Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili

Is-soċjetà ċivili tirreferi għall-forom kollha ta’ azzjoni soċjali mwettqa minn individwi jew gruppi li la huma konnessi ma’, u lanqas ġestiti mill-awtoritajiet tal-istat.

Organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili hija struttura organizzattiva li l-membri tagħha jservu l-interess ġenerali permezz ta’ proċess demokratiku u li għandha r-rwol ta’ medjatur bejn l-awtoritajiet pubbliċi u ċ-ċittadini.

L-Artikolu 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxi r-rwol tas-soċjetà ċivili fil-governanza tajba tal-Unjoni Ewropea (UE). L-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jenfasizza l-ħtieġa li l-UE jkollha djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, pereżempju meta tiġi biex tħejji l-proposti għal-liġijiet tal-UE.

Eżempji ta’ tali organizzazzjonijiet jinkludu:

  • imsieħba soċjali (trade unions u gruppi ta’ min iħaddem),
  • organizzazzjonijiet mhux governattivi (eż. għall-ħarsien ambjentali u għall-protezzjoni tal-konsumaturi);
  • organizzazzjonijiet fil-livell lokali (eż. gruppi taż-żgħażagħ u tal-familji).

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jirrappreżenta lill-ħaddiema u lill-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi fil-livell tal-UE u għandu rwol vitali fil-proċess tat-tfassil tal-ligijiet tal-UE. Huma stabbiliti kumitati ta’ djalogu soċjali settorjali sabiex jinvolvu aktar lill-imsieħba soċjali fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet.

Il-Kummissjoni Ewropea tinvolvi regolarment l-organizzazzjonijiet mhux governattivi permezz ta’ inizjattivi bħad-djalogu tal-partijiet interessati tal-UE jew il-programm “Progress”.

ARA WKOLL

Fuq