EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0354

Kawża C-354/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeitsgericht Verden – il-Ġermanja) – Ute Kleinsteuber vs Mars GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2000/78/KE — Artikoli 1, 2 u 6 — Ugwaljanza fit-trattament — Projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess — Pensjoni tal-irtirar ta’ impriża — Direttiva 97/81/KE — Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time — Klawżola 4(1) u (2) — Modalitajiet għall-kalkolu tad-drittijiet kweżiti għall-pensjoni — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru — Trattament differenti tal-ħaddiema part-time)

ĠU C 293, 4.9.2017, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeitsgericht Verden – il-Ġermanja) – Ute Kleinsteuber vs Mars GmbH

(Kawża C-354/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2000/78/KE - Artikoli 1, 2 u 6 - Ugwaljanza fit-trattament - Projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess - Pensjoni tal-irtirar ta’ impriża - Direttiva 97/81/KE - Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time - Klawżola 4(1) u (2) - Modalitajiet għall-kalkolu tad-drittijiet kweżiti għall-pensjoni - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru - Trattament differenti tal-ħaddiema part-time))

(2017/C 293/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Arbeitsgericht Verden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ute Kleinsteuber

Konvenuta: Mars GmbH

Dispożittiv

1)

Il-klawżola 4(1) u (2) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol part-time, konkluż fis-6 ta’ Ġunju 1997, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, kif emendata, u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, għall-kalkolu tal-ammont ta’ pensjoni tal-irtirar ta’ impriża, tagħmel distinzjoni bejn id-dħul mix-xogħol li huwa iktar baxx mil-limitu tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni tal-pensjoni tal-irtirar obbligatorja u d-dħul mix-xogħol li jeċċedi dan il-limitu, b’mod li ma tiħux inkunsiderazzjoni d-dħul minn impjieg part-time billi tikkalkola l-ewwel id-dħul minn impjieg full-time korrispondenti, billi tiddetermina l-proporzjonijiet rispettivament ’il fuq u ’l isfel mil-limitu tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet u sussegwentement billi tapplika dan il-proporzjon fuq id-dħul imnaqqas tal-impjieg part-time.

2)

Il-klawżola 4(1) u (2) tal-imsemmi ftehim u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/54, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, għall-kalkolu tal-ammont ta’ pensjoni tal-irtirar ta’ impriża ta’ impjegat li ħadem parzjalment full-time u parzjalment part-time, tiddetermina rata ta’ attività uniformi għaż-żmien kollu tar-relazzjoni tal-impjieg, sa fejn dan il-metodu ta’ kalkolu tal-pensjoni tal-irtirar ma jiksirx ir-regola tal-pro rata temporis. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ.

3)

L-Artikoli 1 u 2 kif ukoll l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġizlazzjoni nazzjonali li tipprevedi pensjoni tal-irtirar ta’ impriża li l-ammont tagħha jikkorrispondi għar-relazzjoni bejn l-anzjanità u t-tul taż-żmien bejn id-dħul fis-servizz fl-impriża u l-età normali tal-irtirar stabbilita mill-assigurazzjoni tal-pensjoni tal-irtirar obbligatorja, u għalhekk b’limitu tas-snin tal-karriera li jistgħu jingħaddu.


(1)  ĠU C 350, 26.9.2016.


Top