Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Akkwist pubbliku

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2014/24/UE dwar l-akkwist pubbliku

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Hija tistabbilixxi l-proċeduri għall-bejgħ għal xerrejja pubbliċi.

PUNTI EWLENIN

Il-leġiżlazzjoni tispeċifika li meta l-awtoritajiet nazzjonali jużaw l-akkwist pubbliku sabiex jistiednu sejħiet għall-offerti għall-forniment ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi, għandhom jittrattaw lill-applikanti b’mod ugwali u mhux jiddiskriminaw bejniethom. Għandhom ikunu wkoll trasparenti fit-trattattivi tagħhom.

Limiti

Ir-regoli applikabbli għall-kuntratti pubbliċi għandhom ikunu segwiti meta s-somom involuti jkunu aktar minn dawn il-limiti li ġejjin:

  • €5,538,000 għal xogħolijiet pubbliċi (mill-1 ta’ Jannar 2024);
  • €143,000 għal kuntratti tal-gvern ċentrali (mill-1 ta’ Jannar 2024);
  • €221,000 għal kuntratti tal-gvern lokali u reġjonali (mill-1 ta’ Jannar 2024);
  • €750,000 għal kuntratti ta’ serizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn.

Il-Kummissjoni Ewropea tirrevedi dawn il-livelli limiti kull sentejn konformi mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni Ewropea (UE).

Kriterji

Il-kuntratt jingħata lill-offerta pubblika l-aktar ekonomikament vantaġġjuża li tiġi identifikata fuq il-bażi tal-prezz l-iktar baxx jew tal-aqwa proporzjon bejn il-prezz-kwalità. Il-kriterji ral-kwalità jistgħu jinkludu l-kosteffettività kumplessiva, il-kwalità teknika, aspetti ambjentali u soċjali, kundizzjonijiet għal negozjar u spedizzjoni, eċċ.

L-Innovazzjoni u kumpaniji żgħar

Il-leġiżlazzjoni tintroduċi proċedura ġdida għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ prodotti, servizzi u xogħlijiet innovattivi. Sabiex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta’ kumpaniji żgħar, ir-regoli l-ġodda jinkoraġġixxu lill-awtoritajiet pubbliċi sabiex jaqsmu l-kuntratti l-kbar f’lottijiet individwali.

Salvagwardji

l-Istati Membri tal-UE jridu jassikuraw li kuntratturi u s-sottokuntratturi tagħhom jikkonformaw mal-liġijiet soċjali u tax-xogħol kollha applikabbli tal-UE u nazzjonali, ftehimiet kollettivi u kull obbligi internazzjonali rilevanti.

Il-leġiżlazzjoni tipprovdi regoli għal ġestjoni ta’ offerti baxxi b’mod anormali, għal raġunijiet inkluża li tevita li d-drittjiet tal-ħaddiema jkunu abbużati.

Eżenzjonijiet

Xejn fil-leġiżlazzjoni ma teħtieġ li gvernjiet ta’ Stati Membri jikkuntrattwaw is-servizzi li jixtiequ jipprovdu huma stess, u lanqas ma taffettwa leġiżlazzjoni nazzjonali dwar is-sigurtà soċjali.

Kuntratti relatati mas-setturi tal-ilma, trasport u servizzi tal-posta huma esklużi mid-direttiva. Minflok huma regolati mid-Direttiva 2014/25/UE (ara s-sommarju).

Barra minn dan, xi setturi bħal komunikazzjonijiet elettroniċi u riċerka u żvilupp jistgħu jkunu esklużi taħt ċerti kundizzjonijiet.

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?

Id-direttiva kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sat-18 ta’ April 2016.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, pp. 65–242).

Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2014/24/UE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Eropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u l-posta u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, pp. 243–374).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, pp. 1–64).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.8.2009, pp. 76–136).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 08.12.2023

Top