati Membri, mal-pajjiżi assoċjati u mal-partijiet ikkonċernati ewlenin u għandu jevalwa b’mod partikolari l-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3;
jgħin biex jiġi identifikat fejn l-Unjoni hija dipendenti fuq pajjiżi terzi għall-iżvilupp ta’ prodotti u teknoloġiji tad-difiża;
janalizza wkoll il-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet imwettqa skont il-Fond kif ukoll l-integrazzjoni tal-SMEs u tal-mid-caps fil-katina tal-valur globali u l-kontribut tal-Fond biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati fis-CDP; u
ikun fih informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini tar-riċevituri u, meta possibbli, id-distribuzzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ġġenerati.
Artikolu 30
Awditjar
L-awditjar tal-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettaq minn persuni jew entitajiet, inkluż minn dawk li mhumiex inkarigati mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni, għandu jifforma l-bażi tal-assigurazzjoni kumplessiva skont l-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju. Il-Qorti tal-Awdituri għandha teżamina l-kontijiet tad-dħul u l-ħruġ kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 287 TFUE.
Artikolu 31
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
Meta pajjiż terz jieħu sehem fil-Fond permezz ta’ deċiżjoni adottata skont ftehim internazzjonali jew abbażi ta’ kwalunkwe strument ġuridiku ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji biex l-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni responsabbli, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.
Artikolu 32
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità
Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Fond għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawk il-prijoritajiet ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.
TITOLU V
ATTI DELEGATI, ATT TA’ IMPLIMENTAZZJONI,DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI
Artikolu 33
Eżerċitar tad-delega
Artikolu 34
Proċedura ta’ Kumitat
L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża għandha tiġi mistiedna tagħti l-fehmiet u l-għarfien espert tagħha lill-kumitat bħala osservatur. Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jiġi mistieden ukoll biex jassisti fil-kumitat.
Il-kumitat għandu wkoll jiltaqa’ f’konfigurazzjonijiet speċjali, inkluż sabiex jiġu diskussi aspetti tad-difiża u s-sigurtà relatati ma’ azzjonijiet imwettqa taħt il-Fond.
Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 35
Tħassir
Ir-Regolament (UE) 2018/1092 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.
Artikolu 36
Dispożizzjonijiet transizzjonali
Artikolu 37
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
INDIKATURI GĦAR-RAPPURTAR DWAR IL-PROGRESS TAL-FOND BIEX JINTLAĦQU L-GĦANIJIET SPEĊIFIĊI TIEGĦU
Għan speċifiku stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2):
parteċipanti
l-għadd ta’ entitajiet ġuridiċi involuti (sottodiviż skont id-daqs, it-tip u l-pajjiż tal-istabbiliment)
riċerka kollaborattiva
Imkejjel bi:
l-għadd u l-valur tal-proġetti ffinanzjati
il-kollaborazzjoni transfruntiera: is-sehem ta’ kuntratti mogħtija lil SMEs u mid-caps, bil-valur tal-kuntratti għal kollaborazzjoni transfruntiera
is-sehem tar-riċevituri li ma wettqux attivitajiet ta’ riċerka b’applikazzjonijiet tad-difiża qabel it-12 ta’ Mejju 2021.
Prodotti ta’ innovazzjoni
Imkejjel bi:
l-għadd ta’ privattivi ġodda li joħorġu mill-proġetti appoġġati mill-Fond
id-distribuzzjoni aggregata ta’ privattivi fost SMEs, mid-caps u entitajiet ġuridiċi li la huma SMEs u lanqas ma huma mid-caps
id-distribuzzjoni aggregata ta’ privattivi għal kull Stat Membru
Għan speċifiku stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2):
żvilupp kollaborattiv tal-kapaċitajiet
l-għadd u l-valur ta’ azzjonijiet iffinanzjati li jindirizzaw in-nuqqasijiet tal-kapaċità identifikati fis-CDP
appoġġ kontinwu tul iċ-ċiklu sħiħ tar-R&Ż
il-preżenza fl-isfond tad-drittijiet ta’ propjetà intellettwali jew ir-riżultati ġġenerati f’azzjonijiet appoġġati preċedentement
ħolqien ta’ impjiegi/appoġġ
għadd ta’ impjegati tar-R&Ż tad-difiża appoġġati għal kull Stat Membru
( 1 ) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
( 2 ) Ftehim bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata skambjata fl-interessi tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 202, 8.7.2011, p. 13).
( 3 ) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li tistabbilixxi Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta’Stati Membri Parteċipanti (ĠU L 331, 14.12.2017, p. 57).
( 4 ) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE. (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
( 5 ) Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
( 6 ) Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).