EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0496

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 496/2011 tal- 20 ta’ Mejju 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-benzoat tas-sodju bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni Kemira Oyj) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 134, 21.5.2011, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 060 P. 244 - 245

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/04/2022; Imħassar b' 32022R0538

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/496/oj

21.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 134/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 496/2011

tal-20 ta’ Mejju 2011

dwar l-awtorizzazzjoni tal-benzoat tas-sodju bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni Kemira Oyj)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din it-tip ta’ awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-benzoat tas-sodju. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-benzoat tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi ‘addittivi żootekniċi’.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (‘l-Awtorità’) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-1 ta’ Frar 2011 (2) li s-sustanza stabbilita fl-Anness, skont il-kondizzjonijiet tal-użu proposti, m’għandhiex effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, u li dan l-addittiv wera benefiċċju sinifikanti f’termini ta’ piż finali tal-ġisem tal-annimal u titjib fl-effiċjenza tal-konverżjoni alimentari tal-speċi fil-mira. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq ma hemmx bżonn ta’ ħtiġijiet speċifiċi ta’ monitoraġġ. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tas-sustanza turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Konsegwentement, l-użu ta’ din is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tappartjeni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u l-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dakinhar li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2011;9(2):2005.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ ilma ta’ 12 %

Addittivi Żootekniċi: addittivi żootekniċi oħra (titjib fil-parametri tar-rendiment)

4d 5

Kemira Oyj

Benżoat tas-sodju

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Benzoat tas-sodju: ≥ 99,9 %

 

Sustanza attiva

Benżoat tas-sodju

C7H5O2Na

 

Metodu analitiku  (1)

 

Għad-determinazzjoni tal-benzoat tas-sodju fl-addittiv tal-għalf: Il-metodu titrimetriku (Monografu 01/2008:0123 Farmakopea Ewropea)

 

Għad-determinazzjoni tal-benzoat tas-sodju fit-taħlitiet ta’ qabel u l-oġġetti tal-għalf: Il-metodu HPLC b’sistema ta’ rilevament UV.

Ħnienes (miftuma)

4 000

1.

L-addittiv m’għandux jitħallat ma sorsi oħra ta’ aċidu benzoiku jew benzoati.

2.

Għalf kumplimentari li jkun fih il-benzoat tas-sodju m’għandux jintema lill-ħnienes infushom.

3.

Għal ħnienes (miftuma) sa 35 kg

4.

Doża minima rakkomandata 4 000  mg/kg.

5.

Għas-sigurtà: għandu jintlibes apparat għall-protezzjoni tan-nifs kif ukoll nuċċali, u għandhom jintużaw l-ingwanti

l-10 ta’ Ġunju 2021


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


Top