Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Nondiskriminazzjoni u opportunitajiet indaqs fl-Unjoni Ewropea

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Komunikazzjoni (KUMM(2008) 420) — Nuqqas ta’ diskriminazzjoni u opportunitajiet indaqs:Impenn imġedded

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

  • Din tippreżenta l-approċċ tal-Unjoni Ewropea (UE) lejn
  • Din tfittex li tiżgura li kulħadd jingħata ċans ġust sabiex jilħaq il-potenzjal tiegħu.

PUNTI EWLENIN

It-tisħiħ tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni

  • Din il-komunikazzjoni tal-Kummisjoni Ewropea turi li l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni ma tistax tintrebaħ bil-leġiżlazzjoni biss. Madankollu, liġijiet effettivi u infurzati sew għandhom rwol importanti x’jaqdu biex iwasslu bidliet fl-attitudnijiet u fl-imġiba tan-nies.
  • Hawn, il-Kummissjoni għandha 2 kompiti importanti xi twettaq:

It-tisħiħ ta’ għodod politiċi għall-promozzjoni attiva ta’ opportunitajiet indaqs

Waqt li tikkumplimenta miżuri legali, il-Komunikazzjoni tenfasizza r-rwol ta’ ċerti għodod tal-politika.

  • Jekk l-opportunitajiet indaqs għandhom jiġu promossi b’mod effettiv, huma meħtieġa għodod ta’ politika aktar b’saħħithom. Dawn jinkludu:
    • l-integrazzjoni ta’ nondiskriminazzjoni fil-politiki kollha tal-UE — inkluż f’politiki partikolari dwar l-impjieg, l-inklużjoni soċjali, l-edukazzjoni u t-taħriġ. Ġiet ippubblikata gwida dwar akkwist pubbliku soċjalment responsabbli biex jiżdied l-għarfien fil-pajjiżi tal-UE dwar kif għandhom jiġu promossi n-nondiskriminazzjoni u l-opportunitajiet indaqs permezz ta’ politika tal-akkwist u prattika;
    • il-kejl tad-diskriminazzjoni u l-evalwazzjoni tal-progress — il-Kummissjoni sejra tesplora jekk il-ġbir regolari tal-istatistika mal-pajjiżi tal-UE dwar il-firxa u l-impatt tad-diskriminazzjoni u l-ħolqien ta’ modulu ta’ stħarriġ tal-UE dwar id-diskriminizzjoni humiex fattibbli. Hi qed taħdem ukoll ma’ Equinet, in-netwerk Ewropew għall-korpi tal-ugwaljanza sabiex tiżviluppa sistema għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar ilmenti li jimmaniġġjaw dawn il-korpi;
    • azzjoni pożittiva — il-liġi tal-UE ma tipprevjenix lill-pajjiżi tal-UE milli jżommu jew jadottaw miżuri speċifiċi biex jipprevjenu, jew jikkumpensaw għal, żvantaġġi relatati mad-diskriminazzjoni għal raġunijiet fejn hemm dispożizzjoni għal protezzjoni. Il-pajjiżi tal-UE huma mħeġġin jużaw il-possibbiltajiet kollha għal azzjoni pożittiva, b’mod partikolari fl-aċċess għall-edukazzjoni, l-impjieg, l-akkomodazzjoni u l-kura tas-saħħa.
    • attivitajiet għaż-żieda fl-għarfien u għat-taħriġ għall-partijiet ikkonċernati — bħal kampanji ta’ informazzjoni li jiżguraw li l-impjegaturi, il-fornituri ta’ servizz u l-amministrazzjonijiet ikunu jafu bid-doveri tagħhom;
    • il-promozzjoni tal-benefiċċji tad-diversità fuq il-post tax-xogħol — il-leġiżlazzjoni hi aktar effettiva meta timxi flimkien ma’ strateġiji progressivi u innovattivi implimentati minn impjegaturi sabiex jimmaniġġjaw forza tax-xogħol li qed issir dejjem aktar diversa. L-inizjattivi jinkludu karti volontarji u kooperazzjoni bejn in-negozji, l-iskejjel tan-negozju u l-universitajiet dwar suġġetti relatati mad-diversità.
  • Djalogu dwar in-nondiskriminazzjoni u opportunitajiet indaqs li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati kollha u, fejn meħtieġ, lis-soċjetà ċivili. Eżempji jinkludu s-summits dwar l-ugwaljanza li ilhom isiru fuq bażi regolari sabiex jaqsmu l-għarfien u l-esperjenzi.
  • L-avvanz tal- inklużjoni soċjali tar-Rom, l-akbar minorità etnika tal-Ewropa, hu politika ta’ prijorità li qed tirċievi attenzjoni kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-pajjiżi tal-UE. Kull pajjiż tal-UE ħejja strateġija nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom u qed isiru sforzi sabiex jiġġieldu d-diskriminazzjoni u l-antiġipsiżmu. Dan qed isir bil-ħsieb li jiġu żviluppati mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni effettivi u inklussivi fuq perjodu ta' żmien medju li jinvolvu lis-soċjetà ċivili u lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali.

Finanzjament

SFOND

Ir-rispett lejn il-valuri komuni tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali hu mnaqqax fit-trattati fundaturi tal-UE. It-trattati jagħrfu li kull individwu għandu l-istess valur u għalhekk jenħtieġ li jkollu aċċess ġust għall-opportunitajiet li tippreżenta l-ħajja.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Nuqqas ta’ diskriminazzjoni u opportunitajiet indaqs: Impenn imġedded (COM (2008) 420 final, 2.7.2008)

ATTI RELATATI

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (ĠU L 180, 19.7.2000, pp. 22-26)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, 2.12.2000, pp. 16-22)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi (ĠU L 373, 21.12.2004, pp. 37-43)

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta’ Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta’ razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, pp. 55-58)

Ir-Rakkomandazzjoni. tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri ta’ integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri (ĠU C 378, 24 ta’ Diċembru 2013, pp. 1-7)

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008) 426 final, 2.7.2008)

l-aħħar aġġornament 12.01.2017

Top