This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CB0557
Case C-557/07: Order of the Court (Eighth Chamber) of 19 February 2009 (reference for a preliminary ruling from the Oberster Gerichtshof (Austria)) — LSG-Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten GmbH v Tele2 Telecommunication GmbH (Article 104(3) of the Rules of Procedure — Information society — Copyright and related right — Retention and disclosure of certain traffic data — Protecting the confidentiality of electronic communication — Intermediaries within the meaning of Article 8(3) of Directive 2001/29/EC)
Kawża C-557/07: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad- 19 ta’ Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof — L-Awstrija — LSG-Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten GmbH vs Tele2 Telecommunication GmbH (Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Soċjetà tal-informazzjoni — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Żamma u żvelar ta’ ċerta data dwar it-traffiku tal-Internet — Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi — Kunċett ta’ intermedjarju skont l-Artikolu 8(3)(a) tad-Direttiva 2001/29/KE)
Kawża C-557/07: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad- 19 ta’ Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof — L-Awstrija — LSG-Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten GmbH vs Tele2 Telecommunication GmbH (Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Soċjetà tal-informazzjoni — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Żamma u żvelar ta’ ċerta data dwar it-traffiku tal-Internet — Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi — Kunċett ta’ intermedjarju skont l-Artikolu 8(3)(a) tad-Direttiva 2001/29/KE)
ĠU C 113, 16.5.2009, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/14 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof — L-Awstrija — LSG-Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten GmbH vs Tele2 Telecommunication GmbH
(Kawża C-557/07) (1)
(Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Soċjetà tal-informazzjoni - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Żamma u żvelar ta’ ċerta data dwar it-traffiku tal-Internet - Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi - Kunċett ta’ “intermedjarju” skont l-Artikolu 8(3)(a) tad-Direttiva 2001/29/KE)
2009/C 113/28
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: LSG-Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten GmbH
Konvenut: Tele2 Telecommunication GmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5(1)(a) u 8(3) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 167, p. 10), tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 157, p. 45) u tal-Artikoli 6 u 15 tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Lulju 2002, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, p. 37) — Kwalifika bħala “intermedjarju” ta’ fornitur ta’ aċċess għall-internet — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq l-intermedjarji obbligu ta’ informazzjoni fil-konfront ta’ persuni privati vittmi ta’ ksur ta’ drittijiet tal-awtur sabiex jinbdew proċeduri taħt id-dritt ċivili — Komunikazzjoni lil kumpannija li tiddefendi d-drittijiet tal-awtur tal-ismijiet u l-indirizzi tal-utenti li jipparteċipaw f’sistemi ta’ qsim tal-fajls.
Dispożittiv
1) |
Id-dritt Komunitarju, b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, moqri flimkien mal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) ma jipprekludix li l-Istati Membri jistabbilixxu obbligu ta’ trażmissjoni lil persuni privati terzi ta’ data personali dwar it-traffiku tal-internet sabiex ikunu jistgħu jinbdew proċeduri, quddiem il-qrati ċivili, kontra l-ksur tad-drittijiet tal-awtur. Madankollu, id-dritt Komunitarju jeħtieġ li l-Istati Membri, matul it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku), id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, id-Direttivi 2002/58 u 2004/48, għandhom iħarsu li jibbażaw ruħhom fuq interpretazzjoni tagħhom li tippermetti li jiġi assigurat bilanċ ġust bejn id-drittijiet fundamentali differenti inkwistjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet, kif ukoll il-qrati tal-Istati Membri għandhom, matul l-implementazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tal-imsemmija direttivi, mhux biss jinterpretaw id-dritt nazzjonali tagħhom b’mod konformi ma’ dawn id-direttivi, iżda wkoll iħarsu li ma jibbażawx ruħhom fuq interpretazzjoni ta’ dawn id-direttivi li tidħol f’kunflitt mad-drittijiet fundamentali jew mal-prinċipji ġenerali l-oħra tad-dritt Komunitarju, bħalma huwa l-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
2) |
Persuna li tipprovdi aċċess, li tillimita ruħha sabiex tipprovdi aċċess għall-internet lill-utenti, mingħajr ma tipproponi servizzi oħra, bħalma huma, b’mod partikolari, is-servizzi ta’ posta elettronika, ta’ downloading jew ta’ qsim tal-fajls, u lanqas ma twettaq kontroll de jure jew de facto fuq is-servizz użat, għandha tiġi kkunsidrata bħala “intermedjarju” skont l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2001/29. |