Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Il-kundizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-UE ta’ ċerti annimali

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2016/1012 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom

X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Ir-“regolament dwar it-tnissil tal-annimali” jipprovdi sett uniku ta’ regoli li japplikaw għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-UE ta’ annimali għat-tnissil tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina u l-prodotti ġerminali tagħhom. L-għan tiegħu huwa:

  • li jikkonsolida r-regoli eżistenti għall-promozzjoni ta’ kummerċ ħieles ta’ annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom u li jaġġorna dawk ir-regoli għal avvanzi tekniċi u prattiċi stabbiliti filwaqt li jipproteġi d-diversità ġenetika;
  • li jippromwovi l-attivitajiet transkonfinali ta’ soċjetajiet tat-tnissil li jipprovdu s-servizzi tagħhom kompetizzjoni b’kundizzjonijiet ġusti;
  • li jissimplifika l-qafas leġiżlattiv f’regolament wieħed adattat għat-Trattat ta’ Lisbona, li jissostitwixxi tmien direttivi speċifiċi għall-ispeċijiet;
  • li jistabbilixxi regoli dwar kontrolli uffiċjali u attivitajiet wara l-prinċipji tar-regolament dwar il-kontrolli uffiċjali.

Atti ta’ implimentazzjoni u delegati

Skont dan ir-regolament, il-Kummissjoni Ewropea ngħatat is-setgħa li tadotta atti legali oħra li:

  • taġġornaha biex tirrifletti żviluppi fis-settur (atti delegati); u
  • tiżgura li hija implimentata kif suppost (atti ta’ implimentazzjoni).

Atti delegati

Il-Kummissjoni adottat att delegat dwar il-formoli mudell ta’ ċertifikati żootekniċi* għall-annimali tat-tnissil ta’ razza pura tal-ispeċi ekwina (Regolament Delegat (UE) 2017/1940).

Atti ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni adottat ukoll serje ta’ atti ta’ implimentazzjoni biex tagħmel applikabbli ċerti aspetti tar-Regolament (UE) 2016/1012. Dawn ikopru kwistjonijiet bħal:

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-1 ta’ Novembru 2018, minbarra l-Artikolu 65 (emendi għal-leġiżlazzjoni eżistenti) li ilu japplika mid-19 ta’ Lulju 2016.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Prodotti ġerminali: semen, ooċiti (bajda immatura ġol-ovarju ta’ annimal) u embrijuni miġbura jew prodotti minn annimali għat-tnissil għall-iskop ta’ riproduzzjoni assistita.
Żootekniku: li jirrelata mat-teknoloġija tat-trobbija tal-annimali.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali (“ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali”) (ĠU L 171, 29.6.2016, pp. 66-143)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 95, 7.4.2017, pp. 1-142)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2017/625 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/716 tal- 10 ta’ April 2017 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli tal-formoli li għandhom jintużaw għall-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-listi tas-soċjetajiet tat-tnissil u tal-operazzjonijiet tat-tnissil rikonoxxuti (ĠU L 109, 26.4.2017, pp. 1-8)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/717 tal-10 ta’ April 2017 li jistipula regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formoli mudell taċ-ċertifikati żootekniċi għall-annimali għat-tnissil u għall-prodotti ġerminali tagħhom (ĠU L 109, 26.4.2017, pp. 9-63)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1422 tal-4 ta’ Awwissu 2017 li jaħtar iċ-ċentru ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea responsabbli għall-kontribut xjentifiku u tekniku għall-armonizzazzjoni u għat-titjib tal-metodi ta’ kontroll tal-prestazzjoni u tal-evalwazzjoni ġenetika tal-ispeċijiet ta’ annimali bovini ta’ razza pura għat-tnissil (ĠU L 204, 5.8.2017, pp. 78-79)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1940tat-13 ta’ Lulju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut u tal-format ta’ ċertifikati żootekniċi maħruġa għal annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina inklużi f’dokument ta’ identifikazzjoni permanenti uniku għall-equidae (ĠU L 275, 25.10.2017, pp. 1-8)

l-aħħar aġġornament 22.07.2021

Fuq