EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0292

Kawża C-292/13 P: Appell ippreżentat fis- 27 ta’ Mejju 2013 minn Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit- 22 ta’ Marzu 2013 fil-Kawża T-571/10, Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) — Impexmetal

ĠU C 215, 27.7.2013, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 215, 27.7.2013, p. 6–6 (HR)

27.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/11


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2013 minn Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-22 ta’ Marzu 2013 fil-Kawża T-571/10, Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) — Impexmetal

(Kawża C-292/13 P)

2013/C 215/14

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Appellanti: Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A. (rappreżentant: P. Borowski, avukat)

Partijiet oħra fil-proċeduri: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Impexmetal S.A.

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza fl-intier tagħha u tilqa’ r-rikors tas-16 ta’ Diċembru 2010 fl-intier tiegħu, billi tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Ottubru 2010;

sussidjarjament, tannulla s-sentenza fl-intier tagħha u tirrinvija l-kawża preżenti lill-Qorti Ġenerali sabiex teżaminaha mill-ġdid;

tikkundanna lill-partijiet l-oħra fil-proċeduri għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mill-appellanti quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI kif ukoll fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn applikat tali artikolu għal ċirkustanzi fattwali li ma humiex previsti f’din id-dispożizzjoni.

Skont l-appellanti, din l-applikazzjoni żbaljata tal-imsemmija dispożizzjoni rriżultat mill-fatt li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li t-trade mark tal-appellanti kienet simili għat-trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti tal-intervenjenti u, għalhekk, li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku. L-appellanti sostniet li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li:

ix-xebh bejn it-trade mark ma jiġġustifikax il-fatt li din tista’ tkun is-sors ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni;

it-trade mark tal-appellanti tagħmel parti mill-isem tal-kumpannija tagħha, liema isem ntuża ferm qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni;

din it-trade mark tikkostitwixxi s-sinjal distintiv leġittimament storiku tal-appellanti;

it-trade marks inkwistjoni kkoeżistew paċifikament għal żmien twil fl-istess suq.


Top