Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1282

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1282 tal-14 ta' Lulju 2017 li ma tapprovax it-2-metil-1,2-benzisotijazol-3(2H)-on bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 13 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2017/4875

    ĠU L 184, 15.7.2017, p. 69–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/1282/oj

    15.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 184/69


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1282

    tal-14 ta' Lulju 2017

    li ma tapprovax it-2-metil-1,2-benzisotijazol-3(2H)-on bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 13

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 90(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fis-26 ta' Novembru 2009, il-Polonja rċeviet applikazzjoni, skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għall-inklużjoni tas-sustanza attiva 2-metil-1,2-benzisotijazol-3(2H)-on (Nru tal-KE: mhux applikabbli, Nru tal-CAS 2527-66-4) fl-Anness I ta' dik id-Direttiva għall-użu fi prodotti tat-tip ta' prodott 13, preservattivi ta' fluwidi fix-xogħol tal-metall, kif deskritti fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu mat-tip ta' prodott 13 kif deskritt fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

    (2)

    Fl-24 ta' Marzu 2016, f'konformità mal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-Polonja ressqet rapport ta' valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha.

    (3)

    L-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ġiet ifformulata fis-16 ta' Diċembru 2016 mill-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali, b'kont meħud tal-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

    (4)

    Skont dik l-opinjoni, ma jistax jiġi preżunt li l-prodotti bijoċidali użati għat-tip ta' prodott 13 u li fihom it-t-2-metil-1,2-benzisotijazol-3(2H)-on jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Għal dak it-tip ta' prodott, ix-xenarji evalwati fil-valutazzjoni tar-riskji ambjentali identifikaw riskji inaċċettabbli.

    (5)

    Għalhekk, mhuwiex xieraq li t-2-metil-1,2-benzisotijazol-3(2H)-on tiġi approvata għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 13.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-2-metil-1,2-benzisotijazol-3(2H)-on (Nru tal-KE: mhux applikabbli, Nru tal-CAS 2527-66-4) mhix approvata bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 13

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

    (2)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).


    Top