Il-Ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-UE permezz tal-liġi kriminali

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva (UE) 2017/1371 — użu tal-liġi kriminali għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-direttiva tikkonċerna:

Tistabbilixxi wkoll regoli komuni dwar sanzjonijiet u perjodi ta’ limitazzjoni b’rabta mar-reati kriminali koperti minn din id-direttiva.

Definizzjonijiet

Kull wieħed mir-reati li ġejjin jingħata definizzjoni fil-livell tal-UE:

Id-direttiva tiddefinixxi “l-uffiċjali pubbliċi” – uffiċjali tal-UE u nazzjonali (inkluż fl-Istati Membri) – u din id-definizzjoni hija rilevanti għad-definizzjoni tal-ħasil tal-flus, tal-korruzzjoni u tal-miżapproprijazzjoni.

Ir-reati kriminali kif definiti fid-direttiva jaqgħu fir-responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, korp indipendenti tal-UE bis-setgħat li jinvestiga u li jwettaq il-prosekuzzjoni ta’ dawn ir-reati u li jressaqhom għall-ġudizzju quddiem il-qrati nazzjonali kompetenti.

Approċċ komuni

Fl-Istati Membrikollha tal-UE (bl-eċċezzjoni tad-Danimarka u tar-Renju Unit*):

Sanzjonijiet

Id-direttiva tipprovdi għal sanzjonijiet kriminali minimi “effettivi, proporzjonati u dissważivi”.

Dawn jinkludu piena massima ta’ mill-inqas erba’ snin priġunerija:

Għall-każijiet fejn reat kriminali jinvolvi danni ta’ inqas minn €10,000, l-Istati Membri tal-UE jistgħu jintroduċu sanzjonijiet mhux kriminali.

Fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, id-direttiva tistabbilixxi diversi tipi oħra ta’ sanzjonijiet apparti l-multi (kriminali u mhux kriminali).

It-twettiq tar-reati msemmija hawn fuq fi ħdan organizzazzjoni kriminali kif definita fid-Deċiżjoni Qafas 2008/841/ĠAI (ara s-sommarju) jikkostitwixxi ċirkustanza aggravata (ir-reat ser jiġi kkunsidrat bħala iktar serju).

Dawn is-sanzjonijiet ma jeskludux:

Id-direttiva tittratta wkoll dawn li ġejjin:

Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE u l-istituzzjonijiet tal-UE, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE

META BDEW JAPPLIKAW IR-REGOLI?

Id-direttiva kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali fis-6 ta’ Lulju 2019.

SFOND

L-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jobbliga lill-UE u lill-Istati Membri jikkumbattu l-frodi u kwalunkwe attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE b’miżuri deterrenti.

Aktar minn 90% tal-baġit tal-UE qed jiġi mmaniġġjat fil-livell nazzjonali. Il-ħsara lill-baġit tal-UE li tirriżulta mill-kriminalità u attivitajiet illegali oħrajn tammonta għal mijiet ta’ miljuni ta’ ewro ta’ kull sena u tikkawża tħassib serju. Fl-2011, il-Kummissjoni Ewropea adottat komunikazzjoni li fiha proposti għat-titjib tal-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-UE (ara IP/11/644).

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Frodi karusell tal-VAT. Fejn frodaturi fi Stat Membru jimportaw merkanzija minn Stati Membri oħrajn mingħajr ma jħallsu l-VAT u mbagħad ibigħu l-merkanzija lil xerrejja domestiċi bl-impożizzjoni tal-VAT. Il-bejjiegħa mbagħad jisparixxu mingħajr ma jħallsu l-VAT lill-awtoritajiet tat-taxxa.
Persun ġuridika. Entità rikonoxxuta mil-liġi bħala intitolata għal drittijiet u obbligi bl-istess mod bħal persuna fiżika jew umana, bl-aktar eżempju komuni jkun il-kumpanija.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, pp. 29–41).

DOKUMENTI RELATATI

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea permezz tal-liġi kriminali (COM/2021/536 final).

Verżjonijiet konsolidati tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Fuzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 1-388).

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, pp. 1–71).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2017/1939 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, pp. 73–117).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, pp. 39–50).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea permezz tal-liġi kriminali u l-investigazzjonijiet amministrattivi — Politika integrata għall-ħarsien tal-flus tal-kontribwenti (COM(2011) 293 final, 26.5.2011).

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, pp. 42–45).

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, pp. 1–118).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, pp. 1-4).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Konvenzjoni li saret fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU C 316, 27.11.1995, pp. 49-57).


* Ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea u sar pajjiż terz mhux tal-UE mill-1 ta’ Frar 2020.

l-aħħar aġġornament 14.02.2022