EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XG0219(03)

Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejħa “Permis de Guyane Maritime UDO” u “Permis de Guyane Maritime SHELF” ) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 47, 19.2.2013, p. 13–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 47/13


Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1)

(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejħa “Permis de Guyane Maritime UDO” u “Permis de Guyane Maritime SHELF”)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 47/06

Fit-18 ta' Awwissu 2011, l-impriża Total E&P Guyane Française SAS, li għandha s-sede tagħha fl-indirizz 2, place Jean Millier, La Défense, 92400 Courbevoie (Franza), applikat, għal żewġ permessi esklussivi ta' perjodu ta' ħames snin għat-tiftix ta' depożiti tal-idrokarburi likwidi u fil-forma ta' gass, imsejħa “Permis de Guyane Maritime UDO” u “Permis de Guyane Maritime SHELF”, fil-blata kontinentali tul ix-xatt tad-Dipartiment Franċiż extra-Ewropew tal-Gujana.

Il-perimetri ta' dawn il-permessi huma kkostitwiti mill-arki tal-meridjani u tal-paralleli li jgħaqqdu wieħed wara l-ieħor il-punti ddefiniti hawn taħt bil-koordinati ġeografiċi tagħhom, bil-meridjan oriġinali jkun dak ta' Greenwich. Is-sistema użata għall-koordinati ġeografiċi hija dik ġeodeżika dinjija, kif irreveduta fl-1984 (WGS84).

Pożizzjoni tal-permess “UDO”

Punt

Lonġitudni tal-Punent

Latitudni Tramuntana

A

Il-punt fejn il-linja ta' diviżjoni bejn il-blata kontinentali Franċiża u dik Surinamiża jinkroċjaw iż-Żona Ekonomika Esklużiva Franċiża

B

Il-punt fejn iż-Żona Esklużiva Ekonomika Franċiża tinkroċja mal-parallel 8° 26′ 05″ N

C

51° 10′ 12″

7° 21′ 06″

D

Intersezzjoni tal-parallel 6° 50′ 00″ N mal-linja ta' diviżjoni bejn il-blatiet kontinentali ta' Franza u tal-Brażil;

E

Intersezzjoni tal-fruntiera ta' bejn il-blatiet kontinentali ta' Franza u tal-Brażil mal-kurvatura batimetrika ta' 3 000 metru

F

Intersezzjoni tal-kurvatura batimetrika ta' 3 000 metru mal-parallel 6° 55′ 00″ N

G

52° 40′ 00″

6° 55′ 00″

H

52° 40′ 00″

7° 30′ 00″

I

52° 20′ 00″

7° 30′ 00″

J

52° 20′ 00″

7° 45′ 00″

K

52° 25′ 00″

7° 45′ 00″

L

Intersezzjoni tal-meridjan ta' 52° 25′ 00″ O mal-kurvatura batimetrika ta' 3 000 metru

M

Intersezzjoni tal-kurvatura batimetrika ta' 3 000 metru mal-parallel 8° 10′ 00″ N

N

Intersezzjoni tal-parallel 8° 10′ 00″ N mal-linja ta' diviżjoni bejn il-blatiet kontinentali ta' Franza u s-Surinam, li għad trid tiġi dderminata.

Minn A sa B: il-limiti taż-Żona Esklużiva Ekonomika Franċiża

D sa E: il-linja ta' diviżjoni bejn il-blatiet kontinentali ta' Franza u tal-Brażil;

E sa F u L sa M: kurvatura batimetrika ta’ 3 000 metru;

N sa A: il-linja ta' diviżjoni bejn il-blatiet kontinentali ta' Franza u s-Surinam, li għad trid tiġi dderminata.

Pożizzjoni tal-permess “SHELF”

Punt

Lonġitudni tal-Punent

Latitudni Tramuntana

A

Intersezzjoni tal-parallel 6° 45′ 00″ N mal-linja ta' diviżjoni bejn il-blatiet kontinentali ta' Franza u s-Surinam, li għad trid tiġi dderminata.

B

53° 00′ 00″

6° 45′ 00″

C

53° 00′ 00″

6° 40′ 00″

D

52° 55′ 00″

6° 40′ 00″

E

52° 55′ 00″

6° 35′ 00″

F

52° 35′ 00″

6° 35′ 00″

G

52° 35′ 00″

6° 30′ 00″

H

52° 30′ 00″

6° 30′ 00″

I

52° 30′ 00″

6° 25′ 00″

J

52° 19′ 48″

6° 25′ 00″

K

52° 19′ 48″

6° 19′ 48″

L

52° 10′ 01″

6° 19′ 48″

M

52° 10′ 01″

6° 15′ 00″

N

52° 05′ 00″

6° 15′ 00″

O

52° 05′ 00″

6° 10′ 01″

P

52° 00′ 00″

6° 10′ 01″

Q

52° 00′ 00″

6° 05′ 00″

R

51° 50′ 00″

6° 05′ 00″

S

51° 50′ 00″

6° 00′ 00″

T

51° 35′ 00″

6° 00′ 00″

U

51° 35′ 00″

5° 55′ 00″

V

51° 30′ 00″

5° 55′ 00″

W

51° 30′ 00″

5° 50′ 00″

X

51° 19′ 48″

5° 50′ 00″

Y

51° 19′ 48″

5° 45′ 00″

Z

51° 15′ 00″

5° 45′ 00″

AA

51° 15′ 00″

5° 40′ 12″

AB

51° 10′ 12″

5° 40′ 12″

AC

51° 10′ 12″

5° 35′ 00″

AD

51° 00′ 00″

5° 35′ 00″

AE

51° 00′ 00″

5° 30′ 00″

AF

Intersezzjoni tal-parallel 5° 30′ 00″ N mal-linja ta' diviżjoni bejn il-blatiet kontinentali ta' Franza u tal-Brażil;

AG

Intersezzjoni tal-linji ta' diviżjoni bejn il-blatiet kontinentali ta' Franza u tal-Brażil; mal-limitu ta' 12-il mil nawtiku 'l barra mill-kosta Franċiża

AH

Intersezzjoni mal-limitu ta' 12-il mil nawtiku 'l barra mill-kosta Franċiża bejn il-blatiet kontinentali ta' Franza u s-Surinam, li għad trid tiġi dderminata.

AF sa AG: il-linja ta' diviżjoni bejn il-blatiet kontinentali ta' Franza u tal-Brażil;

AG sa AH: limitu tal-ilmijiet territorjali Franċiżi, 12-il mil nawtiku mill-kosta;

AH sa A: il-linja diviżiva bejn il-blatiet kontinentali ta' Franza u s-Surinam, li għad trid tiġi dderminata.

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tal-permess

Dawk li jressqu l-applikazzjonijiet inizjali u l-applikazzjonijiet konkorrenti għandhom jagħtu prova li jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tal-permess, iddefiniti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Digriet 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni konkorrenti fi żmien disgħin (90) jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti mid-Digriet 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 (immodifikat) dwar id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

L-applikazzjonijiet konkorrenti għandhom jintbagħtu lill-Ministeru tal-Ekoloġija, tal-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija fl-indirizz indikat hawn taħt. Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet inizjali u l-applikazzjonijiet konkorrenti jittieħdu fi żmien sentejn mid-data tal-wasla tal-applikazzjonijiet inizjali għand l-awtoritajiet Franċiżi, jiġifieri sa mhux aktar tard mid-29 ta' Lulju 2013.

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività u għall-waqfien tagħha

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-Kodiċi Minerarju kif ukoll għad-Digriet 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006, dwar ix-xogħlijiet fil-minjieri, ix-xogħlijiet tal-ħżin taħt l-art, u ż-żamma tal-ordni fil-minjieri u fil-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Aktar tagħrif rilevanti jista’ jinkiseb mill-ministère de l'écologie, du développement durable et de l’énergie, (il-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija):

Direction générale de l'énergie et du climat – Direction de l’énergie, Bureau exploration et production des hydrocarbures, Grande Arche – Paroi Nord, 92055 La Défense cedex France (telefown: +33 140819529)

Il-liġijiet u r-regolamenti msemmija hawn fuq jistgħu jiġu kkonsultati fis-sit Légifrance: http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.


Top