Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32024R1143
Regulation (EU) 2024/1143 of the European Parliament and of the Council of 11 April 2024 on geographical indications for wine, spirit drinks and agricultural products, as well as traditional specialities guaranteed and optional quality terms for agricultural products, amending Regulations (EU) No 1308/2013, (EU) 2019/787 and (EU) 2019/1753 and repealing Regulation (EU) No 1151/2012
Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012
Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012
PE/72/2023/REV/1
ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Fis-seħħ
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1143 |
23.4.2024 |
REGOLAMENT (UE) 2024/1143 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ April 2024
dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 118 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
Mas-snin, l-Unjoni stabbiliet skemi tal-kwalità għal prodotti b’karatteristiċi speċifiċi identifikabbli li jkopru l-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, inkluż oġġetti tal-ikel, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità terminu mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, inkluż oġġetti tal-ikel. |
(2) |
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, introdott mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha tal-11 ta’ Diċembru 2019, inkluda t-tfassil ta’ sistema tal-ikel ġusta, sostenibbli, aktar tajba għas-saħħa u aktar favur l-ambjent li hija aċċessibbli għal kulħadd (“mill-għalqa sal-platt”) fost il-politiki biex tinbidel l-ekonomija tal-Unjoni għal futur sostenibbli. |
(3) |
L-indikazzjonijiet ġeografiċi jista’ jkollhom rwol importanti f’termini ta’ sostenibbiltà, inkluż fl-ekonomija ċirkolari, u b’hekk ittejbu l-valur tal-wirt tagħhom u għalhekk issaħħu l-irwol tagħhom fil-qafas tal-politiki nazzjonali u reġjonali bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. |
(4) |
Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 bit-titlu “Strateġija ‘Mill-Għalqa sal-Platt’ — għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent”, li appellat għal tranżizzjoni lejn sistemi tal-ikel sostenibbli, appellat ukoll għat-tisħiħ tal-qafas leġiżlattiv dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi u għall-inklużjoni ta’ kriterji speċifiċi ta’ sostenibbiltà. F’dik il-komunikazzjoni, il-Kummissjoni ntrabtet li ssaħħaħ, fost atturi oħra, il-pożizzjoni tal-produtturi ta’ prodotti b’indikazzjonijiet ġeografiċi, il-kooperattivi u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi tagħhom fil-katina tal-provvista alimentari. Jenħtieġ li ssir enfasi fuq il-produtturi fuq skala żgħira, b’mod partikolari dawk li jippreservaw bl-aħjar mod il-ħiliet u l-għarfien tradizzjonali. |
(5) |
Fil-komunikazzjoni tagħha tal-25 ta’ Novembru 2020 bit-titlu “Nagħmlu l-aħjar użu mill-potenzjal innovattiv tal-UE — Pjan ta’ azzjoni għall-proprjetà intellettwali b’appoġġ għall-irkupru u r-reżiljenza tal-UE”, il-Kummissjoni ntrabtet li tħares lejn modi kif issaħħaħ, timmodernizza, tissimplifika u tinforza aħjar l-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli, l-inbid u x-xorb spirituż. |
(6) |
Il-kwalità u d-diversità tal-inbid, tax-xorb spirituż u tal-produzzjoni agrikola u tal-ikel tal-Unjoni huma waħda mis-saħħiet importanti tagħha, li tagħti vantaġġ kompetittiv lill-produtturi tal-Unjoni u tagħti kontribut kbir għall-wirt kulturali u gastronomiku ħaj tagħha. Dan huwa dovut għall-ħiliet u d-determinazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni li żammew it-tradizzjonijiet u d-diversità tal-identitajiet kulturali ħajjin bħala parti mill-wirt tal-Unjoni, b’kont meħud tal-iżvilupp ta’ metodi ta’ produzzjoni u ta’ materjali ġodda, li għamlu l-prodotti tradizzjonali tal-Unjoni simbolu ta’ kwalità. |
(7) |
Iċ-ċittadini u l-konsumaturi fl-Unjoni qed jitolbu dejjem iżjed prodotti ta’ kwalità, tradizzjonali u aċċessibbli li għandhom kwalitajiet u karatteristiċi speċifiċi attribwibbli kemm għall-oriġini tagħhom kif ukoll għall-mod ta’ produzzjoni tagħhom. Huma għandhom interess ukoll li d-diversità u s-sigurtà tal-provvista tal-produzzjoni agrikola u tal-ikel fl-Unjoni jitħarsu. Dan jiġġenera domanda għal inbid, xorb spirituż u prodotti agrikoli inkluż oġġetti tal-ikel, b’karatteristiċi speċifiċi identifikabbli, b’mod partikolari dawk marbuta mal-oriġini ġeografika tagħhom. Iċ-ċittadini u l-konsumaturi huma dejjem aktar konxji tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni li sawru r-reputazzjoni u l-identità ta’ dawn il-prodotti. |
(8) |
Il-prodotti ta’ kwalità jirrappreżentaw wieħed mill-akbar assi li l-Unjoni għandha, kemm għall-ekonomija kif ukoll għall-identità kulturali tagħna. Dawk il-prodotti huma l-aktar rappreżentazzjoni b’saħħitha tal-marka “magħmul fl-UE”, li hija rikonoxxuta madwar id-dinja kollha, li jiġġeneraw tkabbir u jippreservaw il-wirt tal-Unjoni. L-inbejjed, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, inkluż oġġetti tal-ikel, huma assi tal-Unjoni li jeħtieġ li jissaħħu u jiġu protetti aktar. |
(9) |
Iċ-ċittadini u l-konsumaturi jistennew li kwalunkwe indikazzjoni ġeografika u kwalunkwe skema tal-kwalità jkunu akkumpanjati minn sistema robusta ta’ verifika u kontrolli, irrispettivament minn jekk il-prodott joriġinax fl-Unjoni jew f’pajjiż terz. |
(10) |
Il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali hija dritt fundamentali. Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi regoli dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data. Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) japplika għall-ipproċessar ta’ data personali imwettaq mill-Istati Membri matul il-proċeduri rilevanti. Jeħtieġ li r-rwoli tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali fil-proċeduri li huma kompetenti għalihom, jiġu ddefiniti b’mod ċar sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni. |
(11) |
Bħala prinċipju ġenerali u bil-ħsieb li jiġi mminimizzat l-esponiment tad-data personali, jenħtieġ li d-dokumenti li jridu jiġu ppreżentati matul il-proċeduri rilevanti ma jkunx fihom data personali. Fejn dan ma jkunx possibbli, jenħtieġ li l-informazzjoni li jista’ jkun fiha data personali, bħad-dettalji ta’ kuntatt ta’ persuni fiżiċi, tiġi ppreżentata f’dokumenti speċifiċi separati. |
(12) |
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-ismijiet u l-kunjomijiet tal-persuni fiżiċi u d-dettalji ta’ kuntatt relatati jistgħu jidhru fid-dokumenti pproċessati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri matul il-proċeduri stipulati minn dan ir-Regolament. Id-data personali tista’ tidher, għalkemm rarament, fil-proċeduri għar-reġistrazzjoni, għall-emenda jew għall-kanċellazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti. Dan jista’ jseħħ kemm fil-livell tal-Istat Membru kif ukoll f’dak tal-Kummissjoni, fejn l-isem tal-grupp ta’ produtturi kkonċernat, jew tal-opponent, ikun fih l-isem ta’ persuna fiżika. Id-data personali tista’ tidher ukoll bħala parti mill-ismijiet ta’ gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti. Tali data tiġi pproċessata b’rabta mal-identifikazzjoni ta’ dawk il-gruppi u mal-inklużjoni tal-ismijiet tagħhom fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi. Id-data personali tista’ tidher bħala parti mill-ismijiet tal-korpi delegati u taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti u tal-persuni fiżiċi li lilhom ikunu ġew iddelegati ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali. Tali data tiġi pproċessata fil-kuntest tal-proċeduri ta’ kontroll għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti, kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll f’dak tal-Kummissjoni. Min-naħa l-oħra, huwa aktar probabbli li d-data personali tidher bħala parti mill-ismijiet tal-operaturi mogħtija perjodu tranżizzjonali fil-proċess ta’ reġistrazzjoni jew emenda ta’ indikazzjoni ġeografika jew ta’ speċjalità tradizzjonali garantita, kemm fil-livell tal-Istat Membru kif ukoll fil-livell tal-Kummissjoni. Id-data personali tista’ tidher ukoll bħala parti mill-ismijiet tal-produtturi inklużi fil-lista tal-operaturi u fl-għodda li tagħti l-attestazzjoni tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, ipproċessata mill-Istati Membri fi proċeduri ta’ kontroll għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu, għalhekk, ikunu obbligati jipproċessaw informazzjoni li jkun fiha data personali, b’mod partikolari l-ismijiet ta’ persuni fiżiċi u d-dettalji ta’ kuntatt relatati tagħhom. |
(13) |
Kull meta l-Kummissjoni u l-Istati Membri jqisu neċessarju li jipproċessaw data personali f’konformità ma’ dan ir-Regolament, tali pproċessar huwa ġġustifikat mill-interess pubbliku. It-twettiq xieraq ta’ proċeduri għar-reġistrazzjoni, għall-emenda jew għall-kanċellazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u proċeduri ta’ kontroll fil-qafas ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 (6) u (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) huwa neċessarju għall-funzjonament korrett tas-sistema ta’ protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti. Dawn il-proċeduri huma ta’ natura pubblika. L-informazzjoni dwar l-entitajiet ikkonċernati hija neċessarja biex jiġu identifikati r-responsabbiltajiet tagħhom fil-proċeduri u biex jiġu żgurati kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet ekwivalenti bejn l-operaturi. Barra minn hekk, f’xi każijiet, l-ipproċessar tal-ismijiet tal-produtturi u tal-gruppi ta’ produtturi huwa indispensabbli għalihom biex isegwu l-interessi tagħhom jew biex igawdu d-drittijiet tagħhom. L-ipproċessar ta’ data personali jista’ jseħħ b’rabta mal-għoti ta’ perjodu tranżizzjonali, mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni, matul proċedura ta’ reġistrazzjoni jew emenda ta’ indikazzjoni ġeografika jew speċjalità tradizzjonali garantita, għall-identifikazzjoni ta’ gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti u l-inklużjoni tal-ismijiet tagħhom fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, għall-kompilazzjoni tal-lista tal-produtturi ta’ prodotti identifikati minn indikazzjoni ġeografika miżmuma mill-Istati Membri u għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-sistema li twassal l-attestazzjoni tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. F’dawk il-każijiet kollha, l-ipproċessar ta’ data personali jitwettaq fl-interess pubbliku u, f’xi każijiet, anke fl-interess tas-suġġett tad-data. |
(14) |
B’mod ġenerali, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, l-informazzjoni li jista’ jkun fiha data personali normalment tiġi pproċessata fil-forma ta’ dokumenti diġitali jew stampati li jistgħu jiġu skambjati bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jew bejn l-Istati Membri u l-produtturi jew il-persuni kkonċernati, jew arkivjati. Tali informazzjoni la tiġi żvelata lil partijiet terzi u lanqas ma tiġi ppubblikata. Madankollu, fil-każ ta’ proċeduri ta’ oppożizzjoni, sabiex l-applikant u l-opponent jiġu f’kuntatt ma’ xulxin bil-ħsieb li jinbdew konsultazzjonijiet u jintlaħaq ftehim, il-Kummissjoni tibgħatilhom id-dettalji ta’ kuntatt ta’ xulxin. Meta l-applikant jew l-opponent ikun identifikat b’isem li jkun fih l-isem ta’ persuna fiżika, l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt ikunu data personali li jeħtieġ li tiġi kkomunikata lil parti terza. Barra minn hekk, għall-ilħuq korrett tal-objettivi tal-proċedura ta’ oppożizzjoni, jenħtieġ li l-applikant jiġi mgħarraf bl-informazzjoni kollha mibgħuta mill-opponent biex jiġġustifika l-oppożizzjoni tiegħu għar-reġistrazzjoni jew l-emenda jew il-kanċellazzjoni. Barra minn hekk, l-ismijiet tal-applikanti għall-emenda, il-persuni li jitolbu l-kanċellazzjoni, il-gruppi ta’ produtturi, il-produtturi uniċi u l-benefiċjarji tal-perjodu tranżizzjonali jiġu ppubblikati jew isiru pubbliċi. Jekk id-data personali tkun parti minn dawk l-ismijiet, jenħtieġ li dik id-data personali tiġi ppubblikata wkoll. Fil-każ ta’ proċeduri għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni, isem l-applikant għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sabiex l-opponent potenzjali jkun jista’ jikkontesta l-interess tiegħu bl-applikazzjoni għall-emenda tal-Unjoni. Fil-każ ta’ proċeduri għall-kanċellazzjoni, meta l-kanċellazzjoni tintalab minn persuna fiżika jew ġuridika stabbilita jew residenti f’pajjiż terz, l-isem tal-persuna fiżika jew ġuridika li titlob il-kanċellazzjoni għandu jiġi ppubblikat sabiex jiġu identifikati l-persuni li jkunu attivaw il-proċedura għall-kanċellazzjoni u sabiex opponent potenzjali jkun jista’ jikkontesta l-interess leġittimu tiegħu li jitlob kanċellazzjoni. Fil-każ ta’ proċeduri għal emenda standard, fejn l-emenda standard tiġi kkomunikata minn persuna fiżika jew ġuridika stabbilita jew residenti f’pajjiż terz, l-isem ta’ dik il-persuna għandu jiġi ppubblikat jew isir pubbliku. Meta tiddaħħal l-informazzjoni fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, jenħtieġ li l-isem tal-grupp ta’ produtturi rikonoxxut jiġi ppubblikat f’dak ir-reġistru għal raġunijiet ta’ trasparenza u li dak il-grupp ikun jista’ juri l-istatus tiegħu bħala l-grupp ta’ produtturi rikonoxxut għall-indikazzjoni ġeografika kkonċernata. Fil-każ tal-pubblikazzjoni mill-Istati Membri tal-ismijiet tal-korpi delegati u tal-persuni fiżiċi li lilhom ikunu ġew iddelegati kompiti ta’ kontroll uffiċjali fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti li joriġinaw fit-territorju tagħhom, u fil-każ tal-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti mill-Kummissjoni fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti li joriġinaw f’pajjiżi terzi, dawk l-ismijiet għandhom isiru pubbliċi sabiex jippermettu trasparenza sħiħa tal-proċeduri ta’ kontroll. Fil-każ ta’ Regolament tal-Kummissjoni jew att nazzjonali li jagħti perjodu tranżizzjonali lil produttur biex jippermetti l-użu ta’ indikazzjoni ġeografika jew speċjalità tradizzjonali garantita, jenħtieġ li l-isem ta’ dak il-produttur jissemma f’dak ir-Regolament tal-Kummissjoni jew f’dak l-att nazzjonali u jsir pubbliku sabiex dak il-produttur ikun jista’ jeżerċita d-drittijiet li jkun ingħata u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti. F’dak il-qafas, u għall-implimentazzjoni xierqa tal-proċeduri previsti f’dan ir-Regolament u f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jitħallew jiżvelaw lil partijiet terzi jew jippubblikaw tali data personali. |
(15) |
Jenħtieġ li d-dokumentazzjoni relatata mar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika u ta’ speċjalità tradizzjonali garantita, f’forma diġitali jew stampata, tinżamm għal perjodu ta’ 10 snin wara l-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni, sabiex tiġi żgurata ż-żamma ta’ informazzjoni storika u biex ikun jista’ jsir tqabbil ma’ applikazzjonijiet sussegwenti possibbli li jikkonċernaw l-istess ismijiet jew ismijiet simili. Jekk id-data personali tkun parti minn dik id-dokumentazzjoni, jenħtieġ li dik id-data personali tinżamm ukoll. |
(16) |
Għall-fini tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-Kummissjoni hija l-awtorità li magħha s-suġġett tad-data jista’ jeżerċita d-drittijiet relatati, billi jibgħat kummenti, jistaqsi mistoqsijiet jew jesprimi tħassib, jew billi jressaq lment dwar il-ġbir u l-użu tad-data personali. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-Kummissjoni hija meqjusa bħala l-kontrollur skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2018/1725 fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali fil-proċeduri li għalihom hija responsabbli skont dan ir-Regolament, ir-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) 2019/787 u d-dispożizzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament u dawk ir-Regolamenti. Meta jżomm fi stat tajjeb u aġġornat ir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, jenħtieġ li l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (“EUIPO”) jaġixxi bħala proċessur. Jenħtieġ li l-EUIPO ma jkollu l-ebda diskrezzjoni li jaffettwa l-iskop u l-elementi essenzjali tal-ipproċessar ta’ data personali. |
(17) |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri huma l-awtoritajiet li magħhom is-suġġett tad-data jista’ jeżerċita d-drittijiet relatati, billi jibgħat kummenti, jistaqsi mistoqsijiet jew jesprimi tħassib, jew billi jressaq ilment dwar il-ġbir u l-użu tad-data personali. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-Istati Membri huma meqjusa kontrolluri skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali fil-proċeduri li għalihom huma responsabbli skont dan ir-Regolament, ir-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) 2019/787 u d-dispożizzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament u dawk ir-Regolamenti. |
(18) |
L-iżgurar ta’ rikonoxximent u protezzjoni uniformi madwar l-Unjoni għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-ismijiet protetti fl-Unjoni huwa prijorità li tista’ tinkiseb b’mod effettiv biss fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk jeħtieġ li fil-liġi tal-Unjoni tiġi prevista sistema unitarja u eżawrjenti ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi. L-indikazzjonijiet ġeografiċi huma dritt kollettiv tal-produtturi eliġibbli kollha f’żona indikata li jkunu lesti jaderixxu mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. |
(19) |
Il-produtturi li jaġixxu b’mod kollettiv għandhom aktar setgħat mill-produtturi individwali u jassumu responsabbiltajiet kollettivi biex jimmaniġġjaw l-indikazzjonijiet ġeografiċi tagħhom, inkluż li jirreaġixxu għad-domandi tas-soċjetà għal prodotti li jkunu ġejjin minn produzzjoni sostenibbli. Bl-istess mod, l-organizzazzjoni kollettiva tal-produtturi ta’ prodott identifikat minn indikazzjoni ġeografika tista’ tiżgura aħjar distribuzzjoni ġusta tal-valur miżjud fost l-atturi fil-katina tal-provvista, biex tipprovdi introjtu ġust lill-produtturi, li jkopri l-ispejjeż tagħhom u tippermettilhom jinvestu aktar fil-kwalità u s-sostenibbiltà tal-prodotti tagħhom. L-użu ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi jippremja lill-produtturi b’mod ġust għall-isforzi tagħhom biex jipproduċu firxa wiesgħa ta’ prodotti ta’ kwalità. Fl-istess ħin, dak jista’ jkun ta’ benefiċċju għall-ekonomija rurali, li huwa partikolarment il-każ f’żoni b’restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra, bħal żoni muntanjużi u reġjuni remoti inkluż reġjuni ultraperiferiċi, fejn is-settur tal-biedja jifforma parti sinifikanti mill-ekonomija u l-kostijiet tal-produzzjoni huma għoljin. B’dak il-mod, l-iskemi tal-kwalità jistgħu jikkontribwixxu u jkunu komplementari għall-politika tal-iżvilupp rurali kif ukoll għal-linji politiċi tas-suq u ta’ appoġġ għad-dħul tal-politika agrikola komuni (“il-PAK”). B’mod partikolari, dawn jistgħu jikkontribwixxu għal żviluppi fis-settur tal-biedja u, b’mod speċjali, fiż-żoni żvantaġġati. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2021 bit-titolu “Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE — Lejn żoni u komunitajiet rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi sal-2040” tirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fost l-inizjattivi ewlenin li jippromwovu ż-żoni rurali, fid-dawl tal-kontribut tagħhom għall-prosperità, id-diversifikazzjoni ekonomika u l-iżvilupp taż-żoni rurali u l-assoċjazzjoni b’saħħitha bejn prodott u l-oriġini territorjali tiegħu. Qafas tal-Unjoni li jipproteġi l-indikazzjonijiet ġeografiċi billi jipprevedi l-inklużjoni tagħhom f’reġistru fil-livell tal-Unjoni jiffaċilita l-iżvilupp tas-settur agrikolu, peress li l-approċċ aktar uniformi li jirriżulta jiżgura kompetizzjoni ġusta bejn il-produtturi ta’ prodotti li jkollhom indikazzjonijiet bħal dawn u jsaħħaħ il-kredibbiltà tal-prodotti mill-perspettiva tal-konsumaturi. Is-sistema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għandha l-għan li tippermetti lill-konsumaturi jagħmlu għażliet ta’ xiri aktar infurmati u, permezz tat-tikkettar u r-reklamar, tgħinhom jidentifikaw b’mod korrett il-prodotti tagħhom fis-suq. |
(20) |
Jenħtieġ li sistema unitarja u eżawrjenti ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal aktar sensibilizzazzjoni, rikonoxximent u fehim tal-konsumaturi, kemm fl-Unjoni kif ukoll f’pajjiżi terzi, tas-simboli, l-indikazzjonijiet u t-taqsiriet li juru l-parteċipazzjoni fl-iskemi tal-kwalità tal-Unjoni u l-valur miżjud tagħhom. Dik is-sistema tista’ ssaħħaħ u tiffaċilita l-promozzjoni, skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), ta’ prodotti identifikati minn indikazzjonijiet ġeografiċi. |
(21) |
L-indikazzjonijiet ġeografiċi, li huma tip ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali, jgħinu lill-operaturi u lill-kumpaniji jivvalorizzaw l-assi intanġibbli tagħhom. Sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet inġusti ta’ kompetizzjoni u biex jiġi sostnut is-suq intern, jenħtieġ li kwalunkwe produttur, inkluż produttur ta’ pajjiż terz, ikun jista’ juża isem irreġistrat u jikkumerċjalizza prodotti identifikati minn indikazzjonijiet ġeografiċi madwar l-Unjoni u fil-kummerċ elettroniku, dment li l-prodott ikkonċernat ikun jikkonforma mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni rilevanti u li l-produttur ikun kopert minn sistema ta’ kontrolli. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) 2019/787, u r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), hemm bżonn li jiġu indirizzati ċerti kwistjonijiet legali, li jiġu ċċarati u ssimplifikati ċerti regoli u li jiġu ssimplifikati l-proċeduri. |
(22) |
Għall-fini tar-regolamentazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, huwa xieraq li l-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel ikkonċernati jiġu definiti b’tali mod li jitqies il-qafas regolatorju internazzjonali, jiġifieri l-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) dwar l-Agrikoltura, filwaqt li jiġi rrispettat l-ambitu tal-prodotti agrikoli kif elenkati fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Għalhekk, jenħtieġ li ssir referenza għan-Nomenklatura Magħquda stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (10). Għalhekk, jenħtieġ li l-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel jinkludu l-prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitoli 1 sa 23 tan-Nomenklatura Magħquda, inkluż il-prodotti elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
(23) |
Jenħtieġ li l-politika tal-Unjoni fir-rigward tal-kwalità tikkontribwixxi biex tkun tista’ ssir it-tranżizzjoni lejn sistema alimentari sostenibbli u jenħtieġ li din twieġeb għad-domandi tas-soċjetà għal metodi ta’ produzzjoni sostenibbli, li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u lill-klima, li jiżguraw it-trattament xieraq tal-annimali, effiċjenti fir-riżorsi, u soċjalment u etikament responsabbli. Jenħtieġ li l-produtturi tal-prodotti identifikati minn indikazzjonijiet ġeografiċi jiġu mħeġġa jaderixxu ma’ prattiki sostenibbli, li jinkludu objettivi ambjentali, soċjali u ekonomiċi, li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji. Dawn il-prattiki jistgħu jiġu stipulati fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott jew f’inizjattiva separata. Jenħtieġ li l-prattiki b’rabta mas-sostenibbiltà inklużi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ikunu relatati tal-inqas ma’ wieħed mit-tliet tipi ewlenin ta’ sostenibbiltà: jiġifieri dik ambjentali, soċjali u ekonomika. |
(24) |
Jenħtieġ li l-prattiki b’rabta mas-sostenibbiltà jikkontribwixxu għal objettiv ambjentali, soċjali jew ekonomiku wieħed jew aktar. Jenħtieġ li l-objettivi ambjentali jinkludu l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-ħamrija, il-pajsaġġ, l-ilma u r-riżorsi naturali, il-preservazzjoni tal-bijodiversità, il-konservazzjoni ta’ żrieragħ rari, razez u varjetajiet ta’ pjanti lokali, il-promozzjoni ta’ ktajjen tal-provvista qosra u l-ġestjoni u l-promozzjoni tat-trattament xieraq tal-annimali. Jenħtieġ li l-objettivi soċjali jinkludu t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjiegi, kif ukoll in-negozjar kollettiv, il-protezzjoni soċjali u l-istandards tas-sikurezza, li jattiraw u jappoġġaw kemm lill-produtturi żgħażagħ kif ukoll lil dawk ġodda ta’ prodotti identifikati minn indikazzjoni ġeografika, sabiex jiffaċilitaw it-tiġdid ġenerazzjonali u jiffaċilitaw is-solidarjetà u t-trażmissjoni tal-għarfien bejn il-ġenerazzjonijiet. Jenħtieġ li l-objettivi ekonomiċi jinkludu l-iżgurar ta’ introjtu stabbli u ġust u pożizzjoni b’saħħitha tul il-katina tal-valur għall-produtturi ta’ prodotti identifikati minn indikazzjoni ġeografika, it-titjib tal-valur ekonomiku tal-prodotti identifikati minn indikazzjoni ġeografika u r-ridistribuzzjoni tal-valur miżjud tul il-katina tal-valur, il-kontribut għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali u għall-iżvilupp lokali, inkluż l-impjiegi agrikoli, u l-preservazzjoni taż-żoni rurali. |
(25) |
Sabiex tingħata viżibbiltà lill-isforzi tal-produtturi ta’ prodotti identifikati minn indikazzjonijiet ġeografiċi fir-rigward tas-sostenibbiltà, il-gruppi ta’ produtturi jew il-gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti jistgħu jħejju rapporti dwar is-sostenibbiltà li fihom jikkomunikaw il-prattiki sostenibbli applikati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Jenħtieġ li dawk ir-rapporti jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni. |
(26) |
L-Unjoni ilha għal xi żmien timmira li tissimplifika l-qafas regolatorju tal-PAK. Il-proċeduri għall-emendar tal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għall-prodotti identifikati minn indikazzjoni ġeografika diġà ġew issimplifikati u saru aktar effiċjenti għall-inbid u għall-prodotti agroalimentari bħala parti mir-rieżami tal-PAK, b’mod partikolari permezz tal-estensjoni tar-reġim tal-“emendi standard”, li qabel kien applikabbli fis-settur tal-inbid u tax-xorb spirituż, għas-settur tal-prodotti agrikoli. Dan inaqqas il-passi għall-approvazzjoni ta’ emendi li la jikkonċernaw elementi essenzjali tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u lanqas ma jħallu impatt fuq l-interessi ta’ partijiet terzi stabbiliti jew residenti fi Stati Membri għajr l-Istat Membru tal-oriġini tal-indikazzjoni ġeografika kkonċernata. Sabiex jiġu ssimplifikati aktar il-proċeduri twal għar-reġistrazzjoni, għall-emenda tal-Unjoni u għall-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli proċedurali armonizzati għall-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli fi strument legali wieħed, filwaqt li jinżammu dispożizzjonijiet speċifiċi għall-prodott għall-inbid fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għax-xorb spirituż fir-Regolament (UE) 2019/787 u għall-prodotti agrikoli f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-proċeduri ta’ reġistrazzjoni, għall-emendi tal-Unjoni għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott u għall-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li joriġinaw fl-Unjoni, inkluż il-proċeduri ta’ oppożizzjoni, jitwettqu mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu responsabbli għal stadji distinti ta’ kull proċedura. Madankollu, fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ emendi standard, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu unikament responsabbli għall-ġestjoni tal-proċedura u għall-adozzjoni tad-deċiżjoni finali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu responsabbli għall-ewwel stadju tal-proċedura, li jikkonsisti fir-riċeviment tal-applikazzjoni mill-grupp ta’ produtturi, il-valutazzjoni tagħha, inkluż bit-twettiq ta’ proċedura nazzjonali ta’ oppożizzjoni, u, wara r-riżultati tal-valutazzjoni, il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun responsabbli għall-eżaminar tal-applikazzjoni fit-tieni stadju tal-proċedura, li tinkludi t-twettiq ta’ proċedura ta’ oppożizzjoni dinjija, u t-teħid ta’ deċiżjoni fir-rigward tal-għoti, jew le, tal-protezzjoni lill-indikazzjoni ġeografika. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti skadenzi għall-preżentazzjoni ta’ oppożizzjoni bil-ħsieb li jiġi żgurat l-eżerċizzju sħiħ tad-dritt ta’ oppożizzjoni mingħajr ma jiddewwem il-proċess ta’ reġistrazzjoni. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-opponent li jżid aktar dettalji mar-raġunijiet fl-oppożizzjoni matul il-konsultazzjonijiet mal-applikant. Jenħtieġ li l-indikazzjonijiet ġeografiċi jiġu rreġistrati biss fil-livell tal-Unjoni. Madankollu, b’effett mid-data tal-applikazzjoni mal-Kummissjoni għar-reġistrazzjoni fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħtu protezzjoni tranżizzjonali fil-livell nazzjonali mingħajr ma jaffettwaw is-suq intern jew il-kummerċ internazzjonali. Jenħtieġ li l-protezzjoni mogħtija b’dan ir-Regolament mar-reġistrazzjoni tkun disponibbli bl-istess mod għall-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kriterji korrispondenti u li huma protetti fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq il-proċeduri korrispondenti għall-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi. |
(27) |
Sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi stabbiliti jew residenti f’pajjiż terz ikunu jistgħu jiġbdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar kwalunkwe żball jew informazzjoni addizzjonali fir-rigward ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, jenħtieġ li tiġi prevista l-possibbiltà li jiġi ppreżentat avviż ta’ kummenti. |
(28) |
Sabiex jiġi żgurat teħid ta’ deċiżjonijiet koerenti u effiċjenti fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni u tal-kontestazzjonijiet ġudizzjarji, ippreżentati fil-proċedura nazzjonali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi infurmata fil-ħin u b’mod regolari fejn jinbdew proċeduri quddiem il-qrati nazzjonali jew korpi oħra rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni mibgħuta mill-Istat Membru lill-Kummissjoni u dwar ir-riżultati finali ta’ dawk il-proċeduri. Għall-istess raġuni, meta Stat Membru jqis li deċiżjoni nazzjonali li fuqha tkun bbażata l-applikazzjoni għall-protezzjoni x’aktarx li tiġi invalidata bħala riżultat ta’ proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali, jenħtieġ li dan jinforma lill-Kummissjoni b’dik il-valutazzjoni. Jekk l-Istat Membru jitlob is-sospensjoni tal-eżami ta’ applikazzjoni fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li il-Kummissjoni tkun eżentata mill-obbligu li tirrispetta l-iskadenza għall-eżami stabbilit f’dan ir-Regolament. Sabiex l-applikant ikun protett minn azzjonijiet legali vessatorji u sabiex jinżamm id-dritt tal-applikant li jiżgura l-protezzjoni ta’ isem fi żmien raġonevoli, jenħtieġ li l-eżenzjoni tkun limitata għal każijiet li fihom l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tkun ġiet invalidata fil-livell nazzjonali b’deċiżjoni ġudizzjarja applikabbli immedjatament iżda mhux finali jew li fihom l-Istat Membru jqis li l-azzjoni biex tiġi kkontestata l-validità tal-applikazzjoni tkun ibbażata fuq raġunijiet validi. |
(29) |
Sabiex l-operaturi, li l-interessi tagħhom ikunu affettwati mir-reġistrazzjoni ta’ isem, jitħallew ikomplu jużaw dak l-isem għal perjodu ta’ żmien limitat, għalkemm l-użu ta’ dak l-isem ikun jikser ir-reġim ta’ protezzjoni stabbilit f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw derogi speċifiċi għall-użu tal-ismijiet fil-forma ta’ perjodi tranżizzjonali. Jenħtieġ li perjodi bħal dawn jiġu permessi wkoll sabiex jingħelbu diffikultajiet temporanji u bl-objettiv fit-tul li jiġi żgurat li l-produtturi kollha jikkonformaw mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. |
(30) |
Biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-uniformità fl-Istati Membri, huwa neċessarju li jiġi stabbilit u jinżamm fi stat tajjeb reġistru elettroniku uniku tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, irreġistrati bħala denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti. Jenħtieġ li r-reġistru aġġornat regolarment jipprovdi informazzjoni lill-konsumaturi u lil dawk involuti fil-kummerċ dwar it-tipi kollha ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi mdaħħla f’dak ir-reġistru. Jenħtieġ li r-reġistru jkun bażi tad-data elettronika maħżuna f’sistema tal-informazzjoni, u jenħtieġ li jkun aċċessibbli għall-pubbliku. Jenħtieġ li l-EUIPO, abbażi tal-esperjenza tiegħu fil-ġestjoni ta’ reġistri oħra tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, iżomm fi stat tajjeb u aġġornat ir-reġistru tal-Unjoni fir-rigward tar-reġistrazzjonijiet, l-emendi u l-kanċellazzjonijiet tal-indikazzjonijiet ġeografiċi. |
(31) |
L-Unjoni tinnegozja ftehimiet internazzjonali, inkluż dawk li jtejbu l-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, mas-sħab kummerċjali tagħha. Sabiex jiġi ffaċilitat l-għoti lill-pubbliku ta’ informazzjoni dwar l-ismijiet protetti minn dawk il-ftehimiet internazzjonali, u b’mod partikolari biex jiġu żgurati l-protezzjoni u l-kontroll tal-użu li jingħataw dawk l-ismijiet, dawk l-ismijiet jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi. Sakemm ma jkunux identifikati b’mod speċifiku bħala denominazzjonijiet ta’ oriġini f’dawk il-ftehimiet internazzjonali, jenħtieġ li l-ismijiet jiddaħħlu fir-reġistru bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti. |
(32) |
Għall-aħjar funzjonament tas-suq intern, huwa importanti li l-produtturi u operaturi oħra kkonċernati, l-awtoritajiet u l-konsumaturi jista’ jkollhom aċċess rapidu u faċli għall-informazzjoni rilevanti dwar denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta rreġistrata. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tinkludi, fejn applikabbli, l-informazzjoni dwar l-identità tal-grupp ta’ produtturi rikonoxxut fil-livell nazzjonali. |
(33) |
Jenħtieġ li tingħata protezzjoni lill-ismijiet imdaħħla fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi bil-għan li jiġi żgurat li jintużaw b’mod ġust u sabiex jiġu evitati prattiki li jistgħu jiżgwidaw lill-konsumaturi. Biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u biex il-ksur jiġi miġġieled b’mod aktar effettiv, jenħtieġ li l-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tapplika għall-ismijiet kollha tad-dominju li huma aċċessibbli fl-Unjoni, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment tar-reġistri rilevanti. |
(34) |
Sabiex jiġi stabbilit jekk prodotti jkunux komparabbli mal-prodotti identifikati minn indikazzjoni ġeografika, jenħtieġ li jitqiesu l-fatturi rilevanti kollha. Jenħtieġ li dawk il-fatturi jinkludu jekk il-prodotti jkollhomx karatteristiċi oġġettivi komuni, bħall-metodu ta’ produzzjoni, id-dehra fiżika jew l-użu tal-istess materja prima; f’liema ċirkostanzi l-prodotti jintużaw mill-perspettiva tal-pubbliku rilevanti; jekk dawn jiġux distribwiti ta’ spiss permezz tal-istess kanali; u jekk ikunux suġġetti għal regoli simili dwar il-kummerċjalizzazzjoni. |
(35) |
Abbażi tal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tista’ tinħoloq evokazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika, b’mod partikolari, meta tkun preżenti f’moħħ il-konsumatur Ewropew medju li jkun raġonevolment infurmat sew, osservanti u prudenti, konnessjoni mal-prodott identifikat mill-indikazzjoni ġeografika rreġistrata, inkluż b’referenza għal terminu, sinjal, jew apparat ieħor ta’ tikkettar jew imballaġġ. |
(36) |
Fid-dawl tal-prattiki kummerċjali u tal-każistika tal-Unjoni, hija meħtieġa ċarezza dwar l-użu ta’ indikazzjoni ġeografika fl-isem tal-bejgħ ta’ prodott ipproċessat li tiegħu l-prodott identifikat mill-indikazzjoni ġeografika jkun ingredjent. Jenħtieġ li jiġi żgurat li dan l-użu jsir f’konformità ma’ prattiki kummerċjali ġusti u ma jdgħajjifx, ma jnaqqasx jew ma jagħmilx ħsara lir-reputazzjoni tal-prodott li jkollu l-indikazzjoni ġeografika. Għal dak l-għan, jenħtieġ li jiżdiedu l-kundizzjonijiet għall-kwalitajiet attribwiti mill-indikazzjoni ġeografika bħala ingredjent għall-ikel ipproċessat. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-produtturi tal-ikel ippakkjat bil-lest jinnotifikaw lill-grupp ta’ produtturi rikonoxxut, fejn jeżisti tali grupp, qabel ma jibdew jużaw l-indikazzjoni ġeografika fl-isem tal-ikel ippakkjat bil-lest. Tali approċċ huwa konformi mal-objettivi tat-tisħiħ tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u t-tisħiħ tar-rwol tal-gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti. Bil-ħsieb li jintlaħqu dawk l-objettivi, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu jew jintroduċu regoli proċedurali nazzjonali addizzjonali applikabbli għal sitwazzjonijiet interni fejn il-produttur tal-ikel ippakkjat bil-lest u l-grupp ta’ produtturi rikonoxxut ikunu stabbiliti fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, f’konformità mat-Trattati u l-każistika, u mingħajr ma jfixklu l-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà tal-istabbiliment. Barra minn hekk, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju tal-libertà kuntrattwali, il-grupp ta’ produtturi rikonoxxut u l-produttur tal-ikel ippakkjat bil-lest jistgħu jikkonkludu ftehim bejniethom dwar elementi tekniċi u viżwali speċifiċi tal-preżentazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika tal-ingredjent fl-isem tal-ikel ippakkjat bil-lest. |
(37) |
Jenħtieġ li r-regoli dwar l-użu kontinwu ta’ termini ġeneriċi jiġu ċċarati sabiex it-termini ġeneriċi li jkunu simili għal jew li jiffurmaw parti minn isem jew terminu li jkun protett jenħtieġ li jżommu l-istatus ġeneriku tagħhom. |
(38) |
Jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-protezzjoni mogħtija skont dan ir-Regolament jiġi ċċarat, b’mod partikolari fir-rigward ta’ dawk il-limitazzjonijiet fuq ir-reġistrazzjoni ta’ trademarks ġodda stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u fir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) li jkunu konfliġġenti mar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi. Tali kjarifika hija meħtieġa wkoll fir-rigward tad-detenturi ta’ drittijiet preċedenti ta’ proprjetà intellettwali, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw trademarks u ismijiet omonimi rreġistrati bħala indikazzjonijiet ġeografiċi. |
(39) |
Jenħtieġ li r-relazzjoni bejn it-trademarks u l-indikazzjonijiet ġeografiċi tiġi ċċarata fir-rigward tal-kriterji għar-rifjut tal-applikazzjonijiet għat-trademarks, l-invalidazzjoni tat-trademarks u l-koeżistenza bejn it-trademarks u l-indikazzjonijiet ġeografiċi. |
(40) |
L-indikazzjonijiet ġeografiċi jistgħu jiġu rreġistrati wkoll bħala trademarks f’każijiet fejn ma jkunx qed jinkiser dan ir-Regolament. Għal dak l-għan, dan ir-Regolament ma jaffettwax ir-regoli nazzjonali fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kontabbiltà ta’ dawk it-trademarks u l-inklużjoni tagħhom fil-karta tal-bilanċ annwali tal-produtturi u tal-gruppi ta’ produtturi. |
(41) |
Il-gruppi ta’ produtturi għandhom rwol essenzjali fil-proċess ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u fil-ġestjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tagħhom. Il-gruppi ta’ produtturi jistgħu jiġu megħjuna fit-tħejjija tal-applikazzjoni tagħhom minn partijiet interessati bħall-awtoritajiet reġjonali u lokali. Jenħtieġ li l-gruppi ta’ produtturi jkunu mgħammra bil-mezzi biex jidentifikaw u jikkummerċjalizzaw aħjar il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li r-rwol tal-grupp ta’ produtturi jiġi ċċarat. |
(42) |
Peress li l-produtturi ta’ prodotti li jkollhom indikazzjonijiet ġeografiċi jkunu fil-biċċa l-kbira intrapriżi żgħar jew ta’ daqs medju, dawn jiffaċċjaw kompetizzjoni minn operaturi oħra tul il-katina tal-provvista tal-ikel li tista’ toħloq kompetizzjoni inġusta bejn il-produtturi lokali u dawk li joperaw fuq skala aktar wiesgħa. F’dan il-kuntest, fl-interess tal-produtturi kollha kkonċernati, huwa meħtieġ li grupp ta’ produtturi wieħed ikun jista’ jwettaq azzjonijiet speċifiċi f’isem il-produtturi. Għal dak l-għan, jenħtieġ li tiġi stabbilita l-kategorija tal-grupp ta’ produtturi rikonoxxut. Minbarra r-regoli ġenerali dwar il-gruppi ta’ produtturi, li jenħtieġ li japplikaw ukoll għall-gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti, huwa meħtieġ li jiġu definiti l-kriterji ta’ kwalifika bħala grupp rikonoxxut u d-drittijiet addizzjonali speċifiċi relatati, b’mod partikolari sabiex il-gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti jingħataw l-għodod it-tajbin biex jinfurzaw aħjar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom kontra prattiki inġusti u ta’ żvalutazzjoni. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li l-gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti jkunu jistgħu jirrappreżentaw lill-produtturi kollha tal-prodotti identifikati mill-indikazzjonijiet ġeografiċi kkonċernati u jaġixxu f’isimhom. Jenħtieġ li jiġu fdati wkoll bl-eżerċitar ta’ ċerti kompiti speċifiċi elenkati f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari minħabba li l-effett tagħhom jew l-iskala ta’ dawk il-kompiti tikkonċerna lil dawn il-produtturi kollha. Għal dak l-għan, id-diviżjoni bejn il-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali tinftiehem skont l-istruttura kostituzzjonali u d-dritt nazzjonali tal-Istati Membri. Id-dispożizzjonijiet dwar gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti huma ispirati mis-sistemi li ilhom stabbiliti f’diversi Stati Membri. Dawk is-sistemi eżistenti juru li l-grupp ta’ produtturi rikonoxxut huwa strument siewi fit-tisħiħ tal-ġestjoni kollettiva u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, li jenħtieġ li jinżammu. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jagħti l-għodod regolatorji meħtieġa lill-Istati Membri li jixtiequ jistabbilixxu sistemi bħal dawn fi kwalunkwe ħin. |
(43) |
Jenħtieġ li grupp ta’ produtturi wieħed jiġi rikonoxxut ukoll, bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati, fil-każ ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi li ż-żona ġeografika tagħhom testendi għal aktar minn Stat Membru wieħed. Fid-dawl tal-Protokoll dwar l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (13), jenħtieġ li l-istess japplika fir-rigward tat-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq. |
(44) |
Fid-dawl tal-kontribut għani u kontinwu tal-assoċjazzjonijiet tal-gruppi ta’ produtturi għall-promozzjoni u għall-għarfien min-nies tas-sistema ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ir-rwol u l-funzjonijiet ta’ tali assoċjazzjonijiet jenħtieġ li jiġu stabbiliti. |
(45) |
Bil-ħsieb li jitjieb l-infurzar tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-suq, ir-relazzjoni bejn l-ismijiet ta’ dominju tal-internet u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi jenħtieġ li tiġi ċċarata fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri ta’ rimedju, ir-rikonoxximent tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-soluzzjoni tat-tilwim, u l-użu ġust tal-ismijiet ta’ dominju. Jenħtieġ li s-sistemi alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim tar-reġistri tal-ismijiet tad-dominji tal-ogħla livell tal-kodiċi tal-pajjiż madwar l-Unjoni jirrikonoxxu l-indikazzjonijiet ġeografiċi bħala dritt li jiġu invokati matul tali tilwim. |
(46) |
Sabiex jiġi evitat li jinħolqu kundizzjonijiet inġusti għall-kompetizzjoni, kwalunkwe operatur, inkluż operatur ta’ pajjiż terz, jenħtieġ li jkun jista’ juża indikazzjoni ġeografika rreġistrata, dment li l-prodott ikkonċernat ikun konformi mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott rilevanti. Jenħtieġ li s-sistema stabbilita mill-Istati Membri tiżgura wkoll li l-operaturi li jikkonformaw mar-regoli jkunu intitolati li jkunu koperti mill-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. |
(47) |
Jenħtieġ li s-simboli, l-indikazzjonijiet u t-taqsiriet li jidentifikaw indikazzjoni ġeografika rreġistrata, u d-drittijiet fiha li jappartjenu lill-Unjoni, ikunu protetti fl-Unjoni kif ukoll f’pajjiżi terzi bil-għan li jiġi żgurat li jintużaw fuq prodotti ġenwini u li l-konsumaturi ma jiġux imqarrqa rigward il-kwalitajiet tal-prodotti. |
(48) |
Jenħtieġ li t-tikkettar tax-xorb spirituż u tal-prodotti agrikoli jkun suġġett għar-regoli ġenerali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), u b’mod partikolari għad-dispożizzjonijiet immirati biex jipprevjenu tikkettar li jista’ jfixkel jew jiżgwida lill-konsumaturi. |
(49) |
Jenħtieġ li l-użu ta’ simboli tal-Unjoni fuq l-imballaġġ (materjal ta’ tikkettar u reklamar) ta’ prodotti agrikoli identifikati minn indikazzjoni ġeografika jsir obbligatorju sabiex dik il-kategorija ta’ prodotti, u l-garanziji marbuta magħhom, ikunu magħrufa aħjar mill-konsumaturi u sabiex jippermettu identifikazzjoni aktar faċli ta’ dawk il-prodotti fis-suq, u b’hekk jiffaċilitaw il-kontrolli. Minħabba n-natura speċifika tagħhom, jenħtieġ jinżammu dispożizzjonijiet speċjali dwar it-tikkettar għax-xorb spirituż. Jenħtieġ li l-użu ta’ simboli jew indikazzjonijiet tal-Unjoni jibqa’ volontarju għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ oriġini ta’ pajjiżi terzi għal prodotti agrikoli. Jenħtieġ li r-regoli dwar it-tikkettar li jikkonċernaw id-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti (“DOP”) u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“IĠP”) fis-settur tal-inbid jinżammu fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 filwaqt li jiġi ċċarat li t-taqsiriet “DOP” u “IĠP” jistgħu jiżdiedu wkoll fuq it-tikketta. |
(50) |
Sabiex tingħata viżibbiltà lill-produtturi ta’ prodotti identifikati b’indikazzjonijiet ġeografiċi, jenħtieġ li jkun obbligatorju li fuq it-tikketta jiġi indikat l-isem tal-produttur jew, fil-każ ta’ prodotti agrikoli, l-isem tal-operatur. |
(51) |
Il-valur miżjud tal-indikazzjonijiet ġeografiċi huwa bbażat fuq il-fiduċja tal-konsumatur. Is-sistema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tiddependi b’mod sinifikanti fuq l-awtokontroll, id-diliġenza dovuta u r-responsabbiltà individwali tal-produtturi, filwaqt li huwa r-rwol tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jieħdu l-passi meħtieġa biex jipprevjenu jew iwaqqfu l-użu tal-ismijiet tal-prodotti li jkunu qed jiksru r-regoli li jirregolaw l-indikazzjonijiet ġeografiċi. Ir-rwol tal-Kummissjoni huwa li tagħmel awditu tal-Istati Membri abbażi ta’ analiżi tar-riskju. Jenħtieġ li l-indikazzjonijiet ġeografiċi jkunu suġġetti għas-sistema ta’ kontrolli uffiċjali, f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), li jenħtieġ li tinkludi sistema ta’ kontrolli fl-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni. Jenħtieġ li kull operatur ikun suġġett għal sistema ta’ kontroll li tivverifika l-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Meta jitqies li l-inbid huwa suġġett għal kontrolli speċifiċi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi kontrolli għax-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli biss. |
(52) |
Sabiex jiġi żgurat li jkunu imparzjali u effettivi, l-awtoritajiet kompetenti maħtura biex iwettqu l-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jenħtieġ li jissodisfaw għadd ta’ kriterji operazzjonali. Jenħtieġ li jiġu previsti dispożizzjonijiet dwar id-delega ta’ ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali lil korpi delegati u taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti u lil persuni fiżiċi biex jiffaċilitaw il-kompitu tal-awtoritajiet ta’ kontroll u jagħmlu s-sistema aktar effettiva. Jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti, il-korpi delegati u taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti u l-persuni fiżiċi tiġi ppubblikata biex tiġi żgurata t-trasparenza u biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jikkuntattjawhom. |
(53) |
Jenħtieġ li l-istandards Ewropej żviluppati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u l-istandards internazzjonali żviluppati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni jintużaw għall-akkreditazzjoni tal-korpi delegati u taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti kif ukoll minn dawk il-korpi għall-operazzjonijiet tagħhom. Jenħtieġ li l-akkreditazzjoni ta’ dawk il-korpi ssir f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). |
(54) |
L-infurzar tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-suq, f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625, huwa importanti biex jiġu evitati prattiki frodulenti u qarrieqa u biex tkun tista’ ssir ġlieda effettiva kontra l-falsifikazzjoni, u b’hekk jiġi żgurat li l-produtturi jiġu ppremjati kif xieraq għall-valur miżjud tal-prodotti tagħhom li jkollhom indikazzjoni ġeografika u li l-utenti illegali ta’ dawk l-indikazzjonijiet ġeografiċi ma jitħallewx ibiegħu l-prodotti tagħhom. Jenħtieġ li l-kontrolli fis-suq jitwettqu abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju jew notifiki mill-operaturi jew mill-awtoritajiet kompetenti biex tiġi żgurata l-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jew mad-dokument uniku jew ekwivalenti għal dan tal-aħħar, bħas-sommarju tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Jenħtieġ li jittieħdu passi amministrattivi u ġudizzjarji effettivi u proporzjonati xierqa biex jiġi evitat jew jitwaqqaf l-użu ta’ ismijiet fuq prodotti jew servizzi li jonqsu milli jirrispettaw, jew jiksru, l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti. |
(55) |
Barra minn hekk, minħabba ż-żieda fl-użu tas-servizzi intermedjarji online, l-infurzar tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi kontra ismijiet ta’ dominji li jiksru dik il-protezzjoni jistħoqqlu attenzjoni partikolari. Huwa meħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jiġu mgħammra bl-għodod biex jirreaġixxu kif xieraq għal ksur, stabbilit skont dan ir-Regolament, tal-protezzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika, minn isem ta’ dominju rreġistrat. Għalhekk, meta jeżerċitaw il-kompiti ta’ kontroll uffiċjali tagħhom, jenħtieġ li dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu jieħdu passi xierqa bil-ħsieb li jiddiżattivaw l-aċċess mit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat għall-ismijiet ta’ dominju rreġistrati bi ksur tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, filwaqt li jqisu l-prinċipju tal-proporzjonalità u d-drittijiet u l-interessi tal-partijiet affettwati. Jenħtieġ li tali passi jkunu konformi ma’ liġijiet rilevanti oħra tal-Unjoni bħar-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17). |
(56) |
Is-servizzi intermedjarji, b’mod partikolari l-pjattaformi online qed isiru dejjem aktar użati għall-bejgħ ta’ prodotti, inkluż dawk identifikati minn indikazzjonijiet ġeografiċi, u f’xi każijiet jistgħu jirrappreżentaw spazju importanti fir-rigward tal-prevenzjoni tal-frodi. Jenħtieġ li l-informazzjoni relatata mar-reklamar, il-promozzjoni u l-bejgħ ta’ merkanzija li tikser il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi titqies bħala kontenut illegali skont ir-Regolament (UE) 2022/2065. F’dak ir-rigward, dan ir-Regolament jipprevedi l-identifikazzjoni ta’ tali kontenut illegali u għal miżuri possibbli li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet nazzjonali. |
(57) |
Meta jitqies li prodott identifikat minn indikazzjoni ġeografika li jkun prodott fi Stat Membru wieħed jista’ jinbiegħ fi Stat Membru ieħor, jenħtieġ li tiġi żgurata l-assistenza amministrattiva bejn l-Istati Membri biex ikunu jistgħu jsiru kontrolli effettivi, u jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-prattiċitajiet ta’ dik l-assistenza amministrattiva. |
(58) |
Għall-aħjar funzjonament tas-suq intern, huwa importanti li l-produtturi juru malajr u faċilment f’diversi kuntesti li jkunu awtorizzati jużaw isem protett, bħal matul il-kontrolli doganali jew fl-ispezzjonijiet tas-suq, jew fuq talba mill-operaturi kummerċjali. Għal dak l-għan, jenħtieġ li tkun disponibbli għall-operatur attestazzjoni tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. |
(59) |
Fid-dawl tal-prattika eżistenti, jenħtieġ li jinżammu ż-żewġ strumenti differenti għall-identifikazzjoni tar-rabta bejn il-prodott u l-oriġini ġeografika tiegħu, jiġifieri d-denominazzjoni ta’ oriġini u l-indikazzjoni ġeografika. Jenħtieġ li r-regoli għall-varjetajiet ta’ pjanti u għar-razez ta’ annimali u d-definizzjonijiet tagħhom jiġu ċċarati sabiex tinftiehem aħjar ir-relazzjoni tagħhom mal-indikazzjonijiet ġeografiċi f’każ ta’ konflitt. Jenħtieġ li r-regoli dwar l-akkwist tal-għalf u tal-materja prima jibqgħu l-istess. |
(60) |
Għad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti, ir-rabta bejn l-ambjent ġeografiku u l-kwalità jew il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott li huma essenzjalment jew esklużivament attribwibbli għal dak l-ambjent, hija ġeneralment magħmula minn diversi elementi. Jenħtieġ li emendi temporanji li jissospendu għal perjodu limitat ta’ żmien ir-rekwiżit li jinkiseb il-limitu minimu ta’ 50 % tal-għalf miż-żona ġeografika jiġu adottati biss meta ma jaffettwawx ir-rabta fl-elementi kollha tagħha, minħabba li dan iħassarha u jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni, taħt l-isem protett, ta’ prodotti li huma totalment imċaħħda mill-kwalità jew mill-karatteristiċi speċifiċi marbuta maż-żona ġeografika. |
(61) |
Jenħtieġ li prodott li jkollu indikazzjoni ġeografika jissodisfa ċerti kundizzjonijiet stipulati fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Sabiex din l-informazzjoni tkun tista’ tinftiehem faċilment ukoll mill-partijiet interessati, jenħtieġ li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tinġabar fil-qosor f’dokument uniku. |
(62) |
L-objettiv speċifiku tal-iskema għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti huwa li tgħin lill-produtturi ta’ prodotti tradizzjonali jikkomunikaw l-attributi li jżidu l-valur tal-prodott tagħhom lill-konsumaturi. Sabiex jiġi evitat li jinħolqu kundizzjonijiet inġusti ta’ kompetizzjoni, kwalunkwe produttur, inkluż produttur minn pajjiż terz, jenħtieġ li jkun jista’ juża isem irreġistrat ta’ speċjalità tradizzjonali garantita, dment li l-prodott ikkonċernat jikkonforma mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni rilevanti u li l-produttur ikun kopert minn sistema ta’ kontrolli. |
(63) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe obbligu internazzjonali ġenerali għar-rikonoxximent ta’ skemi ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti li jistgħu jeżistu f’pajjiżi terzi, u peress li dan ir-Regolament huwa applikabbli biss fl-Unjoni, il-prattiki tradizzjonali li jikkonċernaw il-mod ta’ produzzjoni, jenħtieġ li l-ipproċessar jew il-kompożizzjoni u l-użi tradizzjonali ta’ materja prima jew ingredjenti ta’ prodott identifikat b’isem eliġibbli għar-reġistrazzjoni bħala speċjalità tradizzjonali garantita jinftiehmu bħala li jirreferu għal tali prattiki jew użi fl-Unjoni. Dan għandu japplika wkoll għal applikazzjonijiet li joriġinaw f’pajjiżi terzi. |
(64) |
Peress li ġew irreġistrati biss ftit ismijiet, l-iskema attwali għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti naqset milli tirrealizza l-potenzjal tagħha. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet attwali jittejbu, jiġu ċċarati u rfinati sabiex l-iskema tkun tinftiehem aktar faċilment, aktar operazzjonali u attraenti għall-applikanti potenzjali. Sabiex ikun żgurat li jiġu rreġistrati l-ismijiet ta’ prodotti tradizzjonali ġenwini, jenħtieġ li l-kriterji u l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ isem jiġu adattati, b’mod partikolari billi titneħħa l-kundizzjoni li l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti jrid ikollhom karattru speċifiku. |
(65) |
Sabiex jiġi żgurat li l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni tagħhom u jkunu konsistenti, jenħtieġ li l-produtturi organizzati fi gruppi jiddefinixxu huma stess il-prodott fi speċifikazzjoni. Jenħtieġ li l-għażla li wieħed jirreġistra isem bħala speċjalità tradizzjonali garantita tkun miftuħa għall-produtturi ta’ pajjiżi terzi. |
(66) |
Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, jenħtieġ li l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti jiddaħħlu fir-reġistru tal-Unjoni ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti. |
(67) |
Għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti prodotti fl-Unjoni, jenħtieġ li s-simbolu tal-Unjoni jiġi indikat fuq it-tikkettar u jenħtieġ li jkun possibbli li dan jiġi assoċjat mal-indikazzjoni “speċjalità tradizzjonali garantita”. Jenħtieġ li l-użu tal-ismijiet, is-simbolu tal-Unjoni u l-indikazzjoni jiġu rregolati skont dan biex jiġi żgurat approċċ uniformi fis-suq intern kollu. |
(68) |
Jenħtieġ li l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti jiġu protetti b’mod effettiv fis-suq sabiex il-produtturi tagħhom jiġu ppremjati kif xieraq għall-valur miżjud tagħhom u biex l-utenti illegali tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti ma jitħallewx ibiegħu l-prodotti tagħhom. |
(69) |
Sabiex jiġi evitat li l-konsumaturi jiġu żgwidati, jenħtieġ li l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti rreġistrati jiġu protetti kontra kwalunkwe użu ħażin jew imitazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ prodotti użati bħala ingredjenti, jew kontra kwalunkwe prattika oħra li x’aktarx tiżgwida lill-konsumatur. Sabiex jintlaħaq l-istess objettiv, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għal użi speċifiċi ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu ta’ termini li huma ġeneriċi fl-Unjoni, tikkettar li jkun fih jew jinkludi d-denominazzjoni ta’ varjetà ta’ pjanti jew razza ta’ annimali u trademarks. |
(70) |
Jenħtieġ li l-proċeduri għar-reġistrazzjoni, l-emendi għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni fir-rigward tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti li joriġinaw fl-Unjoni, inkluż il-proċeduri ta’ oppożizzjoni, jitwettqu mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu responsabbli għal stadji distinti ta’ kull proċedura. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu responsabbli għall-ewwel stadju tal-proċedura, li jikkonsisti f’li jirċievu l-applikazzjoni mill-grupp ta’ produtturi, u li jivvalutawha, li jinkludi li jwettqu proċedura nazzjonali ta’ oppożizzjoni, u, wara r-riżultati tal-valutazzjoni, jippreżentaw l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fl-istadju tal-Unjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni, inkluż billi twettaq proċedura ta’ oppożizzjoni fil-livell dinji, u tiddeċiedi tagħtix il-protezzjoni ta’ speċjalità tradizzjonali garantita jew le. Jenħtieġ li l-protezzjoni mogħtija b’dan ir-Regolament mar-reġistrazzjoni tkun disponibbli bl-istess mod għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti minn pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kriterji korrispondenti u li jkunu protetti fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq ukoll il-proċeduri korrispondenti għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti li joriġinaw minn pajjiżi terzi. |
(71) |
L-iskema tat-termini tal-kwalità mhux obbligatorji ġiet introdotta permezz tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Din tirreferi għal karatteristiċi orizzontali speċifiċi, ta’ kategorija waħda jew aktar ta’ prodotti, metodi tal-biedja jew attributi tal-ipproċessar li japplikaw f’żoni speċifiċi. It-terminu tal-kwalità mhux obbligatorju “prodott tal-muntanja” issodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti għat-termini tal-kwalità mhux obbligatorji u ġie stabbilit permezz ta’ dak ir-Regolament. Dak it-terminu pprovda għodda effettiva lill-produtturi tal-muntanji biex jikkummerċjalizzaw aħjar il-prodott tagħhom u biex inaqqsu r-riskji attwali ta’ konfużjoni tal-konsumatur dwar il-provenjenza mill-muntanji tal-prodotti fis-suq. Jenħtieġ li tinżamm il-possibbiltà għall-produtturi li jużaw termini tal-kwalità mhux obbligatorji, peress li l-iskema għadha ma laħqitx il-potenzjal sħiħ tagħha fl-Istati Membri. |
(72) |
Id-dispożizzjonijiet dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u għax-xorb spirituż stipulati fir-Regolament (UE) 2019/787 jeħtieġ li jiġu emendati sabiex jiġu allinjati mar-regoli komuni dwar ir-reġistrazzjoni, l-emendar, l-oppożizzjoni, il-kanċellazzjoni, il-protezzjoni u l-infurzar tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u, għax-xorb spirituż, dwar il-kontrolli stipulati f’dan ir-Regolament. |
(73) |
Għall-inbid, huma meħtieġa bidliet addizzjonali għad-definizzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti biex isir konformi mal-Ftehim tad-WTO dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS), li ma jiddefinixxix bħala każ eċċezzjonali indikazzjoni ġeografika b’żona ġeografika li tikkorrispondi għat-territorju kollu ta’ pajjiż. Filwaqt li ma għadux meħtieġ li tiġi ġġustifikata bħala każ eċċezzjonali indikazzjoni ġeografika protetta fis-settur tal-inbid li tkopri ż-żona kollha ta’ pajjiż, it-tali denominazzjoni jistħoqqilha, madankollu, eżami bir-reqqa fid-dawl tal-kundizzjonijiet ta’ reġistrazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ żoni kbar ħafna. Jenħtieġ li l-allinjament mad-definizzjoni tal-indikazzjoni ġeografika fit-TRIPS ma jwassalx għar-reġistrazzjoni ta’ ismijiet immaġinattivi jew fittizji fis-settur tal-inbid. Isem għandu jitqies eliġibbli għar-reġistrazzjoni fejn, għalkemm ma jinkludi l-ebda terminu ġeografiku, jiżvela impliċitament il-post, ir-reġjun jew il-pajjiż li minnu joriġina l-prodott. |
(74) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1753 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), dwar l-implimentazzjoni tal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (“l-Att ta’ Ġinevra”) fl-Unjoni, jeħtieġ li jiġi emendat sabiex jissaħħaħ ir-rwol tal-grupp ta’ produtturi rikonoxxut fil-proċedura tar-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni fir-reġistru internazzjonali skont l-Att ta’ Ġinevra. Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1753 jiġi adattat ukoll biex jippermetti r-reġistrazzjoni skont l-Att ta’ Ġinevra tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini tas-seba’ Stati Membri li huma parti għall-Ftehim ta’ Lisbona relatat ma’ prodotti li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 iżda li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(75) |
Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ dawn li ġejjin: l-għoti ta’ proċeduri u skadenzi dettaljati għall-proċedura ta’ oppożizzjoni; l-istabbiliment ta’ dispożizzjonijiet dwar l-emendi tal-Unjoni għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li għalihom ma ġie ppubblikat l-ebda dokument uniku, dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjonijiet għal emendi tal-Unjoni, dwar ir-relazzjoni bejn l-emendi tal-Unjoni u dawk standard, u dwar l-emendi standard; l-istabbiliment ta’ regoli addizzjonali dwar l-użu ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi fl-isem ta’ prodotti pproċessati b’referenza għall-użu ta’ ingredjenti komparabbli u l-kriterji tal-għoti ta’ karatteristiċi essenzjali lill-prodotti pproċessati; l-EUIPO jiġi fdat biex jistabbilixxi u jimmaniġġja sistema ta’ informazzjoni u twissija tal-ismijiet ta’ dominju; l-istabbiliment tar-restrizzjonijiet u d-derogi fir-rigward tal-qtil ta’ annimali ħajjin jew fir-rigward tal-akkwist ta’ materja prima; l-istabbiliment ta’ regoli biex jiġi ddeterminat l-użu tad-denominazzjoni ta’ varjetà ta’ pjanta jew ta’ razza ta’ annimali; l-istabbiliment ta’ regoli li jillimitaw l-informazzjoni li tinsab fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti; l-istabbiliment ta’ dettalji ulterjuri dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti; l-ikkomplimentar tar-regoli għall-proċedura ta’ oppożizzjoni għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti biex jiġu stabbiliti proċeduri u skadenzi dettaljati; is-supplimentar tar-regoli dwar il-proċess ta’ applikazzjoni għal emenda għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti; is-supplimentar tar-regoli dwar l-użu ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti fl-isem ta’ prodotti pproċessati b’referenza għall-użu ta’ ingredjenti komparabbli u l-kriterji tal-għoti ta’ karatteristiċi essenzjali lill-prodotti pproċessati; l-istabbiliment ta’ regoli dettaljati relatati mal-kriterji għat-termini tal-kwalità mhux obbligatorji; ir-riżerva ta’ terminu tal-kwalità mhux obbligatorju addizzjonali, filwaqt li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-użu tiegħu; l-istabbiliment ta’ derogi mill-użu tat-terminu “prodott tal-muntanja” u l-istabbiliment tal-metodi ta’ produzzjoni, u kriterji oħra rilevanti għall-applikazzjoni ta’ dak it-terminu tal-kwalità mhux obbligatorju, b’mod partikolari, l-istabbiliment tal-kundizzjonijiet li taħthom il-materja prima jew l-għalf jitħallew jiġu minn barra ż-żoni muntanjużi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (19). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed iħejju atti delegati. |
(76) |
Sabiex jiġu implimentati r-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament relatati mal-indikazzjonijiet ġeografiċi, l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun assistita minn kumitat, magħmul mid-delegati tal-Istati Membri. |
(77) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ dan li ġej:
Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20). |
(78) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni mingħajr ma tapplika r-Regolament (UE) Nru 182/2011 fir-rigward ta’: ir-reġistrazzjoni ta’ isem jekk ma jkun hemm l-ebda oppożizzjoni ammissibbli jew, fil-każ ta’ oppożizzjoni ammissibbli, meta jkun intlaħaq il-ftehim għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u jekk ikun meħtieġ l-emenda tal-informazzjoni ppubblikata, dment li dawk l-emendi ma jkunux sostanzjali; l-istabbiliment u ż-żamma ta’ reġistru elettroniku ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u reġistru elettroniku ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti aċċessibbli għall-pubbliku; l-għoti ta’ perjodu tranżizzjonali għall-użu ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi wara oppożizzjoni ppreżentata fil-proċedura nazzjonali; u l-ispeċifikazzjoni tal-mezzi li bihom għandhom jiġu ppubblikati l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti u tal-korpi delegati għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti. |
(79) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 jiġu emendati kif xieraq u għalhekk jenħtieġ lir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jitħassar. |
(80) |
Id-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti, l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti diġà rreġistrati skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti diġà rreġistrati skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-indikazzjonijiet ġeografiċi diġà rreġistrati skont ir-Regolament (UE) 2019/787 jenħtieġ li jkomplu jiġu protetti skont dan ir-Regolament, u jenħtieġ li dawn jiġu inklużi awtomatikament fir-reġistru kkonċernat. |
(81) |
Jenħtieġ li jiġi previst mekkaniżmu xieraq biex jiġi żgurat li l-protezzjoni nazzjonali tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 iżda li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tieqaf mingħajr xkiel. Fl-istess waqt, ir-reġistrazzjoni ta’ dawk l-indikazzjonijiet ġeografiċi skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi ffaċilitata billi jiġu eżentati mill-istadju nazzjonali tal-proċedura ta’ reġistrazzjoni. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi żgurat li f’każ li, fil-każ li tali indikazzjonijiet ġeografiċi jiġu rreġistrati skont il-Ftehim ta’ Lisbona, dawn ikunu jistgħu jiġu rreġistrati skont l-Att ta’ Ġinevra mingħajr ma jitilfu d-drittijiet ta’ prijorità tagħhom. |
(82) |
Jenħtieġ li jiġu previsti arranġamenti xierqa biex tiġi ffaċilitata tranżizzjoni bla xkiel mir-regoli previsti fir-Regolamenti (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) 2019/787 għar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(83) |
Huwa xieraq li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bla xkiel mir-reġim stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għar-reġim stabbilit b’dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom l-għan li jiżguraw iċ-ċertezza legali sabiex l-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-produtturi u l-gruppi ta’ produtturi, kif ukoll persuni jew entitajiet oħra kkonċernati, ikunu jistgħu jsiru jafu b’mod inekwivoku x’inhuma d-drittijiet u l-obbligi tagħhom u biex jieħdu passi kif xieraq. |
(84) |
Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta’ protezzjoni uniformi tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, kif ukoll l-istabbiliment ta’ sistema ta’ protezzjoni għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ dan ir-Regolament, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
(85) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fit-18 ta’ Lulju 2022, |
ADOTTAW DAN IR-R EGOLAMENT:
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar l-iskemi tal-kwalità li ġejjin:
(a) |
denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għall-inbid, denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għall-prodotti agrikoli, inkluż oġġetti tal-ikel, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1), il-punt (c), u indikazzjonijiet ġeografiċi għal xorb spirituż; |
(b) |
l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji, kif stipulat fit-Titolu III, il-Kapitoli 2 u 3 rispettivament, għall-prodotti agrikoli, inkluż l-oġġetti tal-ikel, kif imsemmi fl-Artikolu 51. |
Għall-finijiet tat-Titoli I, II u V, bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu 5 tat-Titolu II, it-terminu “indikazzjonijiet ġeografiċi” jkopri denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għall-inbid, denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għal prodotti agrikoli, inkluż oġġetti tal-ikel, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1), il-punt (c), u indikazzjonijiet ġeografiċi għal xorb spirituż.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“inbid” tfisser il-prodotti koperti mill-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
(b) |
“xarba spirituża” tfisser xarba spirituża skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/787; |
(c) |
“tikkettar” tfisser, fir-rigward tal-prodotti kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, it-tikkettar kif definit fl-Artikolu 2(2), il-punt (j), tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011; |
(d) |
“stadju tal-produzzjoni” tfisser kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, inkluż tal-materja prima, jew tal-ipproċessar, tal-preparazzjoni jew tat-tqaddim, sal-punt fejn il-prodott ikun lest li jiġi introdott fis-suq; |
(e) |
“operatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li twettaq attivitajiet soġġetti għal obbligu wieħed jew aktar previsti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott; |
(f) |
“prodott proċessat” tfisser prodott proċessat, kif iddefinit fl-Artikolu 2(1), il-punt (o) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21); |
(g) |
“korp delegat” tfisser korp delegat, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2017/625, li jiċċertifika l-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal prodotti identifikati minn indikazzjonijiet ġeografiċi jew speċjalitajiet tradizzjonali garantiti; |
(h) |
“terminu ġeneriku” tfisser l-isem ta’ prodott li għalkemm huwa marbut mal-post, reġjun jew pajjiż fejn oriġinarjament ġie magħmul il-prodott jew ġie introdott fis-suq, ikun sar l-isem komuni ta’ prodott fl-Unjoni; |
(i) |
“denominazzjoni ta’ varjetà ta’ pjanti” tfisser id-denominazzjoni ta’ varjetà partikolari, li tkun tintuża b’mod komuni jew uffiċjalment aċċettata f’katalgu nazzjonali jew tal-Unjoni f’konformità mad-Direttivi tal-Kunsill 2002/53/KE (22), 2002/55/KE (23), 2008/90/KE (24) jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 (25), bil-lingwa jew bil-lingwi li b’dan il-mod tintuża jew tiġi elenkata , fid-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika kkonċernata; |
(j) |
“denominazzjoni ta’ razza tal-annimali” tfisser l-isem ta’ razza koperta mir-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) li hija elenkata f’kotba tat-tnissil jew f’reġistri tat-tnissil. Għal speċijiet mhux koperti minn dak ir-Regolament, dan ifisser l-isem ta’ razza li hija elenkata f’kotba tat-tnissil jew f’reġistri tat-tnissil skont id-dritt nazzjonali. Tali isem għandu jkun bil-lingwa jew lingwi li biha jew bihom ikun elenkat fid-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika kkonċernata; |
(k) |
“Nomenklatura Magħquda” tfisser in-nomenklatura tal-merkanzija stabbilita bl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. |
2. Għall-finijiet tat-Titolu II, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“speċifikazzjoni tal-prodott” tfisser id-dokument imsemmi fi:
|
(b) |
“dokument uniku” tfisser dokument li jiġbor fil-qosor l-ispeċifikazzjoni tal-prodott u msemmi fi:
|
3. Għall-finijiet tat-Titolu III, il-Kapitolu 2, “tradizzjonali” tfisser użu storiku ppruvat tal-isem mill-produtturi f’komunità għal perjodu li jippermetti t-trażmissjoni bejn il-ġenerazzjonijiet. Dak il-perjodu għandu jkun ta’ mill-inqas 30 sena u tali użu jista’ jinkludi modifiki meħtieġa minn bidliet fil-prattiki tal-iġjene, tas-sikurezza u ta’ prattiki rilevanti oħra.
Artikolu 3
Protezzjoni tad-data
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jipproċessaw u jippubblikaw id-data personali riċevuta matul il-proċeduri għar-reġistrazzjoni, l-approvazzjoni ta’ emendi, il-kanċellazzjoni, l-oppożizzjoni, l-għoti ta’ perjodu tranżizzjonali u l-kontroll skont dan ir-Regolament u r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) 2019/787, f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2018/1725 u (UE) 2016/679.
2. Il-Kummissjoni għandha tkun kontrollur skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2018/1725 fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali fil-proċedura li hija kompetenti għaliha f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2019/787 u (UE) Nru 1308/2013 u dan ir-Regolament.
3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu kontrolluri fit-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali fil-proċeduri li huma kompetenti għalihom f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2019/787 u (UE) Nru 1308/2013 u dan ir-Regolament.
4. L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jkun “proċessur” fit-tifsira tar-Regolament (UE) 2018/1725 fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali marbuta mar-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi.
TITOLU II
INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI
KAPITOLU 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 4
Objettivi
Dan it-Titolu jipprevedi sistema unitarja u eżawrjenti ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, li tipproteġi l-ismijiet ta’ nbid, xorb spirituż u prodotti agrikoli li għandhom karatteristiċi, attributi jew reputazzjoni marbuta mal-post tal-produzzjoni tagħhom, u għaldaqstant:
(a) |
jiżgura li l-produtturi li jaġixxu b’mod kollettiv ikollhom is-setgħat u r-responsabbiltajiet meħtieġa biex jimmaniġġjaw l-indikazzjoni ġeografika kkonċernata, inkluż sabiex jissodisfaw id-domandi tas-soċjetà, bħas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, għall-prodotti li jirriżultaw minn produzzjoni sostenibbli fit-tliet dimensjonijiet tagħha ta’ valur ekonomiku, ambjentali u soċjali, u biex joperaw u jkunu kompettitivi fis-suq; |
(b) |
jikkontribwixxi għal kompetizzjoni ġusta u l-ġenerazzjoni ta’ valur miżjud bl-għan li dak il-valur miżjud jinqasam tul il-katina tal-kummerċjalizzazzjoni, sabiex jiġi żgurat redditu ġust għall-produtturi u kapaċità li jsir investiment fil-kwalità, ir-reputazzjoni u s-sostenibbiltà tal-prodotti tagħhom, kif ukoll jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi tal-politika tal-iżvilupp rurali billi jipprovdi appoġġ għall-attivitajiet agrikoli u tal-ipproċessar, jippreserva l-għarfien espert u jippromwovi prodotti speċifiċi ta’ kwalità minħabba ż-żona ġeografika fejn jiġu prodotti; |
(c) |
jiżgura li l-konsumaturi jirċievu informazzjoni affidabbli u garanzija meħtieġa tal-oriġini, l-awtentiċità, il-kwalità, ir-reputazzjoni u karatteristiċi oħra marbuta mal-oriġini ġeografika jew l-ambjent ġeografiku ta’ tali prodotti u jkunu jistgħu jidentifikawhom faċilment fis-suq inkluż fil-kummerċ elettroniku; |
(d) |
jiżgura r-reġistrazzjoni effiċjenti u faċli għall-utent tal-indikazzjonijiet ġeografiċi filwaqt li titqies il-protezzjoni xierqa tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; |
(e) |
jiżgura kontrolli, infurzar u introduzzjoni fis-suq effettiva fl-Unjoni, inkluż fil-kummerċ elettroniku, u għaldaqstant tiġi żgurata l-integrità tas-suq intern; u |
(f) |
jikkontribwixxi għall-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati ma’ tali prodotti fis-swieq ta’ pajjiżi terzi. |
Artikolu 5
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan it-Titolu jkopri:
(a) |
l-inbid, kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (a); |
(b) |
ix-xorb spirituż, kif definiti fl-Artikolu 2(1), il-punt (b); u |
(c) |
il-prodotti agrikoli. |
Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, it-terminu “prodotti agrikoli” ikopri l-prodotti agrikoli, inkluż l-oġġetti tal-ikel u l-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, elenkati fil-Kapitoli 1 sa 23 tan-Nomenklatura Magħquda stipulata fil-Parti tnejn tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, u l-prodotti agrikoli taħt l-intestaturi tan-Nomenklatura Magħquda stipulati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, ħlief l-inbid u x-xorb spirituż.
2. Ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi huma mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-produtturi li jikkonformaw ma’ regoli oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk relatati mal-introduzzjoni ta’ prodotti fis-suq, mar-regoli sanitarji u fitosanitarji, mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, ir-regoli tal-kompetizzjoni u l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.
3. Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27) ma għandhiex tapplika għas-sistema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi stabbilita f’dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Klassifikazzjoni
1. Il-prodotti identifikati minn indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jiġu kklassifikati f’konformità man-Nomenklatura Magħquda fil-livell ta’ żewġ, erba’, sitt jew fejn Stat Membru jiddeċiedi hekk, tmien ċifri. Meta indikazzjoni ġeografika tkopri prodotti ta’ aktar minn kategorija waħda, kull entrata għandha tiġi speċifikata. Il-klassifikazzjoni tal-prodotti għandha tintuża biss għall-finijiet ta’ reġistrazzjoni, statistika u żamma ta’ rekords, b’mod partikolari għall-awtoritajiet doganali. Dik il-klassifikazzjoni ma għandhiex tintuża biex jiġu ddeterminati prodotti komparabbli għall-finijiet ta’ protezzjoni kontra l-użu kummerċjali dirett u indirett imsemmi fl-Artikolu 26(1), il-punt (a).
2. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-preżentazzjoni teknika tal-klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-aċċess online għaliha. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
Artikolu 7
Sostenibbiltà
1. Grupp ta’ produtturi, jew grupp ta’ produtturi rikonoxxut fejn jeżisti tali grupp, jista’ jaqbel dwar prattiki sostenibbli li għandhom jiġu osservati fil-produzzjoni tal-prodott identifikat minn indikazzjoni ġeografika jew fit-twettiq ta’ attivitajiet oħra soġġetti għal obbligu wieħed jew aktar previsti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Tali prattiki għandu jkollhom l-għan li japplikaw standards ta’ sostenibbiltà ogħla minn dawk stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni jew dak nazzjonali f’termini ta’ sostenibbiltà ambjentali, soċjali jew ekonomika jew ta’ trattament xieraq tal-annimali.
2. Għall-fini tal-paragrafu 1, “prattika sostenibbli” tfisser prattika li tikkontribwixxi għal objettiv soċjali, ambjentali jew ekonomiku wieħed jew aktar, bħal:
(a) |
il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tal-pajsaġġi, l-ilma u l-ħamrija, it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, inkluż it-tnaqqis tal-ħela tal-ikel, il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, u l-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi; |
(b) |
il-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli b’modi li jnaqqsu l-użu tal-pestiċidi u jimmaniġġjaw ir-riskji li jirriżultaw minn tali użu,, jew li jnaqqsu l-periklu tar-reżistenza antimikrobika fil-produzzjoni agrikola; |
(c) |
it-trattament xieraq tal-annimali; |
(d) |
introjtu ġust għall-produtturi, diversifikazzjoni tal-attivitajiet, promozzjoni tal-produzzjoni agrikola lokali, u valorizzazzjoni tan-nisġa rurali u tal-iżvilupp lokali; |
(e) |
il-preservazzjoni tal-impjiegi agrikoli billi jiġu attirati u sostnuti produtturi żgħażagħ u produtturi ġodda ta’ prodotti li jibbenefikaw minn indikazzjoni ġeografika; |
(f) |
it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tas-sikurezza fl-attivitajiet agrikoli u tal-ipproċessar. |
3. Meta l-grupp ta’ produtturi, jew il-grupp ta’ produtturi rikonoxxut fejn jeżisti tali grupp, jiddeċiedi li l-prattiki sostenibbli msemmija fil-paragrafu 1 huma obbligatorji għall-produtturi kollha tal-prodott ikkonċernat, dawk il-prattiki għandhom jiġu inklużi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott f’konformità mal-proċedura ta’ reġistrazzjoni jew ta’ emenda.
Artikolu 8
Rapport dwar is-sostenibbiltà
1. Grupp ta’ produtturi, jew grupp ta’ produtturi rikonoxxut fejn tali grupp jeżisti, jistgħu jħejju u jaġġornaw b’mod regolari rapport dwar is-sostenibbiltà bbażat fuq informazzjoni verifikabbli, li jinkludi deskrizzjoni tal-prattiki sostenibbli eżistenti implimentati fil-produzzjoni tal-prodott, deskrizzjoni ta’ kif il-metodu tal-kisba tal-impatti tal-prodott fuq is-sostenibbiltà f’termini ta’ impenji ambjentali, soċjali, ekonomiċi, jew tat-trattament xieraq tal-annimali u informazzjoni meħtieġa biex jinftiehem kif is-sostenibbiltà taffettwa l-iżvilupp, il-prestazzjoni u l-pożizzjoni tal-prodott.
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport dwar is-sostenibbiltà.
KAPITOLU 2
Reġistrazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi
Artikolu 9
Applikant fl-istadju nazzjonali tal-proċedura ta’ reġistrazzjoni
1. L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi jistgħu jiġu sottomessi biss minn grupp ta’ produtturi applikant. Grupp ta’ produtturi applikant għandu jkun assoċjazzjoni, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, magħmula minn produtturi tal-istess prodott li l-isem tiegħu jiġi propost għar-reġistrazzjoni. Korpi pubbliċi u partijiet interessati oħrajn jistgħu jgħinu fit-tħejjija tal-applikazzjoni u fil-proċedura relatata.
2. Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, awtorità maħtura minn Stat Membru tista’ titqies li tkun grupp ta’ produtturi applikant fir-rigward ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xarba spirituża, jekk ma jkunx fattibbli għall-produtturi kkonċernati li jiffurmaw grupp minħabba l-għadd, il-post ġeografiku jew il-karatteristiċi organizzattivi tagħhom. F’tali każ, l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(2) għandha tiddikjara dawk ir-raġunijiet.
3. Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, produttur wieħed jista’ jitqies bħala grupp ta’ produtturi applikant, fejn jintwera li l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin huma ssodisfati:
(a) |
dak il-produttur huwa l-uniku produttur li lest jissottometti applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika; |
(b) |
iż-żona ġeografika kkonċernata hija ddefinita abbażi tar-rabta msemmija fl-Artikolu 49(1), il-punt (f), ta’ dan ir-Regolament, l-Artikolu 94(1), il-punt (i) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikolu 22(1), il-punt (f) tar-Regolament (UE) 2019/787 u mhux abbażi tal-konfini tal-proprjetà; u |
(c) |
iż-żona ġeografika kkonċernata għandha karatteristiċi li jvarjaw b’mod sinifikanti minn dawk ta’ żoni ġirien jew il-karatteristiċi tal-prodott huma differenti minn dawk prodotti f’żoni ġirien jew, fir-rigward ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xarba spirituża, ix-xarba spirituża għandha kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra speċifika li hija attribwita b’mod ċar għall-oriġini ġeografika tagħha. |
4. Fil-każ ta’ indikazzjoni ġeografika li tindika żona ġeografika transfruntiera, diversi gruppi ta’ produtturi applikanti minn Stati Membri differenti jew minn pajjiżi terzi jistgħu jippreżentaw applikazzjoni konġunta għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika. Tali applikazzjoni konġunta għandha tiġi indirizzata lill-Istati Membri kollha kkonċernati.
Artikolu 10
Stadju nazzjonali tal-proċedura ta’ reġistrazzjoni
1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika li tikkonċerna prodott li joriġina fl-Unjoni għandha tiġi indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li minnu joriġina l-prodott.
2. L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:
(a) |
l-ispeċifikazzjoni tal-prodott; |
(b) |
id-dokument uniku; u |
(c) |
id-dokumentazzjoni ta’ akkumpanjament imsemmija fl-Artikolu 12(1) . |
3. L-Istat Membru għandu jeżamina l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni sabiex jivverifika li din tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rispettivi għall-inbid, ix-xorb spirituż jew il-prodotti agrikoli kif xieraq.
4. Bħala parti mill-eżami msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jwettaq proċedura nazzjonali ta’ oppożizzjoni. Il-proċedura nazzjonali ta’ oppożizzjoni għandha tiżgura l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni b’eċċezzjoni tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 12(1), il-punti (b) u (c), u għandha tipprevedi perjodu ta’ mill-inqas xahar mid-data tal-pubblikazzjoni li fih kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li tkun stabbilita jew residenti fl-Istat Membru li minnu joriġina l-prodott ikkonċernat, tista’ tippreżenta oppożizzjoni għall-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ma’ dak l-Istat Membru.
5. L-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi l-modalitajiet tal-proċedura ta’ oppożizzjoni. Dawk il-modalitajiet jistgħu jinkludu kriterji għall-ammissibbiltà ta’ oppożizzjoni, perjodu ta’ konsultazzjoni bejn il-grupp ta’ produtturi applikant u kull opponent, u s-sottomissjoni ta’ rapport mill-grupp ta’ produtturi applikant dwar l-eżitu tal-konsultazzjonijiet, inkluża kwalunkwe bidla li l-grupp ta’ produtturi applikant ikun għamel fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni.
6. Jekk, wara l-eżami tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u l-valutazzjoni tar-riżultati ta’ kwalunkwe oppożizzjoni riċevuta u kwalunkwe bidla fl-applikazzjoni miftiehma mal-grupp ta’ produtturi applikant, l-Istat Membru kkonċernat iqis li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament ikunu ssodisfati, huwa jista’ jieħu deċiżjoni favorevoli u jissottometti applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fl-istadju tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 13.
7. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu jkollha l-opportunità li tippreżenta appell. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura wkoll li deċiżjoni favorevoli u l-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti jiġu ppubblikati, u għandu jipprovdi aċċess elettroniku għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
8. Fil-każ ta’ applikazzjoni konġunta kif imsemmi fl-Artikolu 9(4), l-applikazzjoni għandha tiġi indirizzata lill-Istati Membri kkonċernati kollha u l-proċeduri nazzjonali relatati, inkluż l-istadju ta’ oppożizzjoni, għandhom jitwettqu f’dawk l-Istati Membri kollha.
Artikolu 11
Protezzjoni nazzjonali tranżizzjonali
1. Stat Membru jista’, fuq bażi temporanja, jagħti protezzjoni tranżizzjonali lil isem fil-livell nazzjonali, b’effett mid-data li fiha applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fl-istadju tal-Unjoni tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni.
2. Tali protezzjoni nazzjonali għandha tieqaf fid-data li fiha jew jidħol fis-seħħ l-att ta’ implimentazzjoni li jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, adottat f’konformità mal-Artikolu 21, jew l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tiġi rtirata.
3. Meta isem ma jkunx ġie rreġistrat skont dan ir-Regolament, il-konsegwenzi tal-protezzjoni nazzjonali tranżizzjonali għandhom ikunu r-responsabbiltà unika tal-Istat Membru kkonċernat.
4. Il-miżuri meħuda mill-Istati Membri f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jipproduċu effetti fil-livell nazzjonali biss, u ma għandu jkollhom l-ebda effett fuq is-suq intern jew fil-kummerċ internazzjonali.
Artikolu 12
Dokument ta’ akkumpanjament
1. Id-dokumentazzjoni li takkumpanja l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha tinkludi:
(a) |
fejn rilevanti, informazzjoni li tispjega kwalunkwe limitazzjoni proposta dwar l-użu jew dwar il-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika, u kwalunkwe miżura tranżizzjonali, proposta mill-grupp ta’ produtturi applikant; |
(b) |
l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-grupp ta’ produtturi applikant; |
(c) |
l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ awtorità kompetenti waħda jew aktar, korpi delegati jew taċ-ċertifikazzjoni tal-prodott jew persuni fiżiċi li jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott f’konformità ma’:
|
(d) |
kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa xierqa mill-Istat Membru kkonċernat jew mill-grupp ta’ produtturi applikant fejn applikabbli. |
2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-format u l-preżentazzjoni online tad-dokumentazzjoni ta’ akkumpanjament prevista fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b) u (c), ta’ dan l-Artikolu fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fl-istadju tal-Unjoni kif previst fl-Artikolu 13, u tipprovdi għall-esklużjoni jew l-anonimizzazzjoni tad-data personali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
Artikolu 13
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fl-istadju tal-Unjoni
1. Għall-indikazzjonijiet ġeografiċi li jikkonċernaw prodotti li joriġinaw fl-Unjoni, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha tinkludi:
(a) |
id-dokument uniku; |
(b) |
id-dokument ta’ akkumpanjament imsemmi fl-Artikolu 12(1), il-punti (a), (b) u (c); |
(c) |
dikjarazzjoni mill-Istat Membru li lilu tkun ġiet indirizzata l-applikazzjoni fl-istadju nazzjonali tal-proċedura ta’ reġistrazzjoni, li tikkonferma li l-applikazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni; |
(d) |
kwalunkwe perjodu tranżizzjonali mogħti jew propost mill-awtoritajiet nazzjonali wara l-eżami nazzjonali u l-proċedura ta’ oppożizzjoni kif ukoll informazzjoni dwar l-opożizzjonijiet ammissibbli relatati; u |
(e) |
ir-referenza tal-pubblikazzjoni elettronika għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata. |
2. Għall-indikazzjonijiet ġeografiċi li jikkonċernaw prodotti li joriġinaw barra mill-Unjoni, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fl-istadju tal-Unjoni għandha tinkludi:
(a) |
l-ispeċifikazzjoni tal-prodott bir-referenza tal-pubblikazzjoni tagħha; |
(b) |
id-dokument uniku; |
(c) |
id-dokumenti ta’ akkumpanjament imsemmija fl-Artikolu 12(1), il-punti (a), (b) u (c); |
(d) |
prova legali tal-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika fil-pajjiż tal-oriġini tagħha; u |
(e) |
prokura meta l-applikant ikun irrappreżentat minn aġent. |
3. L-applikazzjoni konġunta għar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(4) għandha tinkludi, minbarra d-dokument uniku, kif rilevanti, id-dokumenti elenkati fil-paragrafu 1, il-punti (b) sa (e), jew 2, il-punti (c), (d) u (e), ta’ dan l-Artikolu mill-Istati Membri kollha jew mill-pajjiżi terzi kkonċernati.
4. Id-dokumenti msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu abbozzati b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.
5. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri, il-forma u l-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni fl-istadju tal-Unjoni, inkluż applikazzjonijiet li jikkonċernaw aktar minn territorju nazzjonali wieħed. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
Artikolu 14
Sottomissjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fl-istadju tal-Unjoni
1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika fl-istadju tal-Unjoni għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni permezz ta’ sistema diġitali.
Hekk kif tirċievi talba minn Stat Membru wieħed jew aktar, il-Kummissjoni għandha tadatta s-sistema diġitali biex tagħmilha tajba għall-użu fil-parti nazzjonali tal-proċedura għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika minn kwalunkwe Stat Membru li jixtieq dan.
2. Meta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tkun tirrigwarda żona ġeografika barra mill-Unjoni, l-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni, jew direttament minn applikant, jiġifieri grupp ta’ produtturi jew produttur wieħed, jew inkella permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat.
Produttur wieħed ta’ pajjiż terz għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9(3). Grupp ta’ produtturi ta’ pajjiż terz għandu jkun grupp ta’ produtturi li jaħdem bi prodott, li l-isem tiegħu jiġi propost għar-reġistrazzjoni.
3. Applikazzjoni konġunta għar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(4) għandha tiġi sottomessa minn jew:
(a) |
wieħed mill-Istati Membri kkonċernati; jew |
(b) |
applikant ta’ pajjiż terz, jiġifieri grupp ta’ produtturi jew produttur wieħed, jew direttament jew permezz tal-awtoritajiet ta’ dak il-pajjiż terz. |
4. L-ismijiet li għalihom ġew sottomessi applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni fl-istadju tal-Unjoni għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni permezz tas-sistema diġitali msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 15
Eżami mill-Kummissjoni u pubblikazzjoni għal oppożizzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni li jkunu ġew sottomessi f’konformità mal-Artikolu 14(1), (2) u (3). Għandha tivverifika li l-applikazzjonijiet fihom l-informazzjoni meħtieġa u li ma fihomx żbalji evidenti, b’kont meħud tal-eżitu tal-proċedura nazzjonali ta’ eżami u ta’ oppożizzjoni mwettqa mill-Istat Membru kkonċernat.
2. L-eżami ma għandux jaqbeż perjodu ta’ sitt xhur mill-jum li fih tasal l-applikazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-applikant kwalunkwe informazzjoni addizzjonali jew modifika tal-applikazzjoni. Meta l-Kummissjoni tindirizza tali talbiet lill-applikant, il-perjodu ta’ eżami ma għandux jaqbeż perjodu ta’ ħames xhur mill-jum meta l-Kummissjoni tirċievi t-tweġiba tal-applikant.
3. Fil-każ li l-Kummissjoni ma tikkonkludix l-eżami msemmi fil-paragrafu 2 fl-iskadenzi preskritti, hija għandha tinforma lill-applikant bil-miktub bir-raġunijiet għad-dewmien filwaqt li tindika ż-żmien stmat meħtieġ biex l-eżami jiġi konkluż, li ma għandux ikun iktar minn xahar.
4. Meta l-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 9, 10, 12, 13, 28, 29, 30, 31, 46 u 47, fl-Artikolu 48(1) u (2) u fl-Artikolu 50 ta’ dan ir-Regolament, fl-Artikoli 93 u 95 u l-Artikolu 100(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u fl-Artikolu 3(4), fl-Artikolu 23 u l-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) 2019/787, kif xieraq, huma ssodisfati, hija għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea d-dokument uniku u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Artikolu 16
Kontestazzjoni nazzjonali għal applikazzjoni għar-reġistrazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe proċediment nazzjonali amministrattiv jew ġudizzjarju li jista’ jippreġudika r-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika.
2. Il-Kummissjoni għandha tkun eżentata mill-obbligu li tirrispetta l-iskadenzi għat-twettiq tal-eżami msemmi fl-Artikolu 15(2) u li tinforma lill-Istat Membru bir-raġunijiet għad-dewmien meta tirċievi komunikazzjoni minn dak l-Istat Membru, rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 10(6), li:
(a) |
tinforma lill-Kummissjoni li d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 10(6) ġiet invalidata fil-livell nazzjonali b’deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja applikabbli immedjatament iżda mhux finali; jew |
(b) |
titlob lill-Kummissjoni tissospendi l-eżami minħabba li jkunu nbdew proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji nazzjonali biex tiġi kkontestata l-validità tal-applikazzjoni u l-Istat Membru jqis li dawk il-proċedimenti jkunu bbażati fuq raġunijiet validi. |
3. L-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 2 għandu jkollha effett sakemm il-Kummissjoni tiġi infurmata mill-Istat Membru kkonċernat li l-applikazzjoni oriġinali tkun ġiet stabbilita mill-ġdid jew li l-Istat Membru qed jirtira t-talba tiegħu għal sospensjoni.
4. Jekk id-deċiżjoni favorevoli ta’ Stat Membru msemmija fl-Artikolu 10(6) tkun ġiet invalidata kollha jew parti minnha b’deċiżjoni finali meħuda minn qorti nazzjonali, dak l-Istat Membru għandu jqis azzjoni xierqa bħall-irtirar jew il-modifika tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fl-istadju tal-Unjoni, kif meħtieġ.
Artikolu 17
Proċedura ta’ oppożizzjoni tal-Unjoni
1. Fi żmien tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tad-dokument uniku u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 15(4), l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li tkun stabbilita jew residenti f’pajjiż terz, tista’ tressaq oppożizzjoni mal-Kummissjoni.
2. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li tkun stabbilita jew residenti fi Stat Membru differenti minn dak li minnu tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fl-istadju tal-Unjoni, tista’ tippreżenta oppożizzjoni lill-Istat Membru li fih tkun stabbilita jew residenti, f’limitu ta’ żmien li jippermetti lil dak l-Istat Membru jeżamina dik l-oppożizzjoni u jiddeċiedi jekk jippreżentahiex lill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 1. L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw dak il-limitu ta’ żmien fid-dritt nazzjonali tagħhom.
3. Oppożizzjoni għandha tiddikjara li hija topponi r-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika. Oppożizzjoni li ma tkunx tinkludi dik id-dikjarazzjoni għandha tkun nulla.
4. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-ammissibbiltà tal-oppożizzjoni. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-oppożizzjoni hija ammissibbli, hija għandha, fi żmien ħames xhur mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(4), tistieden lill-opponent u lill-applikant biex jidħlu f’konsultazzjonijiet xierqa għal perjodu raġonevoli li ma għandux jaqbeż it-tliet xhur. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-oppożizzjoni u d-dokumenti kollha pprovduti mill-opponent lill-applikant. Fi kwalunkwe waqt matul dak il-perjodu, il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-applikant , testendi l-iskadenza għall-konsultazzjonijiet darba b’massimu ta’ tliet xhur.
5. L-opponent u l- applikant għandhom jibdew il-konsultazzjonijiet xierqa mingħajr dewmien żejjed. Huma għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni rilevanti biex jivvalutaw jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, mar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew mar-Regolament (UE) 2019/787, kif xieraq.
6. Fi żmien xahar minn tmiem il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4, l-applikant għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bir-riżultat tal-konsultazzjonijiet, inkluż l-informazzjoni kollha skambjata, jekk intlaħaqx ftehim ma’ wieħed mill-opponenti jew mal-opponenti kollha, u dwar kwalunkwe tibdil konsegwenti fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni. L-opponent jista’ wkoll jinnotifika lill-Kummissjoni bil-pożizzjoni tiegħu fi tmiem il-konsultazzjonijiet.
7. Meta, wara t-tmiem tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, id-data ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 15(4) tkun ġiet immodifikata, il-Kummissjoni għandha tirrepeti l-eżami tagħha tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni kif modifikata. Meta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tkun ġiet immodifikata b’mod sostanzjali, u l-Kummissjoni tqis li l-applikazzjoni modifikata tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni, hija għandha terġa’ tippubblika d-dokument uniku u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott f’konformità mal-Artikolu 15(4).
8. Id-dokumenti msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu abbozzati b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.
9. l-Kummissjoni għandha tiffinalizza l-valutazzjoni tagħha tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fl-istadju tal-Unjoni, filwaqt li tqis kwalunkwe talba għal perjodi ta’ tranżizzjoni, l-eżitu tal-proċedura ta’ oppożizzjoni u kwalunkwe kwistjoni oħra li tirriżulta sussegwentement fir-rigward tal-eżami tagħha li tista’ timplika bidla fid-dokument uniku.
10. Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistipulaw proċeduri u skadenzi dettaljati għall-proċedura ta’ oppożizzjoni .
11. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-format u l-preżentazzjoni tal-oppożizzjonijiet u tipprevedi l-esklużjoni jew l-anonimizzazzjoni ta’ data personali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
Artikolu 18
Avviż ta’ kummenti
1. Fi żmien tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tad-dokument uniku u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott f’konformità mal-Artikolu 15(4), l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li tkun stabbilita jew residenti f’pajjiż terz, tista’ tissottometti avviż ta’ kummenti lill-Kummissjoni.
2. Avviż ta’ kummenti għandu jindika kwalunkwe żball jew ikun fih informazzjoni addizzjonali fir-rigward tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, inkluż ksur possibbli tal-liġi tal-Unjoni. Avviż ta’ kummenti ma għandu jagħti l-ebda dritt lill-awtoritajiet jew lill-persuni msemmija fil-paragrafu 1 u lanqas ma għandu jiskatta proċedura ta’ oppożizzjoni.
3. Meta, wara s-sottomissjoni ta’ avviż ta’ kummenti, id-data ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 15(4) tkun ġiet modifikata b’mod sostanzjali, il-Kummissjoni għandha terġa’ tippubblika d-dokument uniku u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott f’konformità ma’ dak il-paragrafu.
4. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-format u l-preżentazzjoni tal-avviżi ta’ kummenti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
Artikolu 19
Raġunijiet għal oppożizzjoni
1. Oppożizzjoni ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 17 għandha tkun ammissibbli biss jekk l-opponent juri li:
(a) |
l-indikazzjoni ġeografika proposta ma tikkonformax mad-definizzjoni tal-indikazzjoni ġeografika jew mar-rekwiżiti msemmija f’dan ir-Regolament, it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew mal-Artikolu 3(4) u l-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2019/787 kif applikabbli; |
(b) |
ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika proposta tkun ipprojbita minn waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 28, fl-Artikolu 29, fl-Artikolu 30 jew fl-Artikolu 48(1); jew |
(c) |
ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika proposta thedded l-eżistenza ta’ isem jew ta’ trademark li jkun kompletament jew parzjalment identiku jew l-eżistenza ta’ prodotti li jkunu ilhom legalment fis-suq għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni prevista fl-Artikolu 15(4) . |
2. L-ammissibbiltà ta’ oppożizzjoni għandha tiġi vvalutata mill-Kummissjoni fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni.
Artikolu 20
Perjodu ta’ tranżizzjoni għall-użu ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi
1. Għall-prodotti li joriġinaw fi Stat Membru jew f’pajjiż terz li d-denominazzjoni tagħhom tikkonsisti minn jew tinkludi isem li jikser l-Artikolu 26(1), il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tagħti perjodu ta’ tranżizzjoni sa ħames snin biex tippermetti l-użu kontinwu ta’ dik id-denominazzjoni, li taħtha jkunu ġew ikkummerċjalizzati, dment li oppożizzjoni ammissibbli, skont l-Artikolu 10(4) jew l-Artikolu 17, għall-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika li l-protezzjoni tagħha tinkiser turi li:
(a) |
ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika kkonċernata thedded l-eżistenza ta’ isem kompletament jew parzjalment identiku fid-denominazzjoni tal-prodott; jew |
(b) |
tali prodotti jkunu nbiegħu legalment b’dak l-isem fid-denominazzjoni tal-prodott fit-territorju kkonċernat għal mill-inqas ħames snin qabel il-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 15(4) . |
2. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2) , ħlief dawk fejn tiġi ppreżentata oppożizzjoni ammissibbli f’konformità mal-Artikolu 10(4), li għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata dik il-proċedura ta’ eżami.
3. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, testendi l-perjodu ta’ tranżizzjoni mogħti skont il-paragrafu 1 sa perjodu totali ta’ 15-il sena jew tagħti direttament perjodu tranżizzjonali ta’ mhux aktar minn 15-il sena dment li jintwera wkoll li:
(a) |
l-isem fid-denominazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 kien ilu jintuża legalment b’mod konsistenti u ġust għal mill-inqas 25 sena qabel ma l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika kkonċernata ġiet sottomessa lill-Kummissjoni; |
(b) |
l-iskop tal-użu tal-isem fid-denominazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fl-ebda ħin ma kien li jsir profitt mir-reputazzjoni tal-isem tal-prodott li jkun ġie rreġistrat bħala indikazzjoni ġeografika; u |
(c) |
il-konsumatur ma ġiex jew ma setax ġie mqarraq fir-rigward tal-oriġini vera tal-prodott. |
4. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88 (2) , ħlief dawk fejn tiġi ppreżentata oppożizzjoni ammissibbli skont l-Artikolu 10(4), li għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata dik il-proċedura ta’ eżami.
5. Meta tintuża denominazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini għandha tidher b’mod ċar u viżibbli fuq it-tikkettar u fejn applikabbli, fuq id-deskrizzjoni tal-prodott meta tiġi kkummerċjalizzata online.
6. Fir-rigward tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u l-emendi tal-Unjoni, sabiex jingħelbu d-diffikultajiet temporanji bl-objettiv fit-tul li jiġi żgurat li l-operaturi kollha ta’ prodott identifikat taħt indikazzjoni ġeografika fiż-żona kkonċernata jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott relatata, Stat Membru jista’ jagħti perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ mhux aktar minn 10 snin għall-konformità, b’effett mid-data li fiha l-applikazzjoni tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni, dment li l-operaturi kkonċernati jkunu kkumerċjalizzaw legalment dak il-prodotti, ikunu użaw kontinwament l-isem ikkonċernat għal mill-inqas ħames snin qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni lill-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru u rreferew għal dak il-fatt fil-proċedura nazzjonali ta’ oppożizzjoni msemmija fl-Artikolu 10(4).
7. Meta ż-żmien bejn l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fl-istadju tal-Unjoni u r-reġistrazzjoni tal-isem ikkonċernat jaqbeż il-ħames snin, l-Istat Membru jista’ jestendi l-perjodu tranżizzjonali b’mhux aktar minn ħames snin. Id-deċiżjoni li jiġi estiż il-perjodu tranżizzjonali għandha tiġi kkomunikata mingħajr dewmien lill-Kummissjoni, li għandha tippubblikaha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
8. Il-paragrafu 6 għandu japplika mutatis mutandis għal indikazzjoni ġeografika li tirreferi għal żona ġeografika li tinsab f’pajjiż terz, bl-eċċezzjoni tal-proċedura ta’ oppożizzjoni.
Artikolu 21
Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni
1. Meta, abbażi tal-informazzjoni li tkun disponibbli għall-Kummissjoni mill-eżami mwettaq f’konformità mal-Artikolu 15, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija f’dak l-Artikolu ma tkunx issodisfata, hija għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tirrifjuta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
2. Fin-nuqqas ta’ oppożizzjoni ammissibbli, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 88(2), tirreġistra l-indikazzjoni ġeografika. Il-Kummissjoni tista’ tqis l-avviżi tal-kummenti riċevuti f’konformità mal-Artikolu 18.
3. Meta l-Kummissjoni tirċievi oppożizzjoni ammissibbli, hija għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17 u filwaqt li tqis ir-riżultati tagħha:
(a) |
tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jirreġistraw l-indikazzjoni ġeografika mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 88(2), jekk ikun intlaħaq ftehim, wara li tivverifika li l-ftehim jikkonforma mal-liġi tal-Unjoni, u, jekk ikun meħtieġ, temenda l-informazzjoni ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 15(4) dment li tali emendi ma jkunux sostanzjali; jew |
(b) |
tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddeċiedu dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, jekk ma jkunx intlaħaq ftehim; dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2). |
4. L-atti ta’ implimentazzjoni li jirreġistraw indikazzjoni ġeografika għandhom jipprevedu kwalunkwe kundizzjoni applikabbli għar-reġistrazzjoni u għall-pubblikazzjoni mill-ġdid għall-informazzjoni tad-dokument uniku ippubblikata f’konformità mal-Artikolu 15(4) u modifikata wara l-proċedura ta’ oppożizzjoni fil-każ ta’ modifiki għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 17(7) u fl-Artikolu 18(3).
5. Ir-regolamenti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reġistrazzjoni u d-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rifjut għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, is-serje L.
Artikolu 22
Reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi
1. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 88(2), tistabbilixxi u tmantni reġistru tal-Unjoni aċċessibbli għall-pubbliku tal-indikazzjonijiet ġeografiċi . Dak ir-reġistru għandu jkollu tliet partijiet li jikkorrispondu għall-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid, tax-xorb spirituż u tal-prodotti agrikoli rispettivament. Il-fajls li jiddaħħlu f’dak ir-reġistru wara t-13 ta’ Mejju 2024 għandhom ikunu f’format li jinqara mill-magni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (13), tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28).
2. L-EUIPO għandu jmantni r-reġistru tal-Unjoni u jżommu aġġornat fir-rigward tar-reġistrazzjonijiet, l-emendi u l-kanċellazzjonijiet tal-indikazzjonijiet ġeografiċi.
3. Kull indikazzjoni ġeografika tal-inbid u tal-prodotti agrikoli għandha tiġi identifikata fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi bħala “denominazzjoni ta’ oriġini protetta” jew “indikazzjoni ġeografika protetta”, skont il-każ, u kull indikazzjoni ġeografika tax-xorb spirituż għandha tiġi identifikata bħala “indikazzjoni ġeografika”.
4. L-indikazzjonijiet ġeografiċi li jikkonċernaw prodotti minn pajjiżi terzi li jkunu protetti fl-Unjoni skont ftehim internazzjonali li għalih l-Unjoni hija parti kontraenti jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tirreġistra tali indikazzjonijiet ġeografiċi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
Fir-rigward tal-inbid u l-prodotti agrikoli, sakemm ma jkunux identifikati b’mod speċifiku fil-ftehimiet msemmija fl-ewwel subparagrafu bħala denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti, l-ismijiet ta’ tali prodotti għandhom jiddaħħlu fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.
5. Kull indikazzjoni ġeografika għandha tiddaħħal fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fil-kitba oriġinali tagħha. Fejn il-kitba oriġinali ma tkunx f’karattri Latini, l-indikazzjoni ġeografika għandha tiġi traskritta jew traslitterata f’karattri Latini u ż-żewġ verżjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika għandhom jiddaħħlu fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u għandu jkollhom status ugwali.
6. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna regolarment il-lista ta’ ftehimiet internazzjonali msemmija fil-paragrafu 4 kif ukoll il-lista ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti taħt dawk il-ftehimiet.
7. Il-Kummissjoni għandha żżomm, f’forma diġitali jew stampata, id-dokumentazzjoni relatata mar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika. Fil-każ ta’ kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni, il-Kummissjoni għandha żżomm id-dokumentazzjoni għal 10 snin wara dan.
8. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni tar-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
Artikolu 23
Estratti mir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi
1. Kwalunkwe persuna għandha tkun tista’ tniżżel, b’mod faċli u mingħajr ħlas, estratt uffiċjali mir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li jipprovdi prova tar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika, u d-data rilevanti oħra, inkluż id-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika jew data ta’ prijorità oħra. L-estratt uffiċjali tar-reġistrazzjoni mdaħħal f’dak ir-reġistru wara t-13 ta’ Mejju 2024 għandu jkun f’format li jinqara mill-magni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (13), tad-Direttiva (UE) 2019/1024. Dak l-estratt uffiċjali jista’ jintuża bħala ċertifikat awtentiku fi proċedimenti legali, ġudizzjarji, amministrattivi jew proċedimenti simili.
2. Fejn grupp ta’ produtturi jkun ġie rikonoxxut mill-awtoritajiet nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 33, dak il-grupp għandu jiġi identifikat bħala r- rappreżentant tal-produtturi ta’ prodott identifikat b’ indikazzjoni ġeografika fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u fl-estratt uffiċjali msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
3. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tispeċifika l-format u l-preżentazzjoni online ta’ estratti mir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tipprevedi l-esklużjoni jew l-anonimizzazzjoni ta’ data personali . Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
Artikolu 24
Emendi għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
1. Grupp ta’ produtturi ta’ prodott li ismu huwa indikazzjoni ġeografika rreġistrata jista’ japplika għall-approvazzjoni ta’ emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Fejn jeżisti grupp ta’ produtturi rikonoxxut, dak il-grupp għandu jkun l-uniku wieħed intitolat li japplika.
2. L-emendi għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom ikunu kklassifikati f’żewġ kategoriji:
(a) |
emendi tal-Unjoni, li jirrikjedu proċedura ta’ oppożizzjoni fil-livell tal-Unjoni; u |
(b) |
emendi standard li għandhom jiġu ttrattati fil-livell tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz. |
3. Emenda għandha titqies bħala emenda tal-Unjoni jekk tinvolvi bidla fid-dokument uniku jew l-ekwivalenti tiegħu u:
(a) |
tinkludi bidla:
|
(b) |
tirriskja li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika msemmija fid-dokument uniku; jew |
(c) |
tkun tinvolvi aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. |
Il-kriterji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għandhom jiġu vverifikati mill-Istati Membri.
4. Kwalunkwe emenda oħra għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika rreġistrata, li ma tkunx emenda tal-Unjoni f’konformità mal-paragrafu 3, għandha titqies bħala emenda standard.
5. Emenda standard għandha titqies bħala emenda temporanja meta tikkonċerna bidla temporanja fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji u fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi jew emenda temporanja meħtieġa minħabba diżastru naturali jew kundizzjonijiet ħżiena tat-temp jew disturbi sinifikanti fis-suq minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, inkluż avvenimenti ġeopolitiċi, li jaffettwaw il-provvista ta’ materja prima, dment li d-diżastru naturali, il-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp jew id-disturbi sinifikanti fis-suq huma rikonoxxuti formalment mill-awtoritajiet kompetenti.
6. L-emendi tal-Unjoni għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni. Il-proċedura ta’ approvazzjoni għandha ssegwi, mutatis mutandis, il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 9 u 10 u l-Artikoli 12 sa 21.
7. L-applikazzjonijiet għall-emendi tal-Unjoni li joriġinaw minn barra l-Unjoni għandu jkun fihom prova li l-emenda mitluba tikkonforma ma’ liġijiet dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-seħħ f’dak il-pajjiż terz.
8. Jekk applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika rreġistrata tkun tinkludi wkoll emendi standard jew emendi temporanji, il-Kummissjoni għandha teżamina l-emenda tal-Unjoni biss. Kwalunkwe emenda standard jew emenda temporanja għandha titqies li ma tkunx ġiet sottomessa. L- eżami ta’ tali applikazzjonijiet għandu jiffoka fuq l-emendi tal-Unjoni proposti. Fejn xieraq, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat jistgħu jistiednu lill-applikant jimmodifika elementi oħra tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
9. L-emendi standard għandhom jiġu vvalutati u approvati mill-Istati Membri jew mill-pajjiżi terzi li fit-territorju tagħhom tinsab iż-żona ġeografika tal-prodott ikkonċernat u jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk l-emendi.
10. Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu dispożizzjonijiet dwar emendi tal-Unjoni għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li għalihom ma ġie ppubblikat l-ebda dokument uniku, dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjonijiet għal emendi tal-Unjoni, dwar ir-relazzjoni bejn l-emendi tal-Unjoni u dawk standard, u dwar l-emendi standard, inkluż il-pubblikazzjoni tagħhom.
11. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri, il-forma u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni u dwar il-proċeduri, il-forma u l-komunikazzjoni ta’ emendi standard lill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
Artikolu 25
Kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni
1. Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba debitament sostanzjata minn Stat Membru, pajjiż terz jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u stabbilita jew residenti f’pajjiż terz, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tikkanċella r-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
meta ma tkunx tista’ tibqa’ tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott; jew |
(b) |
meta l-ebda prodott ma jkun ġie introdott fis-suq bl-indikazzjoni ġeografika għal mill-inqas is-seba’ snin konsekuttivi preċedenti. |
2. Il-Kummissjoni tista’ tadotta wkoll atti ta’ implimentazzjoni li jħassru r-reġistrazzjoni fuq talba tal-produtturi tal-prodott ikkummerċjalizzat taħt l-isem irreġistrat. Fejn jeżisti grupp ta’ produtturi rikonoxxut, dak il-grupp ta’ produtturi għandu jkun l-uniku wieħed intitolat li jdaħħal tali talba.
3. Ir-reġistrazzjoni tal-isem bħala dritt ta’ proprjetà intellettwali għajr indikazzjoni ġeografika, b’mod partikolari bħala trademark, għandha tkun ipprojbita għal sena wara l-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika, sakemm ma kienx jeżisti tali dritt ta’ proprjetà intellettwali, jew sakemm tali trademark ma kinitx ġiet irreġistrata, qabel ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika.
4. L-Artikoli 10, 13 sa 17 u 21 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-proċedura ta’ kanċellazzjoni.
L-oppożizzjonijiet għandhom ikunu ammissibbli biss jekk juru l-kontinwazzjoni ta’ dipendenza kummerċjali fuq l-isem irreġistrat minn persuna interessata jew persuna ġuridika.
5. Qabel ma tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet tal-Istat Membru, lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew, fejn possibbli, lill-produttur tal-pajjiż terz li oriġinarjament kien applika għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika kkonċernata, sakemm il-kanċellazzjoni ma tintalabx direttament minn dawk l-applikanti oriġinali. Il-perjodu ta’ konsultazzjoni għandu jkun ta’ mill-inqas xahar.
6. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri, il-forma u l-preżentazzjoni tat-talbiet għall-kanċellazzjoni ta’ reġistrazzjoni.
7. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 6 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
KAPITOLU 3
Protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi
Artikolu 26
Protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi
1. L-indikazzjonijiet ġeografiċi mdaħħla fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom ikunu protetti kontra:
(a) |
kwalunkwe użu kummerċjali dirett jew indirett tal-indikazzjoni ġeografika fir-rigward ta’ prodotti mhux koperti mir-reġistrazzjoni, meta dawk il-prodotti jkunu komparabbli mal-prodotti rreġistrati taħt dak l-isem jew fejn l-użu ta’ dik l-indikazzjoni ġeografika għal kwalunkwe prodott jew kwalunkwe servizz jisfrutta, idgħajjef, inaqqas, jew ikun ta’ detriment għar-reputazzjoni tal-isem protett, inkluż meta dawk il-prodotti jintużaw bħala ingredjent; |
(b) |
kull użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodotti jew servizzi jkunu indikati jew jekk l-isem protett ikun tradott, traskritt jew translitterat jew akkumpanjat minn espressjoni bħal “stil”, “tip”, “xorta”“metodu”, “kif prodott fi”, “imitazzjoni”, “togħma”, “bħal” jew xi espressjonijiet simili, inkluż meta dawk il-prodotti jintużaw bħala ingredjent; |
(c) |
kwalunkwe indikazzjoni oħra falza jew li tiżgwida dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott li tintuża fuq l-imballaġġ ta’ ġewwa jew ta’ barra, fuq il-materjal ta’ reklamar, fid-dokumenti jew l-informazzjoni pprovduta fuq interfaċċi online relatati mal-prodott ikkonċernat, u l-ippakkjar tal-prodott f’kontenitur li jista’ jagħti impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu; |
(d) |
kwalunkwe prattika oħra li tista’ tiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott. |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-ismijiet kollha tad-dominju aċċessibbli fl-Unjoni.
3. Ir-regoli nazzjonali dwar l-ismijiet użati għall-prodotti agrikoli, l-inbejjed u x-xorb spirituż ma għandhomx joħolqu konfużjoni mal-indikazzjonijiet ġeografiċi rreġistrati.
4. Il-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika wkoll għal:
(a) |
merkanzija li tidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera ġewwa dak it-territorju; |
(b) |
merkanzija li tinbiegħ permezz ta’ bejgħ mill-bogħod, bħall-kummerċ elettroniku; u |
(c) |
merkanzija maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. |
5. L-entitajiet elenkati fl-Artikolu 3(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29) għandhom ikunu intitolati li jissottomettu applikazzjoni lill-awtoritajiet doganali biex jipprevjenu lill-partijiet terzi kollha milli jdaħħlu merkanzija fl-Unjoni, waqt il-kummerċ, mingħajr ma tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera hemmhekk, meta tali merkanzija, inkluż l-imballaġġ, tkun ġejja minn pajjiżi terzi u tmur kontra l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
6. L-indikazzjonijiet ġeografiċi rreġistrati skont dan ir-Regolament ma għandhomx isiru ġeneriċi fl-Unjoni.
7. Fejn indikazzjoni ġeografika tkun isem kompost li jkun fih terminu li jitqies li huwa ġeneriku, l-użu ta’ dak it-terminu ma għandux jikkostitwixxi, bħala regola ġenerali, mġiba msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b).
Artikolu 27
L-użu ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi li jidentifikaw prodott użat bħala ingredjent fl-isem ta’ prodott ipproċessat
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26 u l-Artikolu 37(7) ta’ dan ir-Regolament u għall-Artikoli 7 u 17 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, l-indikazzjoni ġeografika li tidentifika prodott użat bħala ingredjent fi prodott ipproċessat tista’ tintuża fl-isem ta’ dak il-prodott ipproċessat, jew fit-tikkettar tiegħu, jew fil-materjal ta’ reklamar tiegħu fejn:
(a) |
il-prodott ipproċessat ma jkun fih l-ebda prodott ieħor komparabbli mal-ingredjent identifikat bl-indikazzjoni ġeografika; |
(b) |
l-ingredjent identifikat mill-indikazzjoni ġeografika jintuża fi kwantitajiet suffiċjenti biex jagħti karatteristika essenzjali lill-prodott ipproċessat ikkonċernat; u |
(c) |
il-perċentwal tal-ingredjent identifikat mill-indikazzjoni ġeografika fil-prodott ipproċessat huwa indikat fuq it-tikketta. |
2. Barra minn hekk, il-produtturi ta’ ikel ippakkjat bil-lest, kif definit fl-Artikolu 2(2), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, li fih bħala ingredjent prodott identifikat b’indikazzjoni ġeografika, li jridu jużaw dik l-indikazzjoni ġeografika fl-isem ta’ dak l-ikel ippakkjat bil-lest, inkluż f’materjal ta’ reklamar, għandhom jagħtu notifika bil-miktub minn qabel lill-grupp ta’ produtturi rikonoxxut fejn jeżisti tali grupp għal dik l-indikazzjoni ġeografika. Dawk il-produtturi għandhom jinkludu f’dik in-notifika l-informazzjoni li turi li l-kondizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew rrispettati u għandhom jaġixxu kif xieraq. Fi żmien erba’ xhur, il-grupp ta’ produtturi rikonoxxut għandu jirrikonoxxi bil-miktub li rċieva dik in-notifika. Il-produttur ta’ ikel ippakkjat bil-lest jista’ jibda juża l-indikazzjoni ġeografika fl-isem tal-ikel ippakkjat bil-lest wara li jirċievi dak ir-rikonoxximent jew wara li jiskadi dak il-perjodu ta’ żmien, skont liema jseħħ l-ewwel. Il-grupp ta’ produtturi rikonoxxut jista’ jehmeż ma’ dak ir-rikonoxximent informazzjoni mhux vinkolanti dwar l-użu tal-indikazzjoni ġeografika kkonċernata.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu, f’konformità mat-Trattati, regoli proċedurali addizzjonali li jikkonċernaw il-produtturi ta’ ikel ippakkjat bil-lest stabbiliti fit-territorju tagħhom.
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-grupp ta’ produtturi rikonoxxut u l-produttur tal-ikel ippakkjat bil-lest jistgħu jikkonkludu ftehim kuntrattwali dwar l-aspetti tekniċi u viżivi speċifiċi ta’ kif l-indikazzjoni ġeografika tal-ingredjent tiġi ppreżentata fl-isem tal-ikel ippakkjat bil-lest fit-tikkettar, xi mkien ieħor għajr fil-lista tal-ingredjenti, jew fil-materjal ta’ reklamar.
4. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal xorb spirituż.
5. Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu regoli addizzjonali dwar l-użu ta’ prodotti komparabbli bħala ingredjenti u l-kriterji għall-għoti ta’ karatteristiċi essenzjali lill-prodotti pproċessati msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 28
Termini ġeneriċi
1. It-termini ġeneriċi ma għandhomx jiġu rreġistrati bħala indikazzjonijiet ġeografiċi.
2. Sabiex jiġi stabbilit jekk terminu jkunx sar ġeneriku jew le, għandhom jitqiesu l-fatturi rilevanti kollha, b’mod partikolari:
(a) |
is-sitwazzjoni eżistenti fiż-żoni ta’ konsum; |
(b) |
l-atti legali rilevanti nazzjonali jew tal-Unjoni. |
Artikolu 29
Indikazzjonijiet ġeografiċi omonimi
1. Indikazzjoni ġeografika li tkun tressqet applikazzjoni għaliha wara li tkun tressqet applikazzjoni għal indikazzjoni ġeografika kompletament jew parzjalment omonima jew din l-indikazzjoni tkun ġiet protetta fl-Unjoni, ma għandhiex tiġi rreġistrata sakemm ma jkunx hemm biżżejjed distinzjoni fil-prattika bejn il-kundizzjonijiet tal-użu lokali u li jkun ilu stabbilit u l-preżentazzjoni taż-żewġ indikazzjonijiet kompletament jew parzjalment omonimi, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi żgurat trattament ekwu tal-produtturi kkonċernati u li l-konsumaturi ma jiġux imqarrqa fir-rigward tal-identità vera jew tal-oriġini ġeografika tal-prodotti.
2. Indikazzjoni ġeografika kompletament jew parzjalment omonima li tiżgwida lill-konsumatur b’mod li dan jemmen li l-prodotti ġejjin minn territorju ieħor ma għandiex tiġi rreġistrat anke jekk l-isem tat-territorju, tar-reġjun jew tal-post tal-oriġini attwali tal-prodotti kkonċernati jkun preċiż.
3. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, indikazzjoni ġeografika kompletament jew parzjalment omonima li tkun tressqet applikazzjoni għaliha jew li tkun protetta fl-Unjoni tirreferi għal:
(a) |
indikazzjonijiet ġeografiċi mdaħħla fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi; |
(b) |
indikazzjonijiet ġeografiċi li tkun tressqet applikazzjoni għalihom dment li sussegwentement jiddaħħlu fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi; |
(c) |
id-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti fl-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1753; u |
(d) |
indikazzjonijiet ġeografiċi, ismijiet ta’ oriġini u termini ekwivalenti protetti skont ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni u pajjiż terz wieħed jew aktar. |
4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tneħħi kwalunkwe indikazzjoni ġeografika rreġistrata bi ksur tal-paragrafu 1 jew 2 mir-reġistru tal-Unjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
Artikolu 30
Trademarks
Isem ma għandux jiġi rreġistrat bħala indikazzjoni ġeografika meta, fid-dawl tar-reputazzjoni u tal-fama ta’ trademark u t-tul ta’ żmien li jkun intuża, ir-reġistrazzjoni tal-isem propost bħala indikazzjoni ġeografika tista’ tiżgwida lill-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott.
Artikolu 31
Relazzjoni bejn l-indikazzjonijiet ġeografiċi u t-trademarks
1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trademark li l-użu tagħha jikser l-Artikolu 26 għandha tiġi rrifjutata jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trademark tiġi sottomessa wara d-data tas-sottomissjoni lill-Kummissjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika.
2. Trademarks tal-Unjoni rreġistrati bi ksur tal-paragrafu 1 għandhom jiġu ddikjarati invalidi mill-EUIPO u trademarks nazzjonali rreġistrati bi ksur tal-paragrafu 1 għandhom jiġu ddikjarati invalidi mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
3. Trademark li l-użu tagħha jikser l-Artikolu 26, iżda li tkun tressqet applikazzjoni għaliha, tkun ġiet irreġistrata jew stabbilita permezz tal-użu in bona fide fit-territorju tal-Unjoni, meta dik il-possibbiltà tkun prevista fil-leġiżlazzjoni rilevanti, qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika lill-Kummissjoni, tista’ tkompli tintuża u tiġġedded minkejja r-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika, dment li ma tkun teżisti l-ebda raġuni għall-invalidità jew għar-revoka tat-trademark skont id-Direttiva (UE) 2015/2436 jew ir-Regolament (UE) 2017/1001. F’każijiet bħal dawn, l-użu tal-indikazzjoni ġeografika, ladarba tiġi rreġistrata, u dak tat-trademark rilevanti għandu jkun permess.
4. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 3, meta l-indikazzjonijiet ġeografiċi jkunu ġew irreġistrati fl-Unjoni mingħajr is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fl-istadju tal-Unjoni, id-data tas-sottomissjoni lill-Kummissjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika għandha tkun id-data tal-ewwel jum ta’ protezzjoni.
5. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, il-marki ta’ garanzija jew ta’ ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 28(4) tad-Direttiva (UE) 2015/2436 u l-marki kollettivi msemmija fl-Artikolu 29(3) ta’ dik id-Direttiva, kif ukoll il-marki kollettivi kif imsemmi fil-Kapitolu VIII tar-Regolament (UE) 2017/1001 jistgħu jintużaw fuq it-tikketti flimkien mal-indikazzjoni ġeografika.
Artikolu 32
Gruppi ta’ produtturi
1. Grupp ta’ produtturi għandu jkun assoċjazzjoni ta’ produtturi tal-istess prodott jew prodotti, irrispettivament mill-forma ġuridika tiegħu. Għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(a) |
iwettaq kompiti skont dan ir-Regolament, inkluż mill-inqas kompitu wieħed speċifikat fil-paragrafu 4; |
(b) |
jiġi stabbilit volontarjament fuq l-inizjattiva ta’ produtturi u jkun kompost minnhom; u |
(c) |
ikun organizzat demokratikament, ikkontrollat u skrutinizzat mill-membri tiegħu. |
Il-gruppi ta’ produtturi applikanti għandhom jissodisfaw dawk il-kriterji mhux aktar tard mid-data tar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika kkonċernata.
Produttur ta’ prodott identifikat minn indikazzjoni ġeografika għandu jkollu d-dritt li jingħaqad ma’ grupp ta’ produtturi. L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu s-sħubija għal ċerti kategoriji ta’ produtturi, filwaqt li jqisu n-natura tal-prodott kopert mill-grupp ta’ produtturi kkonċernat.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-operaturi u r-rappreżentanti tal-attivitajiet ekonomiċi marbuta ma’ wieħed mill-istadji tal-katina tal-provvista tal-prodotti identifikati minn indikazzjoni ġeografika u l-partijiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 157 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistgħu jkunu membri ta’ grupp ta’ produtturi, jekk ikollhom interess speċifiku fil-prodotti koperti mill-grupp ta’ produtturi. Dawk il-membri ma għandhomx jikkontrollaw il-grupp ta’ produtturi.
3. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu regoli addizzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-organizzazzjoni, l-istatuti, il-funzjonament u n-natura tas-sħubija fi gruppi ta’ produtturi u l-kontribuzzjonijiet finanzjarji lilhom.
4. Grupp ta’ produtturi jista’ jeżerċita b’mod partikolari l-kompiti li ġejjin:
(a) |
jiżviluppa l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, japplika għar-reġistrazzjoni, l-emendar u l-kanċellazzjoni, u jiżviluppa attivitajiet, inkluż l-appoġġ lill-membri tiegħu bis-sistemi ta’ kontroll tagħhom stess biex jivverifikaw u jiżguraw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ikkonċernata; |
(b) |
jinvolvi ruħu f’azzjoni xierqa biex jiżgura l-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika u tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li huma direttament marbuta magħha, inkluż azzjonijiet legali u preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal azzjonijiet mal-awtoritajiet doganali f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 608/2013 u l-prevenzjoni jew l-ġlieda kontra kwalunkwe miżura jew prattika ta’ kummerċjalizzazzjoni li tkun, jew li tirriskja li tkun, detrimentali għar-reputazzjoni jew għall-valur tal-indikazzjoni ġeografika kkonċernata; |
(c) |
jirrappreżenta lill-membri tiegħu fin-networks tal-infurzar tal-proprjetà intellettwali u b’rabta mal-korpi kontra l-falsifikazzjoni stabbiliti fil-livell tal-Unjoni jew dak nazzjonali; |
(d) |
jaqbel dwar prattiki sostenibbli kif imsemmi fl-Artikolu 7, kemm jekk inklużi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott jew bħala inizjattiva separata, inkluż dwar arranġamenti għall-verifika tal-konformità ma’ dawk il-prattiki u l-iżgurar ta’ pubbliċità adegwata għalihom b’mod partikolari f’sistema ta’ informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni; |
(e) |
jieħu azzjoni biex ittejjeb il-prestazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika, f’termini ta’ sostenibbiltà ambjentali, soċjali u ekonomika, inkluż:
|
(f) |
jiġġieled kontra l-ksur u l-użi frodulenti suspettati fis-swieq ta’ prodotti identifikati minn indikazzjonijiet ġeografiċi li ma jkunux konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, billi jimmonitorja u jivverifika l-użu tal-indikazzjoni ġeografika fis-suq intern kollu u fis-swieq ta’ pajjiżi terzi fejn l-indikazzjonijiet ġeografiċi jkunu protetti, inkluż fuq interfaċċi online, u, kif meħtieġ, jinforma lill-awtoritajiet tal-infurzar bl-użu ta’ sistemi kunfidenzjali fejn disponibbli; |
(g) |
jieħu miżuri biex itejbu l-valur tal-prodotti u, fejn meħtieġ, jieħu passi biex jipprevjeni jew jiġġieled kontra kwalunkwe miżura jew prattika kummerċjali li huma, jew jirriskjaw li jkunu, ta’ detriment għall-immaġni u l-valur tal-prodotti tagħhom, inkluż l-iżvalutazzjoni tal-prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni u t-tnaqqis fil-prezzijiet. |
5. L-Istati Membri jistgħu, fit-territorju tagħhom, jassistu lill-produtturi fil-ħolqien u l-funzjonament ta’ gruppi ta’ produtturi.
6. Jekk ma jkun jeżisti l-ebda grupp ta’ produtturi għal prodott identifikat minn indikazzjoni ġeografika, l-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw il-kompiti msemmija fil-paragrafu 4, il-punti (b), (e) u (f). L-Istati Membri għandhom jinteraġixxu mal-produtturi u għandhom jgħinuhom bl-għan li jistabbilixxu grupp ta’ produtturi.
7. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu reġistru pubbliku ta’ gruppi ta’ produtturi għal prodotti identifikati minn indikazzjoni ġeografiċi li joriġinaw fit-territorju tagħhom, inkluż l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 9(2) u l-produtturi msemmija fl-Artikolu 9(3). Dak ir-reġistru għandu jkun fih, mill-inqas, l-isem, il-forma ġuridika u l-indirizz ta’ kull grupp ta’ produtturi u l-indikazzjonijiet ġeografiċi kollha koperti mill-grupp ta’ produtturi kkonċernat.
Artikolu 33
Gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti
1. Minbarra l-Artikolu 32, l-Istati Membri jistgħu japplikaw sistema ta’ rikonoxximent ta’ gruppi ta’ produtturi. Is-sistema ta’ rikonoxximent tista’ tiġi applikata għall-gruppi ta’ produtturi kollha li l-membri tagħhom jipproduċu prodott li jkun identifikat minn indikazzjoni ġeografika jew għal gruppi ta’ produtturi li jipproduċu kategoriji speċifikati ta’ prodotti identifikati minn indikazzjonijiet ġeografiċi. Grupp ta’ produtturi jista’ jiġi rikonoxxut biss fuq talba. Fil-qafas tas-sistema ta’ rikonoxximent, l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 9(2) u l-produtturi msemmija fl-Artikolu 9(3) għandhom jitqiesu bħala gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti.
2. L-Istati Membri li japplikaw is-sistema msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprevedu l-kriterji li ġejjin biex grupp ta’ produtturi jiġi rikonoxxut:
(a) |
forma ġuridika partikolari; u |
(b) |
l-issodisfar ta’ waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu kriterji addizzjonali, bħal:
(a) |
ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji meħtieġa tal-membri tiegħu; |
(b) |
regoli dwar l-ammissjoni tal-membri, dwar it-terminazzjoni tas-sħubija u dwar il-ksur tal-obbligi tas-sħubija; |
(c) |
statuti miktuba. |
Jekk grupp ta’ produtturi ma jibqax jissodisfa l-kriterji ta’ rikonoxximent, ir-rikonoxximent għandu jiġi sospiż jew revokat.
3. Meta grupp ta’ produtturi jkun rikonoxxut skont is-sistema msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-grupp ta’ produtturi rikonoxxut għandu jkun l-uniku wieħed intitolat biex:
(a) |
jeżerċita l-kompiti msemmija fl-Artikolu 32 f’isem il-produtturi kollha li jipproduċu l-prodott identifikat mill-indikazzjoni ġeografika kkonċernata, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-produtturi individwali li jaġixxu biex jiddefendu l-interessi tagħhom; |
(b) |
jirċievi notifika minn produttur ta’ ikel ippakkjat bil-lest dwar l-użu tal-indikazzjoni ġeografika ta’ ingredjent fl-isem ta’ ikel ippakkjat bil-lest kif imsemmi fl-Artikolu 27(2); |
(c) |
jitlob regoli vinkolanti għar-regolamentazzjoni tal-provvista ta’ prodotti identifikati minn indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 166a(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, inkluż għal perjodu ta’ mhux aktar minn sitt snin f’konformità mal-Artikolu 166a(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament; |
(d) |
jistabbilixxi klawżoli standard għall-kondiviżjoni tal-valur li jistgħu jintużaw f’konformità mal-Artikolu 172a tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
(e) |
jaqbel dwar prattiki sostenibbli, f’konformità mal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament; |
(f) |
japplika għall-approvazzjoni ta’ emenda f’konformità mal-Artikolu 24(1) ta’ dan ir-Regolament; |
(g) |
jippreżenta talba għall-kanċellazzjoni f’konformità mal-Artikolu 25(2) ta’ dan ir-Regolament. |
4. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li l-grupp ta’ produtturi rikonoxxut ikun l-uniku grupp ta’ produtturi intitolat li jeżerċita l-kompiti:
(a) |
imsemmija fl-Artikolu 32(4), il-punti (a) u (d), meta l-effett ta’ dawk il-kompiti jikkonċerna l-produtturi kollha tal-prodott identifikat mill-indikazzjoni ġeografika kkonċernata; |
(b) |
imsemmija fl-Artikolu 32(4), il-punti (b), (e) u (f), meta dawk il-kompiti jitwettqu fil-livell internazzjonali, nazzjonali jew reġjonali, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-produtturi tal-prodott identifikat mill-indikazzjoni ġeografika kkonċernata jwettqu dawk il-kompiti fil-livell lokali. |
5. Grupp ta’ produtturi stabbilit fi Stat Membru li ma japplikax sistema msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun jista’ jeżerċita l-kompiti msemmija fl-Artikolu 32(4), il-punti (b), (c), (e) u (f) fi Stat Membru li japplika tali sistema.
6. Meta indikazzjoni ġeografika tindika żona ġeografika transfruntiera, l-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati jew, fejn rilevanti, tar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, għandhom jikkooperaw biex jiġi indikat grupp uniku ta’ produtturi rikonoxxut. Meta l-Istati Membri kkonċernati jew, fejn rilevanti, ir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, jonqsu milli jilħqu qbil, jew meta wieħed mill-Istati Membri kkonċernati ma japplikax is-sistema msemmija fil-paragrafu 1, l-ebda grupp ta’ produtturi ma għandu jiġi rikonoxxut għal dik l-indikazzjoni ġeografika.
7. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti skont id-dritt nazzjonali qabel it-13 ta’ Mejju 2024 jiġu rikonoxxuti f’konformità mal-paragrafu 1.
Jekk tali grupp ta’ produtturi rikonoxxut ma jissodisfax il-kriterji stipulati fil-paragrafu 2, huwa għandu jadatta għar-regoli rilevanti sal-14 ta’ Mejju 2026. Jekk il-konformità ma tinkisibx sa dik id-data, l-Istat Membru kkonċernat għandu jew itawwal dik l-iskadenza darba għal massimu ta’ sena, jew jirtira r-rikonoxximent.
8. Jekk Stat Membru japplika s-sistema ta’ gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti msemmija fil-paragrafu 1, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni permezz ta’ sistema diġitali bl-isem u l-indirizz tal-grupp ta’ produtturi rikonoxxut għal kull indikazzjoni ġeografika rreġistrata u jaġġorna dik l-informazzjoni meta jkun hemm bidla. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku u taġġorna r-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi kif xieraq.
Artikolu 34
Assoċjazzjonijiet ta’ gruppi ta’ produtturi
1. Assoċjazzjoni ta’ gruppi ta’ produtturi tista’ tiġi stabbilita fuq l-inizjattiva ta’ gruppi ta’ produtturi interessati.
2. Assoċjazzjoni ta’ gruppi ta’ produtturi tista’ teżerċita b’mod partikolari l-kompiti li ġejjin:
(a) |
il-parteċipazzjoni f’korpi konsultattivi; |
(b) |
l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi dwar suġġetti relatati mal-politika dwar l-indikazzjoni ġeografika; |
(c) |
tagħmel rakkomandazzjonijiet biex jittejjeb l-iżvilupp tal-politiki dwar l-indikazzjoni ġeografika, b’mod partikolari fir-rigward tas-sostenibbiltà, il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni, il-ħolqien tal-valur fost l-operaturi, ir-regoli tal-kompetizzjoni u l-iżvilupp rurali; |
(d) |
il-promozzjoni u t-tixrid tal-aħjar prattiki fost il-produtturi tal-politiki dwar l-indikazzjoni ġeografika; |
(e) |
il-parteċipazzjoni f’miżuri ta’ promozzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014. |
Artikolu 35
Protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fl-ismijiet tad-dominju
1. Ir-reġistri tal-ismijiet ta’ dominji tal-ogħla livell bil-kodiċi tal-pajjiż stabbiliti fl-Unjoni għandhom jiżguraw li l-proċeduri alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim għall-ismijiet ta’ dominji tirrikonoxxi l-indikazzjonijiet ġeografiċi rreġistrati bħala dritt li jista’ jiġi invokat f’dawk il-proċeduri.
2. Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li jinkarigaw lill-EUIPO biex jistabbilixxi u jimmaniġġa sistema ta’ informazzjoni u twissija tal-ismijiet ta’ dominju li tipprovdi lill-applikant, mas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal indikazzjoni ġeografika, b’informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-indikazzjoni ġeografika bħala isem ta’ dominju u, fuq bażi fakultattiva, dwar ir-reġistrazzjoni ta’ isem ta’ dominju identiku għall-indikazzjoni ġeografika tiegħu. Ir-reġistri tal-ismijiet ta’ dominji tal-ogħla livell bil-kodiċi tal-pajjiż, stabbiliti fl-Unjoni, jistgħu jipprovdu lill-EUIPO bl-informazzjoni u d-data rilevanti, fuq bażi volontarja.
3. Sal-14 ta’ Novembru 2025 il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-ħtieġa u l-fattibbiltà ta’ sistema ta’ informazzjoni u twissija msemmija fil-paragrafu 2, filwaqt li tqis il-funzjonament tal-għoti volontarju ta’ informazzjoni u data msemmija f’dak il-paragrafu, u tippreżenta rapport bis-sejbiet ewlenin tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, fejn xieraq.
Artikolu 36
Dritt għall-użu
Indikazzjoni ġeografika rreġistrata tista’ tintuża minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza l-prodott li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti .
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi jkunu koperti mill-verifika tal-konformità tal-ispeċifikazzjoni mal-prodott stabbilita f’konformità mal-Artikolu 39 ta’ dan ir-Regolament jew l-Artikolu 116a tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif applikabbli.
Fil-każ li indikazzjoni ġeografika tkun tikkonsisti minn jew ikun fiha l-isem tal-proprjetà ta’ produttur applikant wieħed, dak ma għandux jipprevjeni lil operaturi oħra milli jużaw l-indikazzjoni ġeografika rreġistrata dment li tintuża biex jiġi identifikat prodott li jikkonforma mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Artikolu 37
Simboli tal-Unjoni, indikazzjonijiet u taqsiriet
1. L-indikazzjonijiet, it-taqsiriet u s-simboli li jirreferu għall-indikazzjonijiet ġeografiċi ma għandhomx jintużaw ħlief b’rabta ma’ prodotti manifatturati f’konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott rilevanti. Jistgħu jintużaw ukoll għal skopijiet ta’ informazzjoni u edukattivi, dment li dak l-użu ma jwassalx biex il-konsumatur jitqarraq.
2. Għandhom jiġu stabbiliti s-simboli tal-Unjoni, imfassla biex jimmarkaw u jippubbliċizzaw Indikazzjonijiet Ġeografiċi, li ġejjin:
(a) |
simbolu li jidentifika d-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti ta’ prodotti agrikoli; u |
(b) |
simbolu li jidentifika indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ta’ prodotti agrikoli. Dak is-simbolu jista’ jintuża wkoll għal indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż. |
3. Fil-każ ta’ prodotti agrikoli u xorb spirituż li joriġinaw fl-Unjoni li jiġu kkummerċjalizzati taħt indikazzjoni ġeografika, is-simbolu tal-Unjoni assoċjat magħhom għandu jidher fuq it-tikketta u l-materjal tar-reklamar. Fir-rigward tat-tikketta, l-indikazzjoni ġeografika għandha tidher fl-istess kamp viżiv bħas-simbolu tal-Unjoni.
Ir-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 għall-preżentazzjoni ta’ dettalji obbligatorji għandhom japplikaw għall-indikazzjoni ġeografika.
4. B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, fil-każ ta’ xorb spirituż , is-simboli tal-Unjoni jistgħu jitħallew barra .
5. Meta l-prodotti agrikoli jiġu identifikati b’indikazzjoni ġeografika, indikazzjoni tal-isem tal-produttur jew tal-operatur għandha tidher fuq it-tikketta fl-istess kamp viżiv bħall-indikazzjoni ġeografika. F’dak il-każ, l-isem tal-operatur għandu jinftiehem bħala l-isem tal-operatur responsabbli għall-istadju tal-produzzjoni li fih jinkiseb il-prodott li għandu jkun kopert mill-indikazzjoni ġeografika, jew responsabbli għat-twettiq ta’ pproċessar sostanzjali ta’ dak il-prodott.
Fil-każ ta’ xorb spirituż identifikat minn indikazzjoni ġeografika, indikazzjoni tal-isem tal-produttur għandha tidher fuq it-tikketta fl-istess kamp viżiv bħall-indikazzjoni ġeografika.
Meta l-imballaġġ jew il-kontenituri jkollhom bħala l-akbar wiċċ tagħhom dak deskritt fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, l-indikazzjoni tal-isem tal-produttur jew tal-operatur għandha tkun volontarja.
Il-prodotti agrikoli u x-xorb spirituż li huma kkummerċjalizzati b’indikazzjoni ġeografika, li ġew ittikkettati qabel l-14 ta’ Mejju 2026, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq mingħajr ma jikkonformaw mal-obbligu li jindikaw l-isem tal-produttur jew tal-operatur fl-istess kamp viżiv bħall-indikazzjoni ġeografika, sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
6. Meta l-prodotti agrikoli jew xorb spirituż ikunu identifikati b’indikazzjoni ġeografika, l-indikazzjonijiet “denominazzjoni ta’ oriġini protetta” jew “indikazzjoni ġeografika protetta” jistgħu jidhru fit-tikkettar u fil-materjal ta’ reklamar tal-prodotti agrikoli u l-indikazzjoni “indikazzjoni ġeografika” tista’ tidher fuq it-tikketta u fil-materjal ta’ reklamar tax-xorb spirituż, rispettivament.
It-taqsiriet “DOP” jew “IĠP”, li jikkorrispondu għall-indikazzjonijiet “denominazzjoni ta’ oriġini protetta” jew “indikazzjoni ġeografika protetta”, jistgħu jidhru fuq it-tikketta u fil-materjal ta’ reklamar ta’ prodotti agrikoli identifikati minn indikazzjoni ġeografika.
7. L-indikazzjonijiet u t-taqsiriet jistgħu jintużaw fuq it-tikketta u fil-materjal ta’ reklamar ta’ prodotti pproċessati meta l-indikazzjoni ġeografika tirreferi għal ingredjent tagħhom. F’dak il-każ, l-indikazzjoni jew it-taqsira għandha titqiegħed ħdejn l-isem tal-ingredjent li huwa identifikat b’mod ċar bħala ingredjent. Is-simbolu tal-Unjoni ma għandux jitqiegħed flimkien mal-isem tal-ikel skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 .
8. Simboli tal-Unjoni li jindikaw id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta u l-indikazzjonijiet “denominazzjoni ta’ oriġini protetta”, “indikazzjoni ġeografika protetta” u “indikazzjoni ġeografika” u t-taqsiriet “DOP” jew “IĠP” kif rilevanti, jistgħu jidhru fuq it-tikkettar biss wara l-pubblikazzjoni tal-att ta’ reġistrazzjoni ta’ dik l-indikazzjoni ġeografika.
9. Dan li ġej jista’ jidher ukoll fuq it-tikketta:
(a) |
rappreżentazzjonijiet taż-żona ġeografika tal-oriġini msemmija fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott; u |
(b) |
test, grafika jew simboli li jirreferu għall-Istat Membru u r-reġjun li fih tinsab dik iż-żona ġeografika tal-oriġini sakemm tali referenzi ma jqarrqux bil-konsumatur dwar l-identità vera jew l-oriġini tal-prodott. |
10. Is-simboli tal-Unjoni assoċjati mal-indikazzjonijiet ġeografiċi mdaħħla fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li jidentifikaw prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi, jistgħu jidhru fit-tikkettar u fuq il-materjal ta’ reklamar tal-prodotti, f’liema każ is-simboli għandhom jintużaw f’konformità mal-paragrafu 3.
11. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tispeċifika l-karatteristiċi tekniċi tas-simboli tal-Unjoni għall-indikazzjonijiet ġeografiċi kif ukoll ir-regoli tekniċi dwar l-użu tagħhom u l-użu tal-indikazzjonijiet u t-taqsiriet dwar il-prodotti kkummerċjalizzati taħt indikazzjoni ġeografika rreġistrata, inkluż verżjonijiet lingwistiċi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
KAPITOLU 4
Kontroll u infurzar
Artikolu 38
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan il-Kapitolu japplika għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli.
Madankollu, il-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-paragrafu 3 u, fir-rigward tal-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, u l-Artikoli 39, 41, 40 u 44 japplikaw biss għal xorb spirituż u prodotti agrikoli.
2. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-kontrolli jfissru:
(a) |
verifika li prodott identifikat minn indikazzjoni ġeografika jkun ġie prodott f’konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti; u |
(b) |
verifika tal-użu tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-suq, inkluż fuq interfaċċi online. |
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-infurzar jinkludi kwalunkwe azzjoni li għandha l-għan li tiżgura l-konformità mat-Titolu II, il-Kapitolu 3, ta’ dan ir-Regolament.
3. L-awtoritajiet kompetenti, il-korpi delegati u l-persuni fiżiċi li lilhom ikunu ġew iddelegati ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/625.
4. Minkejja l-Artikolu 116(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-Kummissjoni għandha twettaq il-kontrolli, inkluż awditi, fuq l-indikazzjonijiet ġeografiċi previsti fit-Titolu VI, il-Kapitolu I, tar-Regolament (UE) 2017/625, abbażi ta’ analiżi tar-riskju, skont il-volum relattiv tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fl-Istat Membru, l-għadd ta’ verifiki mwettqa jew l-irregolaritajiet marbuta mal-verifika tal-konformità jew tal-użu tal-indikazzjonijiet ġeografiċi stipulati fir-rapport annwali tal-Istat Membru mħejji f’konformità mal-Artikolu 113 tar-Regolament (UE) 2017/625. L-Artikolu 116(2) u l-Artikoli 118 u 120 sa 124 tar-Regolament (UE) 2017/625 ma għandhomx japplikaw għall-kontrolli, inkluż l-awditi, tal-indikazzjonijiet ġeografiċi.
Artikolu 39
Verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, kull operatur li jixtieq jipparteċipa fi kwalunkwe attività koperta mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ prodott identifikat minn indikazzjoni ġeografika għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti, lill-korpi delegati jew lill-persuni fiżiċi msemmija fil-paragrafu 3, il-punti (a) u (b). L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata lista tal-operaturi li jwettqu attivitajiet soġġetti għal obbligu wieħed jew aktar previsti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ prodott identifikat minn indikazzjoni ġeografika mdaħħal fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li joriġinaw fit-territorju tagħhom.
2. Il-produtturi huma responsabbli għall-kontrolli proprji li jiżguraw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ prodotti identifikati minn indikazzjonijiet ġeografiċi qabel ma l-prodott jiġi introdott fis-suq.
3. Minbarra l-kontrolli proprji msemmija fil-paragrafu 2, qabel l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodott identifikat minn indikazzjoni ġeografika u li joriġina fl-Unjoni, il-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, għandha titwettaq minn:
(a) |
awtorità kompetenti waħda jew aktar skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2017/625; jew |
(b) |
korp delegat wieħed jew aktar jew persuna fiżika waħda jew aktar li lilhom ikunu ġew delegati ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali, kif imsemmi fit-Titolu II, il-Kapitolu III, tar-Regolament (UE) 2017/625. |
4. Fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li jidentifikaw prodotti li joriġinaw f’pajjiż terz, il-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, qabel ma l-prodott ikkonċernat jiġi introdott fis-suq, għandha titwettaq minn:
(a) |
awtorità kompetenti waħda jew aktar maħtura mill-pajjiż terz; jew |
(b) |
korp wieħed jew diversi korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti. |
5. Jekk attività koperta mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott titwettaq minn operatur wieħed jew aktar f’pajjiż li mhuwiex il-pajjiż tal-oriġini tal-indikazzjoni ġeografika, id-dispożizzjonijiet għall-verifika tal-konformità ta’ dawk l-operaturi għandhom jiġu stipulati fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Jekk l-operazzjoni rilevanti sseħħ fl-Unjoni, l-operaturi għandhom jinnotifikawha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn isseħħ l-operazzjoni u jkunu soġġetti għal verifika .
6. Meta Stat Membru japplika l-Artikolu 9(2), il-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha ssir minn awtorità differenti minn dik meqjusa bħala grupp ta’ produtturi skont dak il-paragrafu.
7. Il-kostijiet tal-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jistgħu jitħallsu mill-operaturi li jkunu suġġetti għal dawk il-kontrolli. L-Istati Membri jistgħu jiġbru tariffi jew imposti biex ikopru, kompletament jew parzjalment, il-kostijiet tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra.
8. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar:
(a) |
il-komunikazzjoni li għandha ssir minn pajjiżi terzi lill-Kummissjoni, inkluż dwar l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti u tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti; |
(b) |
l-arranġamenti għall-monitoraġġ u l-verifika tal-operazzjonijiet previsti fil-paragrafu 5. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
Artikolu 40
Informazzjoni pubblika dwar l-awtoritajiet kompetenti, il-korpi delegati u taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti u l-persuni fiżiċi
1. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti, tal-korpi delegati u tal-persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 39(3) għal kull prodott identifikat minn indikazzjoni ġeografika u għandhom iżommu dik l-informazzjoni aġġornata.
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti u tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 39(4) u għandha taġġorna dik l-informazzjoni regolarment.
3. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi portal diġitali fejn l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti, korpi delegati u taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti, u persuni fiżiċi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jiġu ppubblikati.
Artikolu 41
Akkreditazzjoni tal-korpi delegati u taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti
1. Il-korpi delegati msemmija fl-Artikolu 39(3), il-punt (b), u l-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 39(4), il-punt (b), għandhom jikkonformaw ma’ kwalunkwe wieħed mill-istandards li ġejjin, u jiġu akkreditati f’konformità ma’ dan, kif rilevanti għall-kompiti delegati:
(a) |
l-istandard EN ISO/IEC 17065“Valutazzjoni tal-konformità — Rekwiżiti għall-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti, tal-proċessi u tas-servizzi”; jew |
(b) |
l-istandard EN ISO/IEC 17020 “Valutazzjoni tal-konformità — Rekwiżiti għat-tħaddim ta’ diversi tipi ta’ korpi li jwettqu spezzjoni”. |
2. L-akkreditazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni rikonoxxut f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008, li jkun firmatarju ta’ Ftehim Multilaterali fil-qafas tal-Kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditazzjoni li jkopri l-istandards imsemmija fil-paragrafu 1, jew minn korp ta’ akkreditazzjoni barra l-Unjoni li jkun firmatarju ta’ Arranġament ta’ Rikonoxximent Multilaterali tal-Forum Internazzjonali għall-Akkreditazzjoni jew ta’ Arranġament ta’ Rikonoxximent Reċiproku tal-Kooperazzjoni Internazzjonali għall-Akkreditazzjoni tal-Laboratorji li jkopri l-istandards imsemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 42
Verifika tal-użu tal-indikazzjoni ġeografika fis-suq u infurzar
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar responsabbli għall-verifika ta’, u għall-azzjonijiet ta’ infurzar fuq, l-użu tal-indikazzjonijiet ġeografiċi wara li l-prodott identifikat minn indikazzjoni ġeografika jkun ġie introdott fis-suq, li jinkludi operazzjonijiet bħall-ħżin, it-tranżitu, id-distribuzzjoni jew l-offerta għall-bejgħ, inkluż fil-kummerċ elettroniku. Dawk l-awtoritajiet jistgħu jkunu l-istess bħall-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 39(3), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 116a(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
2. L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom, regolarment u bi frekwenza xierqa abbażi ta’ analiżi tar-riskju u ta’ notifiki riċevuti, inkluż minn gruppi ta’ produtturi, jaġixxu biex jiżguraw konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jew mad-dokument uniku jew ekwivalenti għad-dokument uniku għall-indikazzjoni ġeografika kkonċernata, inkluż fi preżentazzjonijiet u tikkettar online.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu passi amministrattivi u ġudizzjarji xierqa biex jipprevjenu jew iwaqqfu l-użu ta’ ismijiet ta’ prodotti jew servizzi, inkluż permezz ta’ interfaċċi online, li jiġu prodotti, ipprovduti jew ikkummerċjalizzati fit-territorju tagħhom, jew maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, u li jiksru l-Artikoli 26 u 27.
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu passi amministrattivi u ġudizzjarji xierqa biex jiddiżattivaw l-aċċess għall-ismijiet ta’ dominju li jiksru l-Artikolu 26(2) mit-territorju tagħhom.
5. L-awtorità jew l-awtoritajiet maħtura f’konformità mal-paragrafu 1 għandhom jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni fost id-dipartimenti, l-aġenziji u l-korpi rilevanti, bħall-pulizija, l-aġenziji kontra l-falsifikazzjoni, id-dwana, l-uffiċċji tal-proprjetà intellettwali, l-awtoritajiet dwar il-liġi tal-ikel u l-ispetturi tal-bejgħ bl-imnut, biex jiġi żgurat infurzar effiċjenti.
Artikolu 43
Obbligi tal-fornituri fis-suq online
1. Kwalunkwe informazzjoni relatata mar-reklamar, il-promozzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti li tkun aċċessibbli għall-persuni stabbiliti fl-Unjoni u li tikser il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi prevista fl-Artikoli 26 u 27 ta’ dan ir-Regolament għandha titqies bħala kontenut illegali kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (h), tar-Regolament (UE) 2022/2065.
2. L-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri jistgħu, f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2022/2065, joħorġu ordni biex jaġixxu kontra l-kontenut illegali msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
3. F’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2022/2065, kwalunkwe individwu jew entità tista’ tinnotifika lill-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting bil-preżenza ta’ kontenut speċifiku li jikser l-Artikoli 26 u 27 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 44
Assistenza reċiproka u skambju ta’ informazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin għall-fini tat-twettiq tal-kontrolli u l-infurzar previsti f’dan il-Kapitolu f’konformità mat-Titolu IV tar-Regolament (UE) 2017/625.
2. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dettaljati dwar in-natura u t-tip tal-informazzjoni li għandha tiġi skambjata fost l-Istati Membri u l-metodi għall-iskambju ta’ dik l- informazzjoni għall-fini ta’ kontrolli u infurzar skont dan il-Kapitolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
Artikolu 45
Attestazzjoni tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
1. Operatur li l-prodott tiegħu, wara l-verifika tal-konformità msemmija fl-Artikolu 39 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 116a tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jinstab li jikkonforma mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika protetta f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandu, fuq talba, u skont is-sistema applikata fl-Istat Membru kkonċernat, ikun intitolat għal:
(a) |
attestazzjoni, inkluż b’mezzi diġitali, li tista’ tkun kopja ċċertifikata, li tiċċertifika l-konformità tal-produzzjoni tagħha mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott; jew |
(b) |
l-inklużjoni f’lista ta’ operaturi approvati stabbilita mill-awtorità kompetenti, bħal-lista prevista fl-Artikolu 39(1) ta’ dan ir-Regolament jew l-Artikolu 116a tar-Regolament 1308/2013, kif applikabbli. Is-silta rilevanti tal-lista (“entrata fil-lista”) għandha ssir disponibbli online għal kull operatur approvat. |
2. L-attestazzjoni tal-konformità u l-entrata fil-lista imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b) rispettivament, għandhom ikunu disponibbli fuq talba għall-awtoritajiet tal-infurzar, għad-dwana jew għal awtoritajiet oħra fl-Unjoni involuti fil-verifika tal-użu tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fuq merkanzija ddikjarata għaċ-ċirkolazzjoni libera jew introdotti fis-suq intern. L-operatur jista’ jagħmel l-attestazzjoni jew l-entrata fil-lista disponibbli għall-pubbliku jew għal kwalunkwe persuna li tista’ titlob prova ta’ konformità matul in-negozju. Dik l-attestazzjoni u l-entrata fil-lista għandhom jiġu aġġornati perjodikament, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju.
3. Operatur li ma jkunx għadu jingħata l-attestazzjoni tal-konformità jew li jkun tneħħa mil-lista, ma għandux jitħalla jkompli juri jew juża l-attestazzjoni tal-konformità jew l-entrata fil-lista.
4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-forma u l-kontenut tal-attestazzjoni tal-konformità u l-entrata fil-lista, il-formoli li bihom għandhom isiru disponibbli mill-operaturi jew min-negozjanti għall-kontroll jew matul in-negozju, kif ukoll dwar iċ-ċirkostanzi li fihom, u l-formoli li fihom, tkun meħtieġa attestazzjoni ekwivalenti fil-każ ta’ prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
KAPITOLU 5
Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli
Artikolu 46
Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli
1. “denominazzjoni ta’ oriġini” ta’ prodott agrikolu hija isem li jidentifika prodott:
(a) |
li joriġina f’post, f’reġjun jew, f’każijiet eċċezzjonali, f’pajjiż speċifiku; |
(b) |
li l-kwalità jew il-karatteristiċi tiegħu huma essenzjalment jew esklużivament dovuti għal ambjent ġeografiku partikolari bil-fatturi naturali u umani inerenti tiegħu; u |
(c) |
li l-passi ta’ produzzjoni tiegħu jseħħu kollha fiż-żona ġeografika ddefinita. |
2. “indikazzjoni ġeografika” ta’ prodott agrikolu hija isem li jidentifika prodott:
(a) |
li joriġina f’post, f’reġjun jew f’pajjiż speċifiku; |
(b) |
li l-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra partikolari tiegħu huma essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tiegħu; u |
(c) |
tal-anqas wieħed mill-passi tal-produzzjoni tiegħu jsir fiż-żona ġeografika ddefinita. |
3. Minkejja l-paragrafu 1, ċerti ismijiet għandhom jiġu rreġistrati bħala denominazzjonijiet ta’ oriġini anke jekk il-materja prima għall-prodotti kkonċernati tkun ġejja minn żona ġeografika akbar miż-żona ġeografika ddefinita, jew differenti minnha, dment li:
(a) |
iż-żona tal-produzzjoni tal-materja prima tkun iddefinita; |
(b) |
ikunu jeżistu kundizzjonijiet speċjali għall-produzzjoni tal-materja prima; |
(c) |
ikun hemm arranġamenti ta’ kontroll biex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (b) jiġu rrispettati; u |
(d) |
id-denominazzjonijiet ta’ oriġini kkonċernati ġew rikonoxxuti bħala denominazzjonijiet tal-oriġini fil-pajjiż ta’ oriġini qabel l-1 ta’ Mejju 2004. |
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, annimali ħajjin, laħam u ħalib biss jistgħu jitqiesu bħala materja prima.
Artikolu 47
Regoli speċifiċi dwar l-akkwist tal-għalf u tal-materja prima, u dwar il-qtil
1. Fir-rigward ta’ prodott ta’ oriġini mill-annimali, li l-isem tiegħu huwa rreġistrat bħala denominazzjoni ta’ oriġini, l-għalf għandu jinkiseb kollu kemm hu miż-żona ġeografika ddefinita.
2. Fejn ma jkunx prattikabbli li l-akkwist tal-għalf isir kollu miż-żona ġeografika ddefinita, jista’ jiġi miżjud għalf akkwistat minn barra dik iż-żona, dment li l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott dovuti essenzjalment għall-ambjent ġeografiku ma jiġux affettwati. L-ammont ta’ għalf akkwistat minn barra ż-żona ġeografika ddefinita ma għandux jaqbeż il-50 % tal-materja niexfa fuq bażi annwali.
3. Emenda temporanja, kif imsemmi fl-Artikolu 24(5), tista’ tidderoga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu sakemm tkun tista’ tiġi stabbilita mill-ġdid il-possibbiltà tal-akkwist tal-għalf miż-żona ġeografika ddefinita, dment li r-rabta msemmija fl-Artikolu 49(1), il-punt (f)(i), ma tiġix kompletament annullata.
4. Kwalunkwe restrizzjoni għall-oriġini tal-materja prima pprovduta fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ prodott li ismu jkun irreġistrat bħala indikazzjoni ġeografika għandha tkun iġġustifikata fir-rigward tar-rabta msemmija fl-Artikolu 49(1), il-punt (f)(ii).
5. Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu derogi u kundizzjonijiet fir-rigward tal-qtil ta’ annimali ħajjin u fir-rigward tal-akkwist ta’ materja prima. Dawk id-derogi u l-kundizzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u għandhom iqisu t-trattament xieraq tal-annimali, il-kwalità jew l-użu ta’ materja prima u fatturi rikonoxxuti ta’ kompetenza esperta jew naturali, inkluż limiti li jaffettwaw il-produzzjoni agrikola f’ċerti żoni.
Artikolu 48
Varjetajiet ta’ pjanti u razez ta’ annimali
1. Isem ma jistax jiġi rreġistrat bħala indikazzjoni ġeografika meta jkun f’kunflitt ma’ denominazzjoni ta’ varjetà ta’ pjanti jew ta’ razza ta’ annimali u x’aktarx li jiżgwida lill-konsumatur dwar l-identità jew l-oriġini vera tal-prodott identifikat mill-indikazzjoni ġeografika jew joħloq konfużjoni bejn prodotti identifikati mill-indikazzjoni ġeografika u l-varjetà ta’ pjanti jew ir-razza ta’ annimali kkonċernati.
2. Il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu vvalutati fir-rigward tal-użu fir-realtà tal-ismijiet f’kunflitt, inkluż l-użu tad-denominazzjoni tal-varjetà ta’ pjanti jew tar-razza ta’ annimali barra miż-żona tal-oriġini tagħha u l-użu tad-denominazzjoni ta’ varjetà ta’ pjanti .
3. Dan ir-Regolament ma għandux jipprevjeni l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodott li ma jikkonformax mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika rreġistrata, li t-tikkettar tiegħu jinkludi l-isem jew parti mill-isem ta’ dik l-indikazzjoni ġeografika, li jkun fih jew jinkludi d-denominazzjoni ta’ varjetà ta’ pjanti jew ta’ razza ta’ annimali, dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-prodott ikkonċernat jinkludi l-varjetà ta’ pjanti jew ir-razza ta’ annimali indikata, jew ikun derivat minnha; |
(b) |
il-konsumaturi ma jiġux żgwidati; |
(c) |
l-użu tad-denominazzjoni tal-varjetà ta’ pjanti jew tar-razza ta’ annimali jikkostitwixxi kompetizzjoni ġusta; |
(d) |
l-użu tad-denominazzjoni tal-varjetà ta’ pjanti jew tar-razza ta’ annimali ma jisfruttax ir-reputazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika rreġistrata; u |
(e) |
il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott ikkonċernat kienu nfirxu lil hinn miż-żona tal-oriġini tiegħu qabel id-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika |
4. Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistipulaw regoli għad-determinazzjoni tal-użu tad-denominazzjonijiet tal-varjetà ta’ pjanti u tar-razza ta’ annimali.
Artikolu 49
Speċifikazzjoni tal-prodott
1. Speċifikazzjoni ta’ prodott għandha tinkludi mill-inqas:
(a) |
l-isem li għandu jiġi rreġistrat bħala denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika, kif jintuża fil-kummerċ jew fil-lingwaġġ komuni biex jiddeskrivi l-prodott speċifiku fiż-żona ġeografika ddefinita; |
(b) |
deskrizzjoni tal-prodott, inkluż, fejn rilevanti, il-materja prima, il-varjetajiet ta’ pjanti u r-razez ta’ annimali kkonċernati, inkluż id-denominazzjoni kummerċjali tal-ispeċi u l-isem xjentifiku tagħha, kif ukoll il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi ewlenin tal-prodott; |
(c) |
id-definizzjoni taż-żona ġeografika delimitata fir-rigward tar-rabta msemmija fil-punt (f)(i) jew (ii) ta’ dan il-paragrafu, u, fejn ikun xieraq, id-dettalji li jindikaw konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 46(3); |
(d) |
evidenza li l-prodott joriġina miż-żona ġeografika ddefinita speċifikata f’konformità mal-Artikolu 46(1), il-punt (c), jew mal-Artikolu 46(2), il-punt (c); |
(e) |
deskrizzjoni tal-metodu tal-kisba tal-prodott u, fejn ikun xieraq, tal-metodi lokali awtentiċi u li ma jinbidlux; kif ukoll informazzjoni dwar l-ippakkjar, jekk il-grupp applikant ta’ produtturi jiddetermina hekk u jagħti ġustifikazzjoni suffiċjenti speċifika għall-prodott dwar għaliex l-ippakkjar ikun irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita biex tkun imħarsa l-kwalità, biex tkun żgurata l-oriġini jew ikun żgurat il-kontroll, b’kont meħud tal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari l-liġi tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u l-forniment liberu tas-servizzi; |
(f) |
dettalji li jistabbilixxu dan li ġej:
|
2. L-ispeċifikazzjoni tal-prodott tista’ tinkludi wkoll:
(a) |
prattiki sostenibbli kif imfissra fl-Artikolu 7; |
(b) |
kwalunkwe regola speċifika dwar it-tikkettar għall-prodott ikkonċernat; |
(c) |
rekwiżiti applikabbli oħra fejn previst mill-Istati Membri jew minn grupp ta’ produtturi, jekk dan japplika, filwaqt li jitqies il-fatt li tali rekwiżiti jridu jkunu oġġettivi, nondiskriminatorji u kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali. |
3. Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu regoli li jillimitaw l-informazzjoni li tinsab fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fejn tali limitazzjoni tkun meħtieġa biex jiġu evitati applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni eċċessivament voluminużi.
4. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar il-forma tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
Artikolu 50
Dokument uniku
1. Id-dokument uniku għandu jinkludi:
(a) |
il-punti ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, jiġifieri l-isem li jrid jiġi rreġistrat bħala denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika, deskrizzjoni tal-prodott, inkluż, fejn ikun xieraq, regoli speċifiċi dwar l-ippakkjar u t-tikkettar u definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika; |
(b) |
deskrizzjoni tar-rabta bejn il-prodott u l-ambjent ġeografiku jew l-oriġini ġeografika msemmija fl-Artikolu 49(1), il-punt (f), li tinkludi, fejn ikun xieraq, l-elementi speċifiċi tad-deskrizzjoni tal-prodott jew tal-metodu ta’ produzzjoni li jiġġustifikaw dik ir-rabta. |
2. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-format u l-preżentazzjoni online tad-dokument uniku previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u tipprevedi l-esklużjoni jew l-anonimizzazzjoni ta’ data personali . Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
TITOLU III
SPEĊJALITAJIET TRADIZZJONALI GARANTITI U TERMINI TAL-KWALITÀ MHUX OBBLIGATORJI
KAPITOLU 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 51
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan it-Titolu japplika għall-prodotti agrikoli, inkluż oġġetti tal-ikel.
Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, it-terminu “prodotti agrikoli, inkluż oġġetti tal-ikel” tfisser prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I TFUE kif ukoll oġġetti tal-ikel u prodotti agrikoli oħrajn elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Dan it-Titolu ma għandux japplika għax-xorb spirituż jew prodotti tad-dwieli kif iddefiniti fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, bl-eċċezzjoni tal-ħall tal-inbid.
KAPITOLU 2
Speċjalitajiet tradizzjonali garantiti
Artikolu 52
Objettivi
1. Skema għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (STG) hija stabbilita biex tħares il-metodi tradizzjonali tal-produzzjoni u r-riċetti billi tgħin:
(a) |
lill-produtturi ta’ prodotti tradizzjonali fil-kummerċjalizzazzjoni u l-komunikazzjoni tal-attributi li jżidu l-valur tar-riċetti u l-prodotti tradizzjonali tagħhom lill-konsumaturi; |
(b) |
biex jiġi ġġenerat valur miżjud billi tikkontribwixxi għal kompetizzjoni ġusta fil-katina tal-kummerċjalizzazzjoni, għal introjtu ġust għall-produtturi u għall-kisba tal-objettivi tal-politika ta’ żvilupp rurali. |
2. Ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti huma mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-produtturi li jikkonformaw mar-regoli l-oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari b’rabta mal-introduzzjoni ta’ prodotti fis-suq, mal-organizzazzjoni komuni tas-suq unika, u mat-tikkettar tal-ikel.
3. Id-Direttiva (UE) 2015/1535 ma għandhomx japplikaw għall-iskema għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti stipulati f’dan ir-Regolament.
Artikolu 53
Kriterji ta’ eliġibbiltà
1. Isem għandu jkun eliġibbli għar-reġistrazzjoni bħala speċjalità tradizzjonali garantita meta dan jiddeskrivi prodott li:
(a) |
jirriżulta minn mod ta’ produzzjoni, ipproċessar jew kompożizzjoni li jikkorrispondi għall-prattika tradizzjonali għal dak il-prodott; jew |
(b) |
ikun magħmul minn materja prima jew minn ingredjenti li jintużaw tradizzjonalment. |
2. Sabiex isem jiġi rreġistrat bħala speċjalità tradizzjonali garantita, dan għandu:
(a) |
ikun intuża tradizzjonalment biex jirreferi għall-prodott; jew |
(b) |
jidentifika l-karattru tradizzjonali tal-prodott. |
3. Meta, fil-proċedura ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 61, jintwera li l-isem jintuża wkoll fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz, sabiex issir distinzjoni bejn prodotti komparabbli jew prodotti li jkollhom isem identiku jew simili, id-deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni adottata f’konformità mal-Artikolu 64(3), il-punt (b), tista’ tipprevedi li isem l-ispeċjalità tradizzjonali garantita jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni “magħmul skont it-tradizzjoni ta’” segwita immedjatament mill-isem ta’ pajjiż jew ta’ reġjun tiegħu.
4. Isem mhux ser jiġi rreġistrat jekk jirreferi biss għal dikjarazzjonijiet ta’ natura ġenerali użati għal sett ta’ prodotti, jew għal dikjarazzjonijiet previsti minn leġiżlazzjoni tal-Unjoni b’mod partikolari.
5. Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu regoli addizzjonali li jiċċaraw il-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti f’dan l-Artikolu.
Artikolu 54
Speċifikazzjoni tal-prodott
1. Speċifikazzjoni ta’ prodott għandha tinkludi mill-inqas:
(a) |
l-isem tal-prodott propost għar-reġistrazzjoni, fil-verżjonijiet lingwistiċi xierqa; |
(b) |
deskrizzjoni tal-prodott li tinkludi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi ewlenin tiegħu; |
(c) |
deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni li l-produtturi jridu jsegwu, li tinkludi, fejn xieraq, in-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew tal-ingredjenti użati, jekk rilevanti inkluż id-denominazzjoni kummerċjali tal-ispeċi involuta u l-isem xjentifiku tagħha, u l-metodu li bih jitħejja l-prodott; u |
(d) |
l-elementi ewlenin li jistabbilixxu l-karattru tradizzjonali tal-prodott. |
L-ispeċifikazzjoni tal-prodott tista’ tinkludi wkoll rekwiżiti ta’ tikkettar.
2. Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar regoli li jillimitaw l-informazzjoni li tinsab fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, meta tali limitazzjoni tkun meħtieġa biex jiġu evitati applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni eċċessivament voluminużi.
3. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar il-forma tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
Artikolu 55
Gruppi ta’ produtturi
1. Grupp ta’ produtturi għandu jkun assoċjazzjoni, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, magħmula minn produtturi tal-istess prodott jew prodotti. Għandu jiġi stabbilit fuq l-inizjattiva tal-produtturi skont in-natura tal-prodott jew prodotti kkonċernati. Grupp ta’ produtturi għandu jopera b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju. Għandu jkun ukoll organizzat, ikkontrollat u skrutinizzat b’mod demokratiku mill-membri tiegħu.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-operaturi, ir-rappreżentanti tal-attivitajiet ekonomiċi marbuta ma’ wieħed mill-istadji tal-katina tal-provvista tal-prodotti identifikati minn speċjalità tradizzjonali garantita u l-partijiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 157 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistgħu jkunu membri ta’ grupp ta’ produtturi, jekk ikollhom interess speċifiku fil-prodotti koperti mill-grupp ta’ produtturi. Dawk il-membri ma għandhomx jikkontrollaw il-grupp ta’ produtturi.
3. Grupp ta’ produtturi jista’ jeżerċita b’mod partikolari l-kompiti li ġejjin:
(a) |
jiżviluppa l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, japplika għal emenda u kanċellazzjoni, jimmaniġġa l-kontrolli proprji tal-membri tiegħu; |
(b) |
jieħu azzjoni biex itejjeb il-prestazzjoni tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti; |
(c) |
jiżviluppa attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li jkollhom l-għan li jikkomunikaw l-attributi li jżidu l-valur tal-prodott lill-konsumatur; |
(d) |
jieħu miżuri biex isaħħaħ il-valur tal-prodotti u, fejn meħtieġ, jieħu passi biex jimpedixxi jew jopponi kwalunkwe miżura li tkun ta’ ħsara għall-immaġini ta’ dawk il-prodotti. |
Artikolu 56
Stadju nazzjonali tal-proċedura ta’ reġistrazzjoni
1. L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ speċjalità tradizzjonali garantita jistgħu jiġu sottomessi biss minn grupp ta’ produtturi applikant. Grupp ta’ produtturi applikant għandu jkun assoċjazzjoni, irrispettivament mill-forma legali tagħha, magħmula minn produtturi tal-istess prodott li ismu huwa propost għar-reġistrazzjoni jew ta’ produttur wieħed fejn il-persuna kkonċernata tkun l-uniku produttur li lest li jissottometti applikazzjoni. Diversi gruppi ta’ produtturi applikanti minn Stati Membri differenti jew minn pajjiżi terzi jistgħu jippreżentaw applikazzjoni konġunta għar-reġistrazzjoni. Korpi pubbliċi u partijiet oħra interessati jistgħu jgħinu fit-tħejjija tal-applikazzjoni u fil-proċedura relatata.
2. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem bħala speċjalità tradizzjonali garantita għandha tinkludi:
(a) |
l-isem u l-indirizz tal-grupp ta’ produtturi applikant; |
(b) |
l-ispeċifikazzjoni tal-prodott kif prevista fl-Artikolu 54. |
3. Meta l-applikazzjoni titħejja minn grupp ta’ produtturi stabbiliti fi Stat Membru, l-applikazzjoni għandha tiġi indirizzata lill-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru. L-Istat Membru għandu jeżamina l-applikazzjoni sabiex jivverifika li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-kriterji ta’ eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 53. Bħala parti minn dak l-eżami, l-Istat Membru għandu jwettaq proċedura nazzjonali ta’ oppożizzjoni. Jekk l-Istat Membru jqis li r-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu jkunu ssodisfati, jista’ jieħu deċiżjoni favorevoli u jissottometti applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fl-istadju tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 58.
4. L-Istat Membru għandu jiżgura li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu jkollha l-opportunità li tikkontesta d-deċiżjoni tiegħu. L-Istat Membru għandu jiżgura wkoll li deċiżjoni favorevoli u l-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti jiġu ppubblikati, u għandu jipprovdi aċċess elettroniku għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Artikolu 57
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fl-istadju tal-Unjoni
1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fl-istadju tal-Unjoni ta’ speċjalità tradizzjonali garantita għandha tinkludi l-ispeċifikazzjoni tal-prodott kif prevista fl-Artikolu 54; u:
(a) |
għal applikazzjonijiet mill-Istati Membri, dikjarazzjoni mill-Istat Membru li lilu tkun indirizzata l-applikazzjoni fl-istadju nazzjonali tal-proċedura ta’ reġistrazzjoni, li tikkonferma li l-applikazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni u informazzjoni dwar kwalunkwe oppożizzjoni ammissibbli fil-livell nazzjonali wara l-eżami nazzjonali u l-proċedura ta’ oppożizzjoni; jew |
(b) |
għal applikazzjonijiet minn pajjiżi terzi, prokura fejn l-applikant ikun irrappreżentat minn aġent. |
2. Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu abbozzati f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.
3. Applikazzjoni konġunta għandha tinkludi l-ispeċifikazzjoni tal-prodott kif prevista fl-Artikolu 54 u, jekk rilevanti, id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu mill-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi kollha kkonċernati. Il-proċeduri nazzjonali relatati, inkluż l-istadju ta’ oppożizzjoni, għandhom jitwettqu fl-Istati Membri kollha kkonċernati.
4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri, il-forma u l-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni, inkluż applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ speċjalità tradizzjonali garantita li tikkonċerna aktar minn territorju nazzjonali wieħed. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
Artikolu 58
Sottomissjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fl-istadju tal-Unjoni
1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ speċjalità tradizzjonali garantita fl-istadju tal-Unjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni b’mod elettroniku, permezz ta’ sistema diġitali. Wara talba minn tal-anqas Stat Membru wieħed, il-Kummissjoni għandha tadatta s-sistema diġitali biex tagħmilha tajba għall-użu fil-parti nazzjonali tal-proċedura għar-reġistrazzjoni ta’ speċjalità tradizzjonali garantita minn kwalunkwe Stat Membru li jixtieq dan.
2. Meta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni titħejja minn applikant stabbilit f’pajjiż terz, l-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni, direttament minn applikant, jiġifieri grupp ta’ produtturi jew produttur wieħed, jew permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat.
3. Applikazzjoni konġunta għar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 56(1) għandha tiġi sottomessa minn:
(a) |
wieħed mill-Istati Membri kkonċernati; jew |
(b) |
applikant ta’ pajjiż terz, pereżempju grupp ta’ produtturi jew produttur wieħed, direttament jew permezz tal-awtoritajiet ta’ dak il-pajjiż terz. |
4. L-ismijiet li għalihom ġew sottomessi applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni fl-istadju tal-Unjoni għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni permezz tas-sistema diġitali msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 59
Eżami mill-Kummissjoni u pubblikazzjoni għal oppożizzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha teżamina kwalunkwe applikazzjoni li tirċievi f’konformità mal-Artikolu 58(1), (2) u (3) sabiex tivverifika li jkun fiha l-informazzjoni meħtieġa u li ma jkun fiha ebda żball evidenti, b’kont meħud tal-eżitu tal-proċedura ta’ eżami u ta’ oppożizzjoni mwettqa mill-Istat Membru kkonċernat. Tali eżami għandu jqis l-eżitu tal-istadju nazzjonali tal-proċedura mwettqa mill-Istat Membru kkonċernat.
2. L-eżami ma għandux jaqbeż perjodu ta’ sitt xhur mill-jum li fih tasal l-applikazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-applikant kwalunkwe informazzjoni supplimentari jew modifika meħtieġa. Meta l-Kummissjoni tindirizza tali talba lill-applikant, il-perjodu ta’ eżami ma għandux jaqbeż perjodu ta’ ħames xhur mill-jum meta l-Kummissjoni tirċievi t-tweġiba tal-applikant.
3. Fil-każ li l-Kummissjoni ma tikkonkludix l-eżami msemmi fil-paragrafu 2 fl-iskadenzi preskritti, hija għandha tinforma lill-applikant bil-miktub bir-raġunijiet għad-dewmien filwaqt li tindika ż-żmien stmat meħtieġ biex dan jiġi konkluż, li ma għandux ikun iktar minn xahar.
4. Meta, abbażi tal-eżami mwettaq f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 53, 54, 56 u 57 ikunu ssodisfati, għandha tippubblika l-ispeċifikazzjoni tal-prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 60
Kontestazzjoni nazzjonali għal applikazzjoni għar-reġistrazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom iżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar kwalunkwe proċediment nazzjonali amministrattiv jew ġudizzjarju li jista’ jippreġudika r-reġistrazzjoni ta’ speċjalità tradizzjonali garantita.
2. Il-Kummissjoni għandha tkun eżentata mill-obbligu li tirrispetta l-iskadenzi għat-twettiq tal-eżami msemmija fl-Artikolu 59(2) u li tinforma lill-Istat Membru bir-raġunijiet għad-dewmien meta tirċievi komunikazzjoni minn Stat Membru, rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 56, li:
(a) |
tinforma lill-Kummissjoni li d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 56(3) ġiet invalidata fil-livell nazzjonali b’deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja applikabbli immedjatament iżda mhux finali; jew |
(b) |
titlob lill-Kummissjoni tissospendi l-iskrutinju minħabba li jkunu nbdew proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji nazzjonali biex tiġi kkontestata l-validità tal-applikazzjoni u l-Istat Membru jqis li dawk il-proċedimenti jkunu bbażati fuq raġunijiet validi. |
3. L-eżenzjoni għandu jkollha effett sakemm il-Kummissjoni tiġi infurmata mill-Istat Membru li l-applikazzjoni oriġinali tkun ġiet stabbilita mill-ġdid jew li l-Istat Membru qed jirtira t-talba tiegħu għal sospensjoni.
4. Jekk id-deċiżjoni favorevoli ta’ Stat Membru msemmija fl-Artikolu 56(3) tkun ġiet invalidata kollha jew parti minnha b’deċiżjoni finali meħuda minn qorti nazzjonali, l-Istat Membru għandu jqis azzjoni xierqa bħall-irtirar jew il-modifika tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fl-istadju tal-Unjoni, kif meħtieġ.
Artikolu 61
Proċedura ta’ oppożizzjoni tal-Unjoni
1. Fi żmien tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 59(4), l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li tkun stabbilita jew residenti f’pajjiż terz, tista’ tippreżenta oppożizzjoni lill-Kummissjoni.
2. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li tkun stabbilita jew residenti fi Stat Membru differenti minn dak li minnu tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fl-istadju tal-Unjoni, tista’ tippreżenta oppożizzjoni lill-Istat Membru li fih tkun stabbilita jew residenti, f’limitu ta’ żmien li jippermetti lil dak l-Istat Membru jeżamina dik l-oppożizzjoni u jiddeċiedi jekk jippreżentahiex lill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 1. L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw dak il-limitu ta’ żmien fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.
3. Oppożizzjoni għandha tiddikjara li hija topponi r-reġistrazzjoni ta’ speċjalità tradizzjonali garantita. Oppożizzjoni li ma tkunx tinkludi dik id-dikjarazzjoni għandha tkun nulla.
4. Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-ammissibbiltà tal-oppożizzjoni. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-oppożizzjoni hija ammissibbli, hija għandha, fi żmien ħames xhur mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(4) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, tistieden lill-opponent u lill-applikant biex jidħlu f’konsultazzjonijiet xierqa għal perjodu raġonevoli li ma għandux jaqbeż it-tliet xhur. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-applikant l-oppożizzjoni u d-dokumenti kollha pprovduti mill-opponent. Fi kwalunkwe waqt matul dak il-perjodu, il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-applikant, testendi l-iskadenza għall-konsultazzjonijiet għal darba b’massimu ta’ tliet xhur.
5. L-opponent u l-applikant għandhom jibdew konsultazzjonijiet mingħajr dewmien żejjed. Huma għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lil xulxin biex jivvalutaw jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tikkonformax mal-kundizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.
6. Fi żmien xahar minn tmiem il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4, l-applikant għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bir-riżultat tal-konsultazzjonijiet, inkluż l-informazzjoni kollha skambjata, jekk intlaħaqx ftehim ma’ wieħed mill-opponenti jew mal-opponenti kollha, u dwar kwalunkwe tibdil konsegwenti fl-applikazzjoni. L-opponent jista’ wkoll jinnotifika lill-Kummissjoni bil-pożizzjoni tiegħu fi tmiem il-konsultazzjonijiet.
7. Meta, wara li jintemmu l-konsultazzjonijiet, l-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f’konformità mal-Artikolu 59(4) tkun ġiet immodifikata, il-Kummissjoni għandha tirrepeti l-eżami tagħha tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni kif modifikata. Meta l-applikazzjoni tkun ġiet immodifikata b’mod sostanzjali, u l-Kummissjoni tqis li l-applikazzjoni modifikata tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni, hija għandha terġa’ tippubblika l-ispeċifikazzjoni tal-prodott f’konformità ma’ dak il-paragrafu.
8. Id-dokumenti msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu abbozzati b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.
9. l-Kummissjoni għandha tiffinalizza l-valutazzjoni tagħha tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fl-istadju tal-Unjoni, filwaqt li tqis kwalunkwe talba għal perjodi tranżizzjonali, l-eżitu tal-proċedura ta’ oppożizzjoni u kwalunkwe kwistjoni oħra li tirriżulta sussegwentement għall-eżami tagħha li tista’ timplika bidla fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
10. Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistipulaw proċeduri u skadenzi dettaljati għall-proċedura ta’ oppożizzjoni.
11. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-format u l-preżentazzjoni tal-oppożizzjonijiet u tipprevedi l-esklużjoni jew l-anonimizzazzjoni tad-data personali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
Artikolu 62
Raġunijiet għal oppożizzjoni
1. Oppożizzjoni ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 61 għandha tkun ammissibbli biss jekk l-opponent juri li:
(a) |
l-ispeċjalità tradizzjonali garantita proposta ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu; jew |
(b) |
ir-reġistrazzjoni tal-isem tkun thedded l-eżistenza ta’ isem li jkun kompletament jew parzjalment identiku. |
2. L-ammissibbiltà ta’ oppożizzjoni għandha tiġi vvalutata fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni.
Artikolu 63
Perjodi tranżizzjonali għall-użu ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti
1. Għal prodotti li d-denominazzjoni tagħhom tikkonsisti minn jew tinkludi isem li jikser l-Artikolu 68, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tagħti perjodu tranżizzjonali ta’ mhux aktar minn ħames snin biex tippermetti t-tkomplija tal-użu tad-denominazzjoni li taħtha jkunu ġew kummerċjalizzati dawk il-prodotti, dment li oppożizzjoni ammissibbli, f’konformità mal-Artikolu 56(3) jew l-Artikolu 61, għall-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-ispeċjalità tradizzjonali garantita li l-protezzjoni tagħha tinkiser, turi li dik id-denominazzjoni tkun intużat legalment fis-suq intern għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 59(4).
2. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88 (2) , ħlief dawk fejn tiġi ppreżentata oppożizzjoni ammissibbli f’konformità mal-Artikolu 56(3), li għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata dik il-proċedura ta’ eżami.
Artikolu 64
Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni
1. Meta, abbażi tal-informazzjoni li tikseb il-Kummissjoni mill-eżami mwettaq f’konformità mal-Artikolu 59, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija f’dak l-Artikolu ma tkunx issodisfata, hija għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tirrifjuta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
2. Fin-nuqqas ta’ oppożizzjoni ammissibbli, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 88(2), tirreġistra l-ispeċjalità tradizzjonali garantita.
3. Meta l-Kummissjoni tirċievi oppożizzjoni ammissibbli, hija għandha, wara l-proċedura msemmija fl-Artikolu 61 u filwaqt li tqis ir-riżultati tagħha:
(a) |
tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jirreġistraw l-ispeċjalità tradizzjonali garantita mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 88(2), jekk ikun intlaħaq ftehim, wara li tivverifika li l-ftehim jikkonforma mal-liġi tal-Unjoni, u, jekk ikun meħtieġ, temenda l-informazzjoni ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 59(4) dment li tali emendi ma jkunux sostanzjali; jew |
(b) |
tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddeċiedu dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, jekk ma jkunx intlaħaq ftehim. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2). |
4. L-atti ta’ implimentazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta’ speċjalità tradizzjonali garantita għandhom jipprevedu kwalunkwe kundizzjoni applikabbli għar-reġistrazzjoni u għall-pubblikazzjoni mill-ġdid għall-informazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f’konformità mal-Artikolu 59(4) u modifikata wara l-proċedura ta’ oppożizzjoni fil-każ ta’ modifiki għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 61(7).
5. Ir-regolamenti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reġistrazzjoni u d-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rifjut għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, is-serje L.
Artikolu 65
Reġistru tal-Unjoni tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti
1. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 88(2), tistabbilixxi u tipprovdi għaż-żamma ta’ reġistru tal-Unjoni aċċessibbli għall-pubbliku tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti. Il-fajls li jiddaħħlu f’dak ir-reġistru wara t-13 ta’ Mejju 2024 għandhom ikunu f’format li jinqara mill-magni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (13), tad-Direttiva (UE) 2019/1024.
2. Il-Kummissjoni għandha żżomm, f’forma diġitali jew stampata, id-dokumentazzjoni relatata mar-reġistrazzjoni ta’ speċjalità tradizzjonali garantita. Fil-każ ta’ kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni, il-Kummissjoni għandha żżomm id-dokumentazzjoni għal 10 snin wara dan.
3. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li jispeċifikaw il-kontenut u l-preżentazzjoni tar-reġistru tal-Unjoni tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
Artikolu 66
Emendi għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
1. Grupp ta’ produtturi ta’ prodott li ismu huwa speċjalità tradizzjonali garantita rreġistrata jista’ japplika għall-approvazzjoni ta’ emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott . L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu u jagħtu r-raġunijiet għall-emendi mitluba.
2. Il-proċedura għall-emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha ssegwi, mutatis mutandis, il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 56 sa 64.
3. Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu r-regoli dwar il-proċedura għall-emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri, il-forma u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
Artikolu 67
Kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni
1. Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba debitament sostanzjata minn Stat Membru, pajjiż terz jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u stabbilita jew residenti f’pajjiż terz, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tikkanċella r-reġistrazzjoni ta’ speċjalità tradizzjonali garantita fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
meta ma tkunx tista’ tibqa’ tiġi żgurata l-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott; |
(b) |
meta ma jkun ġie introdott fis-suq ebda prodott taħt l-ispeċjalità tradizzjonali garantita għal mill-inqas is-seba’ snin konsekuttivi preċedenti. |
2. Il-Kummissjoni tista’ wkoll, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tikkanċella reġistrazzjoni fuq talba tal-produtturi tal-prodott kummerċjalizzat taħt l-isem irreġistrat.
3. L-Artikoli 56 sa 62 u l-Artikolu 64 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-proċedura ta’ kanċellazzjoni.
L-oppożizzjonijiet għandhom ikunu ammissibbli biss jekk juru l-kontinwazzjoni ta’ dipendenza kummerċjali fuq l-isem irreġistrat minn persuna fiżika jew ġuridika interessata.
4. Qabel ma tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat, l-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat jew, meta jkun possibbli, il-produttur tal-pajjiż terz li oriġinarjament kien applika għar-reġistrazzjoni tal-ispeċjalità tradizzjonali garantita, ħlief jekk il-kanċellazzjoni tintalab direttament minn dawk l-applikanti oriġinali. Il-perjodu ta’ konsultazzjoni għandu jkun ta’ mill-inqas xahar.
5. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri, il-forma u l-preżentazzjoni tat-talbiet għall-kanċellazzjoni ta’ reġistrazzjoni ta’ speċjalità tradizzjonali garantita.
6. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
Artikolu 68
Restrizzjoni fuq l-użu ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti rreġistrati
1. L-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti rreġistrati għandhom ikunu protetti kontra kwalunkwe użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-isem protett jiġi tradott, inkluż fir-rigward ta’ prodotti użati bħala ingredjenti, jew kontra kwalunkwe prattika oħra li tista’ tiżgwida lill-konsumatur.
2. L-ismijiet użati għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel fil-livell nazzjonali ma għandhomx jagħtu lok għal konfużjoni ma’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti rreġistrati.
3. Il-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika wkoll għall-prodotti mibjugħa permezz ta’ bejgħ mill-bogħod, bħall-kummerċ elettroniku.
4. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi rekwiżiti proċedurali għall-protezzjoni tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
5. Il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu regoli addizzjonali dwar l-użu ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti bl-isem ta’ prodotti pproċessati b’referenza għall-użu ta’ ingredjenti komparabbli u l-kriterji għall-għoti ta’ karatteristiċi essenzjali lill-prodotti pproċessati.
Artikolu 69
Eċċezzjonijiet għal ċerti użi
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal:
(a) |
l-użu ta’ termini li huma ġeneriċi fl-Unjoni, anke jekk it-terminu ġeneriku jkun parti minn isem protett bħala speċjalità tradizzjonali garantita; |
(b) |
l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li t-tikkettar tagħhom ikun fih jew jinkludi d-denominazzjoni ta’ varjetà ta’ pjanti jew id-denominazzjoni ta’ razza ta’ annimali użata bona fide; |
(c) |
l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni jew dawk tal-Istati Membri li jirregolaw il-proprjetà intellettwali, u b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw id-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi u t-trademarks u d-drittijiet mogħtija skont dawk ir-regoli. |
Artikolu 70
Simbolu tal-Unjoni, indikazzjoni u taqsira
1. Għandu jiġi stabbilit simbolu tal-Unjoni għall-prodotti indikati bħala speċjalità tradizzjonali garantita. L-indikazzjoni “speċjalità tradizzjonali garantita”, it-taqsira “STG”, u s-simbolu tal-Unjoni li jirreferu għall-ispeċjalità tradizzjonali garantita jistgħu jintużaw biss b’rabta ma’ prodotti manifatturati f’konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott rilevanti. Jistgħu jintużaw ukoll għal skopijiet ta’ informazzjoni u edukattivi, dment li dak l-użu ma jwassalx biex il-konsumatur jitqarraq. L-indikazzjoni “speċjalità tradizzjonali garantita” jew it-taqsira korrispondenti “STG” tista’ tidher fuq it-tikketta.
2. Fil-każ ta’ prodotti li joriġinaw fl-Unjoni li jiġu kkummerċjalizzati bħala speċjalità tradizzjonali garantita rreġistrati f’konformità ma’ dan ir-Regolament, is-simbolu tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 2 għandu jidher fuq it-tikketta u l-materjali tar-reklamar flimkien mal-isem irreġistrat fl-istess kamp viżiv. Ir-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 għall-preżentazzjoni ta’ dettalji obbligatorji għandhom japplikaw għall-ispeċjalità tradizzjonali garantita rreġistrata.
3. Is-simbolu tal-Unjoni jista’ jintuża fuq it-tikketta tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti li jiġu prodotti barra mill-Unjoni.
4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tispeċifika l-karatteristiċi tekniċi tas-simbolu tal-Unjoni kif ukoll ir-regoli tekniċi dwar l-użu tagħhom u l-użu tal-indikazzjoni u t-taqsira fuq il-prodotti kkummerċjalizzati taħt speċjalità tradizzjonali garantita, inkluż verżjonijiet lingwistiċi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
Artikolu 71
Parteċipazzjoni fl-iskema tal-ispeċjalità tradizzjonali garantita
1. Isem irreġistrat bħala speċjalità tradizzjonali garantita jista’ jintuża minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza prodott li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi jkunu koperti mill-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott stabbilita skont l-Artikolu 72.
Artikolu 72
Kontrolli u infurzar
1. Il-kontrolli tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti jfissru:
(a) |
verifika li prodott identifikat bħala speċjalità tradizzjonali garantita jkun ġie prodott f’konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti; u |
(b) |
verifika tal-użu tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti fis-suq. |
2. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-infurzar jinkludi kwalunkwe azzjoni li għandha l-għan li tiżgura l-konformità mal-Artikoli 68, 69 u 70 ta’ dan ir-Regolament.
3. L-awtoritajiet kompetenti, il-korpi delegati u l-persuni fiżiċi li lilhom ikunu ġew iddelegati ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti rispettivi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/625.
4. Kull operatur li jixtieq jipparteċipa fi kwalunkwe attività soġġetta għal obbligu wieħed jew aktar previsti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ prodott identifikat bħala speċjalità tradizzjonali garantita għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti, lill-korpi delegati jew lill-persuni fiżiċi msemmija fil-paragrafu 6, il-punti (a) u (b).
L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata lista ta’ operaturi li jwettqu attivitajiet soġġetti għal obbligu wieħed jew aktar previsti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ prodott identifikat minn speċjalità tradizzjonali garantita mdaħħla fir-reġistru tal-Unjoni ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti fir-territorju tagħhom.
5. Il-produtturi għandhom ikunu responsabbli għall-kontrolli proprji li jiżguraw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ prodotti identifikati minn speċjalitajiet tradizzjonali garantiti qabel ma l-prodott jiġi introdott fis-suq.
6. Minbarra l-kontrolli proprji msemmija fil-paragrafu 5, qabel l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodott identifikat minn speċjalità tradizzjonali garantita u li joriġina fl-Unjoni, il-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha titwettaq minn:
(a) |
awtorità kompetenti waħda jew aktar skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2017/625; jew |
(b) |
korp delegat wieħed jew aktar jew persuna fiżika waħda jew aktar li lilhom ikunu ġew delegati ċerti kompiti ta’ kontroll uffiċjali, kif imsemmi fit-Titolu II, il-Kapitolu III, tar-Regolament (UE) 2017/625. |
7. Fir-rigward tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti li jidentifikaw prodotti li joriġinaw f’pajjiż terz, il-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott qabel l-introduzzjoni tal-prodott fis-suq għandha titwettaq minn:
(a) |
awtorità kompetenti waħda jew aktar maħtura mill-pajjiż terz; jew |
(b) |
korp wieħed jew diversi korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti. |
Il-kostijiet tal-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jistgħu jitħallsu mill-operaturi li jkunu suġġetti għal dawk il-kontrolli. L-Istati Membri jistgħu jitolbu tariffa biex ikopru l-kostijiet tagħhom tal-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
8. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti, il-korpi delegati u l-persuni fiżiċi msemmija fil-paragrafu 6 għal kull prodott identifikat minn speċjalità tradizzjonali garantita u jżommu dik l-informazzjoni aġġornata.
9. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti u tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 7 u taġġorna dik l-informazzjoni regolarment.
10. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi portal diġitali fejn l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti, korpi delegati u korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti, u persuni fiżiċi msemmija fil-paragrafi 6 u 7 jiġu ppubblikati.
11. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-komunikazzjoni li għandha ssir mill-pajjiżi terzi lill-Kummissjoni, inkluż dwar l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti u tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
12. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 88 (2) , tistabbilixxi l-mezzi li bihom għandhom jiġu ppubblikati l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti u tal-korpi delegati msemmija f’dan l-Artikolu.
Artikolu 73
Akkreditazzjoni tal-korpi delegati u taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti
1. Il-korpi delegati msemmija fl-Artikolu 72(6), il-punt (b), u l-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 72(7), il-punt (b), għandhom jikkonformaw ma’ kwalunkwe wieħed mill-istandards li ġejjin, u jiġu akkreditati f’konformità ma’ dan, kif rilevanti għall-kompiti delegati:
(a) |
l-istandard EN ISO/IEC 17065 “Valutazzjoni tal-konformità — Rekwiżiti għall-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti, tal-proċessi u tas-servizzi”; jew |
(b) |
l-istandard EN ISO/IEC 17020 “Valutazzjoni tal-konformità — Rekwiżiti għat-tħaddim ta’ diversi tipi ta’ korpi li jwettqu spezzjoni”. |
2. L-akkreditazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni rikonoxxut f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008, li jkun firmatarju ta’ Ftehim Multilaterali fil-qafas tal-Kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditazzjoni li jkopri l-istandards imsemmija fil-paragrafu 1, jew minn korp ta’ akkreditazzjoni barra l-Unjoni li jkun firmatarju ta’ Arranġament ta’ Rikonoxximent Multilaterali tal-Forum Internazzjonali għall-Akkreditazzjoni jew ta’ Arranġament ta’ Rikonoxximent Reċiproku tal-Kooperazzjoni Internazzjonali għall-Akkreditazzjoni tal-Laboratorji li jkopri l-istandards imsemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 74
Verifika tal-użu tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti fis-suq u infurzar
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar responsabbli għall-verifika ta’, u għal azzjonijiet ta’ infurzar fuq, l-użu ta’ speċjalità tradizzjonali garantita wara li l-prodott identifikat minn speċjalità tradizzjonali garantita jkun ġie introdott fis-suq, li jinkludi operazzjonijiet bħall-ħżin, it-tranżitu, id-distribuzzjoni jew l-offerta għall-bejgħ, inkluż fil-kummerċ elettroniku. Dawk l-awtoritajiet jistgħu jkunu l-istess bħall-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 72(6), il-punt (a). Il-verifika tal-użu tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti għandha ssir fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju.
2. L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-ispeċjalità tradizzjonali garantita kkonċernata.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu passi amministrattivi u ġudizzjarji xierqa biex jipprevjenu jew iwaqqfu l-użu ta’ ismijiet ta’ prodotti jew servizzi li jiġu prodotti, ipprovduti jew ikkummerċjalizzati fit-territorju tagħhom, jew li jkunu maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, u li jiksru l-protezzjoni tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti prevista fl-Artikolu 68.
4. L-awtorità jew awtoritajiet maħtura f’konformità mal-paragrafu 1 għandhom jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni fost id-dipartimenti, l-aġenziji u l-korpi rilevanti, bħall-pulizija, l-aġenziji kontra l-falsifikazzjoni, id-dwana, l-uffiċċji tal-proprjetà intellettwali, l-awtoritajiet tal-liġi dwar l-ikel u l-ispetturi tal-bejgħ bl-imnut, biex jiżguraw infurzar effiċjenti.
Artikolu 75
Obbligi tal-fornituri fis-suq online
1. Kwalunkwe informazzjoni relatata mar-reklamar, il-promozzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti li tkun aċċessibbli għal persuni stabbiliti fl-Unjoni u li tikser il-protezzjoni ta’ speċjalità tradizzjonali garantita prevista fl-Artikolu 68 ta’ dan ir-Regolament għandha titqies bħala kontenut illegali kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (h), tar-Regolament (UE) 2022/2065.
2. L-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri jistgħu, f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2022/2065, joħorġu ordni biex jaġixxu kontra l-kontenut illegali imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 76
Assistenza reċiproka u skambju ta’ informazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin għall-fini tat-twettiq tal-kontrolli u l-infurzar previsti f’dan il-Kapitolu f’konformità mat-Titolu IV tar-Regolament (UE) 2017/625.
2. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dettaljati dwar in-natura u t-tip tal-informazzjoni li għandha tiġi skambjata fost l-Istati Membri u l-metodi għall-iskambju ta’ dik l-informazzjoni għall-fini ta’ kontrolli u infurzar skont dan il-Kapitolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
Artikolu 77
Attestazzjoni tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
1. Operatur li l-prodott tiegħu, wara l-verifika tal-konformità msemmija fl-Artikolu 72, jinstab li jikkonforma mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ speċjalità tradizzjonali garantita protetta skont dan ir-Regolament għandu, fuq talba, u skont is-sistema applikata fl-Istat Membru kkonċernat, ikun intitolat għal:
(a) |
attestazzjoni, li tista’ tkun kopja ċertifikata, li tiċċertifika l-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott; jew |
(b) |
inklużjoni f’lista ta’ operaturi approvati stabbilita mill-awtorità kompetenti, bħal-lista prevista fl-Artikolu 72(4). Is-silta rilevanti tal-lista (“entrata fil-lista”) għandha ssir disponibbli online għal kull operatur approvat. |
2. L-attestazzjoni tal-konformità u l-entrata fil-lista msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b) rispettivament, għandhom jiġu aġġornati perjodikament, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju.
3. Operatur li ma jibqax jingħata l-attestazzjoni tal-konformità jew li jkun tneħħa mil-lista, ma għandux ikompli juri jew juża l-attestazzjoni tal-konformità jew l-entrata fil-lista.
4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-forma u l-kontenut tal-attestazzjoni tal-konformità u l-entrata fil-lista, kif ukoll dwar iċ-ċirkostanzi li fihom, u l-forom li fihom, dawn għandhom isiru disponibbli mill-operaturi jew min-negozjanti għall-kontroll jew matul in-negozju, inkluż fil-każ ta’ attestazzjoni ekwivalenti li tikkonċerna prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
KAPITOLU 3
Termini tal-kwalità mhux obbligatorji
Artikolu 78
Objettiv
Għandha tiġi stabbilita skema għal termini tal-kwalità mhux obbligatorji sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni fi ħdan is-suq intern dwar il-karatteristiċi jew l-attributi li jżidu l-valur tal-prodotti agrikoli mill-produtturi tagħhom.
Artikolu 79
Regoli nazzjonali
1. L-Istati Membri jistgħu jżommu regoli nazzjonali dwar termini tal-kwalità mhux obbligatorji u skemi li mhumiex koperti minn dan ir-Regolament, dment li tali regoli jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni.
2. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi sistema diġitali għall-inklużjoni tat-termini u l-iskemi msemmija fil-paragrafu 1, u tagħti appoġġ għaliha, bil-għan li trawwem għarfien dwar il-prodotti u l-iskemi madwar l-Unjoni. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi d-dettalji tekniċi, meħtieġa għan-notifika tat-termini tal-kwalità mhux obbligatorji. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88 (2) .
Artikolu 80
Termini tal-kwalità mhux obbligatorji
1. It-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
(a) |
ikunu relatati ma’ karatteristika ta’ kategorija waħda jew aktar ta’ prodotti, jew ma’ attribut tal-biedja jew tal-ipproċessar li japplika f’żoni speċifiċi; |
(b) |
l-użu tagħhom iżid il-valur tal-prodott meta mqabbel ma’ prodotti ta’ tip simili; u |
(c) |
ikollhom dimensjoni tal-Unjoni. |
2. Termini tal-kwalità mhux obbligatorji li jiddeskrivu l-kwalitajiet tekniċi tal-prodott bil-għan li jimplimentaw standards obbligatorji tal-kummerċjalizzazzjoni u li mhumiex maħsuba biex jinfurmaw lill-konsumaturi dwar dawk il-kwalitajiet tal-prodott għandhom jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu.
3. It-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għandhom jeskludu termini riżervati mhux obbligatorji li jappoġġaw u jikkomplementaw standards speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni determinati fuq il-bażi tas-settur jew tal-kategorija tal-prodott.
4. Sabiex jitqies il-karattru speċifiku ta’ ċerti setturi kif ukoll tal-aspettattivi tal-konsumatur, il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
5. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar forom, proċeduri jew dettalji tekniċi oħra meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
6. Meta tadotta atti delegati u ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-paragrafi 4 u 5, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe standard internazzjonali rilevanti.
Artikolu 81
Riżerva ta’ termini tal-kwalità mhux obbligatorji addizzjonali
Sabiex jitqiesu l-aspettattivi tal-konsumaturi, l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u dak tekniku, il-qagħda tas-suq, u l-iżviluppi fl-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u fl-istandards internazzjonali, il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 87 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jirriżervaw termini tal-kwalità mhux obbligatorji addizzjonali u jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.
Artikolu 82
Prodott tal-muntanja
1. It-terminu “prodott tal-muntanja” għandu jiġi stabbilit bħala terminu tal-kwalità mhux obbligatorju. Dan għandu jiġi riżervat bħala terminu kompost. Dan għandu jintuża biss biex jiddeskrivi prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-TFUE li fir-rigward tagħhom:
(a) |
kemm il-materja prima kif ukoll l-għalf għall-annimali tar-razzett essenzjalment jiġu minn żoni muntanjużi; |
(b) |
fil-każ ta’ prodotti pproċessati, l-ipproċessar isir ukoll f’żoni muntanjużi. |
2. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, iż-żoni muntanjużi fl-Unjoni huma dawk delimitati skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30).
Għal prodotti ta’ pajjiżi terzi, iż-żoni muntanjużi għandhom jinkludu żoni uffiċjalment identifikati bħala żoni muntanjużi mill-pajjiż terz ikkonċernat jew li jissodisfaw kriterji ekwivalenti għal dawk stipulati fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
3. F’każijiet debitament ġustifikati u sabiex jitqiesu r-restrizzjonijiet naturali li jolqtu l-produzzjoni agrikola f’żoni muntanjużi, il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu derogi mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari l-kundizzjonijiet li taħthom il-materja prima jew l-għalf jistgħu jiġu minn barra ż-żoni muntanjużi, il-kundizzjonijiet li taħthom l-ipproċessar tal-prodotti jitħalla jsir barra miż-żoni muntanjużi f’żona ġeografika li tkun trid tiġi ddefinita, u d-definizzjoni ta’ dik iż-żona ġeografika.
4. Biex jitqiesu r-restrizzjonijiet naturali li jolqtu l-produzzjoni agrikola f’żoni muntanjużi, il-Kummissjoni hi mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 87 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b’rabta mal-istabbiliment tal-metodi ta’ produzzjoni u kriterji oħra rilevanti għall-applikazzjoni tat-terminu tal-kwalità mhux obbligatorju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 83
Restrizzjonijiet fuq l-użu u kontrolli
1. Terminu tal-kwalità mhux obbligatorju jista’ jintuża biss biex jiddeskrivi prodotti li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-użu korrispondenti.
2. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni jew dawk nazzjonali li jirregolaw il-proprjetà intellettwali, u b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi u trademarks, u d-drittijiet mogħtija taħt dawk ir-regoli.
3. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli għall-użu ta’ termini tal-kwalità mhux obbligatorji. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2).
4. L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli, abbażi ta’ analiżi tar-riskju, biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu u, fil-każ ta’ ksur, għandhom jimponu penali amministrattivi xierqa.
TITOLU IV
EMENDI GĦAR-REGOLAMENTI (UE) NRU 1308/2013, (UE) 2019/787 U (UE) 2019/1753
Artikolu 84
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 93(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej
|
(2) |
l-Artikoli 94 u 95 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 94 Speċifikazzjoni tal-prodott 1. L-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha tippermetti lill-partijiet interessati jivverifikaw il-kundizzjonijiet rilevanti tal-produzzjoni relatati mad-denominazzjoni ta’ oriġini jew mal-indikazzjoni ġeografika. L-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha tinkludi:
2. L-ispeċifikazzjoni tal-prodott jista’ jkun fiha prattiki sostenibbli f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). 3. Meta l-inbid jew l-inbejjed ikunu jistgħu jiġu parzjalment dealkoħolizzati, l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandu jkun fiha wkoll deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed parzjalment dealkoħolizzati f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (d), mutatis mutandis, u, fejn applikabbli, il-prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed parzjalment dealkoħolizzati, kif ukoll ir-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom. Artikolu 95 Dokument uniku 1. Id-dokument uniku għandu jinkludi dan li ġej:
2. Meta applikazzjoni tkopri kategoriji differenti ta’ prodotti tad-dwieli, id-dettalji li juru r-rabta msemmija fl-Artikolu 94(1), il-punt (i) għandhom jintwerew għal kull kategorija ta’ prodott tad-dwieli kkonċernat. (*1) Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj)”;" |
(3) |
jitħassru l-Artikoli 96 sa 99; |
(4) |
fl-Artikolu 100, jitħassru l-paragrafi 1 u 2; |
(5) |
jitħassru l-Artikoli 101 u 102; |
(6) |
l-Artikolu 103 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 103 Protezzjoni Id-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti msemmija f’dan ir-Regolament għandhom jiġu protetti f’konformità mal-Artikoli 26 sa 31, 35 u 36 tar-Regolament (UE) 2024/1143.”; |
(7) |
jitħassru l-Artikoli 104 sa 106; |
(8) |
fl-Artikolu 107, jitħassru l-paragrafi 2, 3 u 4; |
(9) |
l-Artikolu 110 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 110 Setgħat ta’ implimentazzjoni 1. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar:
2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2) tar-Regolament (UE) 2024/1143.”; |
(10) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 113a Relazzjoni mad-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi 1. Ir-reġistrazzjoni ta’ terminu tradizzjonali li l-użu tiegħu jmur kontra l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2024/1143 għandha tiġi rrifjutata jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-terminu tradizzjonali tiġi sottomessa wara d-data tas-sottomissjoni lill-Kummissjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika. 2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddikjara invalidu u tneħħi mir-reġistru msemmi fl-Artikolu 25 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 (*2) kwalunkwe terminu tradizzjonali rreġistrat bi ksur tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 229(2). (*2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 tas-17 ta’ Ottubru 2018li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u ta’ termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti, ir-reġistru ta’ ismijiet protetti, it-tħassir tal-protezzjoni u l-użu ta’ simboli, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward sistema xierqa ta’ kontrolli (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 46).”;" |
(11) |
fil-Parti II, it-Titolu II, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2, is-Subtaqsima 4 hija sostitwita b’dan li ġej:
Kontrolli biex tiġi vverifikata l-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għad-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi u biex tiġi vverifikata l-konformità mad-definizzjoni u l-kundizzjonijiet tal-użu ta’ termini tradizzjonali protetti, kif ukoll dwar l-infurzar tal-kundizzjonijiet għall-użu ta’ termini tradizzjonali Artikolu 116a Kontrolli 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex iwaqqfu l-użu illegali tat-termini tradizzjonali protetti msemmija f’dan ir-Regolament. 2. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità kompetenti responsabbli għall-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti marbuta mad-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-verifika tal-konformità mad-definizzjoni u l-kundizzjonijiet tal-użu ta’ termini tradizzjonali, kif ukoll għall-infurzar tal-kundizzjonijiet għall-użu ta’ termini tradizzjonali. Għal dak il-għan, l-Artikolu 4(2) u (4) u l-Artikolu 5(1), (4) u (5) tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3) għandhom japplikaw. 3. Fl-Unjoni, l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jew korp delegat wieħed jew aktar kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2017/625 li joperaw bħala korp taċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti f’konformità mal-kriterji stabbiliti fit-Titolu II, il-Kapitolu III, ta’ dak ir-Regolament, għandhom jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott kull sena, kemm matul il-produzzjoni tal-inbid kif ukoll waqt jew wara il-kundizzjonament, u għandhom jivverifikaw il-konformità mad-definizzjoni prevista fl-Artikolu 112 ta’ dan ir-Regolament u, fejn rilevanti, il-kundizzjonijiet tal-użu tat-terminu tradizzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 115(3) ta’ dan ir-Regolament. Kull operatur li jixtieq jipparteċipa fi kwalunkwe attività koperta mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ prodott identifikat minn denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti jew lill-korpi delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu. L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata lista tal-operaturi li jwettqu attivitajiet soġġetti għal obbligu wieħed jew aktar previsti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika mdaħħla fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li joriġinaw fit-territorju tagħhom. 4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar:
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 229(2). (*3) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).”;" |
(12) |
fl-Artikolu 120(1), jiżdied il-punt li ġej:
|
(13) |
l-Artikolu 166a huwa emendat kif ġej:
|
(14) |
fl-Artikolu 231, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. L-Artikolu 113a ma għandux japplika fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ terminu tradizzjonali sottomessi lill-Kummissjoni qabel it-13 ta’ Mejju 2024.”. |
Artikolu 85
Emendi għar-Regolament (UE) 2019/787
Ir-Regolament (UE) 2019/787 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 3, jitħassru l-punti 6 u 7; |
(2) |
jitħassru l-Artikoli 16 u 21; |
(3) |
fl-Artikolu 22, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. L-ispeċifikazzjoni tal-prodott tista’ tinkludi wkoll prattiki sostenibbli.”; |
(4) |
l-Artikolu 23 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 23 Dokument uniku Id-dokument uniku għandu jkun fih dan li ġej:
|
(5) |
jitħassru l-Artikoli 24 sa 33; |
(6) |
l-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
jitħassru l-Artikoli 35, 36, 38, 39 u 40; |
(8) |
l-Artikolu 42 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 42 Setgħat ta’ implimentazzjoni 1. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw:
2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 88(2) tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4). (*4) Regolament(UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj)”;" |
(9) |
l-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 86
Emendi għar-Regolament (UE) 2019/1753
Ir-Regolament (UE) 2019/1753 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 2, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “2a. B’deroga mill-paragrafu 2, fejn it-talba indirizzata lill-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 2(a) tiġi minn grupp ta’ produtturi rikonoxxut imemmi fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5)), dik it-talba għandha tinkludi informazzjoni verifikabbli dwar l-interess ekonomiku fil-protezzjoni internazzjonali tal-indikazzjoni ġeografika kkonċernata. Abbażi tat-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jevalwa l-interess ekonomiku fil-protezzjoni internazzjonali ta’ dik l-indikazzjoni ġeografika. Meta dik l-evalwazzjoni tistabbilixxi tali interess ekonomiku, dak l-Istat Membru għandu jitlob lill-Kummissjoni tirreġistra dik l-indikazzjoni ġeografika. (*5) Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj)”;" |
(2) |
fl-Artikolu 11, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “2a. Fir-rigward ta’ kull denominazzjoni ta’ oriġini li toriġina fi Stat Membru li jkun parti għall-Ftehim ta’ Lisbona, għal prodott li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 iżda li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1143, l-Istat Membru kkonċernat għandu, fuq il-bażi ta’ talba minn persuna fiżika jew entità ġuridika msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 5(2) tal-Att ta’ Ġinevra jew minn benefiċjarju kif definit fil-punt (xvii) tal-Artikolu 1 tal-Att ta’ Ġinevra, jew fuq inizjattiva tiegħu stess, jagħżel li jitlob jew:
Fil-każ tat-talba msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-għażla msemmija f’dak is-subparagrafu fi żmien xahar mid-data ta’ reġistrazzjoni ta’ dik id-denominazzjoni ta’ oriġini skont ir-Regolament (UE) 2024/1143 u, fil-każ tat-talba msemmija fil-punt (b) ta’ dak is-subparagrafu mill-14 ta’ Mejju 2025. Fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu, f’koordinazzjoni mal-Kummissjoni, jivverifika mal-Bureau Internazzjonali jekk hemmx xi modifiki li għandhom isiru skont ir-Regola 7(4) tar-Regolamenti Komuni għall-fini ta’ reġistrazzjoni skont l-Att ta’ Ġinevra. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tawtorizza lill-Istat Membru kkonċernat biex jipprevedi l-modifiki neċessarji u jinnotifika lill-Bureau Internazzjonali dwar dawn. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ta’ dan ir-Regolament. Jekk it-talba għal reġistrazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2024/1143 tiġi rrifjutata u r-rimedji amministrattivi u ġudizzjarji relatati jkunu ġew eżawriti, jew jekk it-talba għal reġistrazzjoni skont l-Att ta’ Ġinevra ma tkunx saret, l-Istat Membru kkonċernat għandu, mingħajr dewmien, jitlob il-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ dik id-denominazzjoni ta’ oriġini fir-Reġistru Internazzjonali.”. |
TITOLU V
DELEGA TAS-SETGĦAT, DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI, TRANŻIZZJONALI U FINALI
Artikolu 87
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 17(10), l-Artikolu 24 (10) , l-Artikolu 27(5), l-Artikolu 35(2), l-Artikolu 47 (5) , l-Artikolu 48(4), l-Artikolu 49(3), l-Artikolu 53(5), l-Artikolu 54(2), l-Artikolu 61(10), l-Artikolu 66(3), l-Artikolu 68 (5) , l-Artikolu 80(4), l-Artikolu 81 u l-Artikolu 82(3) u (4), għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ seba’ snin mit-13 ta’ Mejju 2024. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ seba’ snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien ta’ tul identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponu tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Id-delega tas-setgħa relatata mal-Artikoli msemmija fil-paragrafu 2 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli msemmija fil-paragrafu 2 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 88
Proċedura tal-kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Politika dwar il-Kwalità għall-prodotti agrikoli, l-inbid u x-xorb spirituż. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 89
Dispożizzjoni tranżizzjonali għall-klassifikazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi
Il-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1) ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi rreġistrati jew li tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni għalihom qabel it-13 ta’ Mejju 2024 għandha ssir f’konformità mat-tabella li tinsab fl-Anness III.
Artikolu 90
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal applikazzjonijiet pendenti u ismijiet reġistrati
1. Ir-regoli applikabbli qabel it-13 ta’ Mejju 2024 għandhom ikomplu japplikaw għall-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, għall-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott u għat-talbiet għall-kanċellazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi li jaslu għand il-Kummissjoni qabel it-13 ta’ Mejju 2024.
2. Madankollu, l-Artikoli 17 u 19, l-Artikolu 20(1) sa (5) u l-Artikolu 21 għandhom japplikaw għal dawk l-applikazzjonijiet u t-talbiet li għalihom il-pubblikazzjoni, għall-oppożizzjoni, tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika, tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott jew tat-talba għall-kanċellazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sseħħ wara t-13 ta’ Mejju 2024.
3. Id-dispożizzjoni dwar l-estensjoni tal-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 20(7) għandha tapplika wkoll fir-rigward tal-perjodi tranżizzjonali li jkunu għadhom għaddejjin fit-13 ta’ Mejju 2024.
4. L-Artikolu 29(4) ma għandux japplika għal ismijiet irreġistrati jew li saret applikazzjoni għalihom qabel it-13 ta’ Mejju 2024.
5. Ir-regoli applikabbli qabel it-13 ta’ Mejju 2024 għandhom ikomplu japplikaw għall-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti, l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott u t-talbiet għall-kanċellazzjoni ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti li jaslu għand il-Kummissjoni qabel it-13 ta’ Mejju 2024.
6. Madankollu, l-Artikoli 61 sa 64 għandhom japplikaw għal dawk l-applikazzjonijiet u t-talbiet li għalihom il-pubblikazzjoni, għall-oppożizzjoni, tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ speċjalità tradizzjonali garantita, tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Unjoni għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott jew tat-talba għall-kanċellazzjoni ta’ speċjalità tradizzjonali garantita f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sseħħ wara t-13 ta’ Mejju 2024.
Artikolu 91
Dispożizzjoni tranżizzjonali għall-proċedura ta’ oppożizzjoni nazzjonali għal indikazzjonijiet ġeografiċi
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali li ġejjin:
(a) |
b’deroga mill-Artikolu 84, il-punt (3), ta’ dan ir-Regolament, l-Artikolu 96(3), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jibqa’ japplika sal-31 ta’ Diċembru 2024; |
(b) |
b’deroga mill-Artikolu 85, il-punt (5), ta’ dan ir-Regolament, l-Artikolu 24(6), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2019/787 għandu jibqa’ japplika sal-31 ta’ Diċembru 2024; |
(c) |
b’deroga mill-Artikolu 94 ta’ dan ir-Regolament, l-Artikolu 49(3), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandhom jibqgħu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2024. |
Artikolu 92
Dispożizzjoni tranżizzjonali għall-indikazzjonijiet ġeografiċi nazzjonali
1. Il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għal prodotti li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 iżda li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, mogħtija skont id-dritt nazzjonali, għandha tieqaf fl-14 ta’ Mejju 2025 jekk ma tiġi sottomessa ebda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament.
2. Jekk applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika, kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tiġi sottomessa lill-Kummissjoni qabel id-data msemmija f’dak il-paragrafu, il-protezzjoni nazzjonali ta’ dik l-indikazzjoni ġeografika għandha tieqaf fid-data li fiha l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar ir-reġistrazzjoni tagħha f’konformità mal-Artikolu 21. L-Artikolu 10 ma għandux japplika għal dik l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ rifjut tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, il-protezzjoni nazzjonali għandha tkompli sakemm ikunu ġew eżawriti r-rimedji ġudizzjarji kollha, jekk rilevanti. Wara li l-protezzjoni nazzjonali tkun waqfet, l-Istat Membru kkonċernat għandu, mingħajr dewmien, jitlob il-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini korrispondenti fir-Reġistru Internazzjonali tal-Bureau Internazzjonali.
Artikolu 93
Kontinwità tar-reġistri
1. Kull denominazzjoni ta’ oriġini u indikazzjoni ġeografika tal-inbid u tal-prodotti agrikoli, u kull indikazzjoni ġeografika ta’ xorb spirituż, inkluż id-data rilevanti kollha u d-data kollha dwar l-applikazzjonijiet pendenti għar-reġistrazzjoni, l-emenda jew il-kanċellazzjoni, imdaħħlin fir-reġistri rispettivi ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-Artikolu 104 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2019/787, fit-12 ta’ Mejju 2024 għandhom jiddaħħlu awtomatikament fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi.
2. Kull speċjalità tradizzjonali garantita mdaħħla fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti msemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, inkluż id-data rilevanti kollha u d-data kollha dwar applikazzjonijiet pendenti għar-reġistrazzjoni, għall-emenda jew għall-kanċellazzjoni, fit-12 ta’ Mejju 2024, għandha tiddaħħal awtomatikament fir-reġistru tal-Unjoni tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti.
Artikolu 94
Tħassir
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 huwa mħassar.
Artikolu 95
Tabella ta’ korrelazzjoni
Ir-referenzi għar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 imħassar u r-referenzi għad-dispożizzjonijiet imħassra kif imsemmi fl-Artikolu 84 u 85 ta’ dan ir-Regolament għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni li tinsab fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 96
Revoka u sostituzzjoni ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tħassar jew tissostitwixxi, skont il-bżonn, l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati fuq il-bażi tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jew fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 84 u 85 ta’ dan ir-Regolament, sa fejn ikun meħtieġ biex jinġiebu f’konformità mas-setgħat previsti f’dan ir-Regolament.
Artikolu 97
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mit-13 ta’ Mejju 2024.
Madankollu, l-Artikolu 10(4) u (5), l-Artikolu 39(1) u l-Artikolu 45 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
H. LAHBIB
(1) ĠU C 443, 22.11.2022, p. 116.
(3) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Frar 2024 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Marzu 2024.
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(5) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(7) Ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).
(10) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(11) Id-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trademarks(ĠU L 336, 23.12.2015, p. 1).
(12) Ir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1).
(13) ĠU C 384 I, 12.11.2019, p. 1.
(14) Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).
(15) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
(16) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(17) Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1).
(18) Ir-Regolament (UE) 2019/1753 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar l-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (ĠU L 271, 24.10.2019, p. 1).
(19) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(20) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(21) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
(22) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1).
(23) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33).
(24) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (ĠU L 267, 8.10.2008, p. 8).
(25) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1).
(26) Ir-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali (“ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali”) (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 66).
(27) Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).
(28) Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).
(29) Ir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15).
(30) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487)
ANNESS I
Il-prodotti agrikoli msemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (c)
Prodotti
L-intestatura NM 25.01 (melħ)
L-intestatura NM 32.03 (kuċċinilja)
L-intestatura NM 33.01 (żjut essenzjali)
L-intestaturi NM minn 35.01 sa 35.05 (sustanzi albuminojdali, lamti modifikati, kolol)
L-intestaturi NM minn 41.01 sa 41.03 (ġlud u ġilda)
L-intestatura NM 43.01 (ġlud grezzi tal-pelliċċerija)
L-intestatura NM 45.01 (sufra)
L-intestaturi NM minn 50.01 sa 50.03 (ħarir grezz u skart tal-ħarir)
L-intestaturi NM minn 51.01 sa 51.03 (suf u xagħar tal-annimali)
L-intestaturi NM minn 52.01 sa 52.03 (qoton grezz, skart u qoton imqardax jew mimxut)
L-intestatura NM 53.01 (kittien grezz)
L-intestatura NM 53.02 (qanneb grezz)
ANNESS II
Oġġetti tal-ikel u prodotti agrikoli msemmija fl-Artikolu 51
Speċjalitajiet tradizzjonali garantiti
(a) |
ikliet ippreparati, |
(b) |
birra, |
(c) |
ċikkulata u prodotti derivati, |
(d) |
ħobż, |
(e) |
għaġina u kejkijiet, |
(f) |
ħelu, |
(g) |
gallettini u prodotti oħrajn tal-furnara, |
(h) |
xorb minn estratti tal-pjanti, |
(i) |
għaġin, |
(j) |
melħ, |
(k) |
ilmijiet minerali, |
(l) |
sufra. |
ANNESS III
It-tabella ta’ korrispondenza fir-rigward tal-klassifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 89
Klassifikazzjoni ta’ prodotti eżistenti |
Intestaturi tan-Nomenklatura Magħquda li jikkorrispondu għall-klassifikazzjoni ta’ prodotti eżistenti |
Inbejjed |
NM 22 04 |
Xorb spirituż |
NM 22 08 |
Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni) |
NM 02 |
Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ) |
NM 16 |
Klassi 1.3. Ġobon |
NM 04 06 |
Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.) |
NM 04 |
Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) |
NM 15 |
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati |
NM 07; NM 08; NM 10; NM 11; NM 20 |
Klassi 1.7. Ħut frisk, molluski, krustaċji u prodotti derivati minnhom |
NM 03; NM 16 |
Klassi 1.8. Prodotti oħrajn elenkati fl-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.) |
Il-Klassi 1.8 tkopri diversi intestaturi tan-Nomenklatura Magħquda |
Klassi 2.1. Birra |
NM 22 03 |
Klassi 2.2. Ċikkulata u prodotti derivati |
NM 18 06 |
Klassi 2.3. Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara |
NM 19 05 |
Klassi 2.4. Xorb magħmul minn estratti tal-pjanti, |
NM 22 05; NM 22 06 |
Klassi 2.5. Għaġin |
NM 19 02 |
Klassi 2.6. Melħ |
NM 25 01 |
Klassi 2.7. Gomom u reżina naturali |
NM 13 01 |
Klassi 2.8. Pejst tal-mustarda |
NM 21 03 |
Klassi 2.9. Ħuxlief |
NM 12 14 90 |
Klassi 2.10. Żjut essenzjali |
NM 33 01 |
Klassi 2.11. Sufra |
NM 45 01 |
Klassi 2.12. Kuċċinilja |
NM 32 03 |
Klassi 2.13. Fjuri u pjanti ornamentali |
NM 06 02; NM 06 03; NM 06 04 |
Klassi 2.14. Qoton |
NM 52 01 |
Klassi 2.15. Suf |
NM 51 01 |
Klassi 2.16. Qasab |
NM 14 01 |
Klassi 2.17. Kittien imħabbat |
NM 53 01 21 |
Klassi 2.18. Ġilda |
NM 41 |
Klassi 2.19. Fer |
NM 43 01 |
Klassi 2.20. Rix |
NM 05 05 |
Klassi 2.21. Inbejjed aromatizzati |
NM 22 05 |
Klassi 2.22. Xorb alkoħoliku ieħor |
NM 22 06 |
Klassi 2.23. Xemgħa tan-naħal |
NM 15 21 90 |
ANNESS IV
Tabella ta’ korrelazzjoni
Dan ir-Regolament |
Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
Regolament (UE) Nru 1308/2013 |
Regolament (UE) 2019/787 |
Artikolu 1 |
— |
— |
— |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 101(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 3(6) u (7) |
Artikolu 3 |
— |
— |
— |
Artikolu 4 |
Artikoli 1 u 4 |
— |
— |
Artikolu 5 |
Artikolu 2 |
Artikolu 99(3) |
— |
Artikolu 6 |
— |
— |
— |
Artikolu 7 |
— |
— |
— |
Artikolu 8 |
— |
— |
— |
Artikolu 9 |
Artikolu 49(1) |
Artikolu 95 fil-verżjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fis-seħħ fit-12 ta’ Mejju 2024 |
Artikolu 24(1), (2), (3) u (4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 10(1) |
Artikolu 49(2) |
Artikolu 96(2) |
Artikolu 24(5), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 10(2) |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 94(1) fil-verżjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fis-seħħ fit-12 ta’ Mejju 2024 |
Artikolu 23(1) fil-verżjoni tar-Regolament (UE) 2019/787 fis-seħħ fit-12 ta’ Mejju 2024 |
Artikolu 10(3) |
Artikolu 49(2) |
Artikolu 96(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 24(5), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 10(4) u (5) |
Artikolu 49(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 96(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 24(6), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 10(6) |
Artikolu 49(4) |
Artikolu 96(5), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 24(7), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 10(7) |
Artikolu 49(4) |
— |
Artikolu 24(7), it-tieni u t-tielet subparagrafi |
Artikolu 10(8) |
— |
— |
Artikolu 24(4), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 11 |
Artikolu 9 |
— |
Artikolu 25 |
Artikolu 12 |
— |
— |
|
Artikolu 13(1) |
Artikolu 8(2) u Artikolu 49(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 96(5), it-tieni u t-tielet subparagrafi |
Artikolu 23(2) fil-verżjoni tar-Regolament (UE) 2019/787 fis-seħħ fit-12 ta’ Mejju 2024, u Artikolu 24(7), l-ewwel u r-raba’ subparagrafi |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 8(1) |
— |
Artikolu 23(1) fil-verżjoni tar-Regolament (UE) 2019/787 fis-seħħ fit-12 ta’ Mejju 2024 |
Artikolu 13(3) |
— |
— |
— |
Artikolu 13(4) |
Artikolu 49(6) |
— |
Artikolu 24(9) |
Artikolu 13(5) |
Artikolu 49(7) |
— |
— |
Artikolu 14 |
— |
— |
— |
Artikolu 14(2) |
Artikolu 49(5) |
— |
Artikolu 24(8) |
Artikolu 14(3) |
— |
— |
Artikolu 24(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 14(4) |
Artikolu 50(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 97(1) |
Artikolu 26(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 15(1),(2) u (3) |
Artikolu 50(1) |
Artikolu 97(2) |
Artikolu 26(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 15(4) |
Artikolu 50(2) |
Artikolu 96(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 26(2) |
Artikolu 16(1) |
Artikolu 49(8) |
Artikolu 96(6) |
— |
Artikolu 16(2)(3)(4) |
Artikolu 50(3) |
Artikolu 97(3) |
— |
Artikolu 17 |
Artikolu 51 |
Artikolu 98 |
Artikolu 27 |
Artikolu 18 |
— |
— |
— |
Artikolu 19 |
Artikolu 10 |
— |
Artikolu 28 |
Artikolu 20 |
Artikolu 15 |
— |
Artikolu 29 |
Artikolu 21(1) |
Artikolu 52(1) |
Artikolu 97(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 30(1) |
Artikolu 21(2), (3) u (5) |
Artikolu 52(2), (3) u (4) |
Artikolu 99(1) u (2) |
Artikolu 30(2), (3) u (4) |
Artikolu 21(4) |
— |
— |
— |
Artikolu 22 |
Artikolu 11 |
Artikolu 104 |
Artikolu 33 |
Artikolu 23 |
— |
— |
— |
Artikolu 24 |
Artikolu 53 |
Artikolu 105 |
Artikolu 31 |
Artikolu 25 |
Artikolu 54 |
Artikolu 106 |
Artikolu 32 |
Artikolu 26 |
Artikolu 13 |
Artikolu 103 |
Artikolu 21 |
Artikolu 27 |
— |
— |
— |
Artikolu 28(1) |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 101(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 35(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 28(2) |
Artikolu 41(2) |
Artikolu 101(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 35(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 29(1) u (2) |
Artikolu 6(3) |
Artikolu 100(1) u (2) |
Artikolu 34(1) u (2) |
Artikolu 29(3) u (4) |
— |
— |
— |
Artikolu 30 |
Artikolu 6(4) |
Artikolu 101(2) |
Artikolu 35(2) |
Artikolu 31(1), (2) u (3) |
Artikolu 14 |
Artikolu 102 |
Artikolu 36 |
Artikolu 31(4) |
— |
— |
— |
Artikolu 31(5) |
Artikolu 12(5) |
— |
— |
Artikolu 32 |
Artikolu 45 |
— |
— |
Artikolu 33 |
— |
— |
— |
Artikolu 34 |
— |
— |
— |
Artikolu 35 |
— |
— |
— |
Artikolu 36 |
Artikolu 12(1) u Artikolu 46 |
— |
— |
Artikolu 37(1) |
Artikolu 44 |
— |
Artikolu 16 |
Artikolu 37(2) |
Artikolu 12(2) |
— |
— |
Artikolu 37(3) |
Artikolu 12(3) |
— |
— |
Artikolu 37(4) |
— |
— |
— |
Artikolu 37(5) |
— |
— |
— |
Artikolu 37(6) |
Artikolu 12(3) |
— |
— |
Artikolu 37(7) |
— |
— |
— |
Artikolu 37(8) |
— |
— |
— |
Artikolu 37(9) |
Artikolu 12(4) |
— |
— |
Artikolu 37(10) |
Artikolu 12(6) |
— |
— |
Artikolu 37(11) |
Artikolu 12(7) |
— |
— |
Artikolu 38(1) |
Artikolu 35 |
— |
— |
Artikolu 38(2) |
Artikolu 36(3) |
— |
— |
Artikolu 39(1) |
— |
— |
Artikolu 38(1) |
Artikolu 39(3) |
Artikolu 37(1) |
— |
Artikolu 38(2) |
Artikolu 39(4) |
Artikolu 37(2) |
— |
Artikolu 38(3) |
Artikolu 39(6) |
— |
— |
Artikolu 38(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 39(7) |
— |
— |
Artikolu 38(2), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 40(1) |
— |
— |
Artikolu 38(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 40(2) |
Artikolu 37(3) |
— |
Artikolu 38(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 41 |
Artikolu 39 |
— |
Artikolu 38(5) |
Artikolu 42(1) |
— |
— |
Artikolu 39(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 42(2) |
— |
— |
Artikolu 39(1) |
Artikolu 42(3) |
Artikolu 13(3) |
— |
Artikolu 39(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 42(4) u (5) |
— |
— |
— |
Artikolu 43 |
— |
— |
— |
Artikolu 44 |
— |
— |
— |
Artikolu 45 |
— |
— |
— |
Artikolu 46(1) |
Artikolu 5(1) |
— |
— |
Artikolu 46(2) |
Artikolu 5(2) |
— |
— |
Artikolu 46(3) |
Artikolu 5(3) |
— |
— |
Artikolu 47(5) |
Artikolu 5(4), it–tieni u t–tielet subparagrafi |
— |
— |
Artikolu 48(1) u (2) |
Artikolu 6(2) |
— |
— |
Artikolu 48(3) |
Artikolu 42(1) |
— |
— |
Artikolu 48(4) |
Artikolu 42(2) |
— |
— |
Artikolu 49 |
Artikolu 7 |
— |
— |
Artikolu 50(1) |
Artikolu 8(1)(c) |
— |
— |
Artikolu 50(2) |
Artikolu 49(7), it–tieni subparagrafu |
— |
— |
Artikolu 51 |
Artikolu 2(1), l–ewwel subparagrafu |
— |
— |
Artikolu 52 |
Artikolu 17 |
— |
— |
Artikolu 53 |
Artikolu 18 |
— |
— |
Artikolu 54 |
Artikolu 19 |
— |
— |
Artikolu 55 |
Artikolu 45 |
— |
— |
Artikolu 56(1) |
Artikolu 49(1) |
— |
— |
Artikolu 56(2) |
Artikolu 20(1) |
— |
— |
Artikolu 56(3) |
Artikolu 49(2)(3) u (4), l-ewwel subparagrafu |
— |
— |
Artikolu 56(4) |
Artikolu 49(4), it-tieni u t–tielet subparagrafi |
— |
— |
Artikolu 57(1) |
Artikolu 20(1), il-punt (b), u Artikolu 20(2), il-punt (a) |
— |
— |
Artikolu 57(1), il-punt (a) |
Artikolu 20(2), il-punt (b) |
— |
— |
Artikolu 57(3) |
Artikolu 49(7), it-tieni subparagrafu |
— |
— |
Artikolu 58 |
— |
— |
— |
Artikolu 59 |
Artikolu 50(1) u (2) |
— |
— |
Artikolu 60 |
Artikolu 50(3) |
— |
— |
Artikolu 61 |
Artikolu 51 |
— |
— |
Artikolu 62 |
Artikolu 21 |
— |
— |
Artikolu 63 |
Artikolu 24a |
— |
— |
Artikolu 64 |
Artikolu 52 |
— |
— |
Artikolu 65 |
Artikolu 22 |
— |
— |
Artikolu 66 |
Artikolu 53 |
— |
— |
Artikolu 67 |
Artikolu 54 |
— |
— |
Artikolu 68 |
Artikolu 24 |
— |
— |
Artikolu 69 |
— |
— |
— |
Artikolu 70 |
Artikolu 23(2), (3) u (4) |
— |
— |
Artikolu 71(1) |
Artikolu 23(1) |
— |
— |
Artikolu 71(2) |
Artikolu 46(1) |
— |
— |
Artikolu 72(1) |
Artikolu 36(3) |
— |
— |
Artikolu 72(6) |
Artikolu 37(1), l-ewwel subparagrafu |
— |
— |
Artikolu 72(7), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 37(2) |
— |
— |
Artikolu 72(7), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 37(1), it-tieni subparagrafu |
— |
— |
Artikolu 72(9) |
Artikolu 37(3) |
— |
— |
Artikolu 73 |
Artikolu 39 |
— |
— |
Artikolu 74 |
— |
— |
— |
Artikolu 75 |
— |
— |
— |
Artikolu 76 |
— |
— |
— |
Artikolu 77 |
— |
— |
— |
Artikolu 78 |
Artikolu 27 |
— |
— |
Artikolu 79 |
Artikolu 28 |
— |
— |
Artikolu 80 |
Artikolu 29 |
— |
— |
Artikolu 81 |
Artikolu 30 |
— |
— |
Artikolu 82 |
Artikolu 31 |
— |
— |
Artikolu 83(1), (2) u (3) |
Artikolu 33 |
— |
— |
Artikolu 83(4) |
Artikolu 34 |
— |
— |
Artikolu 84 |
— |
— |
— |
Artikolu 85 |
— |
— |
— |
Artikolu 86 |
— |
— |
— |
Artikolu 87 |
Artikolu 56 |
— |
— |
Artikolu 88 |
Artikolu 57 |
— |
— |
Artikolu 89 |
— |
— |
— |
Artikolu 90 |
— |
— |
— |
Artikolu 91 |
— |
— |
— |
Artikolu 92 |
— |
— |
— |
Artikolu 93 |
Artikolu 58 |
— |
— |
Artikolu 94 |
— |
— |
— |
Artikolu 95 |
— |
— |
— |
Artikolu 96 |
Artikolu 59 |
— |
— |
Anness I |
Anness I, il-punt I |
— |
— |
Anness II |
Anness II, il-punt II |
— |
— |
Anness III |
— |
— |
— |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)