EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/314/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6686 – Terex/GAZ/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 314, 18.10.2012, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6686 – Terex/GAZ/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 314/11

1.

Fl-10 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni rċeviet, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), notifika ta’ konċentrazzjoni proposta li permezz tagħha l-impriżi Terex Corporation (“Terex”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Open Joint Stock Company GAZ (“GAZ”, ir-Russja), li tappartjeni għall-Basic Element Group (“Basic Element”, ir-Russja) li finalment huwa kkontrollat mis-Sur Oleg DERIPASKA (ir-Russja), takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' Construction Equipment Corporation B.V. (“JV”, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

fil-każ tat-Terex: il-manifattura ta’ makkinarju u prodotti industrijali li jintużaw f'diversi industriji, inklużi l-kostruzzjoni, l-infrastruttura, il-qtugħ tal-materjal mill-barrieri, il-manifattura, il-qtugħ tal-materjal mill-minjieri, it-tbaħħir, it-trasport, ir-raffinar, l-enerġija u l-industriji tal-prodotti bażiċi,

fil-każ tal-Basic Element: jopera f'diversi segmenti bħall-enerġija, il-manifattura, is-servizzi finanzjarji, il-kostruzzjoni, l-avjazzjoni u l-biedja u, permezz tal-GAZ Group, fil-manifattura ta’ vetturi kummerċjali ħfief u medji, ta’ trakkijiet li jifilħu għall-istrapazz, ta’ karozzi tal-linja, ta’ karozzi, ta’ tagħmir għall-kostruzzjoni u għall-bini tat-toroq, tal-komponenti tal-istallazzjonijiet li jipprovdu l-enerġija fil-vetturi u tal-komponenti awtomotivi fir-Russja,

fil-każ tal-JV: il-manifattura, fir-Russja, u d-distribuzzjoni, fir-Russja u f’pajjiżi oħrajn tal-Komunità ta’ Stati Indipendenti, ta' tagħmir tal-kostruzzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6686 – Terex/GAZ/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top