Help Print this page 
Title and reference
Ħruġ ta’ muniti tal-euro

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Ħruġ ta’ muniti tal-euro

L-Unjoni Ewropea (UE) tistabbilixxi r-regoli li jirregolaw il-ħruġ tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, inklużi l-muniti kommemorattivi.

ATT

Regolament (UE) Nru 651/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro.

SOMMARJU

L-Istati Membri jistgħu joħorġu żewġ tipi ta’ muniti tal-euro: il-muniti maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u l-muniti għall-kollezzjoni.

Muniti maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

Il-muniti maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom jiddaħħlu fiċ-ċirkolazzjoni fil-valur nominali tagħhom.

Proporzjon żgħir ta’ muniti jista’ jitqiegħed fis-suq b’valur nominali ogħla jekk dan ikun iġġustifikat minn kwalità speċjali tal-munita, mill-mod partikolari kif tkun ippakkjata jew mill-għoti ta’ servizzi addizzjonali.

Kull Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro jista’ joħroġ biss żewġ muniti kommemorattivi, fis-sena ħlief fil-każ li:

  • muniti kommemorattivi jinħarġu b’mod kollettiv mill-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro; jew
  • tinħareġ munita kommemorattiva fl-okkażjoni tal-post vakanti temporanju jew tal-kariga provviżorja tal-funzjoni ta’ kap tal-Istat.

In-numru totali ta’ muniti kommemorattivi mqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni għal kull ħarġa individwali m’għandux jaqbeż l-ogħla limitu mit-tnejn li ġejjin:

  • 0,1 % tal-għadd nett totali kumulat tal-muniti ta’ Euro 2 mdaħħla fiċ-ċirkolazzjoni mill-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro sal-bidu tas-sena qabel is-sena ta’ ħruġ tal-munita kommemorattiva. Dan il-limitu jista’ jogħla għal 2,0 % tal-għadd nett totali kumulat tal-muniti ta’ Euro 2 tal-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro jekk ikun kommemorat suġġett ferm simboliku; jew
  • 5,0 % tal-għadd nett totali kumulat tal-muniti ta’ Euro 2 imdaħħla fiċ-ċirkolazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat sal-bidu tas-sena qabel is-sena ta’ ħruġ tal-munita kommemorattiva.

Muniti ta’ kollezzjoni

Il-muniti ta’ kollezzjoni għandu jkollhom l-istatus ta’ munita legali biss fl-Istat Membru li joħroġhom. L-identità tal-Istat Membru li joħroġ il-munita għandha tkun rikonoxxibbli b’mod faċli fuq il-munita.

Biex ikunu distingwibbli mill-muniti maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, il-muniti ta’ kollezzjoni għandhom jissodisfaw dawn il-kriterji kollha li ġejjin:

  • il-valur nominali tagħhom għandu jkun differenti mill-valur nominali tal-muniti maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni;
  • l-immaġni tagħhom għandha tkun differenti minn dik li tidher fuq il-wiċċ komuni tal-muniti maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni;
  • il-lewn, id-dijametru u l-piż tagħhom jew mill-inqas tnejn minn dawn it-tliet karatteristiċi għandhom ikunu konsiderevolment differenti minn dawk tal-muniti maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni; u
  • ix-xifer tagħhom ma jistax ikun irrigat (fjura Spanjola).

Il-muniti ta’ kollezzjoni jistgħu jitqiegħdu fis-suq fil-valur nominali tagħhom jew f’valur ogħla.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiskuraġġixxu l-użu tal-muniti ta’ kollezzjoni bħala mezz ta’ ħlas.

Konsultazzjoni qabel il-qerda tal-muniti maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

Qabel jinqerdu l-muniti maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw bejniethom u jinformaw lid-diretturi taz-zekek tal-Istat Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Referenzi

Att

Dħul fis-seħħ

Skadenza għat-traspożizzjoni fi ħdan l-Istati Membri

Ġurnal Uffiċjali

Regolament (UE) Nru 651/2012

16.8.2012

ĠU L 201, 27.7.2012

L-aħħar aġġornament: 04.02.2013

Top