This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0221R(01)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat
/* COM/2014/0221 final /2 - 2015/<UNUSED> (<UNUSED>) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat /* COM/2014/0221 final /2 - 2015/
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Fil-livell tal-UE, ix-xogħol mhux
iddikjarat huwa definit bħala "kwalunkwe attività mħallsa li
hija legali fin-natura tagħha imma mhux iddikjarata lill-awtoritajiet
pubbliċi, filwaqt li jitqiesu d-differenzi fis-sistema regolatorja
tal-Istati Membri"[1]. Il-fatt li x-xogħol mhux iddikjarat ma
jiġix osservat jew irreġistrat, u huwa definit b’mod differenti
fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, jagħmilha diffiċli biex
jinkisbu stimi affidabbli tal-firxa tiegħu fl-Istati Membri kollha.
Minħabba dan, stimi tax-xogħol mhux iddikjarat ivarjaw ħafna.[2] Skont l-aħħar stħarriġ
tal-Ewrobarometru[3]
tal-2013[4],
4% biss ta’ dawk li wieġbu ammettew li għamlu xogħol mhux
iddikjarat. Madankollu, 11% ammettew li fis-sena preċedenti kienu xtraw
oġġetti jew servizzi fejn kellhom raġunijiet tajba biex jemmnu
li kienu jinvolvu xogħol mhux iddikjarat. Madwar l-UE jeżistu
varjazzjonijiet konsiderevoli. L-inċidenza u l-politiki li jindirizzaw
ix-xogħol mhux iddikjarat huma analizzati fil-kapitlu "Xogħol
mhux iddikjarat: żviluppi riċenti", fir-rivista l-Iżviluppi
fl-Impjiegi u Soċjali fl-Ewropa tal-2013.[5]
Ix-xogħol mhux iddikjarat għandu
implikazzjonijiet baġitarji serji minħabba tnaqqis fid-dħul
fiskali u tas-sigurtà soċjali. Għandu impatti negattivi fuq
l-impjiegi, il-produttività u l-kundizzjonijiet tax-xogħol,
l-iżvilupp tal-ħiliet u fuq it-tagħlim tul il-ħajja.
Iwassal għal drittijiet aktar baxxi tal-pensjoni u anqas aċċess
għall-kura tas-saħħa. Jikkawża kompetizzjoni inġusta
bejn l-impriżi. Il-bidla mix-xogħol informali jew mhux iddikjarat
għal xogħol regolari tista' tikkontribwixxi biex tintlaħaq
il-mira tal-impjiegi bħala parti mill-Istrateġija Ewropa 2020[6]. Fenomenu relatat mill-qrib huwa x-xogħol
li jiġi ddikjarat b’mod falz, jew xogħol indipendenti fittizju, li
jseħħ meta l-ħaddiem jiġi formalment iddikjarat bħala
ħaddiem li jaħdem għal rasu abbażi ta’ kuntratt ta’ servizz
iżda x-xogħol li hu/hi jwettaq/twettaq jissodisfa l-kriterji kollha
użati mil-liġi u mill-prattika nazzjonali biex jikkaratterizzaw
relazzjoni ta’ impjieg. Ix-xogħol indipendenti fittizju għandu
konsegwenzi negattivi f’termini ta’ kopertura tas-saħħa u s-sigurtà u
tas-sigurtà soċjali tal-ħaddiema kkonċernati, kif ukoll fuq id-dħul
fiskali, għalkemm normalment jagħmel anqas ħsara mix-xogħol
mhux iddikjarat. Fil-Komunikazzjoni "Lejn irkupru li
jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi"[7], il-Kummissjoni
enfasizzat it-tisħiħ ta' tkabbir abbundanti ta' impjiegi fil-politiki
tagħha dwar ix-xogħol li jiġġeneraw kondizzjonijiet
favorevoli għall-ħolqien tax-xogħol, u li t-trasformazzjoni
tax-xogħol informali jew mhux iddikjarat f'xogħol regolari tista'
tjkollha impatt pożittiv fuq id-domanda għax-xogħol. Konsegwentement, il-Linja Gwida dwar
l-Impjiegi Nru 7 dwar "Iż-żieda fil-parteċipazzjoni
tan-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol, it-tnaqqis tal-qgħad
strutturali u l-promozzjoni tal-kwalità tax-xogħol"[8]
tħeġġeġ lill-Istati Membri biex iżidu d-djalogu
soċjali u jindirizzaw is-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol permezz
ta’ miżuri li jindirizzaw l-impjiegi prekarji, ir-rata baxxa ta’ impjiegi
u x-xogħol mhux iddikjarat. Fir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi
għall-Pajjiżi tal-2012 u l-2013[9],
diversi Stati Membri rċevew rakkomandazzjonijiet dwar il-ġlieda
kontra x-xogħol mhux iddikjarat, l-ekonomija klandestina, l-evażjoni
tat-taxxa u/jew il-konformità fiskali. Il-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni
tiegħu tal-14 ta’ Jannar 2014 sejjaħ għal
kooperazzjoni aktar b’saħħitha u tisħiħ tal-ispettorati
tax-xogħol biex jiġi miġġieled ix-xogħol mhux
iddikjarat[10].
Id-Direttiva l-ġdida tal-Infurzar dwar
l-Istazzjonar tal-Ħaddiema se tikkontribwixxi biex il-frodi u l-abbuż
u ċerti forom ta’ xogħol mhux iddikjarat jiġu ttrattati
aħjar. Ir-responsabbiltà ewlenija biex jiġi
indirizzat ix-xogħol mhux iddikjarat hija tal-Istati Membri.
Il-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat tiddependi
prinċipalment fuq tliet tipi ta’ korpi tal-infurzar: (a) l-ispettorati
tax-xogħol biex jindirizzaw imġieba abbużiva fir-rigward tal-kundizzjonijiet
tax-xogħol u/jew in-normi tas-saħħa u s-sigurtà, (b)
l-ispettorati tas-sigurtà soċjali li jiġġieldu l-frodi dwar
kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni soċjali, u (c) l-awtoritajiet
fiskali biex jittrattaw l-evażjoni fiskali. F’xi Stati Membri,
l-imsieħba soċjali[11]
huma involuti wkoll f’dan ix-xogħol. Barra minn hekk, f’xi Stati Membri,
hemm involuti l-awtoritajiet doganali, il-korpi tal-migrazzjoni, il-pulizija u
l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku. Madankollu ġie nnotat li,
f’xi każijiet, il-kooperazzjoni bejn dawn il-korpi differenti fil-livell
nazzjonali mhijiex strutturata u effettiva kif meħtieġ. Peress li l-kejl tax-xogħol mhux
iddikjarat jibqa’ sfida kbira, jagħmilha aktar diffiċli li jiġu
żviluppati politiki immirati u biex ikun hemm titjib fil-prattiki ta’
spezzjoni għall-prevenzjoni, it-tnaqqis jew għall-inqas
il-monitoraġġ tal-inċidenza tax-xogħol mhux iddikjarat.
L-isfida komuni li l-gvernijiet jiffaċċjaw fit-tnaqqis
tax-xogħol mhux iddikjarat u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet
deċenti ta’ xogħol għal ħaddiema li jagħmlu
xogħol mhux iddikjarat, teħtieġ passi aktar ikkordinati
min-naħa tal-gvernijiet u l-istituzzjonijiet pubbliċi. Huwa
meħtieġ li jiġu segwiti politiki li fl-istess waqt inaqqsu
l-inċentivi għal min iħaddem biex jużaw ix-xogħol mhux
iddikjarat u għall-ħaddiema biex jieħdu sehem f’attivitajiet
bħal dawn. Ix-xogħol mhux iddikjarat jista’
jseħħ f’diversi setturi. L-uniku settur li b’mod sporpozjonat
iż-żejjed jiġi l-aktar affettwat mix-xogħol mhux iddikjarat
huwa s-settur tal-kostruzzjoni[12].
Is-setturi l-oħra huma s-servizzi tad-dar, li jinkludu s-servizzi ta’
tindif domestiku kif ukoll il-kura tat-tfal u tal-anzjani, is-servizzi
personali, is-sigurtà privata, it-tindif industrijali, l-agrikoltura u
l-lukandi, u l-industrija tar-ristoranti u tal-kejtering. Jinsab f’firxa wiesgħa ta’ postijiet
tax-xogħol u jinvolvi ħaddiema bi profili u sfondi differenti. Din
l-eteroġeneità tagħmilha diffiċli biex jiġi indirizzat
ix-xogħol mhux iddikjarat u titlob strateġiji speċifiċi. Il-prevenzjoni u l-iskoraġġiment
tax-xogħol mhux iddikjarat jikkontribwixxu għal infurzar aħjar
tal-liġi nazzjonali u tal-UE, speċjalment fl-oqsma tal-impjiegi,
il-liġi tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurtà u l-koordinazzjoni
tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali nazzjonali. Peress li l-isfidi huma komuni
għall-Istati Membri, u peress li ix-xogħol mhux iddikjarat ta' spiss
għandu dimensjoni transkonfinali, azzjoni fil-livell tal-UE jista’ jkollha
rwol importanti billi ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn
l-awtoritajiet tal-infurzar fl-Istati Membri differenti u bejniethom
fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat.
Għal issa, mhemm l-ebda mekkaniżmu formali stabbilit
għall-awtoritajiet relevanti kollha mill-Istati Membri biex jindirizzaw
l-kwistjonijiet relatati mal-aspetti transkonfinali tax-xogħol mhux
iddikjarat. Għalhekk azzjoni fil-livell tal-UE
għandha tgħin lill-Istati Membri jindirizzaw ix-xogħol mhux
iddikjarat b’mod aktar effettiv u effiċjenti. Għandha tikkontribwixxi
wkoll biex fil-livell tal-UE, l-isfidi marbuta mal-mobilità tax-xogħol jiġu
indirizzati b’mod pożittiv u kostruttiv, filwaqt li jiġi
salvagwardjat il-moviment liberu tal-ħaddiema bħala wieħed
mil-libertajiet fundamentali tal-UE. Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet
nazzjonali tal-infurzar diġà ssir fil-livell tal-UE, fejn hemm
il-ħidma ta' diversi kumitati jew gruppi ta’ ħidma hi marbuta
max-xogħol mhux iddikjarat. Mdankollu, dan jagħmluh fuq bażi
okkażjonali u limitata: il-Kumitat tal-Ispetturi Għolja
tax-Xogħol (SLIC – Senior Labour Inspectors Committee) jindaga
x-xogħol mhux iddikjarat mill-anglu tas-saħħa u s-sgurtà fuq
il-post tax-xogħol. il-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Istazzjonar
tal-Ħaddiema jittratta x-xogħol mhux iddikjarat fir-rigward
tal-evitar tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema; il-Kumitat
tal-Impjiegi (EMCO) jiddiskuti l-impatt tal-politika tal-impjiegi fuq
ix-xogħol mhux iddikjarat; il-Kummissjoni Amministrattiva
għall-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali tħares lejn
l-iżbalji u l-frodi fil-qafas tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali.
il-Grupp ta' Ħidma dwar l-kooperazjzoni amministrattiva fil-qasam
tat-tassazzjoni diretta għandu l-għan li jiffaċilita l-iskambju
ta' informazzjoni, experjenza u prattika tajba f'dan il-qasam. Barra minn hekk, l-iskambju utli ta’
esperjenzi jseħħ, jew fil-kuntest tal-Programm ta’ Tagħlim
Reċiproku taħt l-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi jew
bħala parti minn proġetti multilaterali[13], li turi li l-Istati
Membri huma interessati fil-kooperazzjoni biex jittrattaw ix-xogħol mhux
iddikjarat. L-Istati Membri wettqu wkoll proħetti multilaterali dwar
ċerti aspetti tax-xogħol mhux iddikjarat u kkonkludew ftehimiet
bilaterali. Il-Pjattaforma mhix se timpedixxi l-applikazzjoni tal-ftehimiet
bilaterali jew l-arranġamenti li jikkonċernaw l-kooperazzjoni
amministrattiva. Madankollu, l-esperjenza uriet li mhux
l-Istati Membri kollha jipparteċipaw f’dawn l-eżerċizzji.
Fil-każ ta’ kooperazzjoni multilaterali volontarja bħal din, m’hemm
l-ebda obbligu għall-Istati Membri li jipparteċipaw, u lanqas m’hemm
mekkaniżmu biex il-parteċipazzjoni ssir obbligatorja fil-każ li
l-Istati Membri l-oħra jsibu li l-parteċipazzjoni hija
meħtieġa. Bħala riżultat, fil-livell tal-UE
il-kooperazzjoni għadha inkonsistenti kemm f’termini tal-Istati Membri
involuti kif ukoll il-kwistjonijiet koperti. L-eżistenza ta' skambji komuni
għall-awtoritajiet tal-infurzar relevanti fl-Istati Membri kollha hi
inċentiva għalihom biex jikkooperaw f'dan il-qasam. L-awtoritajiet
ta’ spezzjoni jiffaċċjaw diffikultajiet f’sitwazzjonijiet
transkonfinali, b’mod partikolari meta l-għan ikun li jiġu
identifikati jew sanzjonati każijiet ta’ xogħol mhux iddikjarat,
minħabba li l-mekkaniżmi tradizzjonali tagħhom huma
prinċipalment maħsuba biex jindirizzaw l-aspetti domestiċi
tax-xogħol mhux iddikjarat. L-ispezzjonar tan-natura u/jew tal-kundizzjonijiet
tar-relazzjoni tax-xogħol ta’ ħaddiema migranti jista’ jkun
diffiċli minħabba problemi ta’ komunikazzjoni, nuqqas ta’
għarfien tar-regoli jew il-preżenza ta’ netwerks organizzati li
joperaw fil-marġini tal-liġi, li ħafna drabi jużaw
kostruzzjonijiet legali kumplessi, li jinvolvu aġenziji jew intermedjarji
li jinsabu f’diversi Stati Membri u xi kultant jirrkorru għal forom foloz
ta' impjieg indipendenti. Ħafna Stati Membri jiffaċċjaw
diffikultajiet biex jiżguraw komunikazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn
il-korpi differenti tal-infurzar fl-Istati Membri u f’kuntest transkonfinali. Barra minn hekk, ġeneralment jitqies li
t-tassazzjoni jew ir-regolamentazzjoni eċċessivi tax-xogħol
jista' jinkoraġġixxi x-xogħol mhux iddikjarat u li jista’ jkun
hemm modi effettivi iżda mhux punittivi biex min iħaddem jiġi
mħeġġeġ jiddikjara x-xogħol u jikkonforma
mal-liġi. Fl-aħħar nett, filwaqt li b’mod
ġenerali l-Istati Membri jaqblu fuq il-ħtieġa
għall-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux
iddikjarat, fil-prattika jista’ jkun hemm modi u livelli differenti ta’ impenn
għal dan il-għan u dan jista’ jispiċċa bi prijorità
politika baxxa u sens baxx ta’ urġenza biex jiġi indirizzat
ix-xogħol mhux iddikjarat. Għalhekk il-Komunikazzjoni “Lejn irkupru
li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi" enfasizzat
il-ħtieġa għal titjib fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u
ħabbret it-tnedija ta’ konsultazzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’
pjattaforma fil-livell tal-UE bejn l-ispettorati tax-xogħol u korpi
oħra tal-infurzar biex jiġi miġġieled ix-xogħol mhux
iddikjarat, immirata lejn it-titjib fil-kooperazzjoni, il-qsim tal-aħjar
prattiki u l-identifikar ta’ prinċipji komuni għall-ispezzjonijiet. 2. RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Din il-proposta hija riżultat ta’ bosta
studji u konsultazzjonijiet li twettqu reċentement. Fl-2010, sar studju estern ta’ fattibilità[14] dwar l-istabbiliment
ta’ pjattaforma Ewropea għal kooperazzjoni bejn l-ispettorati
tax-xogħol u korpi rilevanti oħra ta’ monitoraġġ u ta’
infurzar biex jiġi evitat u miġġieled ix-xogħol mhux
iddikjarat. L-istudju analizza l-oqfsa istituzzjonali u l-miżuri
politiċi nazzjonali eżistenti, id-diffikultajiet li l-korpi
tal-infurzar jiltaqgħu magħhom fil-livelli nazzjonali u
internazzjonali, il-kooperazzjoni eżistenti bejn il-fruntieri,
l-aħjar prattiki u jidentifika għażliet possibbli għal
pjattaforma Ewropea biex jiġi evitat u miġġieled ix-xogħol
mhux iddikjarat. L-Ewrobarometru speċjali[15] dwar ix-xogħol
mhux iddikjarat u rapport reċenti mill-Eurofound dwar kif l-Istati Membri
jikkumbattu ix-xogħol mhux iddikjarat[16]
kienu inklużi fil-preaprazzjoni ta' din l-inizjattiva. Ir-rapport
tal-Eurofound kien akkumpanjat minn dejtabejż aġġornata[17] ta' miżuri
meħuda bejn l-2008 u l-2013. Id-dejtabejż tinkludi 186 studju
każisitiku mill-Istati Membri tal-UE kif ukoll mill-pajjiżi
kandidati. Id-dejtabejż tista' tintuża biex jinstabu miżuri
skont il-pajjiż, it-tip ta' miżuri, il-grupp fil-mira u s-settur. Il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati
saret fil-qafas tal-grupp tad-Diretturi Ġenerali tar-Relazzjonijiet
Industrijali (DĠ RI), il-Kumitat tal-Ispetturi Għolja
tax-Xogħol (SLIC) u l-Kummissjoni Amministrattiva
għall-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali. B’mod ġenerali,
ir-rappreżentanti tal-Istati Membri irrikonoxxew il-valur miżjud ta’
azzjoni fil-livell tal-UE mmirata lejn il-prevenzjoni u
l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat u laqgħu
l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex ikunu aktar involuti f’dan il-qasam politiku.
L-opinjonijiet tal-Imsieħba Soċjali
Ewropej inġabru f’konsultazzjoni tal-ewwel stadju[18]
(mill-4 ta’ Lulju 2013 sal-4 ta’ Ottubru 2013).
Il-Kummissjoni identifikat il-problemi ewlenin relatati mal-prevenzjoni u
l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat, fakkret l-aktar
attivitajiet riċenti li ttieħdu mill-Kummissjoni u introduċiet
l-għanijiet u l-kontenut possibbli tal-inizjattiva. L-għan
tal-konsultazzjoni kien li l-maniġment u l-manodopera jiġu
kkonsultati dwar id-direzzjoni possibbli ta’ azzjoni tal-UE. Il-Kummissjoni
rċeviet 15-il tweġiba mingħandhom (2 tweġibiet
konġunti, 3 tweġibiet mir-rappreżentanti tal-ħaddiema
u 10 tweġibiet mill-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem).
L-imsieħba soċjali qablu mad-deskrizzjoni ġenerali tal-problema
u indikaw li azzjoni fil-livell tal-UE hija ġġustifikata bl-għan
ewlieni li tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali, bħall-ispettorati
tax-xogħol, l-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali u fiskali biex iwaqqfu
u jiskoraġġixxu x-xogħol mhux iddikjarat. B’mod ġenerali,
l-imsieħba soċjali qablu li pjattaforma Ewropea tista’ jkun mezz
xieraq biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri.
Madankollu, il-veduti tal-imsieġba soċjali kienu diverġenti. Ħafna mir-rappreżentanti
tal-impjegaturi kien tal-fehma li tiġi stabbilita l-Pjattaforma. Madankollu,
ħassew li mhemmx bżonn ta' struttura ġdida separata. Minflok,
jistgħu jitiqeisu għażliet bħalma hu l-ħolqien ta'
sottogrupp ta' grupp eżistenti jew koordinazzjoni aħjar bejn
il-gruppi eżistenti. It-tredjujins kollha u xi rappreżentanti
tal-impjegaturi ffavvorew it-twaqqif ta' korp ġdid indipendenti sabex ikun
żgurat li l-lati kollha tax-xogħol mhux iddikjarat ikunu koperti.
Dwar il-parteċipazzjoni fil-Pjattaforma, it-trejdjunjins u xi
rappreżentanti tal-impjegaturi argumentaw favur approċċ obbligatorju
għall-Istati Membri, filwaqt li xi wħud mill-organizzazzjonijiet
tal-impjegaturi ppreferew approċċ volontarju. L-Imsieħba
Soċjali appoġġjaw l-għan tal-Kummissjoni li
tippreżenta inizjattiva, iżda ma xtaqux jidħlu f’negozjati dwar
din il-kwistjoni. Konsultazzjoni tat-2ni stadju
tal-Imsieħba Soċjali saret bejn it-30 ta' Jannar u t-13 ta' Marzu
2014[19].
F'din il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni ppreżentat ħarsa
ġenerali tar-riżultati tal-konsultazzjoni tal-1wel stadju
u ppreżentat il-kontenut tal-inizjattiva ppjanata. L-għan
tal-konsultazzjoni kien li jinkisbu l-fehmiet tal-Istati Membri dwar
il-kontenut tal-inizjattiva prevista dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni
bejn l-Istati Membri fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment
tax-xogħol mhux iddikjarat. Il-Kummissjoni rċeviet 16-il tweġiba
(1 tweġiba konġunta, 4 tweġibiet
mir-rappreżentanti tal-ħaddiema u 11-il tweġiba
mill-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem). L-imsieħba soċjali
ġeneralment taw l-appoġġ għall-azzjoni fuq il-livell tal-UE
biex ikun hemm prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux
iddikjarat u saħħqu l-fehmiet tagħhom espressi
fil-konsultazzjoni tal-1wel stadju dwar l-għanijiet, l-ambitu,
il-kompiti/l-inizjattivi, il-parteċipazzjoni u l-forma tal-Pjattaforma.
Ingħataw elementi ġodda dwar il-parteċipazzjoni
tal-imsieġba soċjali fil-Pjattaforma. It-trejdjujins u
r-rappreżentanti tal-impjegaturi qablu li l-imsieħba soċjali fuq
il-livell tal-UE, kemm trans-settorjali kif ukoll fis-setturi b'inċidenza
għolja ta' xogħol mhux iddikjarat għandhom ikunu involuti fil-Pjattaforma
bħala osservaturi. Xi trejdjujins u rappreżentanti tal-impjegaturi
ssuġġerew li l-imsieħba soċjali gġandhom
jingħataw status ta' membri[20].
Il-Valutazzjoni
tal-Impatt kienet tinkludi diversi għażliet għat-titjib
tal-kooperazzjoni tal-UE fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment
tax-xogħol mhux iddikjarat. L-ewwel għażla li ġiet
ikkunsidrata kienet l-ebda azzjoni ġdida lil hinn mill-gruppi ta’
ħidma u l-inizjattivi eżistenti. Ġiet ikkunsidrata wkoll l-għażla
ta’ koordinazzjoni aħjar tal-ħidma tal-gruppi ta’ ħidma u
l-kumitati differenti eżistenti. It-tielet
għażla kienet l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex
tissaħħaħ il-kooperazzjoni tal-UE fil-prevenzjoni u
l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat. Ġew
ikkunsidrati bosta għażliet sekondarji għat-twaqqif
tal-Pjattaforma, bħal Pjattaforma bi sħubija volontarja jew
obbligatorja u biex il-Eurofound tingħata responsabbiltà
għall-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Istati Membri kontra
x-xogħol mhux iddikjarat. Ġiet ikkunsidrata għażla li
tinħoloq aġenzija deċentralizzata responsabbli
għall-infurzar tal-liġi tal-UE u l-ġlieda kontra x-xogħol
mhux iddikjarat. L-analiżi kkonkludiet li
l-għażla preferuta tkun l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea bi
sħubija obbligatorja. Il-Pjattaforma għandha tipprovdi
għall-involviment tal-awtoritajiet rilevanti kollha tal-Istati Membri
fl-attivitajiet fil-livell tal-UE u tippermetti l-kooperazzjoni regolari u
operazzjonali f’dan il-qasam. Is-subalternattiva ta’ kooperazzjoni
multilaterali volontarja kienet meqjusa subottimali peress li r-rifjut ta’ xi
Stati Membri li jipparteċipaw inaqqas ħafna l-valur tal-kooperazzjoni
tal-UE għall-Istati Membri aktar impenjati. B’mod partikolari,
il-parteċipazzjoni obbligatorja kienet meqjusa neċessarja, peress li
biex jiġu indirizzati l-aspetti transkonfinali tax-xogħol mhux
iddikjarat ma tistax tinkiseb kooperazzjoni kompleta jekk xi Stati Membri jkunu
ġewwa (Stati Membri li għandhom prijorità għolja biex jittrattaw
aspetti bħal dawn, l-aktar il-pajjiżi ta’ destinazzjoni) u
oħrajn ikunu barra. L-aspetti transkonfinali tax-xogħol mhux
iddikjarat jistgħu jkollhom impatt negattiv fuq l-iffunzjonar tas-Suq
Uniku peress li l-impjegaturi li jipporvdu s-servizzi fi Stati Membri oħra
li jużaw ħaddiema mhux dikjarati tista' tikkawża kompetizzjoni
mhux ġusta. Dawn l-impjegaturi jistgħu jipprovdu servizzi orħos
minħabba l-fatt li ma jħallsux taxxi jew li ma jikkonformawx
mal-obbligi li ġejjin, pereżempju, mir-regolamenti dwar
is-saħħa u s-sigurtà u l-kondizzjonijiet tax-xogħol. Meta jitqies dan kollu ta' hawn fuq,
jiġifieri, il-bżonn ta' kooperazzjoni mtejba fl-UE, l-aspetti
transkonfinali tax-xogħol mhux iddikjarat u l-impatti tagħhom fuq
l-iffunzjonar tas-Suq Uniku, l-Istati Membri kollha għandhom bżonn li
jkunu inklużi fuq bażi obbligatorja fil-kooperazzjoni
msaħħa biex jiġu ttrattati l-aspetti kollha tal-fenomenu. Għażliet oħra jistgħu ma
jiggarantixxux l-involviment tal-awtoritajiet rilevanti kollha tal-Istati
Membri kollha, jistgħu jillimitaw il-kooperazzjoni għall-iskambji
tal-aħjar prattiki jew ma jkunux jippermettu li l-kwistjonijiet ta’
infurzar jiġu indirizzati b’mod xieraq u għalhekk ikunu qed jonqsu
milli jappoġġjaw l-approċċ olistiku meħtieġ biex
il-problema tiġi ttrattata. Barra minn hekk, għażliet oħra
jistgħu jikkontribwixxu għal grad anqas għall-viżibilità u
l-prijoritizzazzjoni tal-problema fil-livell tal-UE. Il-Pjattaforma se ġġib flimkien
l-awtoritajiet differenti tal-infurzar tal-Istati Membri kollha bħala
membri. Partijiet interessati oħra, b’mod partikolari l-Imsieħba
Soċjali fil-livell tal-UE, l-aġenziji rilevanti deċentralizzati
tal-Unjoni, bħall-Eurofound u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u
s-Saħħa fuq ix-Xogħol (EU-OSHA) u l-organizzazzjonijiet
internazzjonali, bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali
tax-Xogħol (ILO) u r-rappreżentanti ta’ Stati taż-ŻEE,
se jkollhom status ta’ osservaturi. Il-Pjattaforma se twettaq għadd ta’
kompiti li se jiġu definiti u implimentati abbażi ta’ programmi ta’
ħidma miftiehma. L-iskambju tal-prattika t-tajba se jkun l-ewwel pass
prattiku tal-kooperazzjoni. Dan se jkun qed itejjeb l-għarfien dwar
l-fenomenu u jiżviluppa aħjar l-fehim dwar kif ix-xogħol mhux
iddikjarat ikun ittrattat u min huma l-atturi prinċipali fl-Istati Membri.
Biex isir l-aħjar użu ta' dan l-iskambju, abbażi ta'
dejtabejż tal-Eurofound, jista' jitwaqqaf Bank tal-Għarfien, li jkun
jista' inter alia jelabora aktar dwar il-kwistjonijiet tal-infurzar u
jwassal għall-iżvilupp ta' linji gwida u prinċipji komuni. Huwa
previst li l-Pjattaforma se tevolvi progressivament minn forum
għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiċi għal
forom aktar elaborati ta’ koperazzjoni hekk kif tinbena l-fiduċja
reċiproka u l-esperjenza. Fl-aħħar nett, il-Pjattaforma
għandha tkun f’pożizzjoni li torganizza taħriġ konġunt
u skambju ta’ persunal, u tikkoordina l-azzjonijiet operattivi, inklużi
spezzjonijiet konġunti u l-qsim tad-dejta. Il-proposta għandha
ssaħħaħ l-iżvilupp, l-implimentazzjoni,
il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-istrumenti, il-politiki
(il-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjieg ta’ kwalità u sostenibbli,
il-garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata u deċenti,
il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar u t-titjib
fil-kundizzjonijiet tax-xogħol) u l-liġi relevanti tal-Unjoni u
l-promozzjoni ta’ tfassil tal-politika u l-progress soċjali bbażati
fuq l-evidenza, bi sħubija mal-partijiet interessati differenti. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA 3.1. Bażi
ġuridika L-UE għandha l-kompetenza li taġixxi
fil-qasam tax-xogħol mhux iddikjarat abbażi ta’ artikoli dwar
il-Politika Soċjali fit-TFUE. B’mod partikulari, l-Artikolu 151
tat-TFUE jistipula li l-Unjoni u l-Istati Membri “għandu jkollhom
bħala mira l-promozzjoni tal-impjiegi, it-titjib tal-kondizzjonijiet
tal-ħajja u tax-xogħol, […] il-protezzjoni soċjali xierqa, […]
bil-mira ta' livell għoli ta' impjieg li jdum għal żmien twil u
l-ġlieda kontra l-esklużjoni." L-Artikolu 153 tat-TFUE
jelenka l-oqsma fejn l-Unjoni għandha tappoġġa u tikkumplimenta
l-attivitajiet tal-Istati Membri, li jinkludu l-kundizzjonijiet
tax-xogħol, l-integrazzjoni ta’ persuni esklużi mis-suq
tax-xogħol u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali. Il-proposta dwar kooperazzjoni
msaħħa tal-UE fl-iskoraġġiment u l-prevenzjoni
tax-xogħol mhux iddikjarat hija bbażata fuq l-Artikolu 153 (2) (a)
tat-TFUE, li tippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jadottaw
miżuri intiżi sabiex iħajjru koperazzjoni bejn l-Istati Membri
permezz ta' inizjattivi mmirati sabiex jameljoraw l-għarfien,
jiżviluppaw skambji ta' informazzjoni u l-aħjar prattiċi,
jippromwovu affronti innovattivi u jivvalutaw l-esperjenzi, b’esklużjoni
ta' kull armonizzazzjoni tal-liġijiet u tar-regolamenti tal-Istati Membri.
L-għanijiet ewlenin li għandhom
jintlaħqu minn din l-inizjattiva huma l-promozzjoni tal-impjiegi u
t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol (Art. 151 tat-TFUE). Meta
wieħed iqis li l-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat
fl-Istati Membri differenti tiddependi fuq tipi differenti ta’ korpi
tal-infurzar (kif spjegat fil-Kapitolu 1), hemm il-ħtieġa li din
l-inizjattiva tiġi estiża għall-awtoritajiet nazzjonali kollha,
inklużi dawk li mhumiex se jkunu attivi fl-oqsma tal-impiegi u
soċjali, iżda li huma responsabbli wkoll għal, jew għandhom
rwol fl-iskoraġġiment jew il-prevenzjoni tax-xogħol mhux iddikjarat,
bħat-tassazzjoni, il-migrazzjoni u l-awtoritajiet doganali. 3.2. Prinċipji
ta' sussidjarjetà u proporzjonalità L-għażla tal-istrument legali -
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill - hija l-aktar
waħda xierqa, meta wieħed iqis li l-Artikolu jipprevedi
l-proċedura leġiżlattiva ordinarja għall-adozzjoni
tal-inizjattiva. Filwaqt li l-kompetenzi ewlenin
għall-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat huma r-responsabiltà
tal-Istati Membri, l-isfidi ffaċċjati, bħall-impatt negattiv
tax-xogħol mhux iddikjarat fuq l-ekonomija u s-soċjetà, id-diffikultajiet
biex jiġu indirizzati l-forom transkonfinali tax-xogħol mhux
iddikjarat, il-kompromess bejn il-livelli xierqa ta’ tassazzjoni /
regolamentazzjoni u l-ħtieġa li jiġi evitat li min iħaddem
jiġi mħeġġeġ jirrikorri għax-xogħol mhux
iddikjarat, u n-nuqqas ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet differenti
tal-infurzar, huma komuni għall-Istati Membri kollha. L-azzjoni tal-UE li
ssaħħaħ il-kooperazzjoni fil-livell tal-UE għandha
tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri fl-iskoraġġiment u
l-prevenzjoni tax-xogħol mhux iddikjarat billi tagħmilha aktar
effettiva u effiċjenti. B’hekk iżżid il-valur
għall-azzjonijiet tal-Istati Membri. L-awtoritajiet nazzjonali
tal-infurzar huma tabilħaqq l-aktar livell xieraq biex jindirizzaw
l-isfidi marbuta max-xogħol mhux iddikjarat. Barra minn hekk, l-aspetti
transkonfinali jistgħu jiġu indirizzati aħjar fil-livell tal-UE.
B’hekk il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-proposta hija konformi mal-prinċipju
tal-proporzjonalità peress li hija miżura maħsuba biex
tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri mingħajr
l-ebda armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri.
L-għażla li tinħoloq aġenzija deċentralizzata
ġdida tal-UE kienet ikkunsidrata, iżda twarrbet minħabba
l-ispejjeż amministrattivi involuti fl-istabbiliment ta’ aġenzija
ġdida. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill[21]
jistabbilixxi Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni
Soċjali ("EaSI") għall-perjodu 2014-2020.
Il-finanzjament għall-Pjattaforma se jiġi mill-assi PROGRESS. Huwa
previst ammont indikattiv ta' EUR 2,1 miljun kull sena biex jitwettqu dawn
il-kompiti, bħalma huma l-it-twaqqif tal-għodda prattiċi, l-appoġġ
tal-fornituri tas-servizz, il-pubblikazzjoni tal-linji gwida u prinċipji
komuni, u l-manwali, l-iżvilupp ta' kapaċità permanenti ta'
taħriġ u qafas komuni biex jitwettaq taħriġ konġunt,
l-organizzazzjoni ta' evalwazzjoni bejn il-pari u Kampanji Ewropej. Barra minn
hekk, se jkunu koperti għotjiet biex jiffinanzjaw il-proġetti li
jappoġġaw il-kisba tal-għanijiet tal-Pjattaforma. Se
jintużaw sa EUR 224 000 kul sena biex jiġu rimborżati
l-ispejjeża marbuta mal-parteċipazzjoni fil-laqgħat
tal-Pjattaforma.
Qed jiġi mfakkar ukoll li l-Fond Soċjali Ewropew (FSE)
jappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri biex tittejjeb il-kwalità
tal-amministrazzjoni pubblika u tal-governanza u, billi jagħmel dan,
jippromwovi r-riformi strutturali tagħhom. Il-finanzjament huwa previst
fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020. L-Istati Membri huma
mħeġġa jużaw l-FSE biex isaħħu l-kapaċità
tal-awtoritajiet nazzjonali tagħhom fil-ġlieda kontra x-xogħol
mhux iddikjarat.
Il-proposta leġiżlattiva hija newtrali għall-baġit u ma
teħtieġx riżorsi addizzjonali ta’ persunal. Ir- Il-persunal tal-COM– 2.5 impjegati full time– li attwalment qed
jaħdmu fid-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet
Soċjali u l-Inklużjoni – se jaġixxu bħala s-Segretarjat
tal-Pjattaforma. Id-dettalji huma spjegati fid-dikjarazzjoni finanzjarja
leġiżlattiva annessa ma’ din il-proposta.
L-involviment tal-aġenziji
deċentralizzati tal-Unjoni Ewropea, Eurofound u l-Aġenzija Ewropea
għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol,
fix-xogħol tal-Pjattaforma bħala osservaturi ma jestendix il-mandati
li għandhom bħalissa Dwar dawn l-Aġenziji, f'termini ta'
baħit il-proposta hija newtrali.
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea
biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment
ta’ xogħol mhux iddikjarat (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari
l-Artikolu 153 (2) (a) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[22], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
tar-Reġjuni[23], Wara li kkonsultaw il-Kontrollur Ewropew
għall-Protezzjoni tad-Dejta, Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1)
Fil-Komunikazzjoni tagħha
tat-18 ta’ April 2012[24],
il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa għal titjib
fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u ħabbret it-tnedija ta’
konsultazzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ pjattaforma fil-livell tal-UE bejn
l-ispettorati tax-xogħol u l-awtoritajiet oħra tal-infurzar
għall-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat, maħsuba biex
tittejjeb il-kooperazzjoni, il-qsim tal-aħjar prattiki u biex jiġu
identifikati prinċipji komuni għall-ispezzjonijiet. (2)
Skont l-Artikolu 148(4) tat-Trattat,
bid-Deċiżjoni 2010/707/EU[25]
il-Kunsill adotta linji gwida[26]
għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri. Dawn
il-linji gwida integrati jagħtu orjentazzjonijiet lill-Istati Membri dwar
kif jiddefinixxu l-programmi nazzjonali ta’ riforma tagħhom u dwar
l-implimentazzjoni tar-riformi. Il-linji gwida dwar l-impjiegi jiffurmaw
il-bażi għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi
li l-Kunsill jindirizza lill-Istati Membri skont dak l-Artikolu. Fis-snin
reċenti, dawk ir-rakkomandazzjonijiet kienu jinkludu rakkomandazzjonijiet
speċifiċi għall-pajjiżi dwar il-ġlieda kontra
x-xogħol mhux iddikjarat. (3)
L-Artikolu 151 tat-Trattat jistabbilixxi
bħala għanijiet fil-qasam tal-politika soċjali l-promozzjoni
tal-impjiegi u t-titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol.
Bil-ħsieb li dawn l-għanijiet jinkisbu, l-Unjoni tista’
tappoġġja u tikkumplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri fl-oqsma
tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali, il-kondizzjonijiet
tax-xogħol, l-integrazzjoni ta’ persuni esklużi mis-suq
tax-xogħol u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali. (4)
Il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni
tiegħu dwar "Spezzjonijiet tax-xogħol effikaċi bħala
strateġija biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa"
laqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tinħoloq Pjattaforma Ewropea u
talab għall-kooperazzjoni msaħħa fil-livell tal-UE fil-ġlieda
kontra x-xogħol mhux iddikjarat[27]. (5)
Fil-livell Ewropew ix-xogħol mhux iddikjarat
huwa definit bħala "kwalunkwe attività mħallsa li hija legali
fin-natura tagħha imma mhux iddikjarata lill-awtoritajiet pubbliċi,
filwaqt li jitqiesu d-differenzi fis-sistema regolatorja ta’ l-Istati
Membri"[28],
u b’hekk jeskludi l-attivitajiet illegali kollha. (6)
L-abbuż tal-istatus ta’ impjieg indipendenti,
kemm fil-livell nazzjonali jew f’sitwazzjonijiet transkonfinali, ta’ spiss huwa
assoċjat ma’ xogħol mhux iddikjarat. Xogħol indipendenti
fittizju jseħħ meta persuna tiġi ddikjarata bħala impjegata
għal rasha filwaqt li tissodisfa l-kundizzjonijiet karatteristiċi ta’
relazzjoni ta’ impjieg, sabiex jiġu evitati ċerti obbligi legali jew
fiskali. Għalhekk, ix-xogħol indipendenti fittizju huwa xogħol
iddikjarat b’mod falz u għandu jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni
tal-Pjattaforma. (7)
Ix-xogħol mhux iddikjarat għandu
implikazzjonijiet baġitarji serji minħabba tnaqqis fid-dħul
fiskali u tas-sigurtà soċjali. Għandu impatti negattivi fuq
l-impjiegi, il-produttività, il-konformità mal-istandards dwar
il-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-iżvilupp tal-ħiliet u
t-tagħlim tul il-ħajja. Idgħajjef is-sostenibbiltà finanzjarja
tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali, iċaħħad
lill-ħaddiema minn benefiċċji soċjali adegwati u jwassal
għal drittijiet aktar baxxi tal-pensjoni u anqas aċċess
għall-kura tas-saħħa. (8)
Madwar l-Istati Membri ddaħħlu firxa
wiesgħa ta’ approċċi u miżuri politiċi biex jittrattaw
ix-xogħol mhux iddikjarat. L-Istati Membri ikkonkludew ukoll ftehim
bilaterali u wettqu proġetti multilaterali dwar ċerti aspetti
tax-xogħol mhux iddikjarat. Il-Pjattaforma mhix se timpedixxi
l-applikazzjoni tal-ftehimiet bilaterali jew l-arranġamenti li
jikkonċernaw l-kooperazzjoni amministrattiva. (9)
Il-kooperazzjoni fil-livell tal-UE għadha ’l
bogħod milli tkun komprensiva, kemm f’termini tal-Istati Membri involuti
kif ukoll tal-kwistjonijiet koperti. M’hemm l-ebda mekkaniżmu formali
fis-seħħ għal kooperazzjoni transkonfinali bejn l-awtoritajiet
rilevanti tal-Istati Membri biex jindirizzaw kwistjonijiet relatati
max-xogħol mhux iddikjarat. (10)
It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fost l-Istati
Membri fil-livell tal-UE huwa meħtieġ biex jgħin lill-Istati
Membri jevitaw u jiskoraġġixxu x-xogħol mhux iddikjarat b’mod
aktar effiċjenti u effettiv. (11)
Il-Pjattaforma għandha l-għan li
tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki u ta’ informazzjoni,
tipprovdi qafas fil-livell tal-UE biex tiġi żviluppata l-kompetenza u
l-analiżi, u ttejjeb il-koordinazzjoni operattiva tal-azzjonijiet bejn
l-awtoritajiet differenti tal-infurzar nazzjonali tal-Istati Membri. (12)
Il-Pjattaforma għandha tagħmel użu
mis-sorsi relevanti kollha ta’ informazzjoni, b’mod partikolari studji, ftehim
bilaterali konkluż bejn l-Istati Membri u proġetti ta’ kooperazzjoni
multilaterali u toħloq sinerġiji bejn l-istrumenti u l-istrutturi
eżistenti fil-livell tal-UE biex jiġi massimizzat l-effett deterrent
jew preventiv ta’ dawn il-miżuri. Il-koordinazzjoni operattiva
tal-azzjonijiet tal-Istati Membri tista' tieħu l-forma ta’
taħriġ konġunt, evalwazzjoni bejn il-pari u soluzzjonijiet
għall-kondiviżjoni tad-data. Kampanji Ewropej jew strateġiji
komuni jistgħu jżidu l-ħolqien tal-kuxjenza tax-xogħol mhux
iddikjarat. (13)
Hemm tliet awtoritajiet nazzjonali differenti ta'
infurzar li prinċipalment huma involuti fix-xogħol mhux iddikjarat:
spettorati tax-xogħol, spettorati tas-sigurtà soċjali u awtoritajiet
tat-taxxa. F'xi każi, l-awtoritajiet tal-migrazzjoni u s-servizzi
tal-impjieg kif ukoll l-awtoritajiet doganali, il-pulizija,
l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku u l-imsieħba soċjali
jistgħu wkoll ikunu involuti. (14)
Sabiex ix-xogħol mhux iddikjarat jiġi
indirizzat b’mod komprensiv u b’suċċess, fl-Istati Membri
għandha tiġi implimentata taħlita politika, iffaċilitata
permezz ta’ kooperazzjoni strutturata bejn l-awtoritajiet rilevanti. Il-kooperazzjoni
għandha tinkludi l-awtoritajiet nazzjonali kollha li qed imexxu u/jew li
huma attivi fil-prevenzjoni u/jew l-iskoraġġiment tax-xogħol
mhux iddikjarat. (15)
Biex tilħaq l-għanijiet tagħha,
il-Pjattaforma għandha tkun appoġġjata minn 'Punt uniku ta’
kuntatt' f’kull Stat Membru li għandu jkollu l-awtorità meħtieġa
biex jikkomunika mal-awtoritajiet nazzjonali li jittrattaw l-aspetti
multidimensjonali tax-xogħol mhux iddikjarat. (16)
Il-Pjattaforma għandha tinvolvi
l-imsieħba soċjali fil-livell tal-UE, kemm trans-industrijali kif
ukoll f’dawk is-setturi l-aktar affettwati mix-xogħol mhux iddikjarat, u
tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti,
bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), u
aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Eurofound u
l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u Saħħa fuq il-Post
tax-Xogħol. L-involviment tal-Eurofound u l-Aġenzija Ewropea
għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, fix-xogħol
tal-Pjattaforma bħala osservaturi ma jestendix il-mandati li għandhom
bħalissa (17)
Il-Pjattaforma għandha tadotta r-regoli
proċedurali, il-programmi ta’ ħidma u r-rapporti regolari
tagħha. (18)
Id-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni ta’
individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar
il-moviment liberu ta’ dik id-dejta[29]
kif ukoll l-miżuri nazzjonali ta' implimentazzjoni magħhom japplikaw
fl-ipproċessar tad-dejta personali imwettaq mill-Istati Membri fil-qafas
ta' din id-Deċiżjoni. Peress li l-Kummissjoni hija parti
mill-Pjattaforma Ewropea, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni
ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali
mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak
id-dejta[30]
japplika b'mod ugwali fl-ipproċessar tad-dejta personali imwettaq
fil-qafas ta' dik id-Deċiżjoni. (19)
Il-Pjattaforma tista' tistabbilixxi gruppi ta’
ħidma biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi u għandha
tkun tista' tiddependi fuq il-kompetenza ta’ professjonisti b’kompetenzi
speċifiċi. (20)
Il-Pjattaforma għandha tikkoopera mal-gruppi
ta’ esperti u l-kumitati rilevanti fil-livell tal-UE li xogħolhom
għandu rabtiet max-xogħol mhux iddikjarat. (21)
Il-Pjattaforma u l-kompiti tagħha
għandhom jiġu ffinanzjati mill-assi PROGRESS tal-Programm Ewropew
għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) skont
l-approprjazzjonijiet stabbiliti mill-awtorità baġitarja. (22)
Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi
amministrattivi meħtieġa biex in-netwerk jiġi stabbilit. ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: Kapitolu I Dispożizzjonijiet
ġenerali Artikolu 1 Twaqqif tal-Pjattaforma (1)
Bil-preżenti qiegħda tiġi stabbilita
ġjattaforma li ssaħħaħ il-kooperazzjoni tal-UE
fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat,
minn hawn ’il quddiem msejħa "il-Pjattaforma". (2)
Il-Pjattaforma għandha tkun magħmula
minn: (a)
l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar kif nominati
mill-Istati Membri kollha, (b)
il-Kummissjoni. (3)
Dawn li ġejjin jistgħu jattendu
l-laqgħat tal-Pjattaforma bħala osservaturi taħt
il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-regoli ta’ proċedura tagħha: (a)
rappreżentanti tal-imsieħba soċjali
trans-industrijali fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll imsieħba soċjali
fis-setturi b’inċidenza għolja ta’ xogħol mhux iddikjarat, (b)
rappreżentant tal-Fondazzjoni Ewropea
għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u
tax-Xogħol (Eurofound) u rappreżentant tal-Aġenzija Ewropea
għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post
tax-Xogħol (EU-OSHA), (c)
rappreżentant tal-Organizzazzjoni
Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), (d)
rappreżentanti tal-Istati taż-ŻEE. Artikolu 2 Għanijiet Il-Pjattaforma, kif stipulat fl-Artikolu 1(1),
għandha tikkontribwixxi għal infurzar aħjar tal-liġi
nazzjonali u tal-UE, għat-tnaqqis tax-xogħol mhux iddikjarat u
l-ħolqien ta’ impjiegi formali, u b’hekk jiġi evitat id-deterjorament
tal-kwalità tax-xogħol, u biex tippromwovi l-integrazzjoni fis-suq
tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali billi: (a)
ittejjeb il-kooperazzjoni bejn id-diversi
awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri fil-livell tal-UE
għall-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux
iddikjarat, inkluż xogħol indipendenti fittizju, b’mod aktar
effiċjenti u effettiv, (b)
titjib tal-kapaċità teknika tal-awtoritajiet
differenti tal-infurzar tal-Istati Membri biex jittrattaw l-aspetti
transkonfinali tax-xogħol mhux iddikjarat, (c)
tkabbar il-kuxjenza pubblika dwar l-urġenza
tal-azzjoni u tħeġġeġ lill-Istati Membri jintensifikaw
l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw ix-xogħol mhux iddikjarat. Kapitolu II Missjoni u kompiti Artikolu 3 Missjoni Biex jintlaħqu l-għanijiet elenkati
fl-Artikolu 2, il-Pjattaforma għandha: (a)
Taqsam l-aħjar prattiki u l-informazzjoni, (b)
Tiżviluppa kompetenza u analiżi, (c)
Tikkoordina l-azzjonijiet operattivi transkonfinali
Artikolu 4 Kompiti (1)
Biex twettaq il-missjoni tagħha,
il-Pjattaforma għandha b’mod partikulari twettaq il-kompiti li
ġejjin: (a)
Ittejjeb l-għarfien tax-xogħol mhux
iddikjarat permezz ta’ kunċetti komuni, għodod ta’ kejl u
l-promozzjoni ta’ analiżi komparattiva konġunta u indikaturi
rilevanti relatati, (b)
Tiżviluppa l-analiżi tal-effikaċja
tal-miżuri politiċi differenti fit-trażżin tal-inċidenza
tax-xogħol mhux iddikjarat, inklużi miżuri preventivi kif ukoll
punittivi u kif ukoll miżuri ta' skoraġġiment b'mod
ġenerali,, (c)
Tistabbilixxi għodda, per eżempju bank
ta’ għarfien ta’ prattiki/miżuri differenti, inklużi ftehim
bilaterali użat fl-Istati Membri għall-iskoraġġiment u
l-prevenzjoni tax-xogħol mhux iddikjarat, (d)
Tadotta linji gwida għall-ispetturi, manwali
ta’ prattika tajba u prinċipji komuni ta’ spezzjonijiet biex jiġi
ttrattat ix-xogħol mhux iddikjarat, (e)
Tiżviluppa forom ta’ kooperazzjoni li
jżidu l-kapaċità teknika biex jiġu trattati l-aspetti
transkonfinali tax-xogħol mhux iddikjarat billi jiġi adottat qafas
komuni għal operazzjonijiet konġunti għall-ispezzjonijiet u
l-iskambju ta’ persunal, (f)
Ittejjeb il-modi tal-qsim tad-dejta f’konformità
mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-Unjoni, inkluż l-aħjar
użu tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) u tiġi
eżaminata l-possibilità li jintuża Skambju Elettroniku
tat-Tagħrif tas-Sigurtà Soċjali (EESSI). (g)
Tiżviluppa kapaċità ta’ taħriġ
permanenti għall-awtoritajiet tal-infurzar u tadotta qafas komuni
għat-twettiq ta’ taħriġ konġunt, (h)
Torganizza evalwazzjoni bejn il-pari biex jiġi
segwit il-progress tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux
iddikjarat, inkluż appoġġ għall-implimentazzjoni ta’
rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi relatati
mal-ġlieda kontra jew il-prevenzjoni ta’ xogħol mhux iddikjarat
maħruġa mill-Kunsill. (i)
Iżżid l-għarfien tal-problema billi
twettaq attivitajiet komuni bħal Kampanji Ewropej u tadotta strateġiji
reġjonali jew madwar l-UE, inklużi approċċi settorjali. (2)
Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Pjattaforma
se tagħmel użu mis-sorsi rilevanti kollha ta’ informazzjoni,
inklużi studji u proġetti ta’ kooperazzjoni multilaterali u tqis
l-istrumenti u l-istrutturi rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll l-esperjenza ta’
ftehim bilaterali relevanti. Se tistabbilixxi kooperazzjoni xierqa
mal-Eurofound u l-UE-OSHA. Kapitolu III Funzjonament
tal-pjattaforma Artikolu 5 Punt uniku ta’
kuntatt (1)
Kull Stat Membru għandu jaħtar punt uniku
ta’ kuntatt bħala membru tal-Pjattaforma. Jistgħu jaħtru wkoll
membru wieħed bħala sostitut. (2)
Meta jaħtru r-rappreżentanti
tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinvolvu l-awtoritajiet
pubbliċi kollha li għandhom rwol fil-prevenzjoni u/jew l-iskoraġġiment
tax-xogħol mhux iddikjarat, bħall-ispettorati tax-xogħol,
l-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali, l-awtoritajiet fiskali, is-servizzi
tal-impjieg u l-awtoritajiet tal-migrazzjoni, minn hawn ’il quddiem msejħa
l-"awtoritajiet tal-infurzar". Jistgħu wkoll, skont il-liġi
u/jew il-prattika nazzjonali, jinvolvu l-imsieħba soċjali. (3)
L-Istati Membri għandhom jipprovdu
lill-Kummissjoni bil-lista u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kollha
tal-infurzar involuti fil-prevenzjoni u/jew l-iskoraġġiment ta’ xogħol
mhux iddikjarat. (4)
Il-punti uniċi ta’ kuntatt għandhom
jikkollaboraw mal-awtoritajiet kollha tal-infurzar involuti fil-prevenzjoni
u/jew l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat dwar
l-attivitajiet tal-Pjattaforma u jiggarantixxu l-parteċipazzjoni tagħhom
fil-laqgħat u/jew il-kontribuzzjoni għall-attivitajiet
tal-Pjattaforma jew tal-gruppi ta’ ħidma tagħha jekk il-kwistjonijiet
diskussi jinvolvu l-qasam ta’ kompetenza tagħhom. Artikolu 6 Rappreżentanti
tal-imsieħba soċjali (1)
Ir-rappreżentanti tal-imsieħba
soċjali fil-livell trans-industrijali, kif ukoll mis-setturi
b’inċidenza għolja ta’ xogħol mhux iddikjarat, jistgħu
jattendu l-laqgħat tal-Pjattaforma bħala osservaturi, skont
il-proċeduri stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tagħhom. (2)
Abbażi tal-proposti mill-imsieħba
soċjali trans-industrijali u settorjali fil-livell tal-Unjoni, dan
il-grupp ta’ osservaturi għandu jkun magħmul minn: (a)
Massimu ta’ 8 osservaturi li
jirrappreżentaw l-imsieħba soċjali fil-livell trans-industrijali
(maqsuma b’mod ugwali bejn l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u
tal-ħaddiema), (b)
Massimu ta’ 10 osservaturi li
jirrappreżentaw l-imsieħba soċjali fil-livell trans-industrijali
(maqsuma b’mod ugwali bejn l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u
tal-ħaddiema). Artikolu 7 Operat (1)
Il-Kummissjoni għandha tikkoordina
l-ħidma tal-Pjattaforma u tippresjedi l-laqgħat tagħha. (2)
Għall-eżekuzzjoni tal-missjoni
tagħha, il-Pjattaforma għandha taddotta d-deċiżjonijiet
b'maġġoranza: (a)
ir-regoli ta’ proċedura, li jkun fihom, inter
alia, l-arranġamenti deċiżjonali tal-Pjattaforma, (b)
programm ta’ ħidma ta’ sentejn tal-Pjattaforma
li jistabbilixxi, inter alia, il-kompiti dettaljati tagħha u rapporti
regolari tal-Pjattaforma kull sentejn, (c)
l-istabbiliment ta’ gruppi ta’ ħidma biex
jeżaminaw kwistjonijiet speċifikati fil-programmi ta’ ħidma
tal-Pjattaforma. Dawn il-gruppi ta’ ħidma għandhom jiġu xolti
meta l-mandat tagħhom jintemm. (3)
Esperti b’kompetenza speċifika
f’suġġett li jkun qed jiġi diskuss jistgħu jiġu
mistiedna fuq bażi ta’ każ b’każ biex jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet
tal-Pjattaforma jew tal-gruppi ta’ ħidma jekk dan ikun utli u/jew
meħtieġ. (4)
Il-Pjattaforma għandha tkun assistita minn
Segretarjat ipprovdut mill-Kummissjoni. Is-Segretarjat għandu jħejji
l-laqgħat, il-programmi ta’ ħidma tal-Pjattaforma u r-rapporti
tagħha. (5)
Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment
lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tal-Pjattaforma. Artikolu 8 Kooperazzjoni Il-Pjattaforma għandha taħdem, kif
xieraq, f’kooperazzjoni ma’ gruppi ta’ esperti u kumitati rilevanti oħra
fil-livell tal-Unjoni, li xogħolhom ikollu rabta max-xogħol mhux
iddikjarat, b’mod partikolari l-Kumitat tal-Ispetturi Għolja
tax-Xogħol (SLIC), il-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Istazzjonar
tal-Ħaddiema, il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni
tas-Sigurtà Soċjali, il-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO), il-Kumitat
tal-Protezzjoni Soċjali (SPC) u l-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni
Amministrattiva fit-Tassazzjoni. Jistgħu anki jiġu organizzati
laqgħat konġunti. Artikolu 9 Rimborż
tal-ispejjeż Il-Kummissjoni għandha tirrimborża
l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u, fejn xieraq, tas-sussistenza
għall-membri, l-osservaturi u l-esperti mistiedna b’rabta mal-attivitajiet
tal-Pjattaforma. Il-membri, l-osservaturi u l-esperti mistiedna
mhumiex se jitħallsu għas-servizzi li jagħtu. Artikolu 10 Appoġġ
finanzjarju Ir-riżorsi globali
għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom
jiġu stabbiliti fil-qafas tal-Programm Ewropew għall-Impjiegi u
l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), li l-approprjazzjonijiet annwali tiegħu
għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti
tal-Qafas Finanzjarju. Kapitolu IV Dispożizzjonijiet
Finali Artikolu 11 Reviżjoni Erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ
tagħha, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar
l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni lill-Parlament Ewropew,
lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat
tar-Reġjuni. Ir-rapport għandu b’mod partikolari jivvaluta sa liema
punt il-Pjattaforma kkontribwixxiet għall-kisba tal-għanijiet
stabbiliti fl-Artikolu 2 u ssodisfat il-kompiti stabbiliti
fl-Artikolu 3 u fil-programmi ta’ ħidma tal-Pjattaforma. Artikolu 12 Destinatarji Din id-Deċiżjoni hija indirizzata
lill-Istati Membri. Artikolu 13 Dħul fis-seħħ Din
id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara
dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President Dikjarazzjoni finanzjarja
leġiżlattiva 1. QAFAS
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva 1.2. Qasam/oqsma ta' politika kkonċernata/i
fl-istruttura ABM/ABB 1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva 1.4. Għan(ijiet) 1.5. Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva 1.6. Tul taż-żmien u impatt finanzjarju 1.7. Metodu/i tal-ġestjoni previst/i 2. MIŻURI TA’
ĠESTJONI 2.1. Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar 2.2. Sistema ta' ġestjoni u kontroll 2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u
irregolaritajiet 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u
tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata 3.2. Stima tal-impatt fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-istima
tal-impatt fuq in-nefqa 3.2.2. Stima tal-impatt fuq
l-approprjazzjonijiet operazzjonali 3.2.3. Stima tal-impatt fuq
l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.4. Kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 3.2.5. Kontribuzzjonijiet
minn partijiet terzi 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul DIKJARAZZJONI
FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.
QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1.
Titolu tal-proposta/inizjattiva
Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat
1.2.
Qasam/oqsma ta' politika kkonċernata/i
fl-istruttura ABM/ABB[31]
Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni
1.3.
Natura tal-proposta/inizjattiva
nIl-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida ¨Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida
b'segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja[32] ¨Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni
eżistenti ¨Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni diretta
mill-ġdid lejn azzjoni ġdida
1.4.
Għan(ijiet)
1.4.1.
L-għan(ijiet)
strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira
tal-proposta/inizjattiva
Tikkontribwixxi għall-miri tal-Ewropa 2020: - Tippromwovi parteċipazzjoni akbar fis-suq tax-xogħol - Tiżviluppa suq tax-xogħol Ewropew sigur, flessibbli u mobbli - Tippromwovi l-inklużjoni soċjali - Tippromwovi koeżjoni soċjali u ekonomika
1.4.2.
Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi
u attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernati
Għan speċifiku Nru 1 Appoġġ
għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u
l-valutazzjoni tal-istrumenti, il-politiki (il-promozzjoni ta’ livell
għoli ta’ impjieg ta’ kwalità u sostenibbli, il-garanzija ta’ protezzjoni
soċjali adegwata u deċenti, il-ġlieda kontra l-esklużjoni
soċjali u l-faqar u t-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol) u
l-liġi relevanti tal-Unjoni u l-promozzjoni ta’ tfassil ta’ politika
bbażat fuq l-evidenza, l-innovazzjoni soċjali u l-progress
soċjali, bi sħubija mal-imsieħba soċjali,
l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-korpi pubbliċi u
privati. Attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata(i): Impjiegi,
affarijiet soċjali u inklużjoni
1.4.3.
Riżultat(i) u impatt(i) mistennija
Speċifika
l-effetti li proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq
benefiċjarji/gruppi fil-mira. L-għan tal-proposta huwa li ttejjeb il-kooperazzjoni fil-livell tal-UE bejn il-korpi tal-infurzar, bħal spettorati tax-xogħol, awtoritajiet tas-sigurtà soċjali, fiskali u oħrajn rilevanti, bil-għan li jiġi evitat u skoraġġit b’mod aktar effiċjenti u effettiv ix-xogħol mhux iddikjarat.
1.4.4.
Indikaturi tar-riżultati u tal-impatti
Speċifika
l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. L-indikaturi tar-riżultati li għandhom jintlaħqu se jiġu definiti fi programm ta’ ħidma ta' sentejn tal-Pjattaforma. Barra minn hekk, darba fis-sena l-Kummissjoni se tgħaddi rapport lill-Kunsill dwar il-ħidma tal-Pjattaforma. Dawn ir-rapporti ser jagħtu tagħrif dwar il-programm dettaljat ta’ ħidma tal-Pjattaforma, l-inizjattivi li ttieħdu mill-Pjattaforma u l-frekwenza tal-laqgħat. L-attivitajiet tal-Pjattaforma se jiġu vvalutati erba' snin wara li d-deċiżjoni tkun daħlet fis-seħħ.
1.5.
Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva
1.5.1.
Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u
ssodisfat(i) fi żmien qasir jew fit-tul
L-għan ta’ din id-deċiżjoni huwa li tikkontribwixxi għall-infurzar aħjar tal-liġijiet tal-Unjoni, il-ħolqien ta’ impjiegi formali, iż-żieda fil-kwalità tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali ġenerali permezz ta’: (a) titjib fil-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet differenti tal-infurzar tal-Istati Membri fil-livell tal-UE biex ix-xogħol mhux iddikjarat jiġi evitat u skoraġġit b’mod aktar effiċjenti u effettiv, (b) titjib tal-kapaċità teknika tal-awtoritajiet differenti tal-infurzar tal-Istati Membri biex jittrattaw l-aspetti transkonfinali tax-xogħol mhux iddikjarat, (c) żieda fil-kuxjenza tal-Istati Membri dwar l-urġenza ta’ azzjoni u l-inkoraġġiment tal-isforzi fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat.
1.5.2.
Valur miżjud tal-involviment tal-UE
Il-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat jikkontribwixxu għal infurzar aħjar tal-liġi nazzjonali u tal-UE speċjalment fl-oqsma tal-impjiegi, il-liġi tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurtà u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali. Skont l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 151, azzjoni fil-livell tal-UE biex tindirizza x-xogħol mhux iddikjarat għandha tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ impjiegi formali, iżżid il-kwalità tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, u tgħin biex tiżdied l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali globali. Meta wieħed iqis l-Artikolu 153 tat-TFUE, fejn l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom kompetenzi komuni, l-azzjoni tal-UE se tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri billi ttejjeb il-kooperazzjoni fl-iskoraġġiment u l-prevenzjoni ta’ xogħol mhux iddikjarat fil-livell tal-UE, billi tagħmilha aktar effettiva u effiċjenti u b’hekk żżid il-valur lill-azzjonijiet tal-Istati Membri.
1.5.3.
Tagħlimiet minn esperjenzi simili
fl-imgħoddi
S'issa ma kien hemm l-ebda approċċ komprensiv li jinvolvi l-awtoritajiet relevanti kollha tal-Istati Membri biex jiġi miġġieled ix-xogħol mhux iddikjarat fil-livell tal-UE.
1.5.4.
Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma’
strumenti oħrajn xierqa
Drittijiet fundamentali: Il-proposta hija konsistenti mal-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet fundamentali (COM(2010) 573 final) L-Istrateġija Ewropa 2020: L-inizjattiva se tikkontribwixxi għall-ħolqien tal-impjiegi u għall-inklużjoni soċjali, fi ħdan l-istrateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u soċjalment inklussiv. (COM (2010) 2020)
1.6.
Tul taż-żmien u impatt finanzjarju
¨Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat –
¨ Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-[JJ/XX]SSSS sa
[JJ/XX]SSSS –
¨ L-impatt finanzjarju mill-SSSS sa SSSS nProposta/inizjattiva ta’ tul taż-żmien illimitat –
Implimentazzjoni b'perjodu tat-tnedija mid-data
tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni, –
u warajha tħaddim fl-iskala kollha.
1.7.
Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)[33]
n Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni –
n mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-istaff tagħha
fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni; –
¨ mill-aġenziji eżekuttivi; ¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri ¨ Ġestjoni indiretta billi l-kompiti ta’ implimentazzjoni
ikunu fdati lil: –
¨ pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom; –
¨ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom
(għandhom jiġu speċifikati); –
¨il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment; –
¨ korpi imsemmijin fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament
Finanzjarju; –
¨ korpi tal-liġi pubblika; –
¨ korpi rregolati mil-liġi privata b'missjoni ta’ servizz pubbliku
safejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati; –
¨ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma fdati
bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji
finanzjarji adegwati; –
¨ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi
fis-CFSP skont it-Titolu V tat-Trattat tal-UE u identifikati fl-att
bażiku relevanti. – Jekk ikun indikat aktar minn mod wieħed
ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti dettalji fis-sezzjoni
"Kummenti”. Kummenti
2.
MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.
Regoli dwar il-monitoraġġ u
r-rappurtar
Speċifika
l-frekwenza u l-kundizzjonijiet. L-attivitajiet tal-Pjattaforma se jiġu vvalutati erba' snin wara li d-deċiżjoni tkun daħlet fis-seħħ. Il-valutazzjoni se tkun ibbażata fuq l-indikaturi tar-riżultati, bħall-kwalità tal-kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra, rappurtar regolari u aktar riċerka. Il-valutazzjoni se tevalwa sa liema punt il-Pjattaforma kkontribwixxiet għall-kisba tal-għanijiet tal-Pjattaforma. Dan ir-rapport se jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
2.2.
Sistema ta' ġestjoni u kontroll
2.2.1.
Riskju/i identifikat/i
Dwar l-miżuri ta' akkumpanjament taħt il-Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali ("EaSI"): taħt dan il-programm il-ġestjoni diretta se tinvolvi l-għoti ta’ kuntratti u għotjiet għal attivitajiet speċifiċi u l-ħlas ta’ għotjiet lill-organizzazzjonijiet governattivi u mhux governattivi. Ir-riskju prinċipali se jkun relatat mal-kapaċità ta’ (speċjalment) l-organizzazzjonijiet iżgħar li jikkontrollaw in-nefqa b’mod effettiv kif ukoll biex jiżguraw it-trasparenza tal-operazzjonijiet imwettqa.
2.2.2.
Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern
stabbilita
Dwar l-miżuri ta' akkumpanjament taħt il-Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali ("EaSI"): jintużaw il-miżuri ta' kontroll indikati fir-Regolament 1296/2013.
2.2.3.
Stima tal-ispejjeż u l-benefiċċji
tal-kontrolli u l-valutazzjoni tal-livell mistenni ta’ riskju ta’ żball
2.3.
Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u
irregolaritajiet
Speċifika
l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta' protezzjoni eżistenti jew previsti. Dwar l-miżuri ta' akkumpanjament taħt il-Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali ("EaSI"): jintużaw il-miżuri li jipprevenu l-frodi u l-irrgolaritajiet fir-Regolament 1296/2013.
3.
IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
3.1.
Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali
u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata
· Linji baġitarji eżistenti Skont l-ordni
tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta’ nfiq || Kontribuzzjoni Numru […]Intestatura………………………………………...……….] || Diff./mhux-diff. ([34]) || minn pajjiżi tal-EFTA[35] || minn pajjiżi kandidati[36] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju 1. || 04.03.02.01 EaSI || Diff || IVA || IVA || LE || LE 1. || 04.01.04.02 EaSI || mhux-diff. || IVA || LE || LE || LE
3.2.
Stima tal-impatt fuq in-nefqa
3.2.1.
Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa
Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 1. || Tkabbir intelliġenti u inklussiv DĠ: EMPL || || || Sena 2014[37] || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || || 04.03.02.01 (EaSI) || Impenji || (1) || 0,150 || 2,100 || 1,200 || 1,800 || 1,100 || 1,800 || 1,000 || 9,150 Ħlasijiet || (2) || 0 || 2,100 || 1,200 || 1,800 || 1,100 || 1,800 || 1,000 || 9,000 Numru tal-linja baġitarja || Impenji || (1a) || || || || || || || || Ħlasijiet || (2 a) || || || || || || || || Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi[38] || || || || || || || || 04.01.04.02 (EaSI) || || (3) || 0,115 || 0,224 || 0,224 || 0,224 || 0,224 || 0,224 || 0,224 || 1,459 TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ EMPL || Impenji || =1+1a +3 || 0,265 || 2,324 || 1,424 || 2,024 || 1,324 || 2,024 || 1,224 || 10,609 Ħlasijiet || =2+2a +3 || 0,115 || 2,324 || 1,424 || 2,024 || 1,324 || 2,024 || 1,224 || 10,459 TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || 0,150 || 2,100 || 1,200 || 1,800 || 1,100 || 1,800 || 1,000 || 9,150 Ħlasijiet || (5) || 0 || 2,100 || 1,200 || 1,800 || 1,100 || 1,800 || 1,000 || 9,000 TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi || (6) || 0,115 || 0,224 || 0,224 || 0,224 || 0,224 || 0,224 || 0,224 || 1,459 TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA<….> tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 0,265 || 2,324 || 1,424 || 2,024 || 1,324 || 2,024 || 1,224 || 10,609 Ħlasijiet || =5+ 6 || 0,115 || 2,324 || 1,424 || 2,024 || 1,324 || 2,024 || 1,224 || 10,459 Ħlasijiet || =5+ 6 || || || || || || || || Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || " Nefqa amministrattiva " Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali) || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL DĠ: EMPL || || Riżorsi umani || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 2,310 Infiq amministrattiv ieħor || || || || || || || || TOTAL DĠ EMPL || Approprjazzjonijiet || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 2,310 TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 0,330 || 2,310 Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali) || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 0,595 || 2,654 || 1,754 || 2,354 || 1,654 || 2,354 || 1,554 || 12,919 Ħlasijiet || 0,445 || 2,654 || 1,754 || 2,354 || 1,654 || 2,354 || 1,554 || 12,769
3.2.2.
Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet
operazzjonali
–
¨ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta'
approprjazzjonijiet operattivi –
n Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’
approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt: Approprjazzjonijiet tal-impenji f'miljuni ta' ta’ EUR
(sa tliet punti deċimali) Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL RIŻULTATI Tip[39] || Spiża medja || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru totali || Spiża totali GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1[40]: Appoġġ għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-istrumenti, il-politiki u l-liġi relevanti tal-Unjoni u l-promozzjoni ta’ tfassil ta’ politika bbażat fuq l-evidenza, l-innovazzjoni soċjali u l-progress soċjali, bi sħubija mal-imsieħba soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-korpi pubbliċi u privati. L-iskambju tal-aħjar prattiki u ta’ informazzjoni, taħriġ, bini tal-kapaċità teknika biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni, u titqajjem il-kuxjenza || Bank ta’ għarfien, linji gwida komuni eċċ, operazzjonijiet konġunti, l-iskambju ta’ persunal, attivitajiet ta’ taħriġ, kampanji, strateġiji, valutazzjoni || 0,366 || 1 || 0,15 || 4 || 2,100 || 4 || 1,200 || 4 || 1,800 || 4 || 1,100 || 4 || 1,800 || 4 || 1,000 || 25 || 9,150 || || || || || || || || || || || || || || || || || || Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || 1 || 0,150 || 4 || 2,100 || 4 || 1,200 || 4 || 1,800 || 4 || 1,100 || 4 || 1,800 || 4 || 1,000 || 25 || 9,150 SPIŻA TOTALI || 1 || 0,150 || 4 || 2,100 || 4 || 1,200 || 4 || 1,800 || 4 || 1,100 || 4 || 1,800 || 4 || 1,000 || 25 || 9,150
3.2.3.
Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’
natura amministrattiva
3.2.3.1.
Sommarju
–
¨ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' approprjazzjonijiet
ta’ natura amministrattiva –
n Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’
approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt: Miljuni ta’ EUR (sa
tliet punti deċimali) || Sena 2014[41] || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || Riżorsi umani || 0,33 || 0,33 || 0,33 || 0,33 || 0,33 || 0,33 || 0,33 || 2,31 Infiq amministrattiv ieħor || || || || || || || || Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || Barra l-INTESTATURA 5[42] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || Riżorsi umani || || || || || || || || Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva || 0,115 || 0,224 || 0,224 || 0,224 || 0,224 || 0,224 || 0,224 || 1,459 Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || TOTAL || 0,445 || 0,554 || 0,554 || 0,554 || 0,554 || 0,554 || 0,554 || 3,769 L-approprjazzjonijiet
tar-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti
mill-approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma assenjati
għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew mobilizzati
mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun neċessarju ma’ kwalunkwe
allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed
jimmaniġġja skont il-proċedura tal-allokazzjoni annwali u
fid-dawl tal-limitazzjoni baġitarji.
3.2.3.2.
Stima
tar-riżorsi umani meħtieġa
–
¨ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’
riżorsi umani. –
n Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi
umani, kif spjegat hawn taħt: L-istima trid titniżżel f'unitajiet
ekwivalenti għal full-time || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Postijiet tat-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju) || || || XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) (2AD+0,5AST) || 2.5 || 2.5 || 2.5 || 2.5 || 2.5 || 2.5 || 2.5 || XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || || XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || || || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || || Persunal estern (f’unità ekwivalenti għal Full Time: FTE)[43] || || XX 01 02 01 (CA, SNE, INT mill-"pakkett globali") || || || || || || || || XX 01 02 02 (CA, LA, SNE, INT u JED fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || || XX 01 04 ss[44] || - fil-Kwartieri Ġenerali || || || || || || || || - Delegazzjonijiet || || || || || || || || XX 01 05 02 (CA, SNE, INT - Riċerka indiretta) || || || || || || || || 10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) || || || || || || || || Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || || || || || TOTAL || || || || || || || XX huwa l-qasam
politiku jew it-titolu baġitarju kkonċernat. L-approprjazzjonijiet
tar-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti
mill-approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma assenjati
għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew mobilizzati
mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ ma’ kwalunkwe
allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed
jimmaniġġja skont il-proċedura tal-allokazzjoni annwali u
fid-dawl tal-limitazzjoni baġitarji. Deskrizzjoni
tal-kompiti li għandhom jitwettqu: Uffiċjali u persunal temporanju (2AD + 0,5 AST) || AD1: Ħarsa ġenerali tal-attivitajiet b’rabta max-xogħol mhux iddikjarat, l-organizzazzjoni tax-xogħol tas-segretarjat tal-Pjattaforma, il-ġestjoni tal-laqgħat tal-Pjattaforma, inkluż it-tħejjija tal-abbozz tal-aġenda, id-dokumenti ta’ diskussjoni u l-abbozz tal-minuti tal-laqgħat. Koordinazzjoni tal-kooperazzjoni. Sejħa ta’ koordinazzjoni għal proposti/offerti. AD2: Ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet operattivi tal-Pjattaforma, bħall-ġestjoni tal-bank ta’ tagħrif, taħriġ konġunt, spezzjonijiet, skambji tal-persunal, il-pubblikazzjoni ta’ dokumenti komuni eċċ. Appoġġ għall-koordinazzjoni ta’ kooperazzjoni. Appoġġ għal sejħa għal proposti/offerti. 0,5AST: Appoġġ amministrattiv lis-segretarjat, inkluż il-ġestjoni ta’ dokument, l-organizzazzjoni ta’ laqgħat (prenotazzjonijiet tal-kmamar, stediniet, dokumenti għal rimborż eċċ), id-distribuzzjoni tad-dokumenti tal-laqgħat, korrispondenza ġenerali. Persunal estern ||
3.2.4.
Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali
attwali
–
n Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju
pluriennali attwali. –
¨ Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi programmar mill-ġdid
tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali. Spjega liema programmar mill-ġdid huwa
meħtieġ, billi tispeċifika l-linji baġitarji
kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. –
¨ Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni
tal-istrument tal-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju
pluriennali[45]. Spjega x’inhu meħtieġ, billi
tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji konċernati u
l-ammonti korrispondenti.
3.2.5.
Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi
–
n Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet
terzi. –
¨ Il-proposta/inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn
taħt: Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti
deċimali) || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal l-ammont ta’ snin meħtieġa biex turi t-tul tal-impatt (ara punt 1.6) || Total Speċifika l-korp ta' kofinanzjament || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||
3.3.
Impatt stmat fuq id-dħul
–
n Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq
id-dħul. –
¨ Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li
ġej: –
¨ fuq ir-riżorsi proprji –
¨ fuq id-dħul mixxellanju Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali) Linja baġitarja tad-dħul: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali || Impatt tal-proposta/inizjattiva[46] Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal l-ammont ta’ snin meħtieġa biex turi t-tul tal-impatt (ara punt 1.6) Artikolu…………. || || || || || || || || Għad-dħul
mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja(i) baġitarja(i)
affettwata(i). Speċifika l-metodu
għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.
[1] Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni
"L-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra x-xogħol mhux
iddikjarat" COM(2007)628, http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52007DC0628:MT:HTML
[2] Ara l-Valutazzjoni tal-Impatt dwar l-istabbiliment ta’
Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni
fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat [3] Iċ-ċifri kollha ġejjin minn
stħarriġ dirett, li kien ibbażat fuq intervisti wiċċ
imb'wiċċ ma’ ċittadini tal-UE. Fis-sens li l-għarfien,
id-definizzjonijiet nazzjonali, it-trasparenza ta’ xogħol mhux iddikjarat
u l-fiduċja fl-intervistatur, huma fatturi importanti
għaċ-ċittadini biex ikunu jistgħu jindikaw li jkunu wettqu
jew ibbenefikaw minn xogħol mhux iddikjarat. [4] L-Ewrobarometru speċjali 402 "Ix-xogħol
mhux iddikjarat fl-Unjoni Ewropea" 2013 http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_402_en.pdf [5] Il-Kummissjoni Ewropea, L-Impjiegi u l-Iżviluppi
Soċjali fl-Ewropa 2013, il-Lussemburgu, 2014 [6] Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Ewropa 2020 –
Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u
inklussiv", COM (2010)2020 tat-3 ta’ Marzu 2010
http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COMM:2010:2020:FIN:MT:PDF
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Aġenda
għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi: Kontribut Ewropew lejn livell
massimu ta' impjiegi" COM 2010(682)
tat-23 ta’ Novembru 2010 [7] Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Lejn irkupru li
jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi", COM(2012) 173
finali tat-18 ta’ April 2012 [8] 2010/707/UE Deċiżjoni tal-Kunsill tal-
21 ta' Ottubru 2010 dwar "Il-linji gwida għall-politika
tal-Istati Membri dwar l-impjiegi" [9] http://ec.europa.eu/europe2020/making-it-happen/country-specific-recommendations/index_en.htm [10] http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?type=TA&language=MT&reference=P7-TA-2014-0012 [11] Fil-Ġermanja, ftehim bejn il-Ministeru Federali
tal-Finanzi u l-imsieħba soċjali fil-kostruzzjoni, il-bajjada u
s-setturi tas-servizzi industrijali tat-tessuti, fil-Bulgarija t-twaqqif
taċ-ċentru nazzjonali għar-"Regoli tan-negozju" u
fil-Lussemburgu l-introduzzjoni ta’ karta tal-identità għal kull ħaddiem
fis-sit ta’ kostruzzjoni. [12] L-Ewrobarometru speċjali 402 "Ix-xogħol
mhux iddikjarat fl-Unjoni Ewropea", 2013 [13] Ara l-Valutazzjoni ta' Impatt dwar l-istabbiliment ta’
Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni
fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat,
il-Kapitlu 3.2.2., Tabella 1 [14] "Ningħaqdu
fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat fl-Ewropa: Studju ta'
fattibbiltà dwar l-istabbiliment ta' pjattaforma Ewropea għal
kooperazzjoni bejn l-ispettorati tax-xogħol, u korpi oħra rilevanti
ta' monitoraġġ u tal-infurzar, għall-prevenzjoni u
l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat", Regioplan 2010
http://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=6676&langId=en
[15] L-Ewrobarometru speċjali 402, Ix-xogħol mhux
iddikjarat fl-Unjoni Ewropea
http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_402_en.pdf
[16] "Ix-xogħol
mhux iddikjarat fis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u fin-Norveġja.
Approċċi u miżuri sa mill-2008", Eurofound 2013 http://www.eurofound.europa.eu/publications/htmlfiles/ef13243.htm [17] http://www.eurofound.europa.eu/areas/labourmarket/tackling/search.php [18] "Konsultazzjoni
tal-imsieħba soċjali skont l-Artikolu 154 tat-TFUE dwar
it-titjib tal-kooperazzjoni tal-UE fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment
tax-xogħol mhux iddikjarat", Dokument ta’ konsultazzjoni C(2013)4145 http://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=10345&langId=en [19] "Konsultazzjoni tat-tieni stadju tal-Imsieħba
Soċjali skont l-Artikolu 154 tat-TFUE dwar it-titjib
tal-kooperazzjoni tal-UE fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment
tax-xogħol mhux iddikjarat", C(2014)452 final
http://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=11424&langId=en [20] Għal aktar dettalji ara l-Valutazzjoni tal-Impatt
dwar l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ
il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax- xogħol
mhux iddikjarat, l-Anness I. [21] Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2013 dwar Programm tal-Unjoni
Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali ("EaSI") u
li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità
Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni
soċjali. [22] ĠU C , , p. . [23] ĠU C , , p. . [24] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Lejn irkupru li
jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi COM (2012)173
tat-18 ta’ April 2012 http://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=en&catId=101&newsId=1270&furtherNews=yes [25] Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE
tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati
Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46) [26] Il-linji gwida nżammu għall-2011, 2012 u 2013. [27] Riżoluzzjoni
tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Jannar 2014 dwar spezzjonijiet
tax-xogħol effikaċi bħala strateġija biex jittejbu
l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa (2013/2112/INI) http://www.europarl.europa.eu/oeil/popups/ficheprocedure.do?lang=en&reference=2013/2112(INI) [28] Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni
"L-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra x-xogħol mhux
iddikjarat" COM (2007)628 tal-24 ta' Ottubru 2007
http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52007DC0628:MT:HTML [29] Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE
tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward
tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik
id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31) [30] Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu
fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u
l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta (ĠU L 8,
12.01.2001, p. 1) [31] ABM: ġestjoni skont l-attività – ABB: baġit
skont l-attività. [32] Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b)
tar-Regolament Finanzjarju. [33] Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi
għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fuq is-sit elettroniku
tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [34] Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux-Diff. =
Approprjazzjonijiet Mhux-Differenzjati [35] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ
Ħieles. [36] Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli,
pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent. [37] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [38] Assistenza teknika u/jew amministrattiva
b’appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet
tal-UE (li qabel kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta,
riċerka indiretta. [39] Ir-riżultati huma prodotti u servizzi li jridu
jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji tal-istudenti
ffinanzjati, l-għadd ta' km ta' toroq mibnija, eċċ.). [40] Kif deskritt fil-punt 1.4.2. ‘Għan(ijiet)
speċifiku(ċi)…’ [41] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [42] Assistenza teknika u/jew amministrattiva
b’appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet
tal-UE (li qabel kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta,
riċerka indiretta. [43] CA= Aġent Kuntrattwali; LA = Persunal Lokali; SNE=
Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JED= (Esperti
Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet). [44] Taħt il-limitu massimu għall-persunal estern
mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li qabel kienu l-linji
"BA"). [45] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali
(għall-perjodu 2007-2013). [46] Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji
doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu
ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara tnaqqis ta’ 25 %
tal-ispejjeż tal-ġbir.