EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Deċiżjoni 94/1/KE, KEFA dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea

Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IL-FTEHIM?

  • Huwa ħoloq żona li fiha hemm il-moviment ħieles ta’ persuni, servizzi, prodotti u kapital madwar 31 pajjiż Ewropew.
  • L-objettiv iddikjarat tiegħu huwa “li jippromwovi tisħiħ kontinwu u bbilanċjat ta' relazzjonijiet kummerċjali u ekonomici” bejn dawn il-pajjiżi.
  • Huwa issa jkopri it-28 pajjiż tal-UE (1) u tlieta mill-erba’ pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) — l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.

PUNTI EWLENIN

Ambitu

Korpi konġunti

Il-ftehim ħoloq bosta korpi taż-ŻEE li jirriflettu ħafna l-istituzzjonijiet tal-UE:

Addizzjonalment:

  • l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tiżgura li l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja jirrispettaw l-obbligi tagħhom taħt il-ftehim taż-ŻEE; il-Kummissjoni Ewropea twettaq rwol simili fir-rigward tal-pajjiżi tal-UE;
  • il-qorti tal-EFTA tiddeċiedi dwar azzjonijiet miġjuba mill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA kontra pajjiż tal-EFTA fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tar-regoli taż-ŻEE, kif tagħmel il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE fil-każ ta’ pajjiżi tal-UE.

Il-leġiżlazzjoni tal-UE kif issir leġiżlazzjoni taż-ŻEE?

  • Pajjiżi tal-EFTA mhumiex formalment involuti fil-proċess tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Madanakollu, huma jistgħu jipparteċipaw fix-xogħol preparatorju u jissottomettu l-kummenti.
  • Meta l-UE tadotta leġiżlazzjoni, it-tliet pajjiżi tal-EFTA jevalwaw jekk l-att huwiex relevanti għaż-ŻEE. Jekk it-tliet pajjiżi kollha jikkonkludu li huwa hekk, jiġi ppreparat abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt (JCD) mis-Segretarjat tal-EFTA bil-ħsieb li jemenda l-ftehim taż-ŻEE.
  • L-abbozz JCD imbagħad jiġi adottat mill-Kummissjoni jew, jekk ikun fih bidliet sostanzjali, jintbagħat lill-Kunsill biex jiġi adottat.
  • Is-Segretarjat tal-EFTA u l-SEAE mbagħad jikkonsultaw dwar iż-żmien tal-adozzjoni tad-deċiżjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Parteċipazzjoni fi programmi u aġenziji tal-UE

  • It-tliet pajjiżi tal-EFTA jipparteċipaw f’firxa wiesgħa ta’ programmi u aġenziji tal-UE. Meta din il-parteċipazzjoni tiġi miftiehma, il-programm inkwistjoni jiġi inkorporat fil-ftehim taż-ŻEE u l-pajjiżi jimpenjaw ruħhom li jikkontribwixxu l-ispejjeż operattivi.

Aspetti finanzjarji

Skont il-ftehim, il-membri tal-EFTA jikkontribwixxu lejn it-tnaqqis tad-disparitajiet ekonomiċi u soċjali bejn reġjuni taż-ŻEE — attwalment 16-il pajjiż tal-UE qed jibbenefikaw. Dawn l-għotjiet taż-ŻEE huma ffinazjati b’mod konġunt mill-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, kull wieħed jikkontribwixxi skont id-daqs u l-ġid tiegħu.

Barra mill-kontribuzzjoni tat-tliet pajjiżi tal-EFTA għall-ispejjeż operattivi tal-UE, huma jikkontribwixxu wkoll lejn l-ispejjeż amministrattivi tal-Kummissjoni (eż. spazju fl-uffiċċju, laqgħat, eċċ.).

SFOND

Il-ftehim taż-ŻEE ġie ffirmat fl-1992 bejn dawk li kienu t-12-il pajjiż tal-UE u s-sitt pajjiż tal-EFTA: l-Awstrija, il-Finlandja, l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Isvezja u l-Isvizzera, għalkemm l-Isvizzera wara għażlet li tirrifjuta l-ftehim. Huwa daħal fis-seħħ fl-1994. Fl-1995, tlieta mill-pajjiżi tal-EFTA (l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja) ssieħbu fl-UE. Il-ftehim ġie progressivament adattat biex jikkunsidra l-adeżjoni tal-10 pajjiżi għal sħubija fl-UE fl-2004, u ta’ tnejn oħra fl-2007, u fl-aħħarnett il-Kroazja fl-2013.

Għal aktar informazzjoni, ara:

ATT

Deċiżjoni 94/1/KE, KEFA tal-Kunsill u l-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea bejn il-Komunitajiet Ewropej, l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat ta' Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera (ĠU L 1, 3.1.1994, p. 1)

Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea — Att Finali — Dikjarazzjonijiet Konġunti - Dikjarazzjonijiet mill-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Komunità u l-Istati tal-EFTA — Arranġamenti — Minuti Maqbula — Dikjarazzjonijiet minn wieħed mill-ħafna Partijiet Kontraenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3-522)

Emendi suċċessivi għall-ftehim ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 24.05.2016



(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.

Top