EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0606

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/606 tad-19 ta' April 2016 li jagħlaq il-proċedura tal-offerti għax-xiri sfurzat ta' trab tal-ħalib xkumat f'intervent pubbliku miftuħa permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/482

C/2016/2451

ĠU L 104, 20.4.2016, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/606/oj

20.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/606

tad-19 ta' April 2016

li jagħlaq il-proċedura tal-offerti għax-xiri sfurzat ta' trab tal-ħalib xkumat f'intervent pubbliku miftuħa permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/482

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/482 (2) fetaħ proċedura tal-offerti għax-xiri sfurzat ta' trab tal-ħalib xkumat hekk kif il-limitazzjoni kwantitattiva ta' 109 000 tunnellati stabbilita fl-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013 għax-xiri ta' trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss f'intervent pubbliku kienet inqabżet.

(2)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013, kif imdaħħal permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/591 (3), żied il-limitazzjonijiet kwantitattivi applikabbli għax-xiri sfurzat ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss għas-sena 2016 mill-20 ta' April 2016.

(3)

Għalhekk, jixraq li tingħalaq il-proċedura tal-offerti miftuħa permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/482 u jerġa' jibda x-xiri sfurzat ta' trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss f'intervent pubbliku sakemm jintlaħqu l-limitazzjonijiet kwantitattivi.

(4)

Billi, wara l-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament l-aġenziji tal-intervent għandhom jinnotifikaw minnufih lill-offerenti dwar l-għeluq tal-proċedura tal-offerti, dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għeluq tal-proċedura tal-offerti

Il-proċedura tal-offerti miftuħa permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/482 hija b'dan magħluqa.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/482 tal-1 ta' April 2016 li jagħlaq l-intervent tax-xiri (buying-in) ta' trab tal-ħalib xkumat bi prezz fiss għall-perjodu ta' intervent li jintemm fit-30 ta' Settembru 2016 u li jiftaħ il-proċedura tas-sejħa għall-offerti għax-xiri (ĠU L 87, 2.4.2016, p. 26).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/591 tal-15 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1370/2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli, rigward il-limitazzjonijiet kwantitattivi applikabbli għax-xiri sfurzat ta' butir u ta' trab tal-ħalib xkumat (ĠU L 103, 19.4.2016, p. 3).


Top