EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0654

Kawża T-654/14: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Settembru 2014 – Revolution vs UASI (REVOLUTION)

ĠU C 388, 3.11.2014, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/21


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2014 – Revolution vs UASI (REVOLUTION)

(Kawża T-654/14)

2014/C 388/26

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Revolution LLC (Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Roncaglia, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Ġunju 2014 mogħtija fil-Każ R 2143/2013-1;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “REVOLUTION” għal servizzi fil-Klassi 36 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 8 15  297

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009


Top