This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tal-katina agroalimentari
SOMMARJU TA’:
X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?
PUNTI EWLENIN
Ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tal-IMSOC u l-komponenti tas-sistema tagħha fir-rigward tal-ġestjoni u l-iskambju kompjuterizzati ta’ informazzjoni, data u dokumenti meħtieġa għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali.
Komponenti tal-IMSOC
Kamp ta’ applikazzjoni
Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ikopri l-kontrolli uffiċjali biex tiġi vverifikata l-konformità mal-liġi dwar l-ikel u l-għalf, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, ir-regoli dwar is-saħħa tal-pjanti u l-prodotti sekondarji tal-annimali. Dan ikopri b’mod speċifiku:
Kull komponent tal-IMSOC għandu n-network tiegħu stess li l-Kummissjoni tagħmel parti minnu, b’kull membru tan-network huwa responsabbli għad-data, l-informazzjoni u d-dokumenti li jdaħħal jew jipproduċi fil-komponent rilevanti.
Rabtiet tal-bażi tad-data
Ir-rabtiet li ġejjin bejn il-komponenti għandhom l-għan li jikkomplementaw id-data, jipprovdu informazzjoni rilevanti u aġġornata lil kull membru tan-network għat-twettiq tal-kompiti tiegħu:
Formati ta’ fajls ta’ standard internazzjonali
L-iskambji tad-data bejn l-IMSOC u sistemi elettroniċi oħra, inklużi s-sistemi nazzjonali tal-UE, huma bbażati fuq standards internazzjonali u jużaw formati XML, CMS jew PDF.
iRASFF
Il-pajjiżi tal-UE jaħtru korp ta’ kollegament responsabbli għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar notifiki ta’ frodi tal-ikel u jaħtru punt uniku ta’ kuntatt għan-networks tal-RASFF u l-Assistenza Amministrattiva u Kooperazzjoni (AAC) (li jikkoordina man-network ta ’Frodi tal-Ikel (FF)).
Il-punti ta’ kuntatt tan-network RASFF, AAC u FF jiskambjaw notifiki, talbiet u reazzjonijiet fl-iRASFF.
Il-punti uniċi ta’ kuntatt jippreżentaw notifiki ta’ twissija tal-iRASFF lill-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni fi żmien 48 siegħa minn meta r-riskju jiġi rrappurtat lilhom jew notifiki ta’ informazzjoni u notifiki tal-aħbarijiet mingħajr dewmien żejjed. Dawn jippreżentaw ukoll notifiki ta’ rifjut mal-fruntiera, notifiki ta’ nuqqas ta’ konformità u notifiki ta’ segwitu lill-kontropartijiet tagħhom fin-network.
In-notifiki ta’ frodi tal-ikel jiġu skambjati permezz ta’ għodda tal-IT apposta mill-punti ta’ kuntatt għall-Frodi tal-Ikel, sakemm jiġu integrati fl-iRASFF.
ADIS
Kull membru tan-network tal-ADIS jista’ jinnomina aktar minn punt ta’ kuntatt wieħed biex jissottometti notifiki ta’ tifqigħat ta’ mard u rapporti. Kull punt ta’ kuntatt tan-network tal-ADIS huwa responsabbli biex iżomm il-lista ta’ reġjuni ta’ notifika u rappurtar stabbilita mill-pajjiż tal-UE tiegħu aġġornata fl-ADIS.
In-network EUROPHYT
Kull membru tan-network EUROPHYT jaħtar:
TRACES
Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul (CHED)
Ir-Regolament jistabbilixxi l-mudell tal-CHED u l-istruzzjonijiet għall-użu tiegħu u jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-użu ta’ CHED elettroniku.
MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Dan ilu japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019, ħlief għal Taqsima 2 tal-Kapitolu 3 dwar in-network ADIS, li se tibda tapplika mill-21 ta’ April 2021.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
TERMINI EWLENIN
DOKUMENT EWLIENI
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (ir-Regolament IMSOC) (ĠU L 261, 14.10.2019, pp. 37-96)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, pp. 1-142)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, pp. 4-104)
Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, pp. 1-208)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (ĠU L 35, 8.2.2005, pp. 1-22)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, pp. 1-24)
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 21.04.2020