This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R1515R(01)
1515/2004/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1515/2004 tas- 26 ta’ Awwissu 2004 li jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 2295/2003 li jistabbilixxi t-termini għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 tal-Kunsill rigward ċerti standards ta’ bejgħ applikabbli għall-bajd ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
1515/2004/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1515/2004 tas- 26 ta’ Awwissu 2004 li jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 2295/2003 li jistabbilixxi t-termini għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 tal-Kunsill rigward ċerti standards ta’ bejgħ applikabbli għall-bajd ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
OJ L 71M, 17.3.2009, p. 76–83
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1515/corrigendum/2009-03-17/oj
17.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L NaN/76 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1515/2004 tas-26 ta’ Awwissu 2004 li jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 2295/2003 li jistabbilixxi t-termini għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 tal-Kunsill rigward ċerti standards ta’ bejgħ applikabbli għall-bajd
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1515/2004 għandu jaqra:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1515/2004
tas-26 ta’ Awwissu 2004
li jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 2295/2003 li jistabbilixxi t-termini għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 tal-Kunsill rigward ċerti standards ta’ bejgħ applikabbli għall-bajd
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 1907/90 tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1990 rigward ċerti standards ta’ bejgħ applikabbli għall-bajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5, Paragrafu 3, l-Artikolu 7, Paragrafu 1, punt d), l-Artikolu 10, Paragrafu 3, l-Artikolu 20, Paragrafu 1, u l-Artikolu 22, Paragrafu 2 ta’ dan,
Billi:
(1) |
L-esperjenza akkwiżita fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2295/2003 tal-Kummissjoni (2) wriet li hu neċessarju li jsiru xi preċiżjonijiet għal ċerti miżuri ta’ l-imsemmi Regolament. |
(2) |
Il-kolletturi jeżerċitaw attività li tippermettilhom jiġbru l-bajd fil-postijiet tal-produzzjoni u li jikkunsinjawhom fiċ-ċentri ta’ l-ippakkjar jew fi stabbilimenti oħra, kemm l-industrija ta’ l-ikel u kemm dik li mhix. Jaqbel li jiġi ppreċiżat lil liema stabbilimenti jistgħu jsiru dawn il-konsenji. |
(3) |
Il-garanzija tal-kwalità tal-bajd tiddependi parzjalment mill-ħinijiet ta’ ġbir tal-bajd u tal-konsenja ta’ dawn fiċ-ċentri ta’ l-ippakkjar. L-użu ta’ metodi differenti ta’ ġbir u ta’ konsenja tal-bajd mill-operaturi ekonomiċi m’għandux iwassal biex ikun preferut metodu ta’ organizzazzjoni fir-rigward ta’ ieħor. Għalhekk hu neċessarju li jkunu preċiżati l-ħinijiet applikabbli fil-każijiet differenti ta’ metodi użati. |
(4) |
Il-leġislazzjoni komunitarja tiddistingwi bejn l-operaturi ekonomiċi skond il-kundizzjonijiet li fihom huma jintervjenu fl-immaniġġjar ta’ prodotti ta’ oriġini annimali u ma tissottomettix għall-approvazzjoni l-istabbilimenti li jieħdu biss ħsieb ta’ l-attivitajiet ta’ trasport jew ta’ ħażna li m’għandhomx bżonn ta’ regolazzjoni tat-temperatura. Jaqbel għalhekk li jkunu sottomessi biss għar-reġistrazzjoni il-kolletturi li ma jintervjenux ħlief biex jassiguraw it-trasport tal-bajd bejn il-post tal-produzzjoni u l-istabbiliment li ser jimmaniġġja l-bajd, li jiġu preċiżati t-termini ta’ l-approvazzjoni u li jkunu stipulati l-formalitajiet speċifiċi għar-reġistrazzjoni ta’ din il-kategorija ta’ kolletturi. |
(5) |
Minħabba li jkun hemm telf fiżjoloġiku ta’ ilma u ta’ piż fil-bajd bejn id-data meta tbiedu u d-data li jinbiegħu lill-konsumatur finali, huwa neċessarju li jkun ippreċiżat li l-piż nett totali muri fil-ħin ta’ l-ippakkjar tal-bajd għandu mill-anqas jikkorespondi għall-piż nett totali tal-bajd meta jinbiegħu lill-konsumatur finali. |
(6) |
Il-konsenja lill-industrija ta’ “bajd ta’ kategorija A” tista’ ssir mingħajr ma tkun affettwata l-klassifikazzjoni f’kategoriji ta’ piż. Jaqbel għalhekk li jintalab li l-marka ta’ distinzjoni “bajd ta’ kategorija A” tkun imwaħħla fuq il-kontenituri konsenjati lill-istabbilimenti konċernati. |
(7) |
L-immarkar tal-bajd u ta’ l-ippakkjar kif stipulat mill-Artikoli 7 u 10 tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 jistgħu jsiru f’dati differenti. Jaqbel li dawn id-dati jkunu preċiżati. |
(8) |
Sabiex tkun evitata l-frodi fl-użu ta’ kuntratti ta’ esklussività maħsuba fl-Artikolu 8, Paragrafu 5, tar-Regolament (KE) Nru 2295/2003, jaqbel li l-Istati Membri jitħallew liberi li jiffissaw iż-żmien minimu għal dawn il-kuntratti, li jkun ta’ aktar minn xahar. |
(9) |
Sabiex ikun hemm traċċabilità tajba tal-prodotti f’każ ta’ trasferiment tal-bajd minn ċentru ta’ l-ippakkjar għal ieħor, jaqbel li l-ewwel ċentru ta’ l-ippakkjar jintalab jittimbra l-bajd qabel ma dawn jiġu konsenjati lit-tieni ċentru ta’ l-ippakkjar. |
(10) |
Il-miżuri relattivi għall-klassifikazzjoni, għall-ippakkjar u għall-konsenja lejn ċentru ta’ l-ippakkjar ieħor kif stipulati mill-Artikolu 12, Paragrafu 3, tar-Regolament (KE) Nru 2295/2003 joħolqu ċerta konfużjoni u jagħmlu xogħol doppju ma’ dawk ta’ l-Artikolu 2 ta’ l-imsemmi Regolament. Għalhekk jaqbel li jitneħħew. |
(11) |
Sabiex ikun permess li l-immarkar tal-bajd isir f’kundizzjonijiet identiċi jkun xi jkun il-metodu tat-trobbija, jaqbel li jkun permess, fil-każijiet kollha, l-użu ta’ kodiċi li jidhru f’punt 2.1. ta’ l-Anness mad-Direttiva 2002/4/KE tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Jannar 2002 rigward ir-reġistrazzjoni ta’ stabbilimenti ta’ trobbija ta’ tiġieġ bajjada skond id-Direttiva 1999/74/KE tal-Kunsill (3). |
(12) |
Sabiex il-konsumatur ikun infurmat, fil-każ ta’ bejgħ fi kwantitajiet kbar, bit-tifsira tan-numru ta’ distinzjoni tal-produttur u tal-kodiċi użati, huwa indispensabbli li l-ispjegazzjoni tkun obbligatorja, fuq l-ippakkjar il-kbir u ppakkjar ieħor bħal per eżempju dawk fuq film tal-plastik, jew f’avviż separat. |
(13) |
Sabiex il-konsumatur ikun infurmat, fil-każ ta’ bejgħ ta’ bajd taħt it-titli ta’ “bajd maħsul” jew “bajd imkessaħ”, huwa neċessarju li l-bajd ikun immarkat b’mod li jippermetti li jingħarfu minn bajd mibjugħ taħt it-titlu ta’ “bajd ta’ kategorija A”, filwaqt li jkun meħtieġ li dawn il-bajd ikunu mmarkati b’indikazzjonijiet oħra stipulati għall-bajd ta’ kategorija A. |
(14) |
In-nuqqas ta’ mmarkar ta’ bajd destinat għall-industrija jista’ jippermetti frodi li twassal biex fuq is-suq ikun hemm ċerti gruppi ta’ bajd destinati għall-bejgħ separat ta’ bajd, li jkun fi ksur tal-leġislazzjoni komunitarja. Jaqbel li jkunu stipulati miżuri limitattivi għall-derogi stipulati għal dawn il-konsenji. |
(15) |
B’kunsiderazzjoni għall-obbligi internazzjonali tal-Komunità, il-bajd ta’ kategorija B impurtat minn pajjiżi terzi huwa eżenti mill-immarkar. Madankollu, b’kunsiderazzjoni għar-riskji ta’ frodi inerenti għal dan il-kummerċ fis-suq intern, jaqbel li jkunu stipulati miżuri ta’ sorveljanza li jippermettu li tkun garantita d-destinazzjoni finali tal-prodotti. |
(16) |
Il-leġislazzjoni komunitarja stipulat għall-importazzjoni tal-bajd minn pajjiżi terzi, f’konformità ma’ l-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991 rigward il-metodu ta’ produzzjoni bijoloġika ta’ prodotti agrikoli u l-preżentazzjoni tagħha fuq il-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel (4) ir-rikonoxximent ta’ standards applikati minn uħud minn dawn il-pajjiżi terzi. Jaqbel għalhekk li jkun stipulat li l-immarkar tal-bajd jista’ jsir direttament fil-pajjiż ta’ l-oriġini konċernat, fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk stipulati fil-livell komunitarju. |
(17) |
Bil-ħsieb li titjieb il-preżentazzjoni ta’ miżuri relattivi għar-reġistrazzjoni ta’ informazzjoni mitluba min-naħa tal-kategoriji differenti ta’ l-operaturi ekonomiċi, jaqbel li jerġgħu jinġabru l-obbligi stipulati fl-Artikoli 25, 26 u 27 tar-Regolament (KE) Nru 2295/2003 skond il-kategorija ta’ l-operaturi u skond it-tip ta’ l-obbligu. |
(18) |
L-Artikolu 6, Paragrafu 4, tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 jistipula li ċerti ċentri ta’ l-ippakkjar jistgħu jkunu approvati għall-ħasil tal-bajd. Il-komunikazzjoni tal-lista taċ-ċentri ta’ l-ippakkjar għalhekk għandha tinkludi din l-informazzjoni speċifika komplementari. |
(19) |
Ċerti derogi rigward l-eżiġenzi minimi applikabbli għall-faċilitajiet ta’ trobbija jibbenefikaw lill-stabbilimenti tat-trobbija sad-dati kif preċiżati mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 1999/74/KE tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 1999 li jistabbilixxi n-normi minimi relattivi għall-protezzjoni tat-tiġieġ bajjada (5). Dawn id-derogi madankollu ma jistgħux jistrieħu fuq obbligi stipulati mill-leġislazzjoni komunitarja applikabbli qabel, b’mod partikolari għal dawk li huma l-eżiġenzi minimi li jidhru fl-Anness II, punti c) u d), tar-Regolament (KEE) Nru 1274/91 tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Mejju 1991 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 tal-Kunsill rigward ċerti standards ta’ bejgħ applikabbli għall-bajd (6), qabel il-modifika introdotta mir-Regolament (KE) Nru 1651/2001 tal-Kummissjoni (7). |
(20) |
Għal raġunijiet ta’ lingwa, jaqbel li jiżdiedu ċerti sinonimi Griegi ekwivalenti għall-avviżi biex jintużaw għat-turija ta’ metodi ta’ trobbija ta’ tiġieġ bajjada imsemmija fil-kolonna 2 ta’ l-Anness II. |
(21) |
Għal din ir-raġuni jaqbel li jiġi modifikat r-Regolament (KE) Nru 2295/2003. |
(22) |
Il-miżuri stipulati minn dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-immaniġġjar tal-laħam tat-tajr u tal-bajd, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2295/2003 hu emendat kif ġej.
1) |
Fl-Artikolu 1, Paragrafu 3 hu sostitwit mit-test li ġej: “3. Il-kollettur jikkonsenja l-bajd lill-istabbilimenti oħra li l-kolletturi, stipulati fl-Artikolu 4, Paragrafu 1, punt a), tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90, sa l-aktar tard il-jum ta’ xogħol li jsegwi dak li fih jirċevihom.” |
2) |
Fl-Artikolu 2, Paragrafu 1 hu sostitwit mit-test li ġej: “1. Iċ-ċentru ta’ l-ippakkjar jikklassifika u jimmarka l-bajd sa l-aktar tard it-tieni jum ta’ xogħol li jsegwi dak li fih jirċevihom. Jingħata jum ta’ xogħol supplementari għall-ippakkjar tagħhom u l-immarkar ta’ l-ippakkjar. L-ewwel linja mhix applikabbli meta l-bajd irċevut mill-produtturi huma konsenjati, wara l-immarkar konformi ma’ l-Artikolu 8, Paragrafu 6, lejn tieni ċentru ta’ ppakkjar għall-klassifikazzjoni skond il-kwalità u l-piż, ippakkjar u mmarkar ta’ l-ippakkjar. F’dan il-każ, il-konsenja lejn it-tieni ċentru ta’ l-ippakkjar issir sa l-aktar tard il-jum ta’ xogħol li jsegwi dak li fih jirċevihom l-ewwel wieħed. Il-klassifikazzjoni tal-bajd issir sa l-aktar tard il-jum ta’ xogħol li jsegwi dak li fih jirċevihom it-tieni ċentru ta’ l-ippakkjar. It-tieni ċentru ta’ l-ippakkjar jingħata jum ta’ xogħol supplementari għall-ippakkjar tal-bajd u l-immarkar ta’ l-ippakkjar. Meta l-ewwel ċentru ta’ l-ippakkjar jikkonsenja l-bajd lit-tieni ċentru ta’ l-ippakkjar wara li jkun għamel l-immarkar u l-klassifikazzjoni skond il-kwalità u l-piż, l-ippakkjar tal-bajd u l-immarkar ta’ l-ippakkjar isiru fi żmien jum ta’ xogħol li jsegwi dak li fih jirċevihom it-tieni ċentru. L-Artikolu 1, Paragrafu 4, japplika għall-konsenji maħsuba fit-tieni u t-tielet linja. Fil-każ maħsub fit-tielet linja, kull kontenitur ikollu wkoll l-avviż tal-kategorija tal-piż u tal-kwalità tal-bajd.” |
3) |
Fl-Artikolu 3, Paragrafu 1 hu sostitwit bit-test li ġej: “1. Ma jistgħux ikunu approvati bħala ċentri ta’ l-ippakkjar maħsuba fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1907/90 jew irreġistrati bħala kolletturi ħlief l-intrapriżi u l-produtturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.” |
4) |
L-Artikolu 4 hu emendat kif ġej:
|
5) |
L-Artikolu 7 hu emendat kif ġej:
|
6) |
L’Artikolu 8 hu emendat kif ġej:
|
7) |
Fl-Artikolu 9, il-Paragrafu 5 hu miżjud kif ġej: “5. Għall-bajd imkessaħ destinant għall-bejgħ separat fid-dipartimenti Franċiżi barranin, id-data tad-dewmien minimu ma tistax tkun aktar minn erbgħin jum wara dak li fih ikun tbied.” |
8) |
Fil-Paragrafu 2, it-tieni linja ta’ l-Artikolu 11, il-kelma “erbgħin” hi sostitwita mill-kliem “tlieta u tletin” |
9) |
Fl-Artikolu 12, il-Paragrafu 3 hu sostitwit mit-test li ġej: “3. Meta l-fornitura ta’ bajd fiċ-ċentru ta’ l-ippakkjar ma ssirx f’kontenituri, imma hi żgurata mill-istess mezzi ta’ produzzjoni stabbiliti fil-post innifsu, il-bajd għandu jkun ittimbrat b’indikazzjoni tad-data li fih jinbied fil-jum li fih jinbied. Madankollu, l-bajd li jitbiedu f’jiem li mhux ta’ xogħol jistgħu jiġu ttimbrati l-ewwel jum ta’ xogħol li jsegwi, fl-istess ħin tal-bajd li jkun tbied dak il-jum stess, u juri d-data ta’ l-ewwel jum mhux ta’ xogħol.” |
10) |
L-Artikolu 13 hu emendat kif ġej:
|
11) |
L-Artikolu 16 hu emendat kif ġej:
|
12) |
L-Artikolu 24 hu emendat kif ġej:
|
13) |
L-Artikolu 25 hu emendat kif ġej:
|
14) |
Fl-Artikolu 26, Paragrafu 1, l-ewwel linja, il-punti mill-a) sa l-e) huma sostitwiti mit-test kif ġej:
|
15) |
L-Artikolu 27 hu sostitwit mit-test kif ġej: “Artikolu 27 Reġistrazzjoni mill-operaturi l-oħra 1. Għall-bajd maħsuba fl-Artikoli 13, 14 u 15, il-kolletturi għandhom jippruvaw:
Huma jirreġistraw separatament, skond il-metodu ta’ tnissil, skond il-metodu ta’ l-għalf u skond il-jum il-kwantitajiet ta’ bajd li huma jikkonsenjaw liċ-ċentri ta’ l-ippakkjar, inklużi n-numri ta’ distinzjoni ta’ dawn iċ-ċentri u d-data li fiha tbiedu jew il-perjodu li fih tbiedu. 2. Għall-bajd maħsuba fl-Artikoli 13, 14 u 15, il-kummerċjanti ta’ kwantitajiet kbar, inklużi dawk li jerġgħu ibiegħu mingħajr ma jimmanipulaw il-bajd fiżikament, iridu jippruvaw:
Barra minn hekk, il-kummerċjanti ta’ kwantitajiet kbar li jimmanipulaw dawn il-bajd fiżikament għandhom kull ġimgħa jirreġistraw l-istokk attwali. 3. Il-kolletturi u l-kummerċjanti ta’ kwantitajiet kbar għandhom iżommu għal mill-anqas sitt xhur ir-reġistrazzjonijiet relattivi għat-transazzjonijiet kummerċjali ta’ xiri u bejgħ u inventorju ta’ stokks. Huma jistgħu, minflok iżommu reġstri tax-xiri u l-bejgħ, iżommu l-irċevuti u n-noti ta’ konsenja ġewwa fajls, fejn ikunu indikati l-avviżi maħsuba fl-Artikoli 13, 14 u 15. 4. Il-fabbrikanti u l-fornituri ta’ ikel iżommu rendikont ta’ konsenji magħmula lill-produtturi msemmija fl-Artikolu 25, Paragrafu 1, punt b), u jsemmu l-kompożizzjoni ta’ l-ikel konsenjat. Huma jżommu dan ir-rendikont għal mill-anqas sitt xhur wara l-konsenja. 5. L-intrapriżi agroalimentari, approvati f’konformità mad-Direttiva 89/437/KEE, iżommu għal perjodu ta’ mill-anqas sitt xhur, skond id-data li rċevewhom, id-dikjarazzjoni tat-taxxa tal-ġbir fuq konsenji li huma ħadu ħsieb, kompluti bl-informazzjoni li jkun hemm fuq il-kontenituri u l-ippakkjar, kif ukoll inventorju ta’ kull ġimgħa ta’ l-istokks ta’ bajd tagħhom. 6. Ir-reġistri kollha, rendikontijiet u reġistrazzjonijiet oħra maħsuba fl-Artikoli 25 u 26 u f’dan l-Artikolu jitpoġġew, hekk kif mitluba, għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti.”. |
16) |
L-Artikolu 29 hu emendat kif ġej:
|
17) |
Fl-ewwel linja il-punti a) u b) tal-Paragrafu 1. ta’ l-Anness III, l-element tal-frażi li ġejja jitneħħa: “mid-dati maħsuba fl-imsemmi Artikolu,” |
18) |
Fit-tieni kolonna ta’ l-Anness II, it-termini Griegi li ġejjin huma miżjuda:
|
19) |
Fl-Anness III, il-Paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti mit-test li ġej:
|
20) |
L-Anness V li jsegwi hu miżjud: “ANNESS V Avviżi maħsuba fl-Artikolu 16, Paragrafu 6 — bl-Ispanjol: huevos destinados exclusivamente a la transformación, de conformidad con lo dispuesto en el apartado 6 del artículo 16 del Reglamento (CE) no 2295/2003. — biċ-Ċek: vejce určená výhradně ke zpracování v souladu s čl. 16, odst. 6 Nařízení (ES) č. 2295/2003. — bid-Daniż: æg, der udelukkende er bestemt til forarbejdning, jf. artikel 16, stk. 6, i forordning (EF) nr. 2295/2003. — bil-Ġermaniż: Eier ausschließlich bestimmt zur Verarbeitung gemäß Artikel 16 Absatz 6 der Verordnung (EG) Nr. 2295/2003. — bl-Estonjan: eranditult ümbertöötlemisele kuuluvad munad, vastavalt määruse (EÜ) nr 2295/2003 artikli 16 lõikele 6. — bil-Grieg: αυγά που προορίζονται αποκλειστικά για την μεταποίησή τους σε υποπροϊόντα των αυγών που αναφέρονται στο παράρτημα Ι της συνθήκης, σύμφωνα με το άρθρο 16, παράγραφος 6 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 2295/2003. — bl-Ingliż: eggs intended exclusively for processing in accordance with Article 16(6) of Regulation (EC) No 2295/2003. — bil-Franċiż: œufs destinés exclusivement à la transformation, conformément à l’article 16, paragraphe 6 du règlement (CE) no 2295/2003. — bit-Taljan: uova destinate esclusivamente alla trasformazione, in conformità dell’articolo 16, paragrafo 6, del regolamento (CE) n. 2295/2003. — bil-Lettonjan: olas, kas paredzētas tikai pārstrādei, saskaņā ar regulas (EK) Nr. 2295/2003 16. panta 6. punktu. — bil-Litwan: tik perdirbti skirti kiaušiniai, atitinkantys Reglamento (EB) Nr. 2295/2003 16 straipsnio 6 dalies reikalavimus. — bl-Ungeriż: A 2295/2003/EK rendelet 16. cikke (6) bekezdésének megfelelően kizárólag feldolgozásra szánt tojás. — bil-Malti: bajd destinat esklussivament għall-konverżjoni, f’konformità ma’ l-Artikolu 16, Paragrafu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2295/2003. — bl-Olandiż: eieren die uitsluitend bestemd zijn voor verwerking, overeenkomstig artikel 16, lid 6, van Verordening (EG) nr. 2295/2003. — bil-Pollakk: jaja przeznaczone wyłącznie dla przetwórstwa, zgodnie z artykułem 16, paragraf 6 rozporządzenia (WE) nr 2295/2003. — bil-Portugiż: ovos destinados exclusivamente à transformação, em conformidade com o n.o 6 do artigo 16.o do Regulamento (CE) n.o 2295/2003. — bis-Slovakk: vajcia určené výhradne na spracovanie podľa článku 16, odsek 6 nariadenia (ES) č. 2295/2003. — bl-Isloven: jajca namenjena izključno predelavi, v skladu s 6. odstavkom 16. čelna uredbe (CE) št. 2295/2003. — bil-Finlandiż: Yksinomaan jalostettaviksi tarkoitettuja munia asetuksen (EY) N:o 2295/2003 16 artiklan 6 kohdan mukaisesti. — bl-Isvediż: Ägg uteslutande avsedda för bearbetning, i enlighet med artikel 16.6 i förordning (EG) nr 2295/2003.”; |
21) |
L-Anness V jsir l-Anness VI. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fit-totalità kollha tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Awwissu 2004.
Għall-Kummissjoni
Franz FISCHLER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 173, 6.7.1990, p. 5. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2052/2003 (ĠU L 305, 22.11.2003, p. 1).
(2) ĠU L 340, 24.12.2003, p. 16. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 818/2004 (ĠU L 153, 30.4.2004, p. 84).
(3) ĠU L 30, 31.1.2002, p. 44. Direttiva emendata mill-Att tas-Sħubija ta’ l-2003.
(4) ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 746/2004 (ĠU L 122, 26.4.2004, p. 10).
(5) ĠU L 203, 3.8.1999, p. 53. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(6) ĠU L 121, 16.5.1991, p. 11. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 326/2003 (ĠU L 47, 21.2.2003, p. 31).
(7) ĠU L 220, 15.8.2001, p. 5.
(8) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.”
(9) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1335/2003 (ĠU L 187, 26.7.2003, p. 16).”