Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija

L-Artikolu 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li Unjoni Ewropea (UE), fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki tagħha, tiġġieled id-diskriminazzjoni abbażi tas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

L-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-UE, jipprojbixxi d-diskriminazzjoni abbażi ta’ raġunijiet, bħas-sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, politika jew opinjoni oħra, sħubija ta’ minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali.

Il-miżuri tal-UE fil-qasam tar-razziżmu u l-ksenofobija jinkludu:

  • deċiżjoni qafas dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija li tindirizza, permezz tal-liġi kriminali, l-inċitament pubbliku għall-vjolenza jew mibegħda razzjali kif ukoll motivazzjoni razzista;
  • direttiva dwar id-drittijiet tal-vittmi li tistabbilixxi standards minimi dwar id-drittijiet tal-vittmi ta’ reat, appoġġ u protezzjoni, b’attenzjoni partikolari għall-dawk li ġarrbu reat li twettaq bi preġudizzju jew b’mottiv diskriminatorju;
  • direttiva dwar l-ugwaljanza razzjali li tipprojbixxi d-diskriminizzazzjoni abbażi tal-oriġini razzjali jew etnika;
  • direttiva dwar l-ugwaljanza fl-impjiegi li tipprojbixxi d-diskriminazzjoni fl-impjieg, pereżempju abbażi tar-reliġjon;
  • leġiżlazzjoni li tipprojbixxi d-diskriminazzjoni fil-kontrolli tal-fruntieri;
  • liġi dwar is-servizzi tal-midja awdjoviżiva li tipprojbixxi l-inċitament għall-mibgħeda fis-servizzi tal-midja awdjoviżiva u l-promozzjoni tad-diskriminazzjoni fir-reklamar.

Il-finanzjament huwa disponibbli taħt il-programm taċ-ċittadini, l-ugwaljanza, id-drittijiet u l-valuri (2021-2027) għal proġetti li jippromwovu l-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ oriġini razzjali jew etnika.

ARA WKOLL

Top