This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R0448R(02)
Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/448 tal-1 ta’ Marzu 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574 dwar l-istandards tekniċi għat-twaqqif u għat-tħaddim ta’ sistema ta’ traċċabbiltà għall-prodotti tat-tabakk (ĠU L 65, 2.3.2023)
Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/448 tal-1 ta’ Marzu 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574 dwar l-istandards tekniċi għat-twaqqif u għat-tħaddim ta’ sistema ta’ traċċabbiltà għall-prodotti tat-tabakk (ĠU L 65, 2.3.2023)
C/2025/1994
OJ L, 2025/90306, 2.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/448/corrigendum/2025-04-02/oj (MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/448/corrigendum/2025-04-02/oj
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2025/90306 |
2.4.2025 |
Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/448 tal-1 ta’ Marzu 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574 dwar l-istandards tekniċi għat-twaqqif u għat-tħaddim ta’ sistema ta’ traċċabbiltà għall-prodotti tat-tabakk
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 65 tat-2 ta’ Marzu 2023 )
Fil-paġna 29, fil-premessa 7, l-ewwel sentenza,
minflok:
“L-emendi jindirizzaw għadd ta’ eċċezzjonijiet u każijiet speċjali li nqalgħu wara t-tnedija tas-sistema ta’ traċċabbiltà, inkluża l-preżenza ta’ operaturi ekonomiċi involuti biss f’operazzjonijiet kummerċjali mhux loġistiċi, l-involviment ta’ entitajiet mhux tal-UE fil-katina tal-provvista tal-UE, l-eżistenza ta’ stabbilimenti li jikkombinaw funzjonijiet mhux ta’ bejgħ bl-imnut u ta’ bejgħ bl-imnut, każijiet ta’ identifikaturi mitlufa, każijiet ta’ rkupru ta’ oġġetti misruqa, inċidenti tal-IT li jeħtieġu pproċessar mill-ġdid tad-data, u l-preżenza ta’ destinazzjonijiet mhux kummerċjali atipiċi bħal laboratorji jew ċentri għar-rimi tal-iskart.”,
aqra:
“L-emendi jindirizzaw għadd ta’ eċċezzjonijiet u każijiet speċjali li nqalgħu wara t-tnedija tas-sistema ta’ traċċabbiltà, inkluża l-preżenza ta’ operaturi ekonomiċi involuti biss f’operazzjonijiet kummerċjali mhux loġistiċi, l-involviment ta’ entitajiet mhux tal-UE fil-katina tal-provvista tal-UE, l-eżistenza ta’ faċilitajiet li jikkombinaw funzjonijiet mhux ta’ bejgħ bl-imnut u ta’ bejgħ bl-imnut, każijiet ta’ identifikaturi mitlufa, każijiet ta’ rkupru ta’ oġġetti misruqa, inċidenti tal-IT li jeħtieġu pproċessar mill-ġdid tad-data, u l-preżenza ta’ destinazzjonijiet mhux kummerċjali atipiċi bħal laboratorji jew ċentri għar-rimi tal-iskart.”.
Fil-paġna 30, fl-Artikolu 1(1), l-emenda tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574,
minflok:
“(9) ‘reġistru’ tfisser ir-reġistru li kull emittent tal-identifikazzjoni jistabbilixxi u jżomm b’rabta mal-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni ġġenerati għall-operaturi ekonomiċi, għall-operaturi tal-ewwel stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut, għall-istabbilimenti u għall-magni, flimkien mal-informazzjoni li tikkorrispondi għalihom;”,
aqra:
“(9) ‘reġistru’ tfisser ir-reġistru li kull emittent tal-identifikazzjoni jistabbilixxi u jżomm b’rabta mal-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni ġġenerati għall-operaturi ekonomiċi, għall-operaturi tal-ewwel stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut, għall-faċilitajiet u għall-magni, flimkien mal-informazzjoni li tikkorrispondi għalihom;”.
Fil-paġna 32, fl-Artikolu 1(7), fil-punt (b), fl-emenda tal-Artikolu 14(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574, it-tielet sentenza,
minflok:
“Id-dereġistrazzjoni ta’ kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-operatur ekonomiku għandha twassal għad-dereġistrazzjoni awtomatika tal-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment u tal-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-magni marbutin miegħu mill-emittent tal-identifikazzjoni.”,
aqra:
“Id-dereġistrazzjoni ta’ kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-operatur ekonomiku għandha twassal għad-dereġistrazzjoni awtomatika tal-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-faċilità u tal-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-magni marbutin miegħu mill-emittent tal-identifikazzjoni.”.
Fil-paġna 33, fl-Artikolu 1(9), fil-punt (a), fl-emenda tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574, l-ewwel sentenza,
minflok:
“L-istabbilimenti kollha, minn dawk tal-manifattura sal-ewwel stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut, għandhom jiġu identifikati b’kodiċi uniku (‘il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment’) li jiġġenerah l-emittent tal-identifikazzjoni li jkun kompetenti għat-territorju fejn ikun jinsab l-istabbiliment.”,
aqra:
“Il-faċilitajiet kollha, minn dawk tal-manifattura sal-ewwel stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut, għandhom jiġu identifikati b’kodiċi uniku (‘il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-faċilità’) li jiġġenerah l-emittent tal-identifikazzjoni li jkun kompetenti għat-territorju fejn tkun tinsab il-faċilità.”.
Fil-paġna 33, fl-Artikolu 1(9), fil-punt (b), fl-emenda tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574, l-ewwel u t-tieni sentenza,
minflok:
“L-operaturi ekonomiċi u l-operaturi tal-ewwel stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut għandhom japplikaw għal kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment billi jibagħtu lill-emittent tal-identifikazzjoni l-informazzjoni elenkata fil-punt 1.4 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness II, fil-format mogħti f’dak il-punt.
L-operaturi ekonomiċi li jimmaniġġaw imħażen indipendenti li ma humiex ibbażati fl-Unjoni u li jittrattaw prodotti manifatturati fl-Unjoni u destinati għas-swieq tal-Unjoni fi tranżitu minn pajjiżi terzi jistgħu japplikaw għal kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment għal maħżen indipendenti li jinsab f’pajjiż terz minn fejn ikun ġej l-emittent tal-identifikazzjoni kompetenti għall-Istat Membru li fis-suq tiegħu jitqiegħdu l-biċċa l-kbira tal-prodotti ġestiti minn dawn l-operaturi ekonomiċi.”,
aqra:
“L-operaturi ekonomiċi u l-operaturi tal-ewwel stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut għandhom japplikaw għal kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-faċilità billi jibagħtu lill-emittent tal-identifikazzjoni l-informazzjoni elenkata fil-punt 1.4 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness II, fil-format mogħti f’dak il-punt.
L-operaturi ekonomiċi li jimmaniġġaw imħażen indipendenti li ma humiex ibbażati fl-Unjoni u li jittrattaw prodotti manifatturati fl-Unjoni u destinati għas-swieq tal-Unjoni fi tranżitu minn pajjiżi terzi jistgħu japplikaw għal kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-faċilità għal maħżen indipendenti li jinsab f’pajjiż terz minn fejn ikun ġej l-emittent tal-identifikazzjoni kompetenti għall-Istat Membru li fis-suq tiegħu jitqiegħdu l-biċċa l-kbira tal-prodotti ġestiti minn dawn l-operaturi ekonomiċi.”.
Fil-paġna 33, fl-Artikolu 1(9), fil-punt (c), l-emenda tal-Artikolu 16(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574,
minflok:
“‘5. L-operatur ekonomiku għandu javża lill-emittent tal-identifikazzjoni minnufih b’kull bidla fl-informazzjoni li huwa jkun bagħat fil-formola tal-applikazzjoni oriġinali u b’kull għeluq tal-istabbiliment, fil-formati mogħtija fil-punti 1.5 u 1.6 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness II.
Id-dereġistrazzjoni ta’ kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment għandha twassal għad-dereġistrazzjoni awtomatika tal-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-magni mill-emittent tal-identifikazzjoni.’”
Aqra:
“‘5. L-operatur ekonomiku għandu javża lill-emittent tal-identifikazzjoni minnufih b’kull bidla fl-informazzjoni li huwa jkun bagħat fil-formola tal-applikazzjoni oriġinali u b’kull għeluq tal-faċilità, fil-formati mogħtija fil-punti 1.5 u 1.6 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness II.
Id-dereġistrazzjoni ta’ kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-faċilità għandha twassal għad-dereġistrazzjoni awtomatika tal-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-magni mill-emittent tal-identifikazzjoni.’”.
Fil-paġna 34, fl-Artikolu 1(11), fil-punt (b), l-emenda tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574,
minflok:
“‘3. Fil-każ tal-magni u tal-partijiet tal-magni li jkunu jinsabu fi stabbilimenti tal-manifattura li jkunu barra l-Unjoni, huwa obbligu tal-importatur stabbilit fl-Unjoni li japplika għal kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-magna b’rabta magħhom. L-importatur għandu japplika għand wieħed mill-emittenti tal-identifikazzjoni li jkunu nħatru għall-Istat Membru li fis-suq tiegħu huwa jqiegħed il-prodotti tiegħu. Ir-reġistrazzjoni mill-importatur għandha ssir bil-kunsens tal-entità li tkun responsabbli għall-istabbiliment tal-manifattura li jkun jinsab fil-pajjiż terz. L-importatur għandu javża lill-operatur ekonomiku li jkun responsabbli għall-istabbiliment tal-manifattura li jkun jinsab fil-pajjiż terz bid-dettalji kollha tar-reġistrazzjoni, inkluż bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-magna allokat.’;”
aqra:
“‘3. Fil-każ tal-magni u tal-partijiet tal-magni li jkunu jinsabu f’faċilitajiet tal-manifattura li jkunu barra l-Unjoni, huwa obbligu tal-importatur stabbilit fl-Unjoni li japplika għal kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-magna b’rabta magħhom. L-importatur għandu japplika għand wieħed mill-emittenti tal-identifikazzjoni li jkunu nħatru għall-Istat Membru li fis-suq tiegħu huwa jqiegħed il-prodotti tiegħu. Ir-reġistrazzjoni mill-importatur għandha ssir bil-kunsens tal-entità li tkun responsabbli għall-faċilità tal-manifattura li tkun tinsab fil-pajjiż terz. L-importatur għandu javża lill-operatur ekonomiku li jkun responsabbli għall-faċilità tal-manifattura li tkun tinsab fil-pajjiż terz bid-dettalji kollha tar-reġistrazzjoni, inkluż bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-magna allokat.’;”.
Fil-paġna 34, fl-Artikolu 1(13), fl-emenda tal-Artikolu 20(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574, l-ewwel sentenza,
minflok:
“L-emittenti tal-identifikazzjoni għandhom jipprovdu servizz online sigur għall-operaturi ekonomiċi u għall-operaturi tal-ewwel stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut li jippermettilhom jikkonsultaw ir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 sa fejn huma kkonċernati l-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-operatur ekonomiku, tal-istabbiliment u tal-magni tagħhom stess.”,
aqra:
“L-emittenti tal-identifikazzjoni għandhom jipprovdu servizz online sigur għall-operaturi ekonomiċi u għall-operaturi tal-ewwel stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut li jippermettilhom jikkonsultaw ir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 sa fejn huma kkonċernati l-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-operatur ekonomiku, tal-faċilità u tal-magni tagħhom stess.”.
Fil-paġna 54, fl-Anness, il-punt 2.5(c) li jżid il-punt 3.8 tal-Kapitolu II tat-Taqsima 3 fl-emenda tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/574, it-tabella, is-seba’ kolonna, it-tieni ringiela,
minflok:
“ ‘n/a’ huwa valur permess jekk Transport_mode = 0 u jekk il-moviment tal-prodott iseħħ bejn stabbilimenti li jkunu jinsabu ħdejn xulxin u jittieħed bl-idejn”,
aqra:
“ ‘n/a’ huwa valur permess jekk Transport_mode = 0 u jekk il-moviment tal-prodott iseħħ bejn faċilitajiet li jkunu jinsabu ħdejn xulxin u jittieħed bl-idejn”.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/448/corrigendum/2025-04-02/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)