EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0460

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Novembru 2009 dwar Għajnuna mill-Istat C 38/A/04 (ex NN 58/04) u C 36/B/06 (ex NN 38/06) implimentata mill-Italja favur Alcoa Trasformazioni (notifikata bid-dokument numru C(2009) 8112) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 227, 28.8.2010, p. 62–94 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/460/oj

28.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/62


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Novembru 2009

dwar Għajnuna mill-Istat C 38/A/04 (ex NN 58/04) u C 36/B/06 (ex NN 38/06) implimentata mill-Italja favur Alcoa Trasformazioni

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 8112)

(Il-verżjoni Taljana biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/460/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet ikkwotati hawn fuq (1), u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   IL-PROĊEDIMENT

1.1.   Każ C 38/A/04

(1)

Permezz ta’ ittra ddatata l-4 ta’ Diċembru 2003, inġiebu għall-attenzjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni għadd ta’ artikoli ppubblikati fil-ġurnali Taljani dwar l-intenzjoni tal-gvern Taljan li japplika tariffi preferenzjali tal-elettriku lil xi impriżi f’Sardegna.

(2)

It-tariffi msemmija hawn fuq kienu introdotti skont l-Artikolu 1 tad-Decreto del Presidente del Consiglio dei Ministri (Digriet tal-Prim Ministru) tas-6 ta’ Frar 2004. Dan id-digriet kellu żewġ effetti ta’ min jinnuthom: a) introduċa tariffi tal-elettriku preferenzjali favur l-impriżi Portovesme Srl (2) ILA (3) u Euroallumina (4) u (b) tawwal iż-żmien tat-tariffa preferenzjali eżistenti favur Alcoa Trasformazioni (produttur ta’ aluminiju primarju, minn hawn ‘il quddiem: “Alcoa”).

(3)

Permezz tal-ittri tat-22 ta’ Jannar 2004 u tad-19 ta’ Marzu 2004 is-servizzi tal-Kummissjoni talbu għal iktar informazzjoni dwar dawn il-miżuri. L-awtoritajiet Taljani wieġbu permezz tal-ittri tas-6 ta’ Frar 2004 u tad-9 ta’ Ġunju 2004. Fl-ittra tal-20 ta’ Settembru 2004 l-awtoritajiet Taljani bagħtu iktar informazzjoni.

(4)

Permezz tal-ittra tas-16 ta’ Novembru 2004, il-Kummissjoni infurmat lill-Italja li kienet iddeċidiet li tibda proċediment skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE rigward il-miżura tal-għajnuna.

(5)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċediment kienet ippubblikata f’il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (5). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri.

(6)

L-Italja bagħtet il-kummenti tagħha fl-ittri ddatati l-4 ta’ Frar 2005 u l-11 ta’ Frar 2005.

(7)

Il-Kummissjoni barra minn hekk irċeviet kummenti minn partijiet interessati li, permezz tal-ittra tat-22 ta’ Marzu 2005 għaddiethom lill-Italja li ngħatat l-opportunita twieġeb għalihom. Il-kummenti tal-Italja waslu fl-ittra tal-20 ta’ Settembru 2005.

(8)

Permezz tal-ittra tat-23 ta’ Diċembru 2005, il-Kummissjoni talbet għal iktar informazzjoni, u din l-awtoritajiet Taljan pprovdewha fl-ittra tat-3 ta’ Marzu 2006. Intalbet iktar kjarifikazzjoni permezz tal-ittra tat-22 ta’ Awwissu 2006, li l-Italja wieġbet bl-ittra tat-28 ta’ Settembru 2006.

(9)

Fid-29 ta’ Ottubru 2008, il-każ inqasam f’parti A, li tirrigwarda l-miżura favur Alcoa u f’parti B li tikkonċerna lil Portovesme, ILA u Euroallumina. Din id-Deċiżjoni tikkonċerna lil Alcoa biss (parti A).

1.2.   Każ C 36/B/06

(10)

Fl-ambitu ta’ każ relatat dwar għajnuna mill-Istat (6) il-Kummissjoni saret konxja minn tieni proroga ta’ skeda tariffarja preferenzjali tal-elettriku applikata lil Alcoa. Il-proroga ingħatat skont l-Artikolu 11(11) tad-Digriet Liġi (Decreto Legge) Nru 35 tal-14 ta’ Marzu 2005, adottat f’liġi Nru 80/2005 tal-14 ta’ Mejju 2005“Dispożizzjonijiet urġenti taħt il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Iżvilupp Ekonomiku, Soċjali u Territorjali”. Il-benefiċjarji kienu Alcoa u tliet kumpaniji suċċessuri għall-kumpanija Terni (7).

(11)

Permezz tal-ittra tat-23 ta’ Diċembru 2005, il-Kummissjoni talbet għal iktar informazzjoni mill-awtoritajiet Taljani, li wieġbu bl-ittra tal-24 ta’ Frar 2006. L-Italja forniet informazzjoni addizzjonali permezz tal-ittri tat-2 ta’ Marzu 2006 u tas-27 ta’ April 2006.

(12)

Permezz tal-ittra tad-19 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni infurmat lill-Italja li kienet iddeċidiet li tibda proċediment skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE rigward iż-żewġ skemi (każ C 36/06).

(13)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċediment kienet ippubblikata f’il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (8). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri.

(14)

L-Italja bagħtet il-kummenti tagħha f’ittra ddatata l-25 ta’ Ottubru 2006. Tagħrif addizzjonali ġie pprovdut b’ittri tad-9 ta’ Novembru 2006 u tas-7 ta’ Diċembru 2006.

(15)

Il-Kummissjoni barra minn hekk irċeviet kummenti minn partijiet interessati u għaddiethom lill-Italja li ngħatat l-opportunita twieġeb għalihom. Il-kummenti tal-Italja waslu fl-ittra tat-22 ta’ Diċembru 2006.

(16)

Permezz ta’ ittra tal-20 ta’ Frar 2007, il-Kummissjoni talbet għal informazzjoni addizzjonali rigward l-iskema ta’ tariffi. L-awtoritajiet Taljani fornew din l-informazzjoni permezz tal-ittri tal-10 u 14 ta’ Mejju 2007 rispettivament.

(17)

Fir-18 ta’ Settembru il-każ inqasam f’parti A, rigward it-tliet kumpaniji Terni u f’parti B, rigward Alcoa. Fl-20 ta’ Novembru 2007 il-Kummissjoni adottat deċiżjoni finali negattiva bl-irkupru rigward il-kumpaniji Terni (9).

(18)

Sadanittant, permezz ta’ ittra tad-19 ta’ Jannar 2007, il-Kummissjoni bdiet tesplora l-possibbiltà ta’ miżuri tranżitorji eventwali għall-iskema ta’ tariffi ta’ Alcoa f’Sardegna, marbutin mal-introduzzjoni min-naħa tal-Italja ta’ programm virtwali ta’ rilaxx tal-kapaċità (Virtual Power Plant, minn hawn il-quddiem: “VPP”). L-Italja wieġbet permezz tal-ittri tas-16 ta’ April 2007 u tal-5 ta’ Novembru 2007. Fit-13 ta’ Marzu 2008 saret laqgħa bejn l-awtoritajiet Taljani u s-servizzi tal-Kummissjoni u l-Italja kienet mistiedna tieħu pożizzjoni sat-12 ta’ Mejju 2008. Wara li talbet għal estenzjoni tal-iskadenza ffissata biex tieħu din il-pożizzjoni permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Mejju 2008, l-Italja forniet l-informazzjoni permezz tal-ittri tat-12 ta’ Ġunju 2008 u s-7 ta’ Lulju 2008.

(19)

L-Italja talbet għal laqgħa mal-Kummissjoni sabiex tippreżenta l-modalitajiet possibbli ta’ VPP. Il-laqgħa saret fid-9 ta’ Diċembru 2008. L-Italja forniet informazzjoni addizzjonali permezz tal-ittri tad-19 ta’ Diċembru 2008 u tad-19 ta’ Mejju 2009.

(20)

Saret laqgħa oħra fis-26 ta’ Mejju 2009. L-Italja forniet informazzjoni addizzjonali permezz tal-ittri tal-10 ta’ Lulju 2009 u tat-18 ta’ Awwissu 2009.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-GĦAJNUNA

2.1.   Il-fatti ewlenin tal-każ

(21)

Il-produttur tal-aluminju Alcoa, mill-1996 ‘l hawn ibbenefika minn tariffa preferenzjali tal-elettriku għaż-żewġ funderiji tal-aluminju primarju f’Sardegna (Portovesme) u fil-Veneto (Fusina). It-tariffa kinet introdotta fil-bidu għal perjodu ta’ għaxar snin (li skadew fil-31 ta’ Diċembru 2005) fil-kuntest ta’ eżerċizzju ta’ privatizzazzjoni. Dik it-tariffa kienet ġiet awtorizzata mill-Kummissjoni skont ir-regoli dwar għajnuna mill-Istat f’Deċiżjoni li kienet tikkunsidra li ma kinetx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Madanakollu, biż-żmien in-natura tat-tariffa ġiet modifikata u prorogata darbtejn mill-Italja, l-ewwel fl-2004 u imbagħad fl-2005.

(22)

It-tariffa kkontestata hija ssussidjata permezz ta’ ħlas f’kontanti min-naħa tal-Cassa Conguaglio (10), li hija istituzzjoni pubblika, li jnaqqas il-prezz stabbilit kontrattwalment bejn Alcoa u l-fornitur tal-elettriku ENEL. Il-riżorsi meħtieġa jinġabru permezz ta’ pagament parafiskali impost fuq il-konsumaturi tal-elettriku permezz tal-komponent A4 tal-kont tal-elettriku.

2.2.   Id-dispożizzjoinijiet leġiżlattivi kkontestati u l-kuntest regolatorju

(23)

L-iskema ta’ tariffi preferenzjali li minnha tibbenefika Alcoa jipprovduha d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi relattivi (2.2.1) u l-kuntest regolatorju ddettaljat stipulat mill-“AEEG”, Autorità per lEnergia Elettrica e il Gas (l-Awtorità għall-Enerġija Elettrika u l-Gass) (2.2.2.1). Il-Cassa Conguaglio hija l-istituzzjoni li timplimenta l-iskema (2.2.2.2). Għaldaqstant, l-analiżi tal-Kummissjoni tal-iskema ta’ tariffi teħtieġ tikkunsidra kemm id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, kif ukoll il-kuntest regolatorju Taljan.

2.2.1.   Id-dispożizzjoinjiet leġiżlattivi

(24)

Id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi ta’ dan il-każ huma l-Artikolu 1 tad-Digriet tal-Prim Ministru tas-6 ta’ Frar 2004 (11) (minn hawn il-quddiem: “id-Digriet tal-2004”), kif implimentat mid-dispożizzjonijiet relevanti u mill-Artikolu 11(11) tad-Digriet Liġi Nru 35 tal-14 ta’ Marzu 2005, adottata f’liġi Nru 80/2005 “Dispożizzjonijiet urġenti taħt il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Iżvilupp Ekonomiku, Soċjali u Territorjali” (minn hawn il-quddiem: ‘il-Liġi Nru 80/2005’) kif implimentata mid-dispożizzjonijiet regolatorji relatati (12).

2.2.2.   Il-kuntest regolatorju fl-Italja

2.2.2.1.   L-Awtorità għall-Enerġija Elettrika u l-Gass

(25)

Fl-1995 l-Italja waqqfet l-Awtorità għall-Enerġija Elettrika u l-Gass (13) (minn hawn il-quddiem: “AEEG”). L-AEEG tieħu ħsieb firxa wiesgħa ta’ attivitajiet regolatorji, kif ukoll għandha poteri wiesa’. B’mod partikolari, l-aġenzija tistabbilixxi u taġġorna t-tariffi tal-elettriku kif ukoll il-modalitajiet biex jinġabru r-riżorsi meħtieġa biex ikopru l-ħlasijiet ġenerali tas-sistema (14). Fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha l-AEEG tieħu kont tal-indikazzjonijiet tal-politika tal-gvern għal dak li jirrigwarda l-forniment tas-servizzi ta’ interess ġenerali fil-pajjiż (15).

(26)

Fl-ambitu tal-poteri mgħoddijin lilha, l-AEEG, tul is-snin adottat għadd kbir ta’ deċiżjonijiet li jistipulaw modalitajiet preċiżi għall-ġestjoni tal-iskemi ta’ tariffi preferenzjali fl-Italja.

2.2.2.2.   Cassa Conguaglio

(27)

Il-ġestjoni tas-surcharges u ta’ kontribuzzjonijiet oħra fis-settur tal-enerġija elettrika hija fdata lil Cassa Conguaglio per il Settore Elettrico (minn hawn il-quddiem: Cassa Conguaglio) entità pubblika mwaqqfa permezz tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 98 tas-26 ta’ Jannar 1948. Il-Cassa Conguaglio taġixxi fuq struzzjonijiet mill-AEEG. B’mod partikolari, tieħu ħsieb il-flussi finanzjarji relatati mat-tariffi preferenzjali tal-enerġija elettrika (il-ġbir ta’ taxxi u l-ħlasijiet lill-benefiċjarji aħħarin).

2.3.   Il-kuntest li fih kienet introdotta t-tariffa preferenzjali u kif evolviet maż-żmien

(28)

Biex wieħed jevalwa t-tariffa Alcoa li hi s-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni huwa meħtieġ li jiġi rikostruwit il-kuntest li fih ġiet introdotta u kif evolviet biż-żmien.

2.3.1.   L-introduzzjoni tat-tariffa: Id-deċiżjoni Alumix tal-1996

(29)

Fid-bidu tas-snin disgħin, bħala parti mil-likwidazzjoni tal-konglomerat Statali EFIM (16), il-produttur Taljan tal-aluminju Alumix ġie ristrutturat, privatizzat u mibjugħ lil Alcoa. Alumix kienet topera żewġ funderiji tal-aluminju primarju wieħed f’Portovesme (Sardegna) u ieħor f’Fusina (il-Veneto).

(30)

L-akkwist ta’ Alumix minn Alcoa sar bil-kundizzjoni li ENEL, il-fornitur statali tal-elettriku, jipprovdi tariffa preferenzjali għall-forniment tal-enerġija elettrika liż-żewġ funderiji.

(31)

It-tariffa preferenzjali favur Alcoa ġiet stabbilita mid-Digriet Ministerjali tad-19 ta’ Diċembru 1995 (minn hawn il-quddiem: “id-digriet tal-1995”). Dan id-digriet stipula li Alcoa kellha tibbenifika minn tariffa preferenzjali skont id-Deċiżjoni CIP 13/1992 sal-aħħar tal-2005 (17). Wara dik id-data, it-trattament ta’ Alcoa kellu jinġieb fuq l-istess livell ta’ klijenti tal-elettriku oħrajn.

(32)

It-tariffa preferenzjali kienet ivvalutata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-każ C38/92. Fid-Deċiżjoni tal-4 ta’ Diċembru 1996 (18) (minn hawn ‘il quddiem: “id-deċiżjoni Alumix”), il-Kummissjoni kienet ikkonkludiet li dan ma kienx jikkonsisti f’għajnuna mill-Istat abbażi tal-kunsiderazzjonijiet mogħtija fil-qosor hawn taħt.

(33)

Fil-kwadru tal-arranġament li qed jiġi kkunsidrat, l-Istat iffissa t-tariffa applikata lil Alcoa, u ENEL, l-uniku fornitur tal-enerġija elettrika dak iż-żmien fl-Italja, fornixxa lil Alcoa l-enerġija elettrika bit-tariffa stabbilita. Il-prezzijiet għaż-żewġ funderiji kienu ġew iffissati għal għaxar snin. Għal Sardegna, kienet ġiet iffissata tariffa ta’ ITL 36,3/kWh fl-1996 u kellha tiżdied bil-mod sa ma tilħaq ITL 39,6/kWh fl-2005. Għall-Veneto it-tariffa kellha tilħaq ITL 39,90/kWh fl-2005. Maqlubin f’Euro, dawn il-prezzijiet ivarjaw bejn EUR 18 u EUR 20/MWh.

(34)

F’dak iż-żmien ENEL kienet entità monopolistika (19) statali li tiddistribwixxi l-enerġija elettrika. Għaldaqstant il-Kummissjoni eżaminat jekk ENEL kinetx qed taġixxi bħala operatur tas-suq razzjonali fl-applikazzjoni tal-prezz stabbilit għal Alcoa.

(35)

Il-Kummissjoni studjat is-sitwazzjoni tal-forniment tal-enerġija elettrika fiż-żewġ reġjuni kkonċernati tul perjodu ta’ għaxar snin koperti bl-applikazzjoni tat-tariffa preferenzjali. Innutat li f’Sardegna u fil-Veneto is-suq tal-enerġija elettrika kien ikkaratterizzat minn kapaċità żejda ta’ ġenerazzjoni ta’ elettriku li x’aktarx ma kinetx se tisparixxi fl-għaxar snin ta’ wara. Innutat ukoll li kien impossibbli għall-produtturi li jesportaw l-enerġija elettrika minn dawn ir-reġjuni minħabba li ma kienx hemm biżżejjed interkonnettività mal-Italja kontinentali fil-każ ta’ Sardegna u minħabba nuqqas ta’ domanda mir-reġjuni ġirien fil-każ tal-Veneto (20).

(36)

F’din is-sitwazzjoni, il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni li klijent industrijali kbir bħal Alcoa kellu saħħa qawwija biex jinnegozja fil-konfront ta’ ENEL minħabba li l-għeluq taż-żewġ funderiji, li kienu fost l-aħjar klijenti ta’ ENEL fl-Italja, kien jikkaġuna kapaċità żejda ikbar u kien jibgħat l-istruttura tal-prezzijiet ta’ ENEL kienet tmur għall-agħar. Għaldaqstant, kien fl-interess ekonomiku ta’ ENEL li tforni l-enerġija elettrika bi prezz partikolarment baxx lill-funderiji ta’ Portovesme u Fusina.

(37)

Il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni li fornitur razzjonali tal-enerġija elettrika kien ikun lest ibiegħ bi prezz li jkopri l-ispejjeż marġinali medji tal-produzzjoni, ikkalkulati abbażi tat-taħlita effettiva tal-fuwil utilizzat mill-impjanti tal-enerġija fir-reġjun ikkonċernat, kif ukoll kontribuzzjoni żgħira għall-ispejjeż fissi. Irriżulta li l-prezz stabbilit għal Alcoa kien jikkonforma ma’ dawn il-kriterji.Għal dak li għandu x’jaqsam maż-żiediet annwali modesti tal-prezz ta’ Alcoa previsti għall-għaxar snin ta’ wara, il-Kummissjoni kienet ikkunsidrathom ġustifikati skont il-previżjoni li l-prezz marġinali tal-produzzjoni ta’ ENEL kellu jonqos tul is-snin grazzi għal titjib fit-taħlita tal-fjuwil u fit-teknoloġiji tal-produzzjoni.

(38)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li meta kkonċediet it-tariffa ENEL kienet qed iġġib ruħha ta’ operatur tas-suq razzjonali u għalhekk iddikjarat li l-miżura ma kinetx tikkostitwixxi għajnuina mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87 (1) tat-Trattat tal-KE.

2.4.   Trasformazzjoni tat-tariffa ta’ Alcoa fi “ħlas tas-sistema ġenerali” u tibdil importanti fil-mekkaniżmu finanzjarju

(39)

Fis-snin immedjatament wara d-deċiżjoni Alumix, is-sistema Taljana tal-elettriku ġiet ristrutturata fid-dawl tal-liberalizzazzjoni gradwali tas-suq tal-enerġija elettrika tal-UE (21).

(40)

Fl-1997 it-tariffa elettrika standard (22) ġie ristrutturata u maqsuma f’komponenti tariffarji (23). It-tariffa ta’ Alcoa għaddiet mill-ewwel bidla. Il-prezz Alumix, li qabel ir-riforma kien ċifra globali, ġie sseparat f’diversi komponenti tariffarji sabiex ikun jista’ jiġi adattat għall-istruttura tariffarja ġdida. Il-komponenti tariffarji applikabbli għal Alcoa tnaqqsu b’mod li l-prezz aħħari kien jikkorrispondi eżattament ma’ dak tad-deċiżjoni Alumix. F’dak l-istadju, ENEL, bħala l-uniku fornitur ta’ enerġija elettrika fl-Italja, kien għadu jikkonċedi t-tariffa direttament: kien japplika l-prezz Alumix għal Alcoa mingħajr ma jirċievi ebda kumpens għall-fornimenti lill-impriża.

(41)

Fl-1999, meta l-Italja ttrasponiet l-ewwel Direttiva ta’ liberalizzazzjoni tal-UE (24), spiċċa l-monopolju ta’ ENEL bħala fornitur tal-enerġija elettrika fl-Italja u inqasmet f’diversit entitajiet.

(42)

Fis-sena 2000 l-Itlja ddeċidiet li tinkludi t-tariffa Alumix fost ‘il-ħlasijiet ġenerali tas-sistema tal-elettriku’ (25). Dan l-istatus ġdid wassal għall-ewwel bida sinifikattiva tal-mekkaniżmu finanzjarju tat-tariffa Alumix. Filwaqt li fil-passat ENEL kienet tbiegħ l-enerġija elettrika direttament lil Alcoa, abbażi tal-mekkaniżmu l-ġdid (26) irċeviet il-prezz ordinarju sħiħ applikat lill-klijenti industrijali kbar, u konsumaturi oħra tal-enerġija elettrika fornew il-fondi meħtieġa biex jiggarantixxu li Alcoa tkompli tħallas il-prezz Alumix.Fil-prattika, lil Alcoa nominalment ġie applikat il-preżż sħiħ, iżda l-impriża ibbenefikat minn skont dirett fuq il-kont. ENEL iffinanzjat dan l-iskont grazzi għal introjtu minn ħlas parafiskali ġdida fuq komponent A4 tat-tariffa elettrika u mħallas mill-utenti kollha (27). Fl-2002 Alcoa ikkonkludiet kuntratt bilaterali mal-ENEL għal prezz nominali li kien jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għat-tariffa standard applikata minn ENEL għall-forniment tal-elettriku b’vultaġġ għoli.

(43)

Bidla oħra sinifikanti seħħet fl-2004 bl-adozzjoni minn naħa ta’ AEEG tar-riżoluzzjoni Nru. 148/04, li fdat il-ġestjoni amministrattiva kollha tat-tariffa lill-Cassa Conguaglio. Abbażi ta’ din is-sistema, ENEL ma baqgħetx iżżomm il-dħul mill-komponent A4, iżda kienet tgħaddih kollu kemm hu lill-Cassa Conguaglio li kienet tagħmel il-kalkoli u tirrimborsa lil Alcoa. Fil-prattika, permezz ta’ dan il-mekkaniżmu Alcoa kienet qed tħallas il-prezz maqbul kontrattwalment ma’ ENEL u kienet tirċievi ex post mill-Cassa Conguaglio kontribut ta’ kumpens li kien jippermettilha tibqa’ tħallas il-prezz Alumix. Għal Alcoa dan il-mekkaniżmu amministrattiv ġdid daħal fis-seħħ f’Settembru 2004 u għadu japplika sal-lum (28).

2.5.   L-ewwel proroga kkontestata dwar it-tariffa Alcoa

(44)

Bid-Digriet tal-2004, il-gvern Taljan estenda sat-30 ta’ Ġunju 2007 it-tariffa preferenzjali għall-enerġija elettrika stabbilita mid-Digriet tad-19 ta’ Diċembru 1995 għall-“forniment tal-enerġija elettrika għall-produzzjoni tal-aluminju, ċ-ċomb, fidda u ż-żingu limitati għal impjanti li diġà jeżistu fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan id-Digriet u li jinsabu f’territorju insulari u li huma kkaratteizzat minn nuqqas jew insuffiċenza ta’ mezzi ta’ kollegament mal-grid nazzjonali tal-elettriku u l-gass” (29).

(45)

Fil-prattika id-Digriet tal-2004 kien immirat (a) biex jipproroga t-tariffa eżistenti applikabbli għal Alcoa sa Ġunju 2007 u (b) biex jestendi l-istess trattament għal impriżi oħra sitwati f’Sardegna: Portovesme, ILA u Euroallumina.

(46)

Il-proroga tat-tariffa Alcoa stabbilita mid-Digriet tal-2004 ġiet implimentata, fil-livell regolatorju, permezz tad-Deċiżjoni AEEG Nru 148/04, li anke introduċiet il-bidliet fil-mekkaniżmu finanzjarju deskritti hawn fuq fil-premessa (43).

(47)

Din l-ewwel proroga hija s-suġġett tal-proċediment ta’ investigazzjoni formali mibdija rigward id-Digriet tal-2004 fl-ambitu tal-każ C38/04 (30). Skont l-Italja (31), id-Digriet 2004 ma ġiex implimentat fir-rigward ta’ Alcoa, li kompliet tibbenefika mit-tariffa skont il-bażi legali oriġinali, jiġifieri d-Digriet tal-1995.

2.6.   It-tieni proroga kkontestata dwar it-tariffa Alcoa

(48)

Permezz tal-Artikolu 11(11), tal-Liġi Nru 80/2005 l-awtoritajiet Taljani estendew sal-2010 it-tariffa preferenzjali favur Alcoa fil-kundizzjoinjiet tariffarji li kienu fis-seħħa fil-31 ta’ Diċembru 2004 (32). Għall-finijiet tal-Liġi Nru 80/2005, il-proroga tat-tariffa kellha tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2005. Madanakollu, id-data sussegwentement inbidlet għall-1 ta’ Jannar 2006 permezz tad-Deċiżjoni AEEG Nru 286/05 fuq struzzjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali.

(49)

Sabiex jiġi determinat il-prezz li Alcoa kellha tħallas wara l-2005, il-Liġi Nru 80/2005 introduċiet indiċi bħala mekkaniżmu li bih, mill-1 ta’ Jannar 2006, il-prezz preferenzjali (jiġifieri l-prezz stabbilit bid-Deċiżjoni Alumix għas-sena 2005) kellu jiżdied b’4 % fis-sena, jew, jekk dan il-valur jirriżulta iktar għoli, biż-żieda perċentwali medja tal-prezzijiet irreġistrati fil-Boroż tal-enerġija elettrika f’Amsterdam u fi Frankfurt (33).

(50)

Madanakollu, wara li saru konsultazzjonijiet mal-benefiċjarji, l-AEEG tat interpretazzjoni differenti mill-mekkaniżmu ta’ aġġornament. Id-deċiżjoni AEEG Nru 217/05 stipulat fil-fatt li ż-żieda annwali tat-tariffa kellha ssegwi l-prezzijiet medji bl-ingrossa, iżda mingħajr ma taqbeż l-4 %.Dan il-mekkaniżmu ta’ aġġornament fil-fatt irriżulta f’żidiet annwali iktar baxxi tat-tariffa preferenzjali meta mqabbla ma’ dak li kien oriġinarjament previst mill-liġi.

(51)

It-tieni proroga hija s-suġġett tal-proċediment ta’ investigazzjoni formali li nbdiet fil-kwadru tal-Każ C36/06. Meta l-Kummissjoni fetħet il-proċediment ta’ investigazzjoni formali rigward l-Artikolu 11(12) tal-Liġi 80/2005, l-AEEG, bid-Deċiżjoni Nru 190/06, għamlet pagamenti skont il-Liġi 80/2005 bil-kundizzjoni li Alcoa tipprovdi garanzija bankarja jew garanzija minn parent company biex tkopri r-riskju tal-irkupru tal-għajnuna.

(52)

Il-pagamenti li għamlet il-Cassa Conguaglio lil Alcoa bejn Jannar 2006 u Jannar 2009 huma indikati fit-tabella hawn taħt. Iċ-ċifri għas-sena 2009 mhumiex kompleti, minħabba li jirriflettu biss pagamenti mħallsa f’Jannar 2009, filwaqt li Alcoa rċeviet ukoll ħlasijiet matul ix-xhur ta’ wara.

(f’EUR)

 

2006

2007

2008

2009

Fusina (Veneto)

38 984 539,22

36 978 386,83

449 534 611,10

3 776 733,70

Portovesme (Sardegna)

133 556 933,73

121 087 555,95

160 529 510,20

12 365 849,45

Total

172 541 472,95

158 065 942,78

210 064 121,30

16 142 583,15

3.   DEĊIŻJONI BIEX JINBEDA PROĊEDIMENT TAĦT L-ARTIKOLU 88(2), TAT-TRATTAT TAL-KE

(53)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċediment ta’ investigazzjoni formali kienet ibbażata fuq dawn ir-raġunijiet:

3.1.   Każ C 38/A/04

(54)

Il-Kummissjoni kklassifikat it-tariffi li ġew introdotti mid-Digriet tal-2004 bħala għajnuna operazzjonali u evalwat jekk din l-għajnuna setgħetx tiġi awtorizzata fuq il-bażi tal-linji gwida għal għajnuna reġjonali mill-Istat (34), minħabba li fl-2004 Sardegna kien reġjun assistit skont l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE. Il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-possibbiltà ta’ awtorizzazzjoni tal-għajnuna fuq dik il-bażi minħabba li tali għajnuna ad hoc mogħtija lil numru limitat ta’ impriżi, ma kienx jidher li jippromwovi l-iżvilupp reġjonali.

(55)

Rigward il-każ speċifiku ta’ Alcoa, il-Kummissjoni enfasizzat li t-tariffa l-ġdida kienet tidher differenti mit-tariffa Alumix minħabba li din tal-aħħar kienet ingħatat mill-ENEL, il-fornitur Taljan bil-monopolju tal-enerġija elettrika, filwaqt li t-tariffa l-ġdida kienet tinvolvi l-intervent selettiv tal-Istat biex jikkumpensa għad-differenza bejn il-prezz tas-suq maqbul mal-produttur tal-elettriku u l-prezz preferenzjali ffissat fl-1996.

(56)

Barra minn hekk il-Kummissjoni esprimiet id-dubju li l-miżura setgħet ikollha l-effett li naqqas il-livell tat-tassazzjoni applikabbli għall-imrpiżi. Tali tnaqqis kien jeħtieġ bażi ġuridika fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura Komunitarja dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (35).

3.2.   Każ C 36/B/06

(57)

Id-Deċiżjoni tal-2006 li jinbeda proċediment ta’ investigazzjoni formali kienet tiffoka speċifikament fuq it-tariffa Alcoa (36). Il-Kummissjoni nnutat li l-kwadru regolamentarju u l-kundizzjonijiet tas-suq f’dak iż-żmien tad-deċiżjoni Alumix kienu ferm differenti minn dawk li kienu prevalenti fiż-żmien kopert mid-Deċiżjoni tal-Ftuħ. B’mod partikolari, is-suq tal-elettriċità ġie liberalizzat u l-ġestjoni tal-iskema tħalliet f’idejn il-Cassa Conguaglio. Għaldaqstant il-Kummissjoni dehrilha li kien meħtieġ eżami mill-ġdid tal-għajnuna mill-Istat fit-tariffa Alcoa.

(58)

Il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni li t-tariffa kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat għar-raġuni li (a) it-tnaqqis tat-tariffa tal-elettriku kienet tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku; (b) id-deċiżjoni li tingaħata t-tariffa kienet ittieħdet mill-awtoritajiet Taljani u kienet ġiet iffinanzjata permezz ta’ trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat fil-forma ta’ taxxa parafiskali; (c) il-miżura kienet thedded li taltera l-kompetizzjoni u (d) kienet timpatta l-kummerċ interkomunitarju minħabba li l-aluminju huwa kkummerċjat fis-swieq dinjin. Il-Kummissjoni kkunsidrat il-miżura bħala għajnuna operazzjonali.

(59)

Il-Kummissjoni barra minn hekk iddikjarat li l-konklużjoni ta’ qabel, li t-tariffa Alumix ma kinetx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, ma kinetx trendi l-miżura l-ġdida bħala għajnuna eżistenti. L-approvazzjoni tal-Kummissjoni tal-Alumix, ibbażata fuq il-valutazzjoni ekonomika taċ-ċirkustanzi f’dak il-mument, kienet limitata fil-ħin u ma setgħetx tkopri l-proroga tat-tariffa skont il-Liġi Nru 80/2005.

(60)

Għal dak li jirrigwarda l-kompatibbiltà, il-Kummissjoni evalwat jekk it-tariffa preferenzjali setgħetx tiġi awtorizzata abbażi tal-linji gwida dwar għajnuna reġjonali mill-Istat.

(61)

Rigward l-impjant tal-Veneto, il-Kummissjoni nnutat li ma kienx f’reġjun eliġibbli għal għajnuniet skont l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE, u għaldaqstant ma kienx eliġibbli għal għajnuniet b’intenzjoni ta’ għajnuna reġjonali.

(62)

Sardegna kienet reġjun megħjjun skont l-Artikolu 87(3)(a) sal-aħħar tal-2006. Madanakollu, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-possibbiltà li tawtorizza l-miżura abbażi tal-linji gwida dwar Għajnuna Reġjonali mill-Istat applikabbli f’dak iż-żmien (37).

(63)

Minkejja l-insistenza tal-Italja fuq il-fatt li l-prezzijiet għoljin tal-elettriku f’Sardegna kienu ta’ ostakolu għall-iżvilupp tal-gżira, il-Kummissjoni sabet li l-Italja ma ppruvatx l-eżistenza ta’ prezzijiet għoljin b’mod sinifikanti f’Sardegna, in ġenerali jew partikolarment għall-impriżi li jikkunsmaw ħafna elettriku (l-Italja ma fornietx informazzjoni fuq il-kuntratti bilaterali li saru bejn l-impriżi li jikkunsmaw ħafna elettriku u l-fornituri tagħhom, bl-ispjega li din l-inforamzzjoni ma kinetx ta’ dominju pubbliku). Barra minn hekk, l-Italja ma spjegatx għal liema raġuni prezzijiet għoljin jikkostitwixxu żvantaġġ reġjonali lanqas b’liema mod it-tariffa kienet tikkontribwixxi għall-iżvilupp reġjonali. Il-Kummissjoni fakkret li fil-Kawża C34/02 (38) ma kinetx aċċettat li n-nuqqas ta’ konċessjonijiet rigward l-elettriku f’Sardegna seta’ jiġi kkunsidrat ostakolu għall-iżvilupp tal-PMI fir-reġjun (u ħadet deċiżjoni negattiva). Għaldaqstant il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-ħtieġa tal-għajnuna.

(64)

Barra minn hekk il-Kummissjoni esprimiet dubji li tali għajnuna ad hoc proporzjonali mal-iżvantaġġi reġjonali, anke jekk wieħed jikkunsidra l-metodu użat biex jiġi kkalkulat il-prezz preferenzjali, li ma kellu xejn x’jaqsam mal-prezzijiet imħaddma fil-kumplament tal-Italja.

(65)

Il-Kummissjoni nnutat li l-għajnuna ma kinetx qed tonqos f’termini reali peress li kien hemm il-limitu ta’ 4 % impost fuq iż-żjieda tat-tariffa.

(66)

Rigward il-perjodu kopert mill-linji gwida dwar Għajnuna Reġjonali mill-Istat 2007-2013 (39), il-Kummissjoni nnutat li Sardegna ma kinetx se tibqa’ tikkwalifika għal għajnuniet reġjonali abbażi tal-Artikolu 87(3)(a), tat-Trattat tal-KE, u b’mod partikolari għal għajnuniet operazzjonali. Ikkunsidrat li filwaqt li seta’ jiġi awtorizzat perjodi transitorju ta’ sentejn, abbażi tal-linji gwida reġjonali, sabiex issir l-eliminazzjoni gradwali tal-iskemi ta’ għajnuna operazzjonali fis-seħħ, ma kienx jidher xieraq li jitħallew jiġu introdotti għajnuniet ġodda operazzjonali għal ftit xhur kif ukoll fid-dawl tal-fatt tad-dubji li tqajmu u tan-natura tal-għajnuna ti tikkawża distorsjoni.

(67)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni esprimiet dubji għal dak li għandu x’jaqsam mal-possibbiltà li tawtorizza tariffa preferenzjali għal Alcoa kemm bħala għajnuna reġjonali jew abbażi ta’ xi raġuni oħra, li f’kull każ l-Italja ma rnexxilhiex tidentifika.

3.3.   L-appell ta’ alcoa kontra d-deċiżjoni tal-2006 li jinbdew proċedimenti

(68)

Id-deċiżjoni tal-2006 dwar il-bidu ġiet sfidata minn Alcoa quddiem il-Qorti tal-Ewwel Istanza. Fil-25 ta’ Marzu 2009 il-Qorti tat sentenza (minn hawn ‘il quddiem “is-sentenza tal-Qorti”) li kkonfermat id-deċiżjoni dwar il-ftuħ u ċaħdet l-argumenti ta’ Alcoa fl-intier tagħhom (40).

4.   KUMMENTI MINN PARTIJIET TERZI

(69)

L-istedina tal-Kummissjoni sabiex jiġu ppreżentati kummenti dwar iż-żewġ deċiżjonijiet li jinfetaħ il-proċediment ta’ investigazzjoni formali qanqlet reazzjonijiet min-naħa ta’ Alcoa u minn partijiet terzi. Hawnhekk huwa inkluż biss is-sommarju tal-kummenti li jappartjenu lil Alcoa.

4.1.   Kummenti minn alcoa

4.1.1.   Każ C 38/A/04

(70)

Skont Alcoa, it-tariffa hija intiża biex tindirizza falliment tas-suq, u b’mod partikolari l-inkapaċità tas-suq tal-enerġija elettrika li ġie liberalizzat dan l-aħħar li jforni prezzijiet kompetittivi minħabba l-qawwa tas-suq tal-operaturi tradizzjonali. Dan il-falliment tas-suq għandu jkun partikolarment evidenti f’Sardegna. F’dawn iċ-ċirkostanzi, kienu jkunu meħtieġa inizjattivi ta’ azzjoni regolatorja, anke taħt forma ta’ skemi tariffarji, biex jakkumpanjaw it-transizzjoni mill-monopolju għal kompetizzjoni sħiħa.

(71)

L-analiżi ġuridika ta’ Alcoa tinsisti fuq il-fatt li t-tariffa ma tikkostitwix għajnuna fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE, minħabba li ċ-ċirkostanzi li ġġustifikaw id-deċiżjoni tal-1996 li ma jkunx hemm għajnuna fil-każ ta’ Alumix kienu jkunu xorta waħda validi. B’mod partikolari, it-tariffa ma kinetx tagħti vantaġġ, il-metodu ta’ finanzjament tagħha ma kinetx tinvolvi trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat u, meta wieħed jikkunsidra il-karatteristiċi tal-kummerċ tal-aluminju primarju, it-tariffa ma kinetx tinċidi fuq il-kummerċ intrakomunitarju, u lanqas toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.

(72)

Barra minn hekk Alcoa ssostni li anke jekk il-miżura kienet ikklassifikata bħala għajnuna mill-Istat, it-tariffa ta’ Sardegna kienet tkun kompatibbli mar-regoli ta’ għajnuna reġjonali mill-Istat.

4.1.2.   Każ C 36/B/06

(73)

Alcoa tissottometti li t-tariffa toffri rimedju għall-falliment tas-suq, li ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat, li f’kull każ kienet tikkostitwixxi għajnuna diġà eżistenti u mhux għajnuna ġdida u li l-prinċipju ta’ aspettativi leġittimi kien jipprekludi l-irkupru.

(74)

Alcoa tipprovdi ħafna informazzjoni dwar il-produzzjoni u l-kummerċ tal-aluminju. Il-produzzjoni tal-aluminju primarju (smelting) huwa l-iktar proċess li jikkonsma enerġija mill-proċessi kollha (b’konsum ta’ 15-il KWh għal kull kilo ta’ aluminju). Fil-livell dinji, il-produzzjoni ta’ aluminju primarju fl-2006 kienet ta’ madwar 33,7 miljun tunnellata, li minnhom 4,5 miljuni biss kienu prodotti fiż-ŻEE. L-UE 25 u ż-ŻEE huma importaturi netti sinifikanti tal-aluminju primarju. Fl-2006 l-UE 25 importat 4,7 miljun tunnellata u huwa previst li l-importazzjonijiet se jilħqu l-5,5 miljun tunnellata fl-2010. Fl-2006 l-industrija tal-aluminju fl-UE 25 kienet timpjega 106 000 persuna direttament (41) u madward 300 000 persuna indirettament. Fiż-żmien meta Alcoa ppreżentat il-kummenti tagħha, fl-UE 25 kienu joperaw 22 funderija tal-aluminju primarju (31 fiż-ŻEE), u kollha f’kapaċità sħiħa.

(75)

L-aluminju primarju huwa prodott bażiku u l-prezz ta’ referenza tiegħu huwa stabbilit fil-Metal Exchange ta’ Londra. Iż-żewġ funderiji Taljani ta’ Fusina u Portovesme jipproduċu madwar 200 000 tunnellata. Skont Alcoa, din il-produzzjoni limitata mhix kapaċi jkollha effett fuq il-prezzijiet tal-aluminju primarju.

4.1.2.1.   Ftehimiet dwar il-forniment tal-enerġija elettrika huma indispensabbli

(76)

L-enerġija elettrika hija l-ispiża prinċipali għall-produzzjoni tal-aluminju primarju. Skont Alcoa il-funderiji jistgħu jiffunzjonaw biss jekk ikunu ġew konklużi ftehimiet fit-tul mal-produtturi tal-enerġija elettrika. Ftehimiet fit-tul li huma cost-based għad jistgħu isiru ma bejjiegħa li huma disposti jagħmlu dan, kif juri l-ftehim stipulat minn Alcoa fl-Islanda (42). Madanakollu, skont Alcoa fin-nuqqas ta’ ftehimiet kuntrattwali li huma cost-based il-funderiji kellhom jagħlqu. Mill-2003 ‘l hawn, fl-UE 25 għalqu tliet funderiji għal din ir-raġuni u ġew imħabbra pjani oħra ta’ għeluq. Alcoa tikkonkludi li mingħajr il-proroga tat-tariffa, kienet tkun sfurzata tagħlaq fil-pront iż-żewġ impjanti Taljani f’Fusina (Veneto) u Portovesme (Sardegna).

(77)

Alcoa tenfasizza li l-gvernijiet ta’ diversi Stati Membri qed jinkoraġġixxu li jiġu konklużi kuntratti ta’ fornitura fit-tul li huma cost-based bejn il-konsumaturi industrijali u l-produtturi tal-enerġija elettrika, fid-dawl tal-fatt li s-swieq tal-elettriku mhux qed jiffunzjonaw kif suppost. Dawn is-soluzzjonijiet huma kkunsidrati meħtieġa bħala miżuri temporanji biex jiggarantixxu prezzijiet ekwi u biex jiġi evitat l-għeluq fl-industrija. Alcoa tipprovdi deskrizzjoni qasira tal-miżuri adottati minn: il-Finlandja (konsorzji li jinvestu f’reattur nukleari ġdid, b’off-take rights bi prezz marbut mal-ispejjeż tal-produzzjoni), il-Ġermanja (skont ta’ 35-50 % fuq l-ispejjeż ta’ trażmissjoni, kif ukoll tnaqqis fil-ħlas relatat mal-enerġija rinnovabbli għall-utenti industrijali kbar), Spanja (tariffa regolati), Franza (konsorzji tal-utenti l-kbar li qed jinvestu f’impjanti nukleari ġodda, tariffi “ta’ ritorn” regolati), l-Isvezja (konsorzji għal investimenti f’impjanti ġodda), il-Belġju (konsorzju għall-akkwisti).

(78)

Alcoa tenfasizza li l-istess Kummissjoni tirrikonoxxi, fl-inkjesta dwar is-settur tal-enerġija (43) li s-swieq tal-elettriku fl-Ewropa ma jiffunzjonawx kif suppost. Alcoa wkoll telenka sensiela ta’ inizjattivi adottati jew imħabbra mill-Kummissjoni fis-settur tal-enerġija, bħall-ħidma tal-High Level Group dwar l-Enerġija, il-kompetittività u l-Ambjent (44).

4.1.2.2.   It-tariffa ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat

(79)

Alcoa tinsisti li t-tariffa mhix għajnuna mill-Istat minħabba li: (a) ma hu verifikat ebda tibdil sinifikanti fiċ-ċirkustanzi li wasslu lill-Kummissjoni biex tikkonkludi li t-tariffa Alumix ma kinetx tagħti vantaġġ; b’mod partikolari il-prezz imħallas minn Alcoa jkompli jkun koerenti mal-parametri indikati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni Alumix; (b) il-miżura ma toħloqx distorsjoni fil-kompetizzjoni u għandha effetti fuq il-kummerċ intrakomunitarju; u (c) skont il-każistika tal-qrati Komunitarji, il-miżura ma tinvolvix it-trasferiment ta’ riżorsi Statali.

4.1.2.3.   Ebda vantaġġ

(80)

Alcoa tgħid li fl-evalwazzjoni tal-preżenza ta’ vantaġġ, huwa importanti ħafna li jiġi stabbilit jekk il-prezz imħallas lil Alcoa kienx inqas għal dak normali tas-suq. Alcoa tinsisti li l-prezz speċjali huwa ekwilvalenti għal dak li l-impriża kieku kellha tħallas f’kundizzjonijiet normali tas-suq, jew inkella f’suq totalment kompetittiv. Fil-każ Alumix, il-Kummissjoni kienet waslet għall-konklużjoni li, f’suq totalment kompetittiv, fornitur tal-enerġija elettrika privat kien ibigħ l-enerġija lill-aħjar klijenti tiegħu għall-ispiża marġinali miżjuda b’kontribuzzjoni żgħira għall-ispejjeż fissi u li l-Istat seta’ jiffissa tariffi bbażati fuq l-istess kriterji. Skont Alcoa, il-każ preżenti jrid jiġi ttestjat fuq jekk il-prezzijiet imħallsa minn Alcoa kinux iktar jew inqas mill-ispejjeż marġinali tal-fornitur tal-enerġija elettrika (miżjuda b’kontribuzzjoni żgħira għall-ispejjeż fissi). Alcoa tippreżenta l-kalkoli biex issostni din it-teżi.

(f’EUR/MWh)

 

2005

2006

Sardegna

Tariffa speċjali applikabbli għal Alcoa f’Portovesme

24,94

25,90

Prezz bl-ingrossa minimu għar-reġjun ta’ Sardegna (IPEX)

20,02

21,0

Veneto

Tariffa speċjali applikabbli għal Alcoa f’Fusina

25,7

27,1

Prezz bl-ingrossa minimu għar-reġjun tat-Tramuntana tal-Italja

20,02

21,0

(81)

Kemm għal Sardegna kif ukoll għall-Veneto, Alcoa tutilizza l-prezzijiet minimi IPEX (EUR 20,2 u EUR 21,0 MWh fl-2005 u fl-2006) bħala approssimazzjoni tal-ispejjeż marġinali tal-ġeneraturi, minħabba li ebda fornitur ma kien lest ibiegħ l-enerġija fis-swieq immedjati bi prezzijiet inqas mill-ispejjeż marġinali tagħhom u għalhekk il-prezzijiet immedjati minimi kienu jkunu iktar mill-ispejjeż marġinali għall-produzzjoni. Skont il-kumpanija huwa possibbli tikkonferma l-affidabbiltà tal-prezzijiet minimi ta’ hawn fuq billi wieħed jikkomparahom mal-ispejjeż marġinali standard għall-impjanti tal-elettriku mħaddma bil-faħam, li Alcoa tikkalkula EUR 20/MWh.

(82)

Fil-qosor, skont Alcoa, fil-Veneto kif ukoll f’Sardegna il-metodi indikati fil-premessi (80) u (81) għandhom jikkonfermaw li l-prezzijiet imħallsa minn Alcoa huma koerenti mal-kriterji stipulati fid-deċiżjoni Alumix.

(83)

Alcoa tikkontesta l-użu preżunt min-naħa tal-Kummissjoni tal-prezzijiet medji IPEX bħala parametru biex tevalwa l-preżenza ta’ vantaġġ. Alcoa tissottometti li l-prezz medju IPEX mhuwiex rappreżentattiv tal-prezz imħallas minn konsumatur industrijali kbir bħal Alcoa, li tikkonsma l-elettriku 24 siegħa kuljum u li ma takkwistax l-elettriku fis-suq immedjat, iżda tikkonkludi kuntratt bilaterali għal fornitura fit-tul.

(84)

Barra minn hekk, Alcoa tissottometti li ENEL tgawdi minn pożizzjoni dominanti fil-forniment tal-enerġija elettrika kważi kullimkien fl-Italja. F’Sardegna, b’mod partikolari, ENEL hija protetta mill-kompetizzjoni permezz ta’ fornituri li mhumiex Sardi b’riżultat tal-kapaċità limitata ta’ interkonnettività bejn Sardegna u l-Italja kontinentali. Għaldaqstant fl-Italja għalissa la s-suq immedjat u lanqas is-suq għal ftehimiet ta’ forniment fit-tul ma huma kkaratterizzati minn struttura effettiva kompetittiva. Għalhekk, il-prezzijiet applikati minn ENEL lil Alcoa jirriflettu l-prezzijiet li normalment jipprevalu f’suq totalment kompetittiv f’Sardegna u fil-Veneto.

(85)

Fl-aħħar, Alcoa tissottometti li l-prezzijiet li ħallset fl-Italja għadhom jikkonformaw għal kollox mal-kriterji ffissati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni Alumix u jirriflettu b’mod preċiż dak li jiġri kieku s-suq kellu jiffunzjona kif suppost. Għaldaqstant, Alcoa mhix tibbenefika minn vantaġġ li ma kinetx tibbenefika minnu f’suq totalment kompetittiv.

4.1.2.4.   Ebda impatt fuq il-kummerċ

(86)

Alcoa tissottometti li t-tariffa ma għandha ebda impatt fuq il-kummerċ intrakomunitarju u ma tistax tgħawwġ il-kompetizzjoni. Il-prezz tal-aluminju primarju huwa stabbilit mill-Metal Exchange ta’ Londra u l-varjazzjonijiet fl-ispejjeż tal-produzzjoni lokali ma jittraduċux f’differenzi fil-prezz. Il-produzzjoni tal-aluminju primarju fl-Italja hija tant baxxa, skont Alcoa, li ma tistax tagħmel impatt fuq l-prezzijiet dinjin.

(87)

It-talba għall-aluminju primarju fl-UE 25 żdiedet b’mod kostanti (it-talba żdiedet bi 42 % bejn l-1996 u l-2005). Madanakollu, il-produzzjoni Ewropea ma segwietx bl-istess pass. Fl-2004 41 % biss tad-domanda tal-UE 25 kienet koperta mill-produzzjoni fl-UE 25 meta mqabbel ma’ 50 % fl-1996. Madanakollu kien hemm defiċit ta’ produzzjoni dejjem jiżdied fl-UE, filwaqt li t-talba baqgħu jissodisfawha esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi.

(88)

Alcoa tikkontendi li jekk l-industrija tal-aluminju fl-Italja tisparixxi, ebda operatur ġdid Taljan jew mill-UE ma jista’ jissostitwixxi l-kapaċità li tkun għalqet fl-Italja, minħabba li l-impjanti fl-UE diġà qed joperaw f’kapaċità sħiħa u, meta wieħed jikkunsidra li l-prospettivi fit-tul huma inċerti rigward id-disponibbiltà ta’ enerġija elettrika bi prezzijiet raġonevoli, ebda produttur ġdid jew li diġà jeżisti ma jkollu l-inċentiv li jkabbar il-kapaċità tiegħu.

(89)

Barra minn hekk, Alcoa tgħid li l-interessi tal-produtturi Ewropej l-oħra mhumiex mhedda jekk jitkomplew it-tariffi fl-Italja, minħabba li dawn iwasslu l-enerġija elettrika bi prezz li huwa marġinalment biss irħas mill-prezz medju peżat li jħallsu l-produtturi tal-aluminju primarju fl-EU 25.

(90)

Tqabbil tat-tariffi medji tal-funderiji

(f’EUR/MWh)

 

2002

2003

2004

2005

Tariffa medja peżata tal-funderiji fl-Italja

22,0

23,4

24,2

25,1

Tariffa medja peżata tal-funderiji fl-UE 25

24,9

24,0

25,1

26,4

Tariffa medja peżata tal-funderiji fiż-ŻEE

21,4

21,2

22,0

23,3

Tariffa medja peżata tal-funderiji dinjin

21,1

19,3

19,4

21,2

4.1.2.5.   Ebda riżorsi tal-Istat

(91)

Alcoa tibbaża fuq il-każistika Preussen-Elektra  (45) u Perle  (46) biex tissostanzja t-teżi li l-miżura fil-kwistjoni mhix iffinanzjata minn riżorsi Statali. Alcoa tgħid li l-fondi meħtieġa għall-finanzjament tat-tariffa huma trasferiti minn entitajiet privati (l-utenti tal-enerġija elettrika) lil entità privata (Alcoa), filwaqt li r-rwol tal-Istat huwa limitat għall-adozzjoni ta’ liġi li timponi l-ħlas tal-ammonti ta’ flus mitluba, mingħajr ebda poter diskrezzjonali li jiddisponi mill-fondi għajr fl-implimentazzjoni tal-iskema prevista mill-liġi. B’mod partikolari, skont Alcoa, il-Cassa Conguaglio ma teżerċita ebda kontroll fuq il-fondi u hija sempliċement intermedjarju tal-kontabbiltà.

4.1.2.6.   Għajnuna eżistenti iktar milli ġdida

(92)

Barra minn hekk Alcoa tissottometti li anke jekk wieħed jikkunsidra t-tariffa bħala għajnuna mill-Istat, tali miżura kienet tkun “għajnuna eżistenti” iktar milli “għajnuna ġdida”.

(93)

Alcoa tgħid li d-deċiżjoni Alumix ma kinetx limitata fiż-żmien u l-applikabbiltà tagħha ma waqfitx fil-31 ta’ Diċembru 2005. Skont Alcoa, it-teżi tal-Kummissjoni li “bidla fiċ-ċirkostanzi” qassret l-effettività tad-deċiżjoni Alumix ma treġix minħabba li la l-liberalizzazzjoni tas-suq u lanqas ir-rwol mgħoti lill-Cassa Conguaglio ma jwasslu għal kambjament sostanzjali rigward il-vantaġġ (jew pjuttost, in-nuqqas ta’ vantaġġ) li jirriżulta mill-iskema Alumix. Alcoa kompliet tħallas l-istess prezz nett wara r-riformi u dan il-prezz ma kienx jagħti vantaġġ lix-xerrej tal-enerġija, kif inhu rikonoxxut fid-deċiżjoni Alumix. Għaldaqstant ir-riformi ma kinux jikkostitwixxu “bidla fiċ-ċirkostanzi” u għalhekk dan irendi d-deċiżjoni Alumix invalida. Rigward ir-rwol mogħti lill-Cassa Conguaglio, skont Alcoa il-kambjament kien wieħed purament amministrattiv li ma kellux impatt fuq is-sustanza tal-mekkaniżmu.

(94)

Barra minn hekk Alcoa tiddikjara li anke jekk wieħed jammetti li kien hemm kambjament fiċ-ċirkustanzi, il-kumpanija xorta waħda kien ikollha dritt għal trattament ta’ “għajnuna eżistenti” fl-ambitu tal-Artikolu 1(b) u (v), l-ewwel sentenza tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (47) (miżuri li saru għajnuna minħabba l-evoluzzjoni tas-suq komuni). Dan tikkonfermah il-każistika taċ-Ċentri ta’ Koordinament fil-Belġju  (48). Il-Qorti fil-fatt stabbiliet li, ladarba l-Kummissjoni kienet iddeċidiet li skema ta’ għajnuna partikolari ma kinetx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, l-uniku mod kif din setgħet tiġi evalwata mill-ġdid huwa billi ssegwi r-regoli dwar l-għajnuniet eżistenti, u l-effet tal-evalwazzjoni mill-ġdid jista’ jkun biss pro futuro.

(95)

Skont Alcoa huwa irrelevanti jekk il-liberalizzazzjoni tas-swieq tal-enerġija saritx wara li l-Kummissjoni kienet adottat id-deċiżjoni Alumix, ladarba l-liberalizzazzjoni ma kellhiex impatt fuq ir-raġunament bażi wara l-konklużjoni ta’ non-għajnuna (il-fatt li l-prezzijiet ikopru l-ispejjeż marġinali) u ma setgħetx tikkawża bidla fil-karattru tal-miżura. Għaldaqstant il-Kummissjoni ma tistax tinvoka l-Artikolu 1(b), (v), it-tieni sentenza, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (49), biex tiddikjara l-miżura “għajnuna ġdida”. Barra minn hekk, anke jekk wieħed jassumi li l-liberalizzazzjoni lagħbet parti, Alcoa ssostni li, abbażi tal-każistika Alzetta  (50) il-Kummissjoni ma setgħetx tibbaża fuq l-Artikolu 1(b), (v), it-tieni sentenza tar-Regolament 659/1999.

(96)

Barra minn hekk, il-liberalizzazzjoni tas-suq tal-enerġija elettrika kienet saret qabel l-adozzjoni tar-Regolament Nru. 659/1999. Għalhekk dan tal-aħħar ma jistax jiġi applikat għal miżuri fis-settur tal-elettriku anke jekk dawn saru għajnuna bħala riżultat tal-liberalizzazzjoni; tali miżuri jaqgħu taħt l-Artikolu 1(b)(v), l-ewwel sentenza tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (għajnuna eżistenti) u taħt il-ġurisprudenza tal-Qorti rigward Alzetta.

4.1.2.7.   Aspettattivi leġittimi

(97)

Alcoa tkompli tissottometti li anke jekk l-iskema preżenti ma kellhiex tkun ikkunsidrata għajnuna eżistenti, il-kumpanija xorta waħda kien ikollha d-dritt tinvoka l-aspettattivi leġittimi, meta wieħed jikkunsidra l-investimenti kbar li għamlet Alcoa fiż-żewġ entitajiet bil-ftehim li t-tariffa ma kinetx tikkostitwixxi għajnuna u anke minħabba l-eżistenza ta’ prassi f’deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni li jindikaw marġini ta’ diskrezzjoni fl-applikazzjoni tat-“trattament tal-għajnuna eżistenti”, b’mod partikolari d-deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward l-iskema ta’ allokazzjonijiet f’eżenzjonijiet mit-taxxa għal stabbiliment barra mill-pajjiż (51).

4.1.2.8.   Kompatibbiltà tat-tariffa f’Sardegna bħala għajnuna reġjonali

(98)

Alcoa tinsisti li, fi kwalunkwe każ, safejn għandu x’jaqsam l-impjant ta’ Sardegna, il-miżura kkontestat tissodisfa r-rekwiżiti għall-għoti ta’ għajnuna reġjonali.

(99)

Alcoa tiddeskrivi l-iżvantaġġi reġjonali ta’ Sardegna u l-problemi tal-industriji li jikkunsmaw ħafna elettriku li ġejjin min-nuqqas ta’ interkonnettività fil-forniment tal-enerġija elettrika ta’ Sardegna u mill-eżistenza ta’ duopoli ENEL/ENDESA li tgħawweġ il-proċess normali ta’ kompetizzjoni u żżomm il-prezzijiet għoljin anke għall-utenti l-kbar. It-tariffa għandha l-għan li tirrimedja dan l-iżvantaġġ.

(100)

Alcoa tenfasizza li l-għeluq tal-funderiji kien ikollu, bħala effett immedjat, it-telf ta’ 2 500 impjieg. Madanakollu, kien ikun hemm anke effett indirett fuq eluf ta’ impjiegi oħra minħabba l-pożizzjoni ta’ Alcoa waħda mill-kumpaniji li l-iktar iħaddmu nies fir-reġjun. L-impatt kien ikun iktar drammatiku fil-każ ta’ għeluq immedjat, b’kuntrast ma’ eliminazzjoni gradwali tal-attività.

(101)

Alcoa ssostni li t-tariffa twieġeb għar-rekwiżi tal-proporzjonalità, għall-fatt li hija limitata għall-bżonn li tindirizza l-falliment tas-suq (in-nuqqas ta’ suq kompetittiv f’Sardegna) u l-prezz huwa konformi mal-medja peżata tal-prezzijiet tal-elettriku li jħallsu funderiji oħrajn fl-UE 25.

(102)

Skont Alcoa ma ġiex ippruvat in-nuqqas ta’ karatteristika ta’ tnaqqis gradwali tat-tariffa. Dan għandu jiġi vvalutat imqabbel mal-ispejjeż marġinali tal-fornituri; biex turi li t-tariffa mhix qed tonqos, il-Kummissjoni jeħtiġilha tipprova żieda f’dawn l-ispejjeż. Rigward il-limitu massimu ta’ 4 % fiż-żieda inkrementali, ikkontestata mill-Kummissjoni, li ma jiggarantix it-tnaqqis tat-tariffa, Alcoa ssostni li huwa normali li l-prezz jibqa’ fiss għal ċertu perjodu. Barra minn hekk, limitu massimu għandu jirrifletti tendenza normali, u ma jieħux kont ta’ avvenimenti annormali, bħaż-żieda eċċezzjonali fi-prezzijiet taż-żejt. Fl-aħħar mill-aħħar Alcoa tosserva li l-Kummissjoni rrikonoxxiet it-tnaqqis ta’ mekkaniżmu li żamm il-vantaġġ għal bejn erba’ u ħames snin u imbagħad beda jonqos gradwalament (52).

(103)

Alcoa hija tal-fehma li t-tariffa hija transitorja għaliex ġiet iffissata għal sakemm tiġi eliminata l-problema tal-interkonnettività mat-territorju ewlieni (x’aktarx fl-2010). Barra minn hekk, it-teżi tal-Kummissjoni li skontha l-miżura ilha fis-seħħ għal iktar minn ħames snin mhix fondata meta wieħed iqis li s’issa t-tariffa ma kinetx tikkostitwixxi għajnuna.

(104)

Fl-aħħar, Alcoa ssostni li l-linji gwida tal-2007 dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2007-2013 (53) mhumiex applikabbli fis-sustanza minħabba li t-tariffa ingħatat qabel l-2007 u għalhekk trid tiġi evalwata b’konformità mal-linji gwida dwar l-Għajnuna Nazzjonali Reġjonali tal-1998 (54) kif indikat fid-dispożizzjonijiet transitorji tal-linjigwida tal-2007.

4.2.   Kummenti minn partijiet terzi

4.2.1.   Każ C 38/A/04

(105)

Kompetitur ta’ Portovesme Srl (55) ippreżenta analiżi tat-tariffa Alumix, u kkonkluda li t-tariffi preferenzjali kollha applikati mill-Italja f’Sardegna abbażi tad-Digriet tal-2004 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat illegali li ma jistgħux jiġu awtorizzati bħala għajnuniet għall-funzjonament tar-reġjuni u għandhom jiġu ddikjarati inkompatibbli.

4.2.2.   Każ C 36/B/06

(106)

Żewġ assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-aluminju jissottomettu li t-tariffi huma meħtieġa biex ma jippermettux id-delokalizzazzjoni tal-industrija barra mill-UE sakemm jinstabu soluzzjonijiet fit-tul.

(107)

Il-kompetitur ta’ Portovesme Srl imsemmi fil-premessa (105) talab lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-kontribut tiegħu fil-Każ C 13/06 (56), anke fl-evalwazzjoni ta’ dan il-każ. Mill-ġdid il-kumpanija tikkonkludi li t-tariffi għandhom jiġu ddikjarati inkompatibbli.

(108)

L-Italja talbet lill-Kummissjoni biex ma tiħux kont ta’ dawn il-kummenti, li hi tikkunsidra mhux pertinenti, peress li l-każ C13/06 ma jikkonċernax l-istess materja: il-miżuri li ġew eżaminati fil-każ C13/06 kienu jikkostitwixxu għajnuna ġdida filwaqt li t-tariffa Alcoa kienet l-estensjoni ta’ miżura eżistenti. Barra minn hekk, it-tielet parti interessata, li mhux produttur tal-aluminju, ma tkunx effettwata direttament mill-miżura favur Alcoa.

(109)

Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta t-talba tal-Italja. Il-fatt li t-tariffa għandha sfond storiku differenti minn tariffi oħrajn ma tnaqqasx ir-relevanza tal-kummenti dwar il-kwistjoni, sakemm dawn jindirizzaw mistoqsijiet relevanti bħall-karattru tal-għajnuna tal-Istat rigward it-tariffi tal-elettriku f’Sardegna, il-kontribut tagħhom għall-iżvilupp reġjonali u l-impatt tagħhom fuq il-kompetizzjoni. Barra minn hekk, fil-kwadru ta’ investigazzjoni rigward Artikolu 88(2), tat-Trattat KE, m’hemmx bżonn li parti terza tkun milquta direttament u individwalment mill-miżura li dwarha tippreżenta l-kummenti tagħha.

5.   KUMMENTI MILL-ITALJA

5.1.   Każ C 38/A/04

5.1.1.   It-tariffa tindirizza falliment tas-suq

(110)

L-Italja tenfasizza li s-suq tal-enerġija elettrika fl-UE għadu mhux totalment kompetittiv, ħaġa li tirrikonoxxi l-istess Kummissjoni. L-impriżi, b’mod partikolari dawk li jikkunsmaw ħafna elettriku, ma jistgħux jakkwistaw elettriku b’kundizzjonijiet komparabbli fid-diversi Stati Membri.

(111)

Fl-Italja minkejja l-liberalizzazzjoni tas-settur, jeżistu nuqqasijiet strutturali (pereżempju interkonnettività insuffiċjenti) li jissarrfu fi prezzijiet għoljin għall-enerġija u fi struttura tas-suq ikkonċentrata li tagħmilha diffiċli għall-klijenti eliġibbli biex jagħżlu l-fornitur tagħhom tal-enerġija elettrika. Il-problemi huma partikolarment akuti f’Sardegna, fejn jeżistu biss żewġ fornituri. Għaldaqstant, l-Italja ssostni li sistema tariffarja li tirrifletti l-profil tad-domanda għandha tkun ikkunsidrata ġġustifikata bħala miżura regolamentarja li tixbaħ il-mekkaniżmi li suppost joperaw f’suq totalment kompetittiv. Dan l-intervent għandu jirrestawra l-bilanċ fil-kundizzjonijiet bejn l-impriżi li jikkunsmaw ħafna elettriku u li joperaw fid-diversi Stati Membri.

5.1.2.   It-tariffa ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat

(112)

Rigward Alcoa, l-Italja tissottometti li t-tariffa Alumix oriġinali stabbilita mid-Digriet tal-1995 kienet ġiet dikjarata mill-Kummissjoni li ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat minħabba li kienet relatata b’mod oġġettiv mal-profil tal-konsum tal-funderija u kienet tirrifletti l-ispeċifiċità tal-forniment u tad-domanda (supply and demand) tal-enerġija fir-reġjuni kkonċernati.

(113)

Skont l-Italja, id-Digriet tal-2004 huwa bbażat fuq l-istess elementi ta’ fatt li wasslu lill-Kummissjoni biex tikkonkludi li ma kienx hemm għajnuna mill-Istat, filwaqt li jittieħed kont ukoll tal-kriżi attwali fl-industrija metallurġika f’Sardegna. Id-differenza bejn is-sistema l-qadima u dik ġdida tirrigward biss l-“istruttura tariffarja”. L-Italja tgħid li dawn il-bidliet saru neċessarji wara t-tnedija tas-suq intern tal-enerġija u sabiex tiġi ggarantita n-“newtralità tariffarja”.

(114)

B’mod iktar speċifiku, l-Italja tissottometti li t-tariffa Alcoa ma tinqabadx mill-projbizzjoni tal-Atikolu 87(1) tat-Trattat KE, minħabba li ma tinvolvix it-trasferiment ta’ riżorsi Statali u mhix kapaċi tgħawweġ il-kompetizzjoni lanqas tagħmel impatt fuq il-kummerċ intrakomunitarju. In-natura ta’ non-għajnuna tal-iskema tariffarja kienet ir-raġuni għaliex l-Italja deherilha li ma kienx neċessarju li tinnotifika d-Digriet fl-2004. L-Italja tissottometti li, f’kull każ, wara l-ftuħ tal-investigazzjoni profonda, l-Italja waqfet tapplika d-Digriet tal-2004 għal Alcoa.

5.1.3.   Ebda riżorsi tal-Istat

(115)

Rigward l-intervent tar-riżorsi Statali l-Italja tgħid li s-sistema tariffarja hija perfettament komparabbli ma’ dik li, fil-kawża Preussen-Elektra, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet iddikjarat li ma kinetx tinvolvi riżorsi tal-Istat. Il-Cassa Conguaglio, bħala “korp ta’ sistema ta’ kontabbiltà teknika” ma tistax tqassam ir-riżorsi finanzjarji li tamministra kif trid hi. Il-fatt li l-AEEG u l-Ministeru tal-Finanzi jistgħu jeżerċitaw ċertu kontroll fuq l-attività tal-Cassa Conguaglio ma jfissirx li l-Istat jista’ jiddisponi liberament minn dawk ir-riżorsi.

5.1.4.   Ebda impatt fuq il-kummerċ

(116)

Rigward l-impatt fuq il-kummerċ intrakomunitarju, l-argumenti li ġew ippreżentati mill-Italja huma identiċi għal dawk ta’ Alcoa (ara (86)-(90)).

5.1.5.   It-Tariffa Sarda kienet hija kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat

(117)

Skont l-Italja, f’kull każ it-tariffa applikabbli f’Sardegna tista’ tkun ikkunsidrata kompatibbli mas-suq komuni bħala għajnuna reġjonali abbażi tal-kunsiderazzjonijiet li ġejjin. L-imperfezzjonijiet tas-suq tal-elettriku rigward l-enerġija elettrika f’Sardegna jikkostitwixxu żvantaġġ reġjonali, li t-tariffa tfittex li telimina. It-tariffa għandha riperkussjonijiet pożittivi fuq l-impjiegi u ż-żamma tal-fibra soċjali u ekonomika tal-gżira. Hija proporzjonali għall-iżvantaġġi li qed jiffaċċja l-benefiċjarju, għal żmien qasir u transitorju.

5.2.   Każ C 36/B/06

5.2.1.   Ebda għajnuna mill-Istat

(118)

L-Italja dehrilha li ma kienx neċessarju li tinnotifika taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-istat il-proroga tat-tariffa mid-dispożizzjoni tal-Artikolu 11(11) tal-Liġi 80/2005 bl-argument li l-miżura tkompli ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat. Tabilħaqq l-Italja ssostni li l-proroga ta’ miżura li ma tikkostitwix għajnuna hija differenti minn proroga ta’ miżura li tikkostitwixxi għajnuna, biss fis-sens li din tal-aħħar tista’ tiġi kkunsidrata għajnuna ġdida.

(119)

Bħal Alcoa, l-Italja hi tal-fehma li d-deċiżjoni Alumix ma kinitx limitata fiż-żmien Din kienet intenzjonata hekk u turi li l-Kummissjoni nnifisha kienet ammettiet li t-tariffa kienet teħtieġ li tkun miżura fit-tul. L-Italja issostanzjat dan l-argument billi rreferiet għall-paragrafu fid-deċiżjoni Alumix fejn il-Kummissjoni tiddikjara li “r-ristrutturazzjoni u t-twassil tal-operat ta’ Alumix għall-vjabbiltà jassiguraw li l-iżvilupp ta’ dawn iż-żewġ żoni ma jkunx fil-qosor iżda fit-tul”.

5.2.2.   Ebda vantaġġ, ebda riżorsi Statali u ebda impatt fuq il-kummerċ

(120)

L-Italja tgħid li t-tariffa ma tinvolvix vantaġġ, għall-istess raġunijiet diġà żviluppati minn Alcoa u ppreżentati fi (80) - (85), li m’għandhiex impatt fuq il-kummerċ (ara (86) - (90) u li ma tinvolvix trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat (ara (115)).

(121)

L-Italja tirreferi għall-kapaċità żejda fil-ġenerazzjoni tal-elettriku li hi prevalenti f’Sardegna u tenfasizza li f’tali sitwazzjoni normalment Alcoa kien ikollha ħafna saħħa biex tinnegozja u tieħu prezz kompetittiv ftit biss ogħla mill-prezz tal-produzzjoni marġinali tal-produttur. Il-fatt li dan mhux possibbli f’Sardegna huwa dovut, skont l-Italja, għall-imġieba tal-operatur dominanti, li jista’ jiffissal-prezz f’Sardegna u m’għandu ebda interess kummerċjali li jbiegħ bi prezz irħas, meta jaf li Alcoa ma tistax takkwista l-elettriku li teħtieġ minn x’imkien ieħor. Barra minn hekk, f’sitwazzjoni ta’ duopolju (ENEL u ENDESA, illum E.ON (57), iż-żewġ operaturi jista’ jkollhom interess japplikaw prezz ogħla minn dak li hu l-aħjar ekonomikament, sabiex jevitaw li jinħoloq “eżempju ħażin” għall-kumplament tal-Italja. Minħabba s-saħħa kbira li kellha fis-suq l-ex kumpanija molopolistika ENEL (58), l-Italja tikkonkludi li m’hemmx differenza sostanzjali bejn il-prezz mogħti lil Alcoa f’sitwazzjoni ta’ monopolju (approvat mill-Kummissjoni f’Alumix) u t-tariffa applikabbli fil-kundizzjonijiet tas-suq, ferm imperfett, tal-lum.

(122)

L-Italja tikkontesta wkoll ir-referenza għall-prezzijiet medji IPEX għall-istess raġunijiet spejagati fil-premessa (83).

5.2.3.   Il-miżura mhix illegali

(123)

Barra minn hekk, l-Italja ssostni li l-argumenti ekonomiċi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni Alumix baqgħu l-istess matul is-snin. Għaldaqstant, m’hemm xejn ġdid fil-proroga tat-tariffa u ma tistax tiġi kkunsidrata bħala għajnuna ġdida. Minn naħa l-oħra mhux korrett li l-miżura tiġi kklassifikata bħala għajnuna illegali.

5.2.4.   It-tariffa hija ġustifikata

(124)

L-Italja ssostni li, fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni kellha tikkunsidra wkoll il-konklużjonijiet tal-ewwel rapport tal-High Level Group on Energy, Competitiveness and the Environment, li jiddistingwi żewġ fatturi ġodda li llimitaw il-produzzjoni tal-aluminju f’dawn l-aħħar snin, jiġifieri il-globalizzazzjoni tas-suq ta’ referenza għall-aluminju u t-tnedija tas-suq intern tal-enerġija.

(125)

B’mod partikolari, il-kwistjoni tal-ispejjeż għolja tal-elettriku għall-produzzjoni tal-aluminju f’Sardegna u fil-Veneto, li hija rikonoxxuta fid-deċiżjoni Alumix, baqgħet ma ġietx solvuta mill-1996 ‘l hawn. Il-persistenza ta’ dawn iż-żewġ kwistjonijiet tiġġustifika l-proroga tat-tariffa, li f’kull każ kienet intiża bħala miżura fit-tul biex tiffavorixxi l-iżvilupp industrijali. L-Italja tenfasizza li anke ċ-ċirkustanzi l-oħra li l-Kummissjoni kkunsidrat fid-deċiżjoni Alumix baqgħu ma nbidlux, b’mod partikolari l-profili speċifiċi ta’ konsum tal-funderiji tal-aluminju u n-nuqqas ta’ liberalizzazzjoni tas-suq tal-elettriku.

(126)

L-Italja ssostni li fi stennija tal-liberalizzazzjoni sħiħa tas-suq, huwa meħtieġ li jiġu prorogati t-tariffi preferenzjali tal-elettriku u strumenti simili introdotti minn Stati Membri oħra bil-għan li jissalvagwardjaw u jsaħħu l-kompetittività tal-industrija Ewropea.

(127)

L-unika soluzzjoni fit-tul biex tnaqqas l-ispejjeż tal-elettriku, skont l-Italja, tikkonsisti fil-kostruzzjoni ta’ infrastruttura adegwata għall-ġenerazzjoni tal-enerġija elettrika u ta’ interkonnettività, li effettivament tiftaħ is-suq għal operaturi ġodda. L-Italja ssemmi l-pajp tal-gass GALSI li se jwassal il-gass naturali Alġerin lejn l-Ewropa permezz ta’ Sardegna u s-sistema ta’ kejbils fil-baħar SAPEI, li se ttejjeb l-interkonnettività mal-Italja kontinentali. Dawn l-infrastrutturi huma fil-fatt fil-fażi ta’ kostruzzjoni. Għaldaqstant l-Italja tgħid li t-tariffi jeħtieġ jibqgħu sakemm dawn l-infrastrutturi jkunu tlestew.

(128)

L-Italja tenfasizza wkoll li l-każ preżenti ma jistax jitqabbel mal-każ C 34/02, ikkwotat fid-deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċediment tal-2006 biex ikun suġġerit li l-Kummissjoni kienet diġà kkonkludiet li l-interkonnettività elettrika insuffiċjenti ma kinetx tikkostitwixxi żvantaġġ reġjonali għal Sardegna. Skont l-Italja, il-każ imsemmi kien jirrigwarda għajnuniet lil impriżi żgħar u ta’ daqs medju li ma kinux jikkunsmaw ħafna enerġija u għalhekk ma jbatux daqstant in-nuqqas ta’ struttura adegwata tal-enerġija u l-imperfezzjoni tas-suq tal-elettriku f’Sardegna f’konfront ma’ impriżi bħal Alcoa.

(129)

L-Italja tindika wkoll li l-High Level Group huwa konxju tal-fatt li l-industriji elettro-intensivi bħall-industriji tal-metall bil-ħadid jew mingħajru (59) jeħtieġ li tinżamm fit-territorju tal-UE, billi titjieb il-kompetittività tagħhom u b’mod partikolari billi jkollhom aċċess preferenzjali għall-prezzijiet kompetittivi.

(130)

L-Italja tipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri adottati minn Stati Membri oħra, b’mod partikolari l-Ġermanja, Spanja, Franza, il-Finlandja u l-Greċja biex inaqqsu l-ispejjeż tal-enerġija elettrika tal-industriji elettro-intensivi u biex jevitaw ir-rilokazzjoni tagħhom barra mill-UE. L-Italja tirrimarka li, filwaqt li l-miżuri jistgħu jieħdu forom differenti, dawn jipproduċu l-istess effetti ekonomiċi bħat-tariffa preferenzjali Taljana, u tenfasizza li tkun ħaġa tajba jekk l-UE tarmonizza dawn il-miżuri biex toħloq livell ekwu bejn l-industriji Ewropej u l-kompetituri tagħhom f’pajjiżi terzi. Madanakollu, fit-terminu l-qasir, il-miżuri adottati mill-Italja ma kellhomx jiġu kkunsidrati bħala għajnuna u għandhom jitkejlu bl-istess mod użat għal dawk introdotti minn Stati Membri oħra.

6.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA

6.1.   L-ambitu temporali u materjali tal-investigazzjoni

(131)

Bħala pass preliminari, il-Kummissjoni tikkunsidra li hu meħtieġ li l-ambiti temporali u materjali tal-investigazzjoni jiġu ċċarati kif definit fid-deċiżjonijiet tal-ftuħ.

6.1.1.   Il-proċediment tal-2004 (Każ C 38/A/04)

(132)

Il-ħtieġa għal din il-kjarifikazzjoni toħroġ mill-fatt li, meta d-Digriet tal-2004 daħal fis-seħħ f’April 2004, it-tariffa preferenzjali ta’ Alcoa kienet koperta minn approvazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat (id-deċiżjoni Alumix) sa Diċembru 2005 (60).

(133)

Minħabba li hemm koinċidenza temporali bejn l-iskema Alumix u d-dispożizzjonijiet ikkontestati fl-2004, hemm bżonn li jiġi ċċarat jekk id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċediment tal-2004 sfidatx l-estensjoni temporali tat-tariffa Alcoa lil hinn miż-żmien oriġinali tal-iskema Alumix (mill-1 ta’ Jannar 2006 ‘il quddiem) jew jekk sfidatx ukoll l-iskema Alumix innifisha għall-perjodu 2004-2005 minħabba t-tibdil fil-mekkaniżmu finanzjarju tagħha.

(134)

Jekk wieħed jaqra sew id-deċiżjoni nnifisha jsib li din tikkontesta, b’mod ġenerali, l-iskema tariffarja l-ġdida introdotta bid-Digriet tal-2004 favur il-benefiċjarji kkonċernati (Portovesme Srl, ILA Spa, Euroalluminia Spa u Alcoa) u ma tistax tiġi interpretata li qed tikkontesta lill-iskema Alumix innifisha. Din il-konklużjoni hija korroborata mill-osservazzjonijiet li ġejjin:

(135)

L-ewwel nett, il-valutazzjoni tal-miżura kkontestata hija globali u ma tiddistingwix bejn il-benefiċjarji. B’mod partikolari, il-pożizzjoni distinta ta’ Alcoa bħala l-benefiċjarju tat-tariffa awtorizzata Alumix mhix deskritta u lanqas ivvalutata fid-dettall.

(136)

It-tieni, l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar id-differenza sostanzjali li hemm bejn l-iskema Alumix u l-skema tariffarja ġdida (61) għandhom l-għan biss li juru li l-konklużjonijiet fil-każ ta’ Alumix ma jistgħux ikunu estrapolati għall-iskema tariffarja ġdida, minħabba l-mekkaniżmu finanzjarju huwa differenti.

(137)

It-tielet, jekk id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2004 kellha l-intenzjoni li tikkontesta l-iskema Alumix oriġinali, kienet tikkwota l-bażi legali li taħtha ingħatat oriġinarjament it-tariffa oriġinali (id-Digriet tal-1995) u kienet tforni xi spjegazzjoni għalfejn il-mekkaniżmu tariffarju, kif immodifikat mill-qafas regolatorju ġdid, naqqas il-validità tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni f’Alumix qabel id-data tal-iskadenza tal-iskema.

(138)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li, safejn jirrigwarda lil Alcoa, id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċediment tal-2004 kienet tikkontesta l-proroga tal-iskema Alumix wara l-iskedenza tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2005. L-ambitu temporali tal-investigazzjoni tal-2004 huwa għalhekk limitat għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2006.

(139)

Madanakollu, f’dik id-data d-Digriet tal-2004 kien superat mil-Liġi Nru. 80/2005 li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2006 (ara paragrafi (48) u (142)). Għalhekk, dan id-Digriet, fis-sustanza mhux relevanti għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni.

6.1.2.   Il-proċediment tal-2006 (Każ C 36/B/06)

(140)

It-test tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2006 ma jeħtieġ ebda interpretazzjoni u mingħajr dubju jikkontesta l-proroga tat-tariffa sal-2010 stabbilita fil-Liġi Nru 80/2005 (62), mhux l-iskema Alumix innifisha.

(141)

Għal dak li jirrigwarda l-iskop temporali tal-investigazzjoni tal-2006, il-Kummissjoni tinnota li, f’dan il-każ m’hemmx koinċidenza bejn l-iskema Alumix, li skadiet f’Diċembru 2005, u l-proroga kkontestata tat-tariffa li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2006 (ara fuq paragrafu (48)). Dan huwa kkonfermat fil-paragrafu 132 tas-sentenza tal-Qorti.

6.1.3.   Konklużjonijiet dwar l-ambitu tad-Deċiżjoni

(142)

Minħabba li mill-1 ta’ Jannar 2006 ‘l hawn id-Digriet tal-2004 ġie superat mil-Liġi Nru 80/2005, id-Digriet 2004 mhuwiex direttament relevanti għall-investigazzjoni. L-investigazzjoni għalhekk tiffoka fuq miżura sostantiva waħda: il-proroga tat-tariffa Alcoa mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2010, taħt il-Liġi Nru 80/2005 moqrija flimkien mad-dispożizzjonijiet regolamentari rilevanti adottati mill-AEEG. Madanakollu, jekk l-Italja jidrilha li, minkejja l-adozzjoni tal-Liġi Nru 80/2005 id-Digriet tal-2004 jista’ jservi ta’ bażi ġuridika għall-perjodu Jannar 2006-Ġunju 2007, il-konklużjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu kkunsidrati relevanti anke għall-miżura introdotta bid-Digriet 2004 (63).

6.2.   L-eżistenza ta’ għajnuna fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE

(143)

Fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat jekk jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet: il-miżura (a) tagħti vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarju; (b) tingħata mill-Istat jew minn riżorsi Statali; (c) tkun selettiva; (d) ikollha impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u hi ta’ natura tali li tagħwweġ il-kompetizzjoni fl-UE.

(144)

Kemm l-Italja kif ukoll Alcoa jsostnu li t-tariffa mhix għajnuna mill-Istat.

6.2.1.   Il-preżenza ta’ vantaġġ

(145)

Bħala rimarka preliminari, il-Kummissjoni tinnota li skont l-iskema tariffarja stabbilita fl-Artikolu 11(11) tal-Liġi Nru 80/2005, l-Istat jintervjeni biex iżomm il-prezz tal-elettriku li hu ferm inqas minn dak li Alcoa setgħet takkwista (u kienet tottjeni) f’kundizzjonijiet attwali tas-suq. Kieku Alcoa kienet kapaċi takkwista dan il-prezz imnaqqas direttament minn wieħed mill-fornituri tal-elettriku fir-reġjuni kkonċernati, ma kien ikun meħtieġ ebda intervent mill-Istat. La l-Italja u lanqas Alcoa ma jikkontestaw l-asserzjoni li, fir-reġjuni kkonċernati, il-prezzijiet tas-suq kurrenti huma ogħla mill-prezz effettivament imħallas minn Alcoa grazzi għar-rimbors tal-Cassa Conguaglio.

(146)

Rigward il-metodoloġija proposta minn Alcoa biex tiġi vvalutata l-preżenza ta’ vantaġġ (jekk il-prezz preferenzjali huwiex inqas mill-prezz prevalenti f’suq totalment kompetittiv), wieħed għandu jinnota li dan l-argument diġà ma ntlaqax mis-sentenza tal-Qorti (paragrafu 71 tas-sentenza). La l-qrati tal-Komunità, lanqas fil-Kummissjoni qatt ikkunsidraw, fil-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ, il-kundizzjonijiet li kieku jipprevalu f’każ ta’ suq ipotetiku li jiffunzjona aħjar. Il-kwadru ta’ riferiment dejjem ħareġ mill-kundizzjonijiet prevalenti fis-swieq attwali, kif jagħti xhieda pereżempju, il-każ tal-“ortikulturi” Olandiżi (64), li fih il-Kummissjoni applikat l-eżami tal-operatur tal-ekonomija tas-suq biex tivvaluta l-preżenza ta’ vantaġġ f’ċerti prezzijiet tal-gass.

(147)

Barra minn hekk, l-argument ta’ Alcoa jimplika li, fejn suq ma jiffunzjonax sew, ikun ġustifikabbli li Stat Membru jiffissal-prezzijiet li joħolqu simulazzjoni ta’ kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva. Jekk suq totalment kompetittiv jittieħed bħala kwadru ta’ riferiment, il-prezzijiet iffissati b’dan il-mod mill-Istat ma jagħtux vantaġġ. Din il-loġika tmur kontra l-prinċipju, ikkonsolidat sew fil-każistika Komunitarja, li “l-fatt li Stat Membru jfittex li jqarreb permezz ta’ miżuri unilaterali, il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni f’settur ekonomiku partikolari għal dawk prevalenti fi Stati Membri oħra, ma jistax ineħħi minn dawn il-miżuri l-karattru ta’ għajnuna mill-Istat” (65). Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-prinċipju ta’ hawn fuq japplika l-istess għal sitwazzjoni li fiha Stat Membru jqarreb il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni għal dawk f’suq totalment kompetittiv.

(148)

Barra minn hekk, kieku ġiet segwita l-proposta ta’ Alcoa, is-sussidji mogħtija minn Stati Membri biex jimlew il-vojt bejn il-prezz negozjat liberament bejn żewġ operaturi tas-suq u l-prezz teoretiku li seta’ jinstab f’akkordju f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni sħiħa ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Dan kien ixejjen l-iskop tal-kontroll ta’ għajnuna mill-Istat.

(149)

Alcoa ssostni madanakollu li din kienet proprju il-metodoloġija applikata mill-Kummissjoni fil-każ Alumix.

(150)

Il-Kummissjoni tfakkar li l-metodu segwit fil-każ Alumix kien jirrigwarda sitwazzjoni speċifika ħafna. F’Alumix, it-tariffa tħalliet minn ENEL, li dak iż-żmien kienet entità pubblika li kienet distributur l-elettriku f’sistema monopolistika, f’suq tal-elettriku li ma kienx għadu liberalizzat (66). Minħabba din is-sitwazzjoni, il-Kummissjoni kellha taċċerta jekk ENEL kinitx qed tbigħ bi prezz artifiċjalment baxx, jew jekk kinitx qed iġġib ruħha bħal operatur tas-suq razzjonali. Minħabba l-monopolju tal-ENEL fuq il-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, ma kien hemm ebda prezz tas-suq kompetittiv li għalih setgħet tirreferi l-Kummissjoni biex tivvaluta l-preżenza ta’ vantaġġ. Għaldaqstant, il-Kummissjoni fasslet metodu biex tindividwa l-prezz tas-suq teoretikament l-iktar baxx li għalih il-fornitur razzjonali seta’ jkun dispost li jbigħ lill-“aħjar klijent” tiegħu (l-ikbar konsumatur bi profil ta’ konsum ċatt) fiċ-ċirkustanzi speċifiċi tas-suq f’Sardegna u fil-Veneto. Fil-fatt fornitur razzjonali kien ifittex li jkopri mill-inqas l-ispejjeż marġinali tal-produzzjoni tiegħu, kif ukoll parti żgħira mill-ispejjeż fissi.

(151)

Madanakollu din il-metodoloġija ma tistax tiġi applikata b’mod ġeneralizzat u barra mill-kuntest oriġinali, f’sitwazzjoni li fiha il-prezzijiet mhumiex iktar iffissati minn monopolju tal-Istat, iżda huma nnegozjati liberament fuq is-suq, u l-prezz Alcoa ma jistax jiġi interpretat bħala frott ta’ tranżazzjoni kummerċjali normali, iżda jidher ċar li huwa tariffa ssussidjata. Fil-fatt b’segwitu għall-iżviluppi msemmija hawn fuq fil-premessi (39) sa (43) l-iskema m’għadhiex “tariffa” fis-sens strett tagħha, fis-sens li m’għadhiex il-prezz applikat mill-fornitur ta’ Alcoa, jew prezz nett iffinanzjat minn dan il-fornitur, iżda pjuttost il-“prezz finali” li jirriżulta minn rimbors maħruġ mill-Cassa Conguaglio rigward il-prezz imħallas lill-fornitur ta’ Alcoa. Sadanittant, l-analiżi żviluppata fid-deċiżjoni Alumix, li eżaminat l-imġieba ta’ ENEL, hija manifestament nieqsa minn kwalunkwe relevanza, kif ikkonfermat mis-sentenza tal-Qorti, partikolarment fil-paragrafu 132 tagħha.

(152)

Minħabba li l-kriterji ta’ Alumix mhumiex relevanti biex ikun ivvalutat jekk l-iskema tariffarja attwali tagħtix vantaġġ lil Alcoa, hekk ukoll huma irrelevanti l-kalkoli forniti mill-Italja u Alcoa biex juru li l-prezz għadu konformi mal-kriterji ta’ Alumix minħabba li jkopri l-ispejjeż marġinali ta’ produzzjoni ta’ ENEL.

(153)

F’kull każ, il-Kummissjoni hi tal-fehma li l-kalkoli forniti mill-Italja u minn Alcoa ma jivvalutawx baxx il-prezz li Alcoa kienet tħallas “f’kundizzjonijiet normali” f’suq totalment kompetittiv, anke jekk wieħed jammetti, u mhuwiex konċedut, li l-ispejjeż marġinali ta’ produzzjoni tal-ġeneratur jistgħu jittieħdu bħala parametru ta’ riferiment xieraq.

(154)

B’mod partikolari, il-prezzijiet minimi IPEX, li skont Alcoa jirrappreżentaw kemm kienet tħallas Alcoa “normalment” f’suq totalment kompetittiv (EUR 20) jikkorrispondu għall–ispejjeż marġinali ta’ produzzjoni tal-impjanti baseload (dawk l-iktar ekonomiċi). Madanakollu, l-elettriku minn dawn l-impjanti jinbiegħ bi prezz baxx f’ħinijiet li huma off-peak biss (67). Fis-sigħat peak, l-elettriku kollu li jiġi ġġenerat (anke dak tal-impjanti baseload) jinbiegħ bi prezz ħafna iktar għoli, minħabba li l-prezz huwa ffissat minn impjant marġinali li huwa mid-merit jew peak  (68). Alcoa tikkonsma elettriku mhux biss fil-ħin off-peak iżda 24 siegħa kuljum. Għaldaqstant, biex ikun rappreżentattiv, prezz li jirrifletti b’mod plawsibbli il-kompetizzjoni perfetta għandu jkun ta’ medja peżata, li tieħu kont tal-prezzijiet baxxi mħallsa barra mill-ħinijiet peak kif ukoll il-prezzijiet għolja mħallsa fil-ħinijiet peak.

(155)

F’Sardegna, fejn m’hemmx disponibbli gass naturali, l-impjanti li jaħdmu bil-faħam jiddeterminaw il-prezz għal 80 % mis-sena, filwaqt li l-impjanti li jaħdmu biż-żejt jiddeterminaw il-prezz għall-20 % l-oħra. Anke jekk wieħed juża l-istimi ipotetiċi ħafna ta’ Alcoa li l-ispejjeż marġinali ta’ produzzjoni għall-faħam (EUR 20/MWh) u ż-żejt (EUR 60/MWh), medja peżata ta’ dawn l-ispejjeż tkun iktar qrib it-EUR 28/MWh, u għalhekk ċifra iktar għolja mis-EUR 26/MWh attwalment imħallsa minn Alcoa. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li, għall inqas għal Sardegna, it-tariffa Alcoa hija taħt l-ispejjez marġinali ta’ produzzjoni tal-ġeneraturi tal-elettriku, u għalhekk ma tissodisfax il-kriterji ta’ Alumix, anke kieku kienu relevanti.

(156)

Alcoa u l-Italja jsostnu li l-Kummissjoni hija żbaljata meta tipproponi li jintużaw il-prezzijiet medji IPEX bħala approssimazzjoni għall-prezz tas-suq li klijenti kbar industrijali normalment iħallsu fir-reġjuni kkonċernati (ara l-premessa (83)). Madanakollu din hi rappreżentazzjoni żbaljata tar-raġunament tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2006. F’dik id-deċiżjoni t-tqabbil bejn il-prezzijiet medji IPEX kien maħsub biss biex jiġġustifika d-dubji rigward l-affermazzjoni li l-prezzijiet tal-elettriku f’Sardegna kienu sostanzjalment ogħla minn dawk f’reġjuni Taljani oħra. Il-Kummissjoni ssuġġeriet li d-differenzi fil-prezzijiet medji IPEX bejn reġjun u ieħor jistgħu jkunu rappreżentattivi tad-differenzi tal-prezzijiet bilaterali.

(157)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni qatt ma ssuġġeriet li l-prezzijiet medji IPEX setgħu ikunu stima approssimattiva tal-prezz tas-suq li Alcoa setgħet akkwistat. Fil-fatt, f’dan il-każ mhux meħtieġ li wieħed jirrikorri għal approssimazzjoni. Alcoa daħlet f’kuntratt ma’ ENEL bi prezz nominali bejn wieħed u ieħor ekwivalenti, skont l-informazzjoni disponibbli, għat-tariffa standard applikata minn ENEL għall-fornituri ta’ vultaġġ għoli. Dan il-kuntratt huwa l-parametru ta’ riferiment biex jiġi vvalutat u kkwantifikat il-vantaġġ li tgawdi l-kumpanija.

(158)

Fl-aħħar nett, it-tariffa ttaffi l-ħlasijiet li jirriżultaw mill-kuntratt mal-ENEL, u li normalment iridu jiġu inklużi fil-baġit tal-kumpanija u għalhekk, skont każistika stabbilita, il-miżura tagħti vantaġġ ekonomiku lil Alcoa (69). Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-vantaġġ huwa ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet kumpensatorji imħallsa mill-Cassa Conguaglio, li jkopru d-differenza bejn il-prezz kuntrattwali u l-prezz preferenzjali. Din il-konklużjoni hija valida għall-funderiji ta’ Alcoa kemm f’Sardegna kif ukoll fil-Veneto.

6.2.2.   Selettività

(159)

Minħabba li t-tariffa preferenzjali tal-elettriku hija mogħtija esklussivament lil Alcoa, il-vantaġġ li tagħti huwa selettiv.

6.2.3.   Riżorsi Statali u l-attribwibbiltà lill-Istat

(160)

Skont il-każistika stabbilita vantaġġ jista’ jiġi definit bħala għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE biss jekk ikum mogħti direttament jew indirettament minn riżorsi Statali (70) u attribwibbli lill-Istat (71).

(161)

Kif deskritt fil-premessa (43) it-tariffa fil-kwistjoni hija ffinanzjata minn ħlas parafiskali miġbur mill-Cassa Conguaglio permezz tal-komponent A4 tat-tariffa tal-elettriku. Dan il-ħlas huwa obbligatorju minħabba li huwa impost permezz ta’ deċiżjoni tal-AEEG li timplimenta l-liġi nazzjonali. Il-Cassa Conguaglio hija entità pubblika stabbilita bil-liġi li twettaq il-funzjonijiet tagħha abbażi ta’ struzzjonijiet preċiżi stabbiliti fid-deċiżjonijiet tal-AEEG.

(162)

Dejjem skont każistika stabbilita, ir-rendiment minn ġbir ta’ taxxa li hi obbligatorja abbażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u li huwa mħallas lil entità stabbilita bil-liġi, jikkostitwixxi riżorsi Statali fis-sens tal-Artikolu 87 (1) tat-Trattat tal-KE meta dan ikun destinat għall-finanzjament ta’ miżura li tissodisfa l-kriterji l-oħra tal-Artikolu (72).

(163)

L-Italja u Alcoa jinvokaw is-sentenza Preussen-Elektra  (73) u Pearle  (74) biex jissostanzjaw it-teżi li l-miżura fil-kwistjoni mhix iffinanzjata minn riżorsi Statali. Iż-żewġ partijiet jgħidu li l-fondi meħtieġa għall-finanzjament tat-tariffa huma trasferiti minn entitajiet privati (l-utenti tal-enerġija elettrika) lil entità privata (Alcoa), filwaqt li r-rwol tal-Istat huwa limitat għall-adozzjoni ta’ liġi li timponi l-ħlas tal-ammonti ta’ flus mitluba, mingħajr ebda poter diskrezzjonali li tiddisponi mill-fondi għajr fl-implimentazzjoni tal-iskema prevista mill-liġi. B’mod partikolari, skont l-Italja u Alcoa, il-Cassa Conguaglio ma teżerċita ebda kontroll fuq il-fondi u hija sempliċement intermedjarju tal-kontabbiltà.

(164)

Fil-kawża Preussen-Elektra il-Qorti kkunsidrat li obbligu tax-xiri impost fuq id-distributuri tal-enerġija elettrika privati biex jakkwistaw l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli bi prezzijiet minimi ogħla mill-valur ekonomiku attwali ta’ dik it-tip ta’ enerġija elettrika ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat minħabba li l-miżura ma tinvolvi ebda trasferiment dirett jew indirett ta’ riżorsi Statali. Skont l-Italja u Alcoa, il-każ preżenti jikkompara mal-każ Preussen-Elektra minħabba li l-fondi huma wkoll trasferiti minn entitajiet privati (l-utenti tal-enerġija elettrika) għal entità privata (Alcoa), u l-Istat ma jħaddimx kontroll fuq ir-riżorsi fil-kwistjoni.

(165)

Il-Kummissjoni tfakkar li, fil-kawża Preussen-Elektra, ir-riżorsi meħtieġa għall-iffinanzjar tal-miżura ġew forniti direttament mid-distributuri għall-produtturi tal-enerġija rinnovabbli mingħajr ma għaddewx minn entita’ pubblika. F’dik is-sistema, il-flejjes biex jiġu trasferiti ma setgħu qatt effettivament ikunu disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istat Membru. Minn naħa l-oħra f’dan il-każ, il-flejjes jgħaddu mill-entità pubblika l-Cassa Conguaglio qabel ma jiġu kkanalati lill-benefiċjarju aħħari. Għalhekk il-każistika Preussen-Elektratindirizza tindirizza ċirkostanzi fattwali differenti u mhux relevanti għall-finijiet ta’ dan il-każ.

(166)

Il-każistika Pearle tipprovdi gwida ta’ relevanza iktar diretta. Madanakollu, l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni ta’ din il-każistika hija differenti minn dik imressqa mill-Italja u minn Alcoa. F’Pearle, il-Qorti kienet ikkonkludiet li, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-introjtu minn ħlas li jgħaddi minn entità pubblika ma jikkostitwix riżorsi Statali. F’Pearle, il-miżuri kienu ffinanzjati kollha kemm huma minn settur ekonomiku fuq l-inizjattiva esklussiva ta’ dak is-settur. Il-fondi inġabru permezz ta’ taxxa parafiskali li għaddiet minn entità pubblika li f’ebda mument ma setgħet tiddisponi mill-fondi. Barra minn hekk, kien hemm xebħ bejn l-entitajiet li ħallsu u dawk li gawdew mill-benefiċċji tal-miżura.

(167)

L-Italja u Alcoa jikkunsidraw li l-kriterju qofol f’Pearle huwa jekk l-Istat għandux id-dritt li jiddisponi mill-fondi għal haġa oħra ħlief għall-iskema prevista mil-Liġi. Huma jikkontedu li l-Cassa Conguaglio ma għandha ebda poter diskrezzjonali rigward il-ħlas tal-fondi, li huma destinati għall-finanzjament tat-tariffi u ma jistgħu qatt jidħlu lura “fil-perimetru tal-finanzi pubbliċi”. Għalhekk, skont l-Italja u Alcoa, l-Istat ma jistax iqassam kif irid dawn il-fondi, li b’konsegwenza ma jikkostitwux riżorsi Statali.

(168)

Bħala rimarka preliminari, wieħed għandu jinnota li filwaqt li wħud mill-kriterji ta’ Pearle jistgħu jitqiesu suġġettivament bħala iktar relevanti minn oħrajn, f’Pearle ma jeżisti ebda “kriterju qofol”. Il-kundizzjonijiet elenkati fis-sentenza huma kumulattivi. Din hija wkoll l-interpretazzjoni mogħtija mill-qorti tal-ewwel istanza fi-kawża Earl Salvat  (75) meta eżaminat it-taxxa parafiskali kkontestata fid-dawl ta’ kull kriterju ta’ Pearle.

(169)

Qabel ma eżaminat ir-rwol tal-Cassa Conguaglio, il-Kummissjoni aċċertat jekk ġewx soddisfati kriterji oħra numerati f’Pearle. Huwa ċar li, differenti minn Pearle, it-tariffa Alcoa kienet stabbilita fuq inizjattiva tal-Istat u mhux fuq inizjattiva ta’ settur ekonomiku. Barra minn hekk, f’Pearle il-benefiċjarji tal-miżura kienu wkoll l-uniċi kontributuri tar-riżorsi, biex b’hekk l-intervent tal-entità pubblika ma kellux tendenza joħloq vantaġġ li jikkostitwixxi piż fuq l-Istat. F’dan il-każ, il-benefiċjarju Alcoa ma jġorrx il-piż finanzjarju tat-taxxa, li waqa kollu fuq il-konsumaturi tal-enerġija elettrika. Għalhekk, il-każistika Pearle ma tistax tiġi kkunsidrata relevanti, irrispettivament minn jekk hemmx meritu fit-teżi ta’ Alcoa u tal-Italja rigward ir-rwol tal-Cassa Conguaglio bħala sempliċement intermedjarju tal-kontabbiltà.

(170)

Rigward il-Cassa Conguaglio, il-Kummissjoni tfakkar li, skont il-każistika stabbilita, “ma għandhiex issir distinzjoni bejn il-każi fejn l-għajnuna tingħata direttament minn entità pubblika jew privata maħtura jew imwaqqfa mill-Istat” (76). Għalhekk, l-istatus pubbliku jew privat tal-Cassa Conguaglio mhux determinanti għall-fini tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-fatt li l-Cassa Conguaglio hija entità pubblika ma jimplikax b’mod awtomatiku li l-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE huwa applikabbli (77). Bl-istess mod l-intervent ta’ entità pubblika fih innifsu ma jeskludix l-applikazzjoni ta’ dak l-Artikolu (78).

(171)

Bl-istess mod l-analiżi ma tistax tillimita ruħha biss għall-poteri tal-Cassa Conguaglio fil-kapaċità tagħha bħala entità pubblika. Għandu jiġi aċċertat minflok jekk, b’mod iktar ġenerali, l-Istat, direttament jew permezz ta’ kwalunkwe entità oħra maħtura, jistax jeżerċita kontroll fuq il-fondi utilizzati biex jiffinanzjaw it-tariffa. L-istess eżami kien jeħtieġ isir kieku l-Cassa Conguaglio kienet entità privata.

(172)

Is-sentenza riċenti tal-Qorti fil-każ Essent  (79) tagħti indikazzjonijiet definittivi dwar dan il-punt. Fil-każ Essent, il-Pajjiżi l-Baxxi kienu introduċew permezz ta’ liġi surcharge fuq it-tariffi tal-elettriku. Is-surcharge tħallset mill-konsumaturi tal-elettriku lill-operaturi tan-netwerks, li min-naħa tagħhom ittrasferew il-flejjes lill-kumpanija SEP. SEP ma kellhiex awtorità fil-ġestjoni tal-fondi u kienet topera taħt kontroll mill-qrib tal-awtoritajiet. Il-Qorti kkonkludiet li d-dħul mis-surcharge kien jikkostitwixxi riżorsi Statali, abbażi tal-kunsiderazzjonijiet imressqa: is-soprataxxa fuq it-tariffa kienet imposta permezz ta’ liġi nazzjonali, u għaldaqstant kienet tikkostitwixxi imposta. SEP ma kinitx awtorizzata tutilizza d-dħul mis-surcharge għal raġunijiet diversi minn dawk stipulat fil-liġi, u għalhekk ir-riżorsi baqgħu taħt il-kontroll pubbliku u baqgħu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali. Il-Qorti kkunsidrat li dan kien biżżejjed biex tiddikjara li n-natura ta’ dawn ir-riżorsi kienet pubblika.

(173)

Ix-xebħ mal-każ fil-kwistjoni huwa evidenti. Is-surcharge utilizzata biex tiffinanzja l-iskema tariffarja Alcoa kienet imposta mill-liġi, bħal fil-każ Essent, Il-Cassa Conguaglio għandha l-istess rwol bħal SEP, minħabba li tiċċentralizza u tamministra d-dħul mill-imposta parafiskali, u hija suġġetta għall-istess obbligi, għaliex ma tistax tutilizza d-dħul mis-soprataxxa għal għanijiet differenti minn dawk preskritti mil-liġi (il-finanzjament tal-iskemi tariffarji preferenzjali). L-Istat jista’ jikkontrolla u jorjenta l-użu tar-riżorsi: il-Cassa Conguaglio twettaq il-funzjoni tagħha ta’ kontabbiltà fuq struzzjonijiet preċiżi tal-AEEG, li taġixxi skont poteri statutorji u/jew timplimenta l-liġi nazzjonali (ara fuq, premessi (26) u (27)). Għalhekk, ir-riżorsi amministrati mill-Cassa Conguaglio jibqgħu dejjem taħt il-kontroll pubbliku.

(174)

Din l-analiżi hija konsistenti ma’ dik żviluppata mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha fil-każ Taljan dwar “spejjeż mhux rekuperabbli fis-settur tal-elettriku” (80), li kienet ikklassifikat bħala riżorsi pubbliċi l-fondi mill-Cassa Conguaglio fuq il-kont A6.

(175)

F’kull każ, in-natura tar-riżorsi pubbliċi tal-fondi amministrati mill-Cassa Conguaglio ġiet ikkonfermata b’mod inkontrovertibbli mis-sentenza reċenti tal-Qorti tal-Ewwel Istanza fil-kawża Iride  (81).

(176)

Fis-Sentenza Nru 11632/03 tat-3 ta’ Aprile 2003 il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni kienet diġà iddeċidiet li l-Cassa Conguaglio mhix persuna ġuridika distinta mill-Istat Taljan, u li huwa dan tal-aħħar li jeħtieġ jiġi kkunsidrat is-sid tal-flejjes trasferiti lill-Cassa Conguaglio, anke jekk dawn il-flejjes kienu ġejjin minn entitajiet privati u kienu immirati għal imrpiża privata. Fil-kawża Iride, l-applikanti Iride Spa u Iride Energia Spa fetħu kawża fil-Qorti tal-Ewwel Istanza fejn ikkontestaw deċiżjoni li biha l-Kummissjoni kkategorizzat bħala riżorsi Statali l-fondi amministrati mill-Cassa Conguaglio fuq il-kont A6. L-argumenti mressqa mir-rikorrenti kienu simili ħafna għal dawk ta’ Alcoa. Ir-rikorrenti kkontestaw is-sustanza tas-sentenza tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, bl-argument li r-rwol tal-Cassa Conguaglio kien dak ta’ sempliċement intermedjarju tal-kontabbiltà bejn ċittadini privati suġġetti għal obbligu finanzjarju u s-suġġetti destinatarji tal-fondi, rwol li ma jippermettix lill-Cassa Conguaglio, lanqas għal żmien qasir, tutilizza l-fondi depositati. Ir-rikorrenti, bl-istess mod issottomettew l-applikazzjoni tal-każistika Preussen-Elektra.

(177)

Fis-sentenza tal-11 ta’ Frar 2009, il-Qorti tal-Ewwel Istanza tkellmet ċar dwar il-kwistjoni. Wara li enfasizzat li ma kellhiex il-ġurisdizzjoni li tikkontesta l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Kassazzjoni tal-leġiżlazzjoni Taljana, il-Qorti kkonfermat li l-fondi depożitati fil-kont A6 tal-Cassa Conguaglio kellhom jiġu kklassifikati bħala riżorsi pubbliċi mhux biss għaliex huma propjetà tal-Istat iżda wkoll għaliex jibqgħu taħt il-kontroll kostanti tiegħu (82).

(178)

Din il-konklużjoni kienet tirrigwarda il-kont A6 tal-Cassa Conguaglio, użat biex jiffinanzja l-ispejjeż mhux rekuperabbli fis-settur tal-elettriku. Madankollu, tista’ loġikament tiġi estiża għall-kont A4, li ffinanzja t-tariffa kkontestata. Is-sentenza tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni kienet ibbażata fuq analiżi tal-persuna ġuridika tal-Cassa Congiaglio, u l-konklużjoni tagħha rigward il-propjetà tal-Istat għalhekk tapplika għall-flejjes kollha amministrati mill-Cassa Conguaglio. L-istess ħaġa hija valida għall-konklużjoni tal-Qorti tal-l-Ewwel Istanza li l-Istat jista’ jikkontrolla r-riżorsi amministrati mill-Cassa Conguaglio. M’hemmx differenza bejn il-kont A4, lil hinn mid-destinazzjoni tar-riżorsi (għall-A6 il-ħlas tal-ispejjeż mhux rekuperabbli, u għall-A4 dak tat-tariffi preferenzjali). Għalhekk, il-flejjes trasferiti lil Alcoa mill-kont A4 jeħtieġu wkoll jiġu kklassifikati bħala riżorsi pubbliċi.

(179)

Barra milli tiġi ffinanzjata permezz ta’ riżorsi pubbliċi, it-tariffa Alcoa hija wkoll imputabbli fuq l-Istat (83) minħabba li l-bażi legali tal-miżura hija stipulata f’dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali u f’deċiżjonijiet tal-AEEG li huwa korp pubbliku.

6.2.4.   Impatt fuq il-kummerċ u distorsjoni tal-kompetizzjoni

(180)

Rigward l-impatt tal-miżura fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni li rriżultat, m’hemmx dubju li s-suq tal-aluminju hu totalment miftuħ għall-kompetizzjoni. Fid-deċiżjonijiet tagħha dwar l-amalgamazzjonijiet, il-Kummissjoni konsistentement sabet li s-suq ġeografiku tal-aluminju primarju huwa suq globali (84).

(181)

Kif indikat fil-premessa (214), il-proroga tat-tariffa Alcoa fil-kwistjoni ma ġietx notifikata mill-Italja. Skont każistika stabbilita (85)“fil-każ ta’ għajnuna li mhix notifikata, il-Kummissjoni mhix marbuta fid-deċiżjoni tagħha li tipprova l-konsegwenzi effettivi. Fil-fatt, kieku l-Kummissjoni kellha turi fid-Deċiżjoni tagħha il-konsegwenzi effettivi ta’ għajnuniet diġà mogħtija, dan jiffavorixxi l-Istati Membri li jagħtu għajnuna bi vjolazzjoni tal-obbligu ta’ notifika għad-detriment ta’ dawk li jinnotifikaw il-pjani ta’ għajnuna”.

(182)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni hi meħtieġa biss turi l-impatt possibbilment negattiv ta’ miżura fuq il-kummerċ intrakomunitarju u fuq il-kompetizzjoni.

(183)

Il-Kummissjoni kkunsidrat l-argumenti ta’ Alcoa u tal-Italja li skont huma t-tariffa ma għandha ebda impatt fuq il-kummerċ u ma toħloqx distorsjoni tal-kompetizzjoni, minħabba li m’hemmx flussi kummerċjali attwali bejn l-Istati Membri; huwa improbabbli li dawn il-flussi kummerċjali jizviluppaw fil-futur qrib (ara l-premessi (86) sa (88) u, minħabba l-karatteristiċi tas-settur tal-aluminju, it-tariffa ma tagħmilx ħsara lill-kompetituri Ewropej ta’ Alcoa (ara premessi (89)).

(184)

Għandu jitfakkar li, fil-prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni u fil-każistika tal-Qorti, l-assenza ta’ flussi kummerċjali attwali qatt ma kienet aċċettata bħala prova li miżura ta’ għajnuna ma kellha ebda impatt fuq il-kummerċ intrakomunitarju. Il-Qorti fil-fatt dejjem affermat li l-għajnuna lil impriża tista’ tkun ta’ natura tali li jkollha impatt fuq i-kummerċ bejn l-Istati Membri u li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni anke jekk din l-impriża ma tipparteċipax hija stess fil-kummerċ intrakomunitarju. Fil-fatt, fejn Stat Membru jagħti għajnuna lil impriża, il-produzzjoni domestika tista’ ma tvarjax jew tiżdied, bir-riżultat li impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra għandhom inqas possibbiltà jesportaw il-prodotti tagħhom lis-suq ta’ dak l-Istat Membru (86).

(185)

Barra minn hekk il-kwadru kkaratterizzat minn tnaqqis fil-produzzjoni fl-UE u żieda fl-importazzjoni minn pajjiżi terzi, bi flussi kummerċjali limitati jew ineżistenti bejn l-Istati Membri, mhix ħaġa rari u anzi hija tipika tas-setturi li jiltaqgħu ma’ diffikultajiet strutturali u/jew huma suġġetti għal pressjoni kompetittiva qawwija. Dawn is-setturi huma partikolarment sensibbli għall-miżuri adottati mill-Istati Membri biex itejbu l-pożizzjoni kompetittiva tal-indistriji nazzjonali tagħhom.

(186)

Il-fatt li l-produzzjoni baxxa tal-aluminju primarju fl-Italja mhuwiex ta’ livell li jagħmel impatt fuq il-prezz ta’ riferiment huwa irrelevanti. L-eżistenza ta’ prezz ta’ riferiment għall-aluminju, li mhux influwenzat faċilment mill-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni fi Stat Membru wieħed, ma teskludix l-eżistenza ta’ kompetizzjoni bejn impriżi li jinsabu fiż-ŻEE u li jbigħu fuq is-suq globali tal-aluminju. Wieħed jifhem li l-għajnuna lill-funderiji Taljani ta’ Alcoa ma tippermettix lil Alcoa tnaqqas il-prezz dinji tal-aluminju u li tkeċċi kompetituri barra mis-suq u li produtturi Ewropej oħrajn jistgħu jibqgħu attivi sakemm jirnexxielhom ibigħu bi profitt għall-prezz dinji. Madankollu, il-profitti ta’ Alcoa fl-Italja grazzi għat-tariffa preferenzjali jsaħħu, f’sens ġenerali, il-pożizzjoni kompetittiva tagħha. Pereżempju, ir-riżervi kapitali akkumulati jistgħu jintużaw biex jieħdu f’idejhom kompetituri u jkabbru s-sehem tagħhom mis-suq.

(187)

Il-fatt li l-preżż imħallas minn Alcoa fl-Italja huwa suppost komparabbli mal-prezz “tipiku” tal-enerġija elettrika tal-funderiji tal-aluminju fl-Ewropa, dan ma jistax jittieħed bħala evidenza li l-interessi tal-produtturi Ewropej l-oħra mhumiex mhedda mit-tariffa Taljana, kontra ta’ dak li qed issostni Alcoa. Il-każistika l-Italja v il-Kummissjoni  (87) tistabbilixxi b’mod ċar li miżuri unilaterali immirati biex iqarrbu l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fi Stat Membru lejn dawk prevalenti fi Stati Membri oħra għandhom impatt fuq il-kummerċ (u għaldaqstant jistgħu jaħarbu mid-definizzjoni ta’ għajnuna). Barra minn hekk, uħud mill-ftehimiet għall-fornitura tal-enerġija fis-seħħ f’pajjiżi Ewropej oħra jistgħu jinvolvu għajnuna mill-Istat u l-Kummissjoni bdiet investigazzjonijiet profondi rigward diversi miżuri ta’ dan it-tip (88). Anke jekk din id-difiża ma tressqitx espliċitament mill-Italja u Alcoa, il-Kummissjoni tikkunsidra importanti li tfakkar il-prinċipju, stabbilit sew fil-każistika (89), li l-eżistenza ta’ għajnuna illegali f’ċerti Stati Membri ma tiġġustifikax l-adozzjoni tal-istess miżura minn xi Stat Membru ieħor.

(188)

L-argument skont Alcoa li jekk tiżżarma l-kapaċità produttiva fl-Italja din ma tinħoloqx xi mkien ieħor fl-UE/ŻEE huwa f’kunflitt dirett mad-deċiżjoni reċenti ta’ Alcoa li tibni funderija fl-Iżlanda (li tifforma parti miż-ŻEE).

(189)

Għaldaqstant wieħed irid jikkonkludi li t-tariffa preferenzjali mogħtija lil Alcoa ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-impriża rigward il-kompetituri rigward il-kummerċ intrakomunitarju. Huwa stabbilit fil-każisitika (90), li f’tali ċirkustanzi għandu jiġi kkunsidrat li kien hemm impatt fuq il-kummerċ intrakomunitarju u li kien hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni.

6.2.5.   Konklużjonijiet dwar il-preżenza ta’ għajnuna

(190)

Fid-dawl ta’ dak li ġie ppreżentat hawn fuq, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li t-tariffa preferenzjali mogħtija lil Alcoa fuq il-bażi tal-Artikolu 11(11), tal-Liġi 80/2005 u tad-Digriet tal-2004 (sakemm l-istess miżura setgħet irriżultat mill-applikazzjoni ta’ tali Digriet fil-perjodu Jannar 2006-Ġunju 2007) tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE u tista’ tiġi awtorizzata biss jekk tikkwalifika għal waħda mid-derogi previsti fit-Trattat.

6.3.   Klassifikazzjoni tal-miżura bħala għajnuna ġdida iktar milli għajnuna eżistenti

(191)

Is-sentenza tal-Qorti, fil-paragrafu 132 tikkonferma mingħajr dubju l-konklużjoni preliminari tal-Kummissjoni li t-tariffa teħtieġ tiġi kkunsidrata bħala għajnuna ġdida: “għandu jiġi konkluż li l-miżura preżenti ma tistax tiġi kkunsidrata bħala għajnuna eżistenti, mhux biss minħabba li tkopri perjodu differenti minn dak eżaminat fid-deċiżjoni Alumix, iżda wkoll ma tikkonsistix aktar f’li ENEL tapplika t-tariffa stabbilita fid-Digriet tal-1995, li kienet ekwivalenti għal tariffa tas-suq, iżda fl-għotja ta’ rimbors min-naħa tal-Cassa Conguaglio, meħud minn riżorsi pubbliċi, bil-għan li jagħmel tajjeb għad-differenza bejn it-tariffa applikata minn ENEL u dik stipulata fid-Digriet tal-1995 u prorogata mid-Digriet Liġi tal-2005”.

(192)

Minħabba li sar appell kontra s-sentenza tal-Qorti (Kawża C 194/09), il-Kummissjoni madanakollu jidhrilha li hemm raġuni biex tagħmel analiżi bir-reqqa tal-kwistjoni fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, li jidentifika l-kategoriji kollha ta’ għajnuna eżistenti.

(193)

Huwa ċert li l-miżura fil-kwistjoni ma ġietx implimentata qabel l-adeżjoni tal-Italja fl-UE (paragrafu i) tal-Artikolu msemmi), ma tistax tiġi kkunsidrata awtorizzata minħabba n-nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li tieħu deċiżjoni fiż-żmien preskritt mill-iskandenzi proċedurali (paragrafu iii)) u ma tistax tiġi kkunsidrata għajnuna eżistenti minħabba l-iskadenza tal-perjodu ta’ limitazzjoni (paragrafu iv)) (91).

(194)

L-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament Nru 659/1999 jistabbilixxi li “billi ċerti miżuri jsiru għajnuna wara l-liberalizzazzjoni ta’ attività mill-liġi tal-Komunità, dawn il-miżuri m’għandhomx ikunu kkunsidrati li huma għajnuna eżistenti wara d-data ffissata għall-liberalizzazzjoni”. Fid-deċiżjonijiet tal-ftuħ tal-proċedimenti l-Kummissjoni ma tibbażax fuq din id-dispożizzjoni biex tasal għall-konklużjoni li t-tariffa Alcoa tikkostitwixxi għajnuna ġdida. Madanakollu, għall-finijiet ta’ kompletezza, minħabba li s-settur tal-enerġija elettrika ġie liberalizzat għall-utenti kummerċjali kollha wara l-approvazzjoni tat-tariffa oriġinali Alumix, li ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-liberalizzazjoni setgħet tkun rilevanti għall-klassifikazzjoni tat-tariffa bħala għajnuna eżistenti jew bħala għajnuna ġdida. Alcoa hija tal-fehma li dan mhux il-każ. Il-Kummissjoni taqbel mal-fehma ta’ Alcoa (92). It-tariffa ma saritx għajnuna mill-Istat b’konsegwenza tal-ftuħ tas-settur tal-enerġija elettrika għall-kompetizzjoni, ladarba l-kwadru ta’ referenza xieraq għall-valutazzjoni ta’ għajnuna mogħtija lil Alcoa mhuwiex is-suq tal-elettriku (li fih Alcoa mhix attiva) iżda dak tal-aluminju primarju. Barra minn hekk, m’hemm ebda rabta każwali bejn il-liberalizzazzjoni tas-settur tal-enerġija elettrika u d-deċiżjoni li tiġi ffinanzjata t-tariffa permezz ta’ kontribuzzjoni mandatorja.

(195)

Fis-sottomissjonijiet tagħha, Aloa ssostni li, anke jekk wieħed jassumi (ipotetikament) li t-tariffa setgħet saret għajnuna, dan tkun għamlitu minħabba tibdil fil-kundizzjonijiet tas-suq jew ta’ ċirkustanzi oħra esterni, jew inkella tal-evoluzzjoni tas-suq komuni, li allura jiġġustifikaw il-kwalifika ta’ għajnuna eżistenti. Il-Kummissjoni għalhekk eżaminat jekk l-Artikolu 1(b)(v), l-ewwel sentenza tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 setgħetx tiġi applikata għall-każ preżenti. Din id-dispożizzjoni tikkonferixxi l-istatus ta’ għajnuna eżistenti fuq miżuri li “saru għajnuna minħabba l-evoluzzjoni tas-suq komuni, u mingħajr ma ġew immodifikati min-naħa tal-Istat Membru”.

(196)

Il-Kummissjoni ma rnexxiliex tindividwa evoluzzjoni tas-suq li tikkorrispondi għad-definizzjoni mogħtija mill-Qorti (93), jew “tibdil fil-kuntest ekonomiku u legali fis-settur li jikkonċerna r-regolament” li permezz tiegħu it-tariffa inbidlet f’għajuna. Alcoa nnifisha ma rnexxilha tindividwa tali tibdil u lanqas tipprova l-eżistenza ta’ ebda rabta kawżali mat-tibdil fin-natura tat-tariffa. Barra minn hekk anke jekk wieħed jammetti li kien hemm evoluzzjoni fis-suq komuni, dan ma jkunx relevanti għall-iskop tal-valutazzjoni tal-miżuri fil-kwistjoni: l-istatus ta’ għajnuna eżistenti mogħti mill-fattur ipotetiku “evoluzzjoni tas-suq komuni” ma setax idum iktar mill-introduzzjoni, minn Stat Membru, ta’ alterazzjoni sostantiva sussegwenti tal-miżura (mekkaniżmu tal-finanzjament ibbażat fuq ir-riżorsi Statali), anke fid-dawl tat-tieni kriterju tal-Artikolu 1(b)(v), l-ewwel sentenza tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. Minħabba li l-perjodu li qed jiġi kkunsidrat fil-proċediment preżenti huwa sussegwenti għal dik il-modifika, l-evoluzzjoni tas-suq komuni ma tistax tkun relevanti għall-fini tal-valutazzjoni. Fattur ta’ “evoluzzjoni” li ġie wara l-introduzzjoni tal-mekkaniżmu ta’ finanzjament il-ġdid kien ikun daqstant irrelevanti minħabba li l-miżura kienet diġà tikkositwixxi għajnuna mill-Istat fiż-żmien tal-“evoluzzjoni”. Għalhekk, it-teżi ta’ Alcoa tista’ tiġi miċħuda.

(197)

Fl-aħħar, il-Kummissjoni stmat li t-tariffa Alcoa setgħet tiġi kkunsidrata bħala għajnuna eżistenti abbażi tal-Artikolu 1(b)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 rigward “l-għajnuniet awtorizzati, jew is-sistemi ta’ għajnuniet u għajnuniet individwali li ġew awtorizzati mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill”. It-teżi mressqa minn Alcoa u mill-Italja huma bbażati fuq il-validità ta’ żmien mingħajr limitu tad-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni Alumix, li tagħmel it-tariffa Alcoa għajnuna eżistenti abbażi tad-dispożizzjoni imsemmija hawn fuq.

(198)

Alcoa u l-Italja jsostnu li d-Deċiżjoni Alumix ma kinetx limitata fiż-żmien (ara premessi (93) u (119) rispettivament). Fid-deċiżjoni Alumix il-Kummissjoni huwa ddikjarat li sabet - b’mod indefinit - li t-tariffa Alcoa ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna. Barra minn hekk il-proroga ta’ għajnuna eżistenti kienet tikkostitwixxi għajnuna ġdida, iżda m’hemmx għajnuna ġdida fejn il-proroga ta’ miżura ma kinitx ikkunsidrata għajnuna. Għalhekk, jekk il-Kummissjoni issa tbiddel il-valutazzjoni u tikkonkludi li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, it-tariffa li bbenefikat minnha Alcoa s’issa kellha f’kull każ tiġi kkunsidrata “għajnuna eżistenti”, jew intitolata għal “trattament bħala għajnuna eżistenti” abbażi tal-każistika Ċentri tal-Koordinazzjoni fil-Belġju  (94) u l-irkupru jeħtieġ jiġi eskluż (ara premessa (94)).

6.3.1.   Ambitu temporali tad-deċiżjoni Alumix

(199)

Huwa naturali li deċiżjoni lil fiha l-Kummissjoni tiddeċiedi li ċerta miżura ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat tkun suġġetta għal limitu ta’ żmien, fejn il-konklużjoni li m’hemmx għajnuna hija bbażata fuq l-eżami tal-operatur tal-ekonomija tas-suq u tinvolvi valutazzjoni prospettiva tal-kundizzjonijiet tas-suq li tista’ tiġi indirizzata kif suppost biss tul perjodu ta’ żmien limitat (95). Din il-limitazzjoni ma tfissirx li l-Kummssjoni tikkunsidra li l-miżura neċessarjament saret għajnuna meta skada ż-żmien stabbilit mid-deċiżjoni.

(200)

Id-deċiżjoni Alumix kienet ibbażata fuq id-Digriet tad-19 ta’ Diċembru 1995, li stabbilixxa t-tariffa għal perjodu ta’ 10 snin u kien jipprevedi espliċitament li tiġi abolita wara l-31 ta’ Diċembru 2005. Fil-każ Alumix, il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni kumplessa tal-prezzijiet u tat-tendenzi fis-settur tal-enerġija elettrika fuq perjodu ta’ għaxar snin, kif jirriżulta mit-tabelli li jiffurmaw parti integrali tad-deċiżjoni u li jistabbilixxu l-prezz Alcoa sal-2005 biss. Tali prezzijiet u tendenzi huma, min-natura tagħhom stess, suġġetti għal tibdil, u l-Kummissjoni ma kinetx tista’ tiddikjara li mhux se jkun hemm għajnuna indefinita mill-istat, speċjalment meta wieħed jikkunsidra l-liberalizzazzjoni progressiva tas-swieq tal-enerġija.

(201)

Għalhekk il-konklużjonijiet tad-deċiżjoni jistgħu jiġu interpretati biss fuq skadenza tal-2005. Dan huwa rikonoxxut b’mod ċar mill-Qorti, fil-paragrafi 105 u 106 tas-sentenza li tikkonferma d-deċiżjoni tal-2006 tal-ftuħ tal-proċedimenti (96).

(202)

Trid tiġi miċħuda wkoll id-dikjarazzjoni tal-Italja li d-deċiżjoni Alumix kienet mingħajr limitu b’mod intenzjonat b’rikonoxximent tal-ħtieġa ta’ miżura fit-tul (premessa (119)). Il-paragrafu fid-deċiżjoni Alumix li fuqu iddependiet l-Italja (“ir-ristrutturazzjoni u r-restawr tal-operat ta’ Alumix jiggarantixxu li l-iżvilupp ta’ din iż-żona mhux fil-qosor iżda fit-tul”), ma tirreferix għat-tariffi li kien ikkunsidrat ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat iżda għal miżuri oħra ta’ għajnuna ta’ ristrutturazzjoni favur Alumix. Barra minn hekk, il-paragrafu fil-kwistjoni sempliċement jafferma li l-preżenza kontinwa ta’ Alumix se tikkontribwixxi għal żvilupp fit-tul taż-żona u ma jistx jiġi interpretat bil-mod kif qed tissuġġerixxi l-Italja.

(203)

Fl-aħħar, ladarba l-validità tad-deċiżjoni Alumix kienet limitata sal-31 ta’ Diċembru 2005, it-tariffa applikata li kienet tibda mill-1 ta’ Jannar 2006 skont l-Artikolu 11(11) tal-Liġi Nru 80/2005 tikostitwixxi għajnuna ġdida minħabba t-tibdil fil-perjodu tal-miżura, b’konformità mal-każistika Diputacion Foral de Alava  (97).

6.3.2.   “Tibdil fiċ-ċirkostanzi” li għandhom impatt fuq il-validità tad-deċiżjoni Alumix

(204)

Il-Kummissjoni eżaminat it-teżi ta’ Alcoa li qatt ma kien hemm “tibdil fiċ-ċirkostanzi” tali li jxejjen l-effikaċja tad-deċiżjoni Alumix, minħabba li la l-liberalizzazzjoni tas-suq u lanqas ir-rwol mogħti lill-Cassa Conguaglio ma kellhom impatt fuq il-prezz imħallas minn Alcoa. Peress li dak il-prezz baqa’ konformi mal-kriterji Alumix, skont Alcoa il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-miżura ma kinetx tikkostitwixxi għajnuna tagħtiha validità (ara fuq premessa (93)).

(205)

Madanakollu eżami tal-fatti juri li l-mekkaniżmu tariffarju li l-Kummissjoni kienet awtorizzat fil-każ Alumix ġarrab kambjament fundamentali li Alcoa qed tfittex li timminimizza bħala sempliċement dettall amministrattiv, jiġifieri il-mogħdija ta’ tariffa mħaddma minn fornitur tal-elettriku skont il-kundizzjonijiet tas-suq għal tariffa li hija biss fl-isem u li hija sussidju Statali.

(206)

Huwa diffiċli li wieħed jikkunsidra dan il-kambjament bħala “natura purament formali” u “li ma tibiddilx is-sustanza tat-tariffa approvata” ladarba l-mekkaniżmu ta’ finanzjament il-ġdid immodifika l-kundizzjonijiet ekonomiċi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni Alumix.

(207)

Wieħed biżżejjed jiftakar li fil-każ Alumix il-valutazzjoni kienet tiffoka fuq l-imġieba tal-fornitur tal-elettriku ENEL. It-tariffa preferenzjali ma kinetx tagħti vantaġġ lil Alcoa minħabba li, abbażi tal-eżami tal-operatur f’ekonomija tas-suq il-Kummissjoni kienet tal-fehma li kien razzjonali għal ENEL li tbigħ l-elettriku bil-prezz fil-kwistjoni. Madanakollu, l-eżami tal-operatur tal-ekonomija tas-suq jitlef is-sens f’sitwazzjoni fejn it-tariffa m’għadhiex offerta mir-rieda ta’ ENEL (li tirċievi l-prezz ordinarju) iżda hija r-riżultat ta’ ħlas ta’ kumpens min-naħa tal-Istat. Fis-sistema l-ġdida l-imġieba tal-fornitur tal-enerġija elettrika ma għadx għandha rilevanza.

(208)

Barra minn hekk, l-introduzzjoni mill-1 ta’ Jannar 2006 ta’ mekkaniżmu ta’ indiċjar b’limitu ta’ żieda annwali ta’ 4 % tal-prezz Alcoa (ara premessa (49)) tikkostitwixxi tibdil sostantiv ieħer tal-iskema tariffarja oriġinali, u wieħed li bilkemm jista’ jiġi kkunsidrat konformi mas-suq, meta wieħed jikkunsidra li mill-2005 ‘il quddiem u sal-kriżi ekonomika fl-aħħar tal-2008, il-prezzijiet tal-elettriku kienu qed jiżdiedu kontinwament.

(209)

Għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni Alcoa, il-fatt li l-prezz imħallas minn Alcoa abbażi tal-iskema l-ġdida sal-aħħar tal-2005 huwa l-istess bħal dak li ma kienx jikkostitwixxi għajnuna fid-deċiżjoni Alumix ma jiġġustifikax il-konklużjoni li l-miżura ma nbidlitx b’mod sostanzjali, jekk wieħed irid isegwi l-opinjoni tal-avukat ġenerali Fennely fil-kawża l-Italja u Sardegna Lines v il-Kummissjoni  (98). Fil-valutazzjoni ta’ x’jikkostitwixxi tibdil sostanzjali ta’ miżura ta’ għajnuna l-avukat ġenerali Fennely ddikjara lil “ l-introduzzjoni ta’ metodu kompletament ġdid għall-provvediment li hu effettivament l-istess livell ta’ għajnuna jikkostitwixxi manifestament tibdil sinifikattiv għall-iskema oriġinali.” Għaldaqstant, it-tariffa kkontestata hija miżura kompletament differenti minn dik eżaminata fid-deċiżjoni Alumix. Il-konklużjonijiet dwar Alumix huma għalhekk irrelevanti għall-finijiet ta’ dan il-każ u jibqgħu hekk anke jekk wieħed jassumi li d-deċiżjoni Alumix ma kinetx limitata fiż-żmien.

(210)

Għall-istess raġunijiet il-każistika taċ-Ċentri ta’ Koordinament fil-Belġju, invokata minn Alcoa, mhix bażi valida biex wieħed jitlob li jiġu applikati l-istess garanziji proċedurali li kieku japplikaw għal għajnuna eżistenti. Din is-sentenza tirrigwarda każi li fihom il-Kummissjoni tibdel il-valutazzjoni tagħha ta’ skema ta’ għajnuniet li qabel kienet instabet li ma tikkostitwix għajnuna. Fil-paragrafu 77 tas-sentenza, il-Qorti tistabbilixxi l-prinċipju li f’dawn il-każi il-Kummissjoni għandha ssegwi l-proċedura għas-sorveljanza ta’ għajnuna eżistenti. Madanakollu, dan il-prinċipju jista’ jiġi applikat biss jekk l-iskema ma tkunx inbidlet materjalment. Fil-każ preżenti, l-iskema tariffarja Alcoa ġiet modifikata materjalment mill-Istat Membru, kif indikat fil-premessi (205) sa (208). Għalhekk, fil-każ preżenti, il-Kummissjoni mhix titbiegħed mill-valutazzjoni ta’ qabel tal-istess miżura, iżda pjuttost qed tivvaluta miżura differenti.

(211)

It-tibdiliet deskritti ma jistgħux jiġu separati mill-iskema tal-bidu, minħabba li għandhom impatt fuq is-sustanza tal-mekkaniżmu u għalhekk it-tariffa kkontestata tikkostitwixxi għajnuna fit-totalità tagħha, b’konformità mas-sentenza Ġibiltà  (99).

6.3.3.   Konklużjonijiet dwar id-definizzjoni tat-tariffa bħala għajnuna ġdida

(212)

Fid-dawl ta’ dak ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-proroga tat-tariffa Alcoa kkontestata tikkostitwixxi għajnuna ġdida mill-1 ta’ Jannar 2006, jiġifieri id-data meta l-Liġi Nru 80/2005 daħlet fis-seħħ.

6.4.   Leġittimità tal-għajnuna

(213)

Skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, l-Istati Membri jridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni il-pjani li jagħtu jew jimmodifikaw l-għajnuna u ma jistgħux jagħtu bidu għal dawn il-miżuri proposti sakemm tkun ittieħdet deċiżjoni finali.

(214)

Minħabba li l-Italja ma nnotifikatx l-Artikolu 11(11) tal-Liġi 80/2005, l-għajnuna hija illegali.

6.5.   Kumpatibbiltà tal-għajnuna

(215)

B’deroga mill-projbizzjoni ġenerali dwar l-għajnuna mill-Istat kif stipulat fl-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, għajnuna tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli jekk tikkwalifika għal waħda mill-eċċezzjonijiet elenkati fit-Trattat.

(216)

L-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Alcoa skont l-Artikolu 11 (11) tal-Liġi Nru 80/2005 tista’ tiġi kklassifikata bħala għajnuna operazzjonali li, b’konformità mal-prinċipju, hija inkompatibbli mas-suq komuni. Fil-kawża L-Italja v Il-Kummissjon  (100) il-Qorti sabet li “l-għajnuna fil-kwistjoni, li ingħatat mingħajr kundizzjonijiet speċifiċi u unikament skont il-kwantitajiet utilizzati, għandha titqies bħala għajnuna operazzjonali lill-impriżi kkonċernati u li, bħala tali, tibdel il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa ċertu punt kuntrarju għall-interess komuni”.

(217)

Anke fil-kawża Siemens v Il-Kummissjon  (101), il-Qorti tal-Ewwel Istanza ikkonfermat il-prinċipju li “l-għajnuna operazzjonali, jiġifieri għajnuna immirata li tgħin impriża mill-ispejjeż li normalment hija stess ikollha ġġorr fl-ambitu tal-ġestjoni ta’ kuljum jew tal-attività normali tagħha, fil-prinċipju ma taqax fl-ambitu tal-Artikolu 92(3)] [issa l-Artikolu 87(3) …]

(218)

Madanakollu, hemm sitwazzjonijiet definiti b’mod ċar fejn huwa possibbli li tingħata għajnuna operazzjonali. B’mod partikolari, għajnuniet operzzjonali għal għanijiet ambjentali jistgħu jingħataw taħt il-linji gwida tal-Komunità dwar għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni tal-ambjent (102). Anke l-għajnuniet operazzjonali fir-reġjuni assistiti jistgħu jkunu awtorizzati f’każ ta’ eċċezzjoni bħala għajnuna reġjonali. Il-Kummissjoni eżaminat jekk it-tariffa tistax tikkorrispondi ma’ waħda minn dawn il-kategoriji.

(219)

Il-Kummissjoni tinnota li m’hemmx il-possibbiltà li t-tariffa tiġi awtorizzata bħala għajnuna ambjentali, minħabba li l-għan tat-tariffa fil-kwistjoni mhuwiex ta’ natura ambjentali.

6.5.1.   Kompatibbiltà mal-Linji gwida dwar għajnuna reġjonali mill-Istat (Sardegna)

(220)

Tista’ tingħata konċessjoni għal għajnuna operazzjonali b’mod eċċezzjonali f’żoni assistiti eliġibbli għal għajnuna taħt id-deroga tal-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE. Matul il-perjodi li qed jiġi kkunsidrat, ir-reġjun tal-Veneto, fejn hemm il-funderija ta’ Fusina, ma kienx ammissibbli għall-għajnuna taħt l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat KE. Madanakollu, ir-reġjun ta’ Sardegna, kien eliġibbli sal-aħħar tal-2006. Il-Kummissjoni għalhekk eżaminat jekk it-tariffa preferenzjali għall-funderija ta’ Alcoa f’Portovesme tistax tkun awtorizzata taħt il-linji gwida tal-1998 dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat (103).

(221)

B’konformità mal-punt 4.15 tal-linji gwida reġjonali, l-għajnuna operazzjonali tista’ tingħata f’każ eċċezzjonali, jekk i) tkun ġustifikata skont il-kontribut li tagħti għall-iżvilupp reġjonali u min-natura tagħha u ii) il-livell tagħha jkun proporzjonali għall-iżvantaġġi li tkun intiża biex itaffi. Huwa d-dmir tal-Istat Membru li juri l-eżistenza ta’ kwalunkwe nuqqasijiet u jkejjel l-importanza tagħhom. B’konformità mal-punt 4.17 tal-linji gwida reġjonali, l-għajnuna operazzjonali trid tkun limitata fiż-żmien u tonqos progressivament.

(222)

L-Italja issostni li (ara premessa (125)) l-problema persistenti ta’ spejjeż tal-elettriku għoljin għall-produzzjoni tal-aluminju f’Sardegna u fil-Veneto, rkonoxxuta fid-deċiżjoni Alumix, tiġġustifika l-proroga tat-tariffa.

(223)

Id-deċiżjoni Alumix ma approvatx it-tariffa għall-perjodu 1996-2005 bħala għajnuna reġjonali, iżda kkonkludiet li ma kinetx tikkostitwixxi għajnuna. Għalhekk ma treġix it-teżi li fid-deċiżjoni Alumix il-Kummissjoni kienet irrikonoxxiet li l-konċessjoni ta’ għajnuna operazzjonali kienet iġġustifikata abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet reġjonali.

(224)

Skont l-Artikolu 2 tal-linji gwida reġjonali, “ħlas wieħed ad hoc mogħti lil impriża waħda, jew għajnuna limitata għal qasam wieħed ta’ attività jistgħu jkollhom impatt qawwi fuq il-kompetizzjoni tas-suq ikkonċernat, filwaqt li hemm ir-riskju li l-effetti fuq l-iżvilupp reġjonali jkunu limitati żżejjed … Bħala konsegwenza, id-derogi inkwistjoni normalment jingħataw l-aktar għal skemi ta’ għajnuna multisettorjali miftuħa, f’reġjun determinat, għall-impriżi kollha fis-setturi kkonċernati.” Tariffa għall-enerġija elettrika li tingħata b’mod selettiv lil impriżi individwali fis-setuur tal-metallurġija, hija manifestament mhux konformi mal-ispirtu tal-għajnuniet reġjonali li jridu jkunu multisettorjali. Madanakollu, minħabba li assolutament mhux projbit li jingħataw għajnuniet ad hoc, il-Kummissjoni eżaminat jekk ċirkustanzi eċċezzjonali jiġġustifikawx l-għoti tat-tariffa.

(225)

Il-Kummissjoni ikkunsidrat b’mod partikolari n-nuqqasijiet fis-settur tal-enerġija elettrika f’Sardegna, kif dokumentat mill-Italja u Alcoa.

6.5.1.1.   Is-suq tal-enerġija elettrika ta’ Sardegna fil-kuntest Taljan

(226)

Is-suq Taljan tal-enerġija elettrika huwa ġeneralment ikkonċentrat ħafna, anke jekk inqas fiż-żona tat-Tramuntana. L-operatur dominanti fiż-żoni kollha hija l-kumpanija monopolistika ENEL, ħlief f’Sardegna fejn jeżisti duopolju mal-E.ON. ENEL hija b’saħħitha fis-suq u l-Awtorità Taljana għall-Kompetizzjoni kienet sabitha ħatja ta’ abbuż ta’ poter fl-2004-2005. Il-prezzijiet tal-enerġija elettrika fl-Italja huma normalment għoljin, minħabba “taħlita” produttiva fil-parti l-kbira bbażata fuq karburant fossili (essenzjalment gass), in-nuqqas ta’ kapaċità nukleari u l-konġestjoni fl-interkonnetturi mal-kumplament tal-Ewropa.

(227)

F’Sardegna li tirrappreżenta 4,1 % tal-qawwa installata fl-Italja (104) l-elettriku huwa ġġenerat fil-parti l-kbira f’impjanti termoelettriċi bl-użu ta’ karburanti fossili (karbonju, żejt, qatran tar-raffinerija). Il-gżira m’għandhiex infrastruttura għad-distribuzzjoni tal-gass naturali.

(228)

Sardegna tbati minn qagħda ta’ kapaċità żejda ta’ produzzjoni, l-aktar f’dik il-parti ta’ spejjeż għoljin (impjanti imħaddma miż-żejt), minħabba li l-gvern abbanduna l-pjani li jikkonċentra fuq il-gżira l-industrija peżanti Taljana. Dan wassal għal investiment żejjed minn ENEL fl-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku. Barra milli strutturalment jinvolvu iktar spejjeż, dawn l-impjanti qegħdin isiru teknikament skaduti b’mod mgħaġġel. L-esportazzjoni tal-enerġija elettrika mis-Sardegna lejn l-Italja kontinentali hija wkoll limitata mill-kapaċità żgħira tal-interkonnetturi (105) li hi suġġetta għall-konġestjoni.

(229)

Żewġ kumpaniji tal-elettriku ENEL u E.ON., flimkien għandhom 95 % mis-sehem tas-suq tal-forniment tal-enerġija elettrika f’Sardegna (madwar 58 % għal E.ON. u 42 % għal ENEL). Skont l-investigazzjoni fuq il-kompetizzjoni fis-settur elettriku (106), f’termini ta’ kompetizzjoni Sardegna tista’ titqies bħala duopolju b’dominanza kollettiva. Il-konċentrazzjoni tas-suq hija għolja, għalkemm mhux l-ogħla fl-Italja (107). Minħabba l-kontroll li għandhom fuq prattikament l-impjanti kollha mid-merit u peak E.ON u ENEL jiddeterminaw il-prezz prattikament għas-sigħat kollha. Madanakollu il-qagħda f’Sardegna tidher li hi inqas kritika minn dik fin-Nofsinhar tal-Italja (108) fejn ENEL tiddetermna l-prezzijiet fis-sigħat kollha.

(230)

Il-prezzijiet bl-ingrossa tal-elettriku fl-Italja huma fost l-ogħla fl-Ewropa (109), u l-prezzijiet f’Sardegna huma fost l-ogħla fl-Italja. Fl-2007, il-prezz medju nazzjonali (PUN) kien ta’ EUR 70,99 għal kull MW/h filwaqt li l-prezz żonali ta’ Sardegna kien ta’ EUR 75 għal kull MW/h, meta fl-2006 kien EUR 80 għal kull MW/h (110). Fl-2008 u 2009 kompliet it-tendenza li l-prezz medju żonali ta’ Sardegna jiżdied. Fl-ewwel nofs tal-2009, il-prezzijiet f’Sardegna baqgħu kostantement ‘il fuq mill-medja nazzjonali (bi prezz medju ta’ EUR 106,60 għal kull MW/h imqabbel ma’ PUN ta’ EUR 60, 50 għal kull MW/h). M’humiex disponibbli l-prezzijiet tal-kuntratti bilaterali f’Sardegna, għaliex tali informazzjoni mhix pubblika u l-Italja għażlet li ma tipprovdihiex (ara fuq paragrafu (63)).

(231)

Fl-aħħar, is-suq tal-enerġija elettrika f’Sardegna jippreżenta sensiela ta’ problemi (uħud minnhom madanakollu, komuni mal-kumplament tal-Italja) li jistgħu jkunu mqassra kif ġej: Prezzijiet għoljin, grad għoli ta’ konċentrazzjoni tas-suq, saħħa tas-suq tal-operaturi dominanti, kapaċità eċċessiva ta’ ġenerazzjoni fil-parti bi prezz għoli, ineffiċjenza relattiva tal-impjanti tal-produzzjoni u qed isiru skaduti, nuqqas ta’ aċċess għall-infrastruttura tal-gass natural u interkonnettività insuffiċjenti.

6.5.1.2.   Kontribut għall-iżvilupp reġjonali

(232)

L-ewwel kwistjoni li teħtieġ tissolva hija jekk dawn il-problemi għandhomx impatt gravi fuq l-iżvilupp ekonomiku ta’ Sardegna. Il-prezzijiet tal-enerġija elettrika fil-gżira huma għoljin u l-interkonnettività hija limitata. Fil-każ C 34/02 (111), il-Kummissjoni ma aċċettatx li n-nuqqas ta’ interkonnettività tal-enerġija tikkostitwixxi żvantaġġ għall-iżvilupp tal-SME’s.

(233)

Filwaqt li huwa minnu li l-SMEs iħossu l-prezzijiet għoljin inqas mill-industriji l-kbar elettro-intensivi, madanakollu l-interessi ta’ settur waħdieni m’humiex awtomatikament l-ekwivalenti tal-interessi ta’ reġjun. Fi kliem ieħor l-għajnuna operattiva f’reġjun assistit ma tistax tiġi awtorizzata fid-dawl tad-diffikultajiet li jiltaqa’ magħhom settur wieħed, iżda jeħtieġ jintwera li dawn ikunu qed jikkontribwixxu fit-tul għall-iżvilupp tal-pajjiż. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-iżvantaġġ reġjonali li ġej mill-istat tas-suq tal-elettriku reġjonali f’Sardegna ma ġiex sostanzjat biżżejjed mill-Italja.

(234)

Iżda anke jekk wieħed kellu jammetti l-eżistenza ta’ żvantaġġ reġonali, iridu xorta waħda jiġu ssodistfati l-kriterji tal-linjigwida reġjonali. L-għajnuna teħtieġ tagħmel kontribut fit-tul għall-iżvilupp reġjonali u tkun propozjonali għall-iżvantaġġi li tfittex li ttaffi.

(235)

Fil-każ preżenti, mhux plawsibbli li tali għajnuna operazzjonali tagħti kontribut sostenibbli għall-iżvilupp reġjonali. Anke jekk wieħed kellu jammetti li l-manteniment fil-gżira tal-funderija tal-aluminju ta’ Alcoa (jew benefiċjarji oħrajn tat-tariffa preferenzjali), jikkontribwixxi għall-impjiegi u għall-manteniment ta’ bażi ta’ manifattura fuq il-gżira, dawn l-impatti ma jkunux dejjiema. Alcoa stess tgħid li t-tneħħija tat-tariffa tfisser l-għeluq immedjat tal-funderija f’Portovesme. L-awtoritajiet Taljani jippreżentaw it-tariffi bħala miżura temporanja, immirata biex isservi biss sakemm fl-2010 jitlestew il-proġetti infrastrutturali relatati mal-produzzjoni tal-enerġija u mal-interkonnettività (il-pajp tal-gass GALSI u l-kejbil marin SAPEI) li qed isiru bħalissa. Il-kwistjoni hi jekk tali żviluppi strutturali humiex kapaċi jġibu l-prezzijiet tal-enerġija elettrika għal livelli kompatibbli mal-eżiġenzi tal-produtturi tal-aluminju. Il-Kummissjoni tikkunsidra li bl-infrastruttura ġdida, Sardegna se tkun kapaċi tipproduċi u tbiegħ l-enerġija elettrika għal madwar l-istess prezz tal-Italja kontinentali, u b’hekk tiġi eliminata d-diverġenza reġjonali. Madanakollu, il-Kummissjoni ma tarax kif tali proġetti jistgħu inaqqsu l-prezzijiet tal-enerġija elettrika bin-nofs biex iwassluhom għal EUR 30 għal kull MWh li, skont Alcoa, huwa meħtieġ biex il-funderija tagħmel qligħ.

(236)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-eżistenza ta’ sussidju Statali immirat biex inaqqas l-ispejjeż għal utenti kbar ma jimmotivax lill-fornituri tal-elettriku biex ibaxxu l-prezzijiet biex ma jitilfux l-ikbar klijenti tagħhom, u lanqas timpedixxi lill-istrutturi tal-ispejjeż milli jmmoru għall-agħar. Is-sussidju pjuttost jirrinforza l-inċentiv biex il-fornituri tal-enerġija elettrika jkomplu jisfruttaw is-saħħa tagħhom fis-suq. Għalhekk, anke jekk huwa minnu, minħabba s-sitwazzjoni ta’ kapaċità żejda, li Alcoa normalment tkun tista’ ġġib prezz kompetittiv, li kieku ma kienx għas-saħħa fis-suq li għandhom il-fornituri tal-enerġija elettrika (li jistgħu jkollhom interess li jżommu l-prezzijiet għoljin, ara premessi (121) u (99) rispettivament), il-Kummissjoni tkkunsidra li t-tariffa preferenzjali ma kinetx tkun l-istrument xieraq biex tagħti dimensjoni ġdida lil din is-saħħa fis-suq.

(237)

Inċidentalment, ta’ min jinnota li d-deċiżjoni Alumix kienet ibbażata fuq l-ipoteżi bil-maqlub, jiġifieri li l-klijenti l-kbar bħal Alcoa kellhom saħħa fis-suq, fil-forma ta’ saħħa fin-negozjar vis-a-vis ENEL, u li għalhekk, kieku ENEL kienet kumpanija privata, kien ikollha tbiegħ bi prezz iktar baxx.

6.5.1.3.   Proporzjonalità

(238)

Is-sussidju mogħti lil Alcoa huwa ogħla minn kwalunkwe diiferenzjal li jista’ jeżisti bejn il-prezzijiet tal-enerġija elettrika fl-Italja kontinentali u l-prezzijiet f’Sardegna għall-istess kategorija ta’ klijenti. Għaldaqstant, it-tariffa mhix proporzjonali għall-iżvantaġġi reġjonali li allegatament qed tfittex li tirrimedja.

6.5.1.4.   Karattru ta’ tnaqqis progressiv

(239)

L-għajnuna operazzjonali reġjonali trid tkun tonqos progressivament (ara premessa 4.17 tal-linji gwida reġjonali). Abbażi tal-mekkaniżmu ta’ indiċjar introdott mill-Artikolu 11(11) tal-Liġi Nru 80/2005, kif interpretat mill-AEEG (ara l-paragrafi (49) u (50)) it-tariffa tiżdied kull sena b’perċentwal li jirrifletti t-tendenzi tal-prezzijiet tal-enerġija elettrika fl-UE, iżda ż-żieda ma tistax taqbeż l-4 %. Din it-tariffa tonqos biss meta l-prezzijiet medji fl-UE jonqsu f’termini netti (minħabba li t-tariffa Alcoa ma tistax tonqos imma tiżdied biss). Fil-każi l-oħra kollha, it-tariffa hija progressiva u tinvolvi vantaġġ li jiżdied għal Alcoa (112). Fil-fatt, f’kuntest fejn il-prezzijiet jiżdiedu b’mod mgħaġġel fl-UE, l-għajnuna favur Alcoa żdiedet il-ħin kollu f’termini reali minn meta ġiet introdotta t-tariffa fil-kwistjoni.

6.5.1.5.   Konklużjonijiet fuq il-komptibbiltà tal-miżura bħala għajnuna reġjonali għal Sardegna

(240)

Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-proroga tat-tariffa fil-kwistjoni ma tistax tiġi kkunsidrata kompatibbli bħala għajnuna reġjonali skont il-linji gwida reġjonali tal-1998. Minħabba li l-assistenza lil Sardegna għall-perjodu 2007-2013 twaqqfet skont l-Artikolu 87(3)(a), mhux meħtieġ li tiġi eżaminata l-kumpatibbiltà tal-għajnuna fid-dawl tal-linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2007-2013.

6.5.2.   Kunsiderazzjonijiet oħra relevanti għall-kumpatibbiltà (Veneto u Sardegna)

(241)

L-Italja u Alcoa għamlu l-argument li t-tariffa Alcoa hija mmirata li ttaffi n-nuqqasijiet tas-swieq tal-enerġija elettrika li s’issa għadhom ma wasslux għal prezzijiet kompetittivi. Prezzijiet għoljin tal-enerġija elettrika allegatament jheddu l-kompetittività tal-industriji elettro-intensivi, fosthom dik tal-aluminju primarju. Qed jingħad li l-għajnuna se żżomm milli kumpaniji jitilqu mill-Ewropa. L-għajnuna għandu jkollha effet ta’ inċentivazzjoni minħabba li f’każ għall-kuntrarju, fl-assenza ta’ għajnuna, il-kumpanija kienet tagħlaq il-funderija ta’ Sardegna u tal-Veneto.

(242)

Rigward dawn l-affermazzjonijiet jistgħu joħorġu l-kummenti ġenerali li ġejjin. Il-funzjonament imperfett tas-swieq tal-enerġija elettrika ma jistax jitqies, strictu sensu, falliment tas-suq minħabba li dan il-kunċett jimplika l-inkapaċità ta’ suq kompetittiv li jipproduċi, waħdu, l-aħjar riżultat fuq pjan soċjali, filwaqt li l-problema f’dan il-każ hija li s-swieq mhumiex kompetittivi biżżejjed. Is-soluzzjoni tista’ tinstab biss f’iktar – mhux inqas – kompetizzjoni, jiġifieri permezz ta’ suq tal-enerġija verament integrat. Il-fatt li t-tariffi tal-elettriku jiffissahom l-Istat jipproduċi b’mod ġenerali l-effett oppost, jiġifieri joħolqu ostakolu u jipprekludu l-aċċess ta’ operaturi ġodda fis-suq, u għalhekk tiġi ostakolata l-integrazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna operazzjonali mogħtija fil-forma ta’ tariffi għall-enerġija elettrika artifiċjalment baxxi mhix l-istrument xieraq biex jissolvew l-imperfezzjonijiet tas-swieq tal-enerġija elettrika.

(243)

Wieħed għandu jinnota wkoll li l-konklużjonijiet spiss ikkwotati minn fora speċjalizzati bħall-High Level Group on Energy, Competitiveness and the Environment (premessi (78) u (124)) ma jissuġġerux li l-għajnuniet speċjali mill-Istat għandhom jingħataw biex jirrisolvu l-problemi tal-kompetizzjoni li ġejjin minn prezzijiet għoljin tal-enerġija elettrika, izda jiddefendu l-ħtieġa għal osservanza sħiħa mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat (113).

(244)

Il-Kummissjoni qajjmet dubji dwar argumenti simili li jorbtu l-miżuri ta’ għajnuna mal-għan biex ikun prekluż li kumpaniji jieħdu l-industriji tagħhom barra mill-UE fid-deċiżjoni dwar il-każ Terni (114), u għal għanijiet simili ma tikkusidrax li hu neċessarju li wieħed japprofondixxi l-analiżi f’din id-Deċiżjoni.

(245)

Fis-sitwazzjoni preżenti ta’ prezzijiet baxxi tal-aluminju fis-swieq dinjin (kawża tal-waqa’ fid-domanda minħabba l-kriżi ekonomika) il-funderiji Taljani ta’ Alcoa jistgħu ma jagħmlux qligħ jew jipproduċu bit-telf, anke jekk għal ftit żmien, fl-assenza tat-tariffa. Wieħed ma jistax jeskludi l-għeluq tagħhom, anke jekk fatturi oħrajn jistgħu jinfluwenzaw deċiżjoni f’dan is-sens, inkluż, pereżempju l-ispejjeż u l-ħin meħtieġ biex tinħoloq kapaċità potenzjalment neċessarja biex jiġi evitat it-telf tas-sehem mis-suq.

6.5.3.   Il-proposta ta’ Impjant tal-Enerġija Virtwali (Sardegna)

(246)

Permezz tal-ittra tad-19 ta’ Jannar 2007 (minn hawn ‘il quddiem “l-ittra tal-2007”) is-servizzi tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni esploraw l-idea ta’ miżura tranżitorja ta’ eliminazzjoni gradwali tat-tariffa mogħtija lil Sardegna, b’kunsiderazzjoni għall-fatt li s-sitwazzjoni tas-suq ta’ Sardegna, anke minħabba l-iżolament tiegħu, tal-kapaċitajiet limitati ta’ interkonnettività mal-Italja kontinentali u tal-kundizzjonijiet mhux favorevoli ta’ kompetizzjoni, li tidher li tippermetti għajnuna operazzjonali taħt il-forma ta’ tariffa preferenzjali għal perjodu (l-eliminazzjoni gradwali) ta’ madwar sentejn (115) bi skambju mal-adozzjoni ta’ miżuri immirati li tikber il-kompetittività fis-suq ta’ Sardegna permezz tat-twaqqif ta’ Impjant tal-Enerġija Virtwali jew VPP (Virtual Power Plant) (116). L-ittra kienet teskludi b’mod partikolari l-impjant fil-Veneto (117).

(247)

L-ittra tal-2007 kienet tindika li VPP xieraq għandu jipprevedi t-twaqqif tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni virtwali lill-fornituri terzi tal-elettriku, ikopri bejn wieħed u ieħor 25 % tad-domanda tal-elettriku f’Sardegna u jkollu ħajja ta’ madwar 5 snin. L-ittra kienet tissuġġerixxi li kollaborazzjoni bejn is-servizzi tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni u l-awtoritajiet Taljani setgħu jibdew malajr biex jiddeterminaw il-modalitajiet tal-VPP.

(248)

B’dewmien konsiderevoli, fid-9 ta’ Lulju 2009 l-Italja adottat il-dispożizzjonijiet leġiżlattivi biex tingħata lill-AEEG l-awtorità li twaqqaf tali mekkaniżmu. Fis-17 ta’ Awwissu 2009 l-AEEG adottat id-Deċiżjoni ARG/elt 115/09 li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-VPP. Il-modalitajiet tal-VPP huma skont il-kriteji stipulati fl-ittra tal-2007. It-tariffa se tiġi abolita fi żmien tliet xhur wara li jitnieda l-VPP, u mill-aktar tard qabel il-31 ta’ Diċembru 2009.

6.5.3.1.   Deskrizzjoni tal-VPP Taljan

(249)

B’konformità mar-regoli dettaljati stabbiliti mill-AEEG, kemm ENEL kif ukoll E.ON għandhom jirrilaxxaw kapaċità ta’ ġenerazzjoni virtwali lill-operaturi li m’għandhomx irbit ma’ ebda waħda mill-kumpaniji. Il-kapaċità li trid tiġi rilaxxjata (225 MW għal ENEL u 150 MW għal E.ON) ġiet determinata skont is-saħħa rispettiva ta’ suq unilaterali taż-żewġ operaturi dominanti. Il-VPP se tkopri il-25 % tad-domanda elettrika f’Sardegna fuq ħajja ta’ 5 snin, sakemm jitlestew il-proġetti infrastrutturali li jinsabu għaddejjin u immirati li jtejbu l-interkonnettività elettrika bejn Sardegna u l-Italja kontinentali.

(250)

Il-parteċipazzjoni għall-proċeduri tal-għoti tal-kuntratt se tkun miftuħa għall-operaturi tas-suq attivi fil-bejgħ lil utenti finali. Il-prodotti offruti se jkollhom maturità ta’ sena jew ħames snin. L-għotjiet tal-kuntratti se jkunu għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 ‘lil hinn.

(251)

Fid-dawl tar-restrizzjonijiet fiżiċi eżistenti fuq in-netwerk tal-elettriku ta’ Sardegna, il-VPP Taljana ġiet iddiżinjata bħala strument finanzjarju (118). B’dan it-tip ta’ VPP, ix-xerrejja m’għandhomx għalfejn ibigħu fiżikament l-elettriku mogħtija lill-utenti finali mill-aġġudikazzjoni. Dawn jibbenfikaw minn ħlas finanzjarju awtomatiku kull meta il-prezz imħallas fuq is-suq tal-ġurnata ta’ qabel ikun ogħla minn ċertu limitu. Il-vantaġġ għal operatur eżistenti jew operatur ġdid li jixtieq jiżviluppa klijentiela li jkollu kapaċità VPP jinsab fil-fatt li il-VPP jista’ jkun utilizzat bħala strument ta’ hedging għat-tranżazzjonijiet fiżiċi (l-oħra) eżegwiti.

(252)

L-effett pożittiv għall-kompetittività ta’ dan it-tip ta’ VPP jinsab fil-fatt li l-operaturi dominanti jitteħdilhom l-inċentiv li jisfruttaw is-saħħa li għandhom biex iżommu l-prezzijiet għoljin fis-suq tal-jum ta’ qabel, għaliex kull benefiċċju akkwistat minn din l-istrateġija jkun trasferit lix-xerrejja tal-VPP.

6.5.3.2.   Kumpatibbiltà tat-tariffa abbażi tal-VPP

(253)

Minkejja li l-VPP hija mistennija tipproduċi impatt favur il-kompetizzjoni fis-suq tal-elettriku ta’ Sardegna, u minkejja l-proposta li saret f’Jannar 2007, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li, f’dan il-każ, il-VPP ma tistax tikkostitwixxi bażi biżżejjed għall-kumpatibbiltà tal-għajnuna, la għal perjodu tranżitorju suċċessiv għall-implimentazzjoni tal-VPP u lanqas għall-fornituri għall-perjodu ta’ qabel l-implimentazzjoni tal-VPP, għal għanijiet spejgati fid-dettall hawn taħt.

(254)

Il-Kummissjoni ma teskludix li, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, rimedju li jikkonsisti f’liberalizzazzjoni ta’ suq” (jew aħjar, f’dan il-każ, miżura strutturali immirata biex ittejjeb il-kompetizzjoni f’suq legalment miftuħ għall-kompetizzjoni iżda li għadu kkonċentrat ħafna) jista’ jikkostitwixxi bażi għal kompatibbiltà ma’ għajnuna mill-Istat. F’dan il-każ speċifiku, il-Kummissjoni kkunsidrat in-natura tal-problema tal-kompetizzjoni fuq is-suq tal-elettriku f’Sardegna (119), l-eżistenza ta’ rabta każwali bejn din il-problema u l-għajnuna, u l-effikaċja tal-VPP bħala strument korrettiv.

(255)

L-ewwelnett, għal dak li jirrigwarda n-natura tal-problema tal-kompetizzjoni f’Sardegna għandu jiġi nnutat li ġej. Il-prezzijiet għoljin f’Sardegna huma r-riżultat ta’ diversi fatturi flimkien: interkonnettività insuffiċjenti, l-istruttura tal-ispejjeż tal-portafoll tal-ġenerazzjoni u s-saħħa fis-suq taż-żewġ ġeneraturi prinċipali. Il-fatt li fi gżira jkun hemm interkonnettività insuffiċjenti mhix problema tal-liberalizzazzjoni, iżda pjuttost korollarju tal-pożizzjoni ġeografika tagħha. Diversi pajjiżi tal-UE huma gżejjer u kważi l-Istati Membri kollha għandhom gżejjer li l-interkonnettività tagħhom hija insuffiċjenti jew ma teżistix. L-istruttura tal-ispejjeż tal-portafoll ta’ ġenerazzjoni mhix direttament marbuta la mat-tħaddim tas-suq elettriku u lanqas mat-tħaddim ta’ saħħa fis-suq min-naħa tal-operaturi dominanti. Pjuttost tiddependi mid-disponibbiltà tar-riżorsi primarji tal-enerġija u minn restrizzjonijiet oħra fiżiċi u ġeografiċi li jikkundizzjonaw id-deċiżjonijiet ta’ investiment mill-impriżi li jiġġeneraw. Fl-aħħar, struttura tas-suq ikkonċentrata ħafna hija probabbilment ir-regola u mhux l-eċċezzjoni fuq gżira. Għaldaqstant, l-uniku fattur ta’ kompetizzjoni li wieħed jista’ jara hija s-sitwazzjoni ta’ duopolju, sakemm din potenzjalment tinkoraġġixxi lill-operaturi dominanti jiffissaw prezzijiet għoljin. Din hi madankollu wieħed biss mill-fatturi li jikkontribwixxu għal-livell għoli tal-prezzijiet f’Sardegna.

(256)

It-tieni, il-Kummissjoni vvalutat l-eżistenza ta’ rabta każwali bejn it-tariffi preferenzjali u s-sitwazzjoni tas-suq f’Sardegna. It-tariffi ma kienu qatt maħsuba biex jindirizzaw is-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni f’Sardegna, minħabba li t-tariffi ta’ Sardegna nnotifikati mill-Italja kienu joffru rimedju wieħed għal ċirku ristrett ta’ utenti, li barra minn hekk kellhom l-ikbar saħħa li jinnegozjaw. (260)L-Italja stess ammettiet li l-għan tat-tariffa Alcoa kien li jressaq il-prezz inħallas minn Alcoa f’Sardegna skont il-prezzijiet ta’ produtturi tal-aluminju f’pajjiżi Ewropej oħra.

(257)

Jekk xejn, l-għajnuna fil-kwistjoni setgħet iggravat is-sitwazzjoni li tirriżulta mid-duopolju fil-każ tal-ġenerazzjoni. Bis-sistema ta’ ħlasijiet kumpensatorji li tikkostitwixxi l-miżura eżaminata hawnhekk, Alcoa ma kellha ebda inċentiv li tutilizza s-saħħa tagħha stess ta’ xerrej biex tnaqqas l-ispejjeż tal-elettriku, minħabba li l-interess ta’ Alcoa li takkwista l-elettriku bil-prezz l-iktar baxx kien intlaħaq mill-ħlasijiet kumpensatorji, u mhux permezz tat-tħaddim tas-saħħa ta’ negozjar fis-suq bħala konsumatur kbir tal-elettriku f’Sardegna. Billi tnaqqset l-inċentiva ta’ Alcoa li tfittex kundizzjonijiet ta’ forniment differenti minn dawk offruti mill-operatur tradizzjonali, il-ħlasijiet kumpensatorji setgħu kellhom impatt negattiv, sa ċertu punt, fuq il-kompetizzjoni tas-suq għad-detriment tal-konsumaturi tal-elettriku l-oħra kollha, minħabba li dawn saħħew il-pożizzjoni tal-operatur tradizzjonali.

(258)

It-tielet, l-impatt ta’ benefiċċju previst mill-VPP fuq il-kundizzjonijiet kompetittivi attwali f’Sardegna ma jidhirx li hu proporzjonali mal-intensità tal-għajnuna mogħtija. L-effetti ta’ titjib fuq is-suq ta’ Sardegna jidhru li huma pjuttost limitati. Ir-rimedju kien ikollu impatt biss fuq l-imġieba tal-operturi dominanti fid-dawl tal-fatt li VPP finanzjarju bħal dak implimentat fl-Italja ma jistax ikollu impatt fuq l-interkonnettività u fuq l-ispejjeż tal-ġenerazzjoni u, b’differenza minn tolling agreement, mhux imfassal biex iwassal għal tibdil fl-istruttura tas-suq fil-livell ta’ ġenerazzjoni.

(259)

Ir-raba’, l-għajnuna tgħawwġ il-kompetizzjoni fis-suq tal-aluminju primarju, filwaqt li l-VPP se tipproduċi xi titjib rigward il-kompetizzjoni f’suq ieħor, dak tal-elettriku. Min-natura tagħha, il-VPP ma tistax ikollha impatt dirett fuq is-suq tal-aluminju.

6.5.4.   Konklużjonijiet dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna (Veneto u Sardegna)

(260)

Fid-dawl ta’ dak ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li t-tariffa applikata għall-funderiji ta’ Alcoa fil-Veneto u f’Sardegna ma tista tibbenefika minn ebda deroga skont l-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE. Id-derogi fl-Artikolu 87(2) mhumiex applikabbli minħabba li l-għajnuna mhix ta’ natura soċjali, mhix imfassla biex tikkumpensa għal ħsara kkawżata minn diżastri jew avvenimenti eċċezzjonali u ma ngħatatx biex tikkumpensa għal żvantaġġi ekonomiċi kkawżati mill-fergħa tal-Ġermanja. Id-derogi fl-Artikolu 87(3)(b) u (d) ukoll ma japplikawx minħabba li l-miżura ma timmirax biex tmexxi ‘l quddiem l-implimentazzjoni ta’ proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni jew li tirrimedja sfrattu serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru lanqas biex tmexxi ‘l quddiem il-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju. Għal dak li jirrigwarda d-deroga fl-Artikolu 87(3)(a), l-analiżi eżegwita fuq fil-premessi (220) sa (240) turi li t-tariffa ma tistax tiġi approvata bħala għajnuna immirata biex tmexxi ‘l quddiem l-iżvilupp ekonomiku ta’ nħawi fejn il-livell tal-għixien huwa baxx iktar min-normal jew fejn hemm ħafna qagħad. Għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 87(3)(c) l-analiżi turi li t-tariffa, anke jekk abbinata ma’ VPP, ma tistax tiġi kkunsidrata kompatibbli abbażi ta’ dik id-deroga (ara b’mod partikolari l-premessi (216), (217), (241) sa (245) u (253) sa (259)).

(261)

Għaldaqstant il-proroga tat-tariffa preferenzjali favur Alcoa introdotta mill-Artikolu 11(11) tal-Liġi Nru 80/2005 u mid-Digriet tal-2004 (safejn l-istess miżura setgħet irriżultat mill-applikazzjoni tal-istess Digriet matul il-perjodu Jannar 2006-Ġunju 2007 – ara paragrafu (44)) trid tiġi ddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni.

6.6.   Irkupru

(262)

Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 fil-każ ta’ deċiżjonijiet negattivi f’każi ta’ għajnuniet illegali li mhumiex kompatibbli mas-suq komuni, jeħtieġ li l-kompetizzjoni effettiva tiġi restawrata mingħajr dewmien, sakemm l-irkupru ma jkunx imur kontra l-prinċipju ġenerali tal-Liġi Komunitarja.

6.6.1.   Aspettattivi leġittimi u prinċipji oħra tal-Liġi Komunitarja li jistgħu jostakolaw l-irkupru

6.6.1.1.   Aspettattivi leġittimi

(263)

Skont il-każistika, meta għajnuna tingħata mingħajr notifika skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, il-benefiċjarju ma jistax ikollu aspettattiva li l-għotja kienet legali (120). Impriża diliġenti hija kapaċi tistabbilixxi jekk il-proċedura ta’ notifika ġietx segwita u jekk l-għajnuna hix leġittima.

(264)

Madanakollu wieħed ma jistax iċaħħad il-possibbiltà li benefiċjarju ta’ għajnuna illeġittima, jinvoka ċirkustanzi eċċezzjonali li fuqhom ikun seta’ leġittimament jassumi li l-għajuna kienet legali u jiċħad għalhekk li jirrifondi dik l-għajnuna (121). Min-naħa l-oħra, jekk “kummerċjant prudenti u konxju seta’ jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżura Komunitarja li x’aktarx ikollha impatt fuq l-interessi tiegħu, ma jistax jinvoka dak il-prinċipju jekk il-miżura tiġi adottata” (122).

(265)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali invokati minn Alcoa, li huma marbutin mal-eżistenza tad-deċiżjoni Alumix, setgħux wassluha biex ikollha dawn l-aspettattivi leġittimi.

(266)

Il-Qorti dejjem affermat li aspettattivi leġittimi jistgħu jirriżultaw biss minn assigurazzjonijiet speċifiċi, mingħajr kundizzjoni u konkordanti mogħtija mill-istituzzjonijiet Komunitarji li jkunu ta’ natura tali li jipproduċu aspettattiva leġittima li l-miżura ma tikkostitwix għajnuna jew li hi leġittima (123).

(267)

Alcoa tikkunsidra li anke jekk l-iskema kurrenti ma ġiex ikkunsidrata “għajnuna eżistenti,” setgħet madanakollu tinvoka l-aspettattiva leġittima minħabba li ddependiet fuq il-konklużjoni ta’ Alumix li ma kienx hemm għajuna meta hi xtrat lil Alumix u ddeċidiet li tagħmel iktar investimenti fiż-żewġ funderiji. Alcoa tikkwota wkoll, bħala preċedent, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-trattament li jeżenta mit-taxxi kumpaniji tal-azzar li jistabbilixxu ruħhom barra mill-pajjiż (124) (ara premessa (97)).

(268)

F’dik id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-trattament ta’ eżenzjoni mit-taxxa mogħti minn Franza lil impriżi tal-azzar, id-dispożizzjonijiet dwar għajnuna eżistenti ma setgħux jiġu applikati direttament, minħabba li għajnuna lis-settur tal-azzar kienet suġġetta għat-Trattat tal-KEFA, li ma kinetx tirrikonoxxi l-kunċett ta’ għajnuna eżistenti. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet l-aspettattivi leġittimi tal-benefiċjarji billi applikat, b’analoġija, id-dispożizzjonijiet relevanti għat-Trattat tal-KE u, b’konsegwenza, ma ordnatx l-irkupru tal-għajnuna. Madanakollu, il-każ kien sostanzjalment analogu mal-każ Ċentri ta’ Koordinament fil-Belġju li fih il-Kummissjoni biddlet il-valutazzjoni tagħha ta’ miżura li qabel kienet ikklassifikata bħala li ma kinetx tikkonsisti f’għajnuna mingħajr ma dik il-miżura ġiet mibdula mill-Istat Membru. Il-kunsiderazzjonijiet żviluppati fil-premessa (210) jippermettu lill-Kummissjoni tiċħad l-argument li d-deċiżjoni kkwotata setgħet tiġi invokata bħala bażi għar-rikonoxximent tal-aspettattivi leġittimi ta’ Alcoa.

(269)

Rigward ir-rilevanza attribwita minn Alcoa għad-deċiżjoni Alumix, ta’ min wieħed jinnota li dik id-deċiżjoni setgħet tagħti lill-benefiċjarju l-aspettattiva leġittima li sal-31 ta’ Diċembru 2005 il-mekkaniżmu tariffarju vvalutat ma kienx jikkostitwixxi għajnuna.

(270)

Min-naħa l-oħra ebda aspettattivi leġittimi ma jistgħu joħoġu mid-deċiżjoni Alumix rigward il-proroga tat-tariffa prevista mill-Artikolu 11(11) tal-Liġi Nru 80/2005. Alcoa ma setgħet ikollha ebda aspettattiva leġittima li l-miżura tal-2005, li kienet tagħti proroga lit-tariffa sal-2010, kienet awtomatikament ma tikkostitwix għajnuna. Fil-konfront ta’ miżura li kienet (a) immodifikata b’mod sostanzjali u (b) prorogata fiż-żmien, benefiċjarju prudenti kien jivverifika li l-għajnuna kienet leġittima.

(271)

In-nuqqas ta’ aspettattiva leġittima li ġejja mid-deċiżjoni Alumix hija espliċitament ikkonfermata fil-paragrafu 109 tas-sentenza tat-Tribunal.

(272)

Il-fatt li Alcoa għamlet investimenti fl-impjanti Taljani tagħha ma tipprovdix każ għal aspettattiva leġittima vis-a-vis il-legalità tal-ftehim tariffarju mmodifikat u prorogat, meta huwa ċar li meta ngħatat il-konċessjoni tat-tariffa oriġinali Alumix din ma kinetx se ddum iktar minn 10 snin, u Alcoa ppjanifikat l-investimenti tagħha fuq dik il-bażi, u mhux fuq l-assunzjoni ta’ tariffa dejjiema.

(273)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-eżistenza ta’ tariffa approvata Alumix ma setgħetx twassal lil Alcoa tifforma aspettattivi leġittimi dwar il-legalità tal-miżura fil-kwistjoni.

(274)

Rigward l-impjant ta’ Sardegna, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk l-ittra tal-2007 u l-iżviluppi li rriżultaw minnha setgħux jikkostitwixxu sors ta’ aspettattiva leġittima għal Alcoa.

(275)

Għandu jiġi nnutat f’dan ir-rigward li fl-ittra tal-2007 il-Kummissjoni ma tatx garanziji preċiżi u mingħajr kundizzjoni rigward il-valur tal-VPP għall-għanijiet ta’ konklużjoni dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna. L-ittra mibgħuta mis-servizzi tal-Kummissjoni, kienet limitata biex tindika li “il-Kummissarju Ewropew għall-Kompetizzjoni se jkun dispost li jipproponi lill-Kulleġġ l-approvazzjoni ta’ perjodu qasir ta’ eliminazzjoni gradwali tat-tariffi tal-elettriku f’Sardegna”. Dak id-diskors kien jimplika li l-eżitu pożittiv ta’ dak il-każ kien, f’kull każ, kundizzjonat mill-approvazzjoni tal-abbozz tad-deċiżjoni min-naħa tal-Kulleġġ tal-Kummissarji. Għaldaqstant, fid-dawl tal-istatus tagħha (ittra mis-servizzi tal-Kummissjoni) u l-kontenut tagħha (garanzija kundizzjonali) l-ittra tal-2007 ma tistax tipprovdi aspettattivi leġittimi ta’ natura rikonoxxuta mill-Qorti.

6.6.1.2.   Prinċipji ġenerali oħra tal-Liġi Komunitarja

(276)

La l-Italja lanqas Alcoa ma ppreżentaw argumenti f’dan ir-rigward. Madanakollu l-Kummissjoni eżaminat jekk prinċipji ġenerali oħrajn tal-Liġi Komunitarja jipprekludux l-irkupru, kollu jew in parti.

(277)

Rigward l-impjant tal-Veneto, għandu jiġi nnutat li l-irkupru ma jikser ebda prinċipju ġenerali tal-Liġi Komunitarja; il-Kummissjoni kienet esprimiet dubji serji dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna favur l-impjant tal-Veneto fid-deċiżjoni tal-ftuħ, u xejn fil-proċedimenti sussegwenti ma seta’ jbiddel l-impressjoni li ngħatat lil Alcoa permezz tal-ftuħ tal-investigazzjoni.

(278)

Rigward l-impjant f’Sardegna, il-Kummissjoni eżaminat is-sitwazzjoni li tirriżulta mill-ittra tal-2007 u l-iżviluppi suċċessivi tagħha. Kif intwera fil-premessa (275), l-ittra tas-servizzi tal-Kummissjoni ma kinetx tagħti garanziji preċiżi u mingħajr kundizzjoni rigward il-valur tal-VPP bħala bażi għal konklużjoni ta’ kompatibbiltà ta’ għajnuna, iżda kienet tillimita ruħha biex tindika li, kieku l-Italja kienet irreaġixxiet qabel għall-proposta, il-Kummissarji għall-Kompetizzjoni kien jipproponi lill-Kummissjoni biex tapprova perjodu qasir ta’ eliminazzjoni gradwali tat-tariffa. Madanakollu l-idea tal-VPP tpoġġiet fil-ġenb matul il-proċedimenti kollha sakemm l-Italja ddeċidiet li tħaddimha.

(279)

Minkejja din il-proposta, kif spjegat hawn fuq fil-premessi (253) sa (259), il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-VPP ma tistax tikkostitwixxi bażi għal deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna, għal raġunijiet relatati maċ-ċirkustanzi tal-miżura u għan-natura tal-VPP u li mhumiex ir-riżultat tad-diskussjonijiet lil saru mal-Italja. Huwa xieraq, iżda li wieħed jistaqsi jekk it-taħdidiet imtawwla dwar il-VPP jistgħux iwasslu għall-preżunzjoni li valutazzjoni ta’ inkompatibbiltà trid neċessarjament twassal għal irkupru sħiħ ta’ dik l-għajnuna.

(280)

Irrispettivament mill-fatt li ż-żmien li ħadet l-investigazzjoni ma kienx, fih innifsu, twil iżżejjed (tliet snin), il-Kummissjoni tirrikonoxxi li, fil-każ preżenti, dan iż-żmien kien imtawwal bit-taħdidiet dwar l-introduzzjoni tal-VPP.

(281)

Minkejja li d-dewmien tat-taħdidiet dwar il-VPP kien anke dovut fil-parti l-kbira għar-reazzjoni tard għall-proposta min-naħa tal-Italja, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li t-taħdidiet fit-tul dwar il-VPP ma kinux koerenti mal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u influwenzaw l-imġieba tal-benefiċjarju matul il-kors sussegwenti tal-investigazzjoni. Fil-fatt, it-tama li, grazzi għall-VPP, seta’ jkun hemm eżitu pożittiv fil-każ tal-impjant f’Sardegna, trażmessa mill-Kummissjoni u mhux ikkomunikata biżżejjed fil-ħin, setgħet biddlet il-perċezzjoni ta’ Alcoa tar-riskju tal-irkupru tal-għajnuna lill-impjant f’Sardegna wara l-ftuħ tal-proċedimenti, u dan seta’ min-naħa tiegħu influwenza l-istrateġija tal-kumpanija f’dak li jirrigwarda investimenti u lokalizzazzjoni tal-attivitajiet. Kieku l-ittra tal-2007 ma ntbagħtitx, Alcoa setgħet iddeċidiet li ma tkomplix l-attivitajiet tagħha f’Sardegna u għalhekk tillimita l-ammont li jrid jitħallas lura.

(282)

Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni hi tal-fehma li huwa xieraq li ma timponix irkupru tal-għajnuna għall-impjant f’Sardegna għall-perjodu bejn meta ntbagħtet l-ittra, id-19 ta’ Jannar 2007, u d-data ta’ din id-Deċiżjoni.

6.6.2.   Kwantifikazzjoni tal-ammonti li jridu jiġu rkuprati

(283)

Fl-aħħar, l-ammonti kollha tal-għajnuna mhux kompatibbli li rċeviet Alcoa skont l-Artikolu 11(11) tal-Liġi Nru 80/2005 mill-1 ta’ Jannar 2006 ‘l hawn iridu jiġi rkuprati bl-imgħaxx, b’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, li jistipula regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (125).

(284)

L-irkupru għandu l-għan li jġedded il-qagħda kompetittiva tal-benefiċjarju għal dik li kienet qabel ma ngħatat l-għajnuna inkompatibbli. Biex jiġu kkwantifikati l-ammonti tal-irkupru, hu għalhekk meħtieġ li jiġi stabbilit il-prezz li Alcoa kien ikollha tħallas fuq is-suq biex tiġi fornita bl-enerġija elettrika kieku t-tariffa ma ġietx prorogata.

(285)

Kif indikat fil-premessa (157) Alcoa kienet ikkonkludiet kuntratt bilaterali ma’ ENEL bi prezz nominali bejn wieħed u ieħor l-istess bħat-tariffa standard għal vultaġġ għoli applikata minn ENEL. Skont il-Kummissjoni, dan huwa l-prezz li Alcoa kienet tħallas għall-forniment tal-enerġija elettrika fin-nuqqas tat-tariffa. Il-Kummissjoni għaldaqstant hi tal-fehma li l-ammont li jrid jiġi rkuprat huwa daqs id-differenza bejn il-prezz kuntrattwali u dak preferenzjali. Dan l-ammont jikkoinċidi mal-kontribuzzjoni kumpensatorja li rċeviet il-kumpanija fil-perjodu kkonċernat (126). L-istess metodu ta’ kalkolu kien indikat mill-Kummissjoni fil-każ Terni  (127), li tikkompara direttament ma’ dan il-każ.

(286)

Għall-finijiet ta’ kompletezza, il-Kummissjoni eżaminat ukoll – u warrbet – l-argument li, fl-assenza tas-sussidju mill-Istat, Alcoa kienet tinnegozja prezz aħjar mal-fornitur tagħha u għalhekk l-irkupru jrid ikun ibbażat fuq punt ta’ riferiment differenti, preżumibbilment iktar realistiku.

(287)

Qabel kollox, il-Kummissjoni ma taqbilx, fil-prinċipju, mal-idea li jinħoloq punt ta’ riferiment teoretiku meta jeżisti wieħed konkret u xieraq. F’Unicredito  (128) il-Qorti ċaħdet approċċ ipotetiku ta’ dan it-tip, u ddeċidiet “ li jiġi stabbilit mill-ġdid l-istatus quo ante […] ma jimplikax rikostruzzjoni differenti tal-passat fuq il-bażi ta’ elementi ipotetiċi, bħall-għażliet, ħafna drabi numerużi, li setgħu isiru mill-operaturi kkonċernati”.

(288)

Barra minn hekk, wara li l-Kummissjoni kienet tat bidu għall-proċediment tal-investigazzjoni formali kontra t-tariffa fl-2004 u fl-2006 u wara li Alcoa kienet ġiet mistiedna tipprovdi parent company guarantee biex tkopri r-riskju tal-irkupru, is-soċjetà kellha inċentiv ċar biex tinnegozja ma’ ENEL l-aħjar kundizzjonijiet ta’ forniment tal-enerġija possibbli. Għaldaqstant, m’hemmx elementi li jindikaw li l-prezz kuntrattwali innegozjat liberament bejn Alcoa u ENEL ma jirriflettix tajjeb il-prezz tas-suq li Alcoa kienet ikollha tħallas fin-nuqqas tal-għajnuna.

7.   KONKLUŻJONI:

(289)

Il-Kummissjoni ssib li l-Italja implimentat b’mod illeġittimu, bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1 tad-Digriet tal-Prim Ministru tas-6 ta’ Frar 2004 u tal-Artikolu 11(11), tad-Digriet Liġi Nru 35/05, mibdul f’Liġi Nru 80/2005, li jistabbilixxi l-proroga tat-triffa preferenzjali għall-enerġija elettrika applikabbli għal Alcoa. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li din il-miżura, li tikkostitwixxi purament għajnuna operazzjonali, m’hi ammissibbli għal ebda waħda mid-derogi għal projbizzjoni ġenerali ta’ għajnuna mill-Istat previsti mit-Trattat tal-KE u hija għalhekk inkompatibbli mas-suq komuni. Għaldaqstant, il-ħlasijiet kollha futuri jridu jiġu kkanċellati, u l-għajnuna li ingħatat diġà trid tiġi rkuprata kif speċifikat f’li ġej. L-ammont li jrid jiġi rkuprat jikkorrispondi għat-total tal-komponenti komprensivi kollha imħallsa mill-Cassa Conguaglio lil Alcoa. Għall-Veneto, il-perjodu kkonċernat għal dan l-irkupru huwa bejn l-1 ta’ Jannar 2006 u d-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Għal Sardegna, l-irkupru jirreferi għall-perjodu ta’ qabel l-ittra tal-2007, jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2006 sat-18 ta’ Jannar 2007,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat mogħtija illegalment mill-Italja mill-1 ta’ Jannar 2006 abbażi tal-Artikolu 1 tad-Digriet tal-Prim Ministru tas-6 ta’ Frar 2004 u tal-Artikolu 11(11) tal-Liġi Nru 80/2005 favur Alcoa Trasformazioni, bi ksur tal-Artikolu 88(3), tat-Trattat, hija inkompatibbli mas-suq komuni. L-ammont tal-għajnuna huwa kkalkulat b’konformità mal-metodu indikat fil-premessa (285) ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   L-Italja għandha tirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 mingħand il-benefiċjarju. Għall-Veneto, il-perjodu kkonċernat għal dan l-irkupru huwa bejn l-1 ta’ Jannar 2006 u d-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Għal Sardegna il-perjodu kkonċernat għal dan l-irkupru huwa bejn l-1 ta’ Jannar 2006 u t-18 ta’ Jannar 2007.

2.   L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati għandu jkollhom miżjud magħhom l-interessi mid-data meta tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data meta ġew irkuprati.

3.   L-imgħaxijiet għandhom ikunu kkalkolati skont l-iskema tal-imgħaxx kompost tal-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru. 794/2007 u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 271/2008 (129) li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 794/2004.

4.   L-Italja għandha tikkanċella l-pagamenti pendenti kollha tal-għajnuna kif imsemmi fl-Artikolu 1 b’effett mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1.   L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.

2.   L-Italja għandha timplimenta d-Deċiżjoni fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

1.   Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, l-Italja għandha tippreżenta l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)

l-ammont totali (kapital u imgħaxxijiet) li għandhom jiġu rkuprati mingħand il-benefiċjarju;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex is-sitwazzjoni ssir konformi ma’ din id-Deċiżjoni;

(c)

id-dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie obbligat iħallas lura l-għajnuna.

2.   L-Italja għandha tgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sakemm l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 tkun irkuprata bis-sħiħ. Hija għandha tibgħat minnufih, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, l-informazzjoni dwar il-miżuri li diġà jkunu ttieħdu u dawk ippjanati biex is-sitwazzjoni ssir konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Tibgħat ukoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammont ta’ għajnuna u l-imgħaxxijiet diġà irkuprati mingħand il-benefiċjarju.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmula fi Brussel, id-19 ta’ Novembru 2009

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 30, 5.2.2005, p. 7 u ĠU C 214, 6.9.2006, p. 5.

(2)  Produttur taż-zingu.

(3)  Manifattur ta’ prodotti tal-aluminju.

(4)  Produttur tal-aluminju (il-materjal intermedju li jirriżulta mill-proċess tal-bauxite u li minnu joħroġ l-aluminju primarju).

(5)  ĠU C 30, 5.2.2005, p. 7.

(6)  Għajnuna mill-Istat Nru 587/05, Tariffi preferenzjali għall-elettriku f’Sardegna (wara saret C 13/2006).

(7)  ThyssenKrupp (azzar), Cementir (siment) u Nuova Terni Industrie Chimiche (prodotti kimiċi).

(8)  ĠU C 214, 6.9.2006, p. 5.

(9)  Deċiżjoni 2008/408/KE, (ĠU L 144, 4.6.2008, p. 37).

(10)  Ara isfel paragrafu 2.2.2.2.

(11)  L-Artikolu 1 tad-Digriet tal-2004 jinqara kif ġej: “1. Biex jiġu integrati l-kriterji fl-Artikolu 1(1)(c), tad-Digriet tal-Prim Ministru tal-31 ta’ Ottubru 2002, l-Awtorità għall-Enerġija Elettrika u l-Gass testendi t-trattament li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2 tad-Digriet tal-Ministeru tal-Industrija, l-Kummerċ u l-Artiġġjanat tad-19 ta’ Diċembru 1995 dwar il-provvisti tal-enerġija għall-produzzjoni u l-ipproċessar tal-aluminju, iċ-ċomb, il-fidda u ż-żingu, limitati għal impjanti li diġà jeżistu fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan id-Digriet u li jinsabu f’territorju insulari u li huma kkaratterizzati minn nuqqas jew insuffiċenza ta’ mezzi ta’ kollegament mal-grid nazzjonali tal-elettriku u l-gass. 2. 2. It-trattament tariffarju msemmi fil-paragrafu 1 huwa temporanju, jiġi tterminat meta jiġu stallati jew jitjiebu l-mezzi ta’ kollegament mal-grids nazzjonali tal-elettriku u l-gass u xorta waħda jiġi tterminat fit-30 ta’ Ġunju 2007”.

(12)  L-Artikolu 11, subparagrafu 11 tal-Liġi Nru 80/2005 taqra kif ġej: “sabiex jippermetti l-iżvilupp u r-ristrutturar tal-produzzjni tal-impriżi kkonċernati, l-applikazzjoni ta’ tariffa favorevoli għall-forniment tal-enerġija elettrika, stipulata mill-Artikolu 1 (1)(c) tad-Digriet Liġi Nru 25 tat-18 ta’ Frar 2003, emendat f’liġi Nru 83 tas-17 ta’ April 2003, hija estiża sal-aħħar tal-2010, abbażi tat-tariffi applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2004”. Id-dispożizzjoni kkwotata tad-Digriet Liġi Nru 25/03 kkonfermat il-karattru tat-tariffa Alcoa bħala ħlas ġenerali tas-sistema.

(13)  Liġi Nru 481/1995.

(14)  Artikolu 2(12)(e) tal-Liġi Nru 481/1995.

(15)  Artikolu 2(21)tal-Liġi Nru 481/1995.

(16)  EFIM (Ente Partecipazioni e Finanziamento Industrie Manifatturiere) kienet impriża pubblika b’interessi ta’ kontroll f’diversi setturi industrijali. EFIM ġie privatizzata bejn l-1992 u l-1996.

(17)  L-Artikolu 2 tad-Digriet tal-1995 jinqara kif ġej: “it-trattament tas-surcharges previst mir-riżoluzzjoni CIP Nru 13 tal-24 ta’ Lulju 1992 u l-emendi sussegwenti, li japplika għal provvisti kollha (tal-elettiku) ddestinati għall-produzzjoni tal-aluminju primarju, iżda limitat għall-impjanti eżistenti meta daħal fis-seħħ dan id-Digriet, għandu jiġi abolit mill-31 ta’ Diċembru 2005. Wara din id-data t-trattament tat-tariffa jiġi l-istess bħal dak tal-utenti l-oħra kollha.”.

(18)  ĠU C 288, 1.10.1996, p. 4.

(19)  Ara Deċiżjoni fil-każ Nru IV.JV.2 – ENEL/FT/DT (ĠU C 178 tat-23.6.1999, p. 15).

(20)  Ir-reġjuni tal-Lombardia, Emiglia Romagna u l-Piemonte diġà kienu jkopru d-domanda tal-enerġija elettrika tagħhom kollha parti mill-produzzjoni tagħhom stess u parti permezz ta’ kuntratti ta’ importazzjoni fit-tul li kienu jiskadu fl-2003.

(21)  Introdotta permezz tad-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Diċembru 1996, rigward regoli komuni għas-suq intern tal-enerġija elettrika (ĠU L 27, 30.1.1997, p. 20), li ġiet trasposta fl-Italja bid-Digriet Leġiżlattiv Nru 79 tas-16 ta’ Marzu 1999.

(22)  It-tariffa standard tirrifletti l-mod li bih ġew separati l-ispejjeż tas-sistema tal-enerġija elettrika u kif ġew imputati għall-kategoriji varji tal-utenti.

(23)  It-tariffa standard ġiet maqsuma f’żewġ partijiet, A u B, b’kull waħda tikkonsisti minn diversi komponenti tariffarji. Il-parti A kienet tirrifletti l-ispejjeż fissi tas-sistema, inklużi ħlasijiet ġenerali tas-sistema, filwaqt li l-parti B kienet tirrifletti id-diversi spejjeż tal-produzzjoni (b’mod partikolari l-ispejjeż tal-fjuwil). Fil-bidu, il-ħlasijiet ġenerali tas-sistema kienu jinkludu biss l-ispejjeż li ġejjin: spejjeż straordinarji li saru fl-1994, l-1995 u l-1996 (komponent A); l-ispejjeż biex jiġu smaltellati l-impjanti nukleari (komponent A2) u l-ispejjeż tal-kostruzzjoni tal-impjanti tal-enerġija rinnovabbli skont ir-riżoluzzjoni CIP 6/92 (komponent A3). Wara ġew inklużi kategoriji ta’ spejjeż oħrajn: it-tariffi preferenzjali tal-enerġija elettrika (komponent A4), ċerti spejjeż ta’ riċerka (komponent A5) u l-istranded costs tal-produtturi tal-enerġija elettrika (komponent A6).

(24)  Ara n-nota tal-qiegħ 21.

(25)  L-Artikolu 2 tad-Digriet tal-Ministeru tal-Industrija, Kummerċ u Artiġġjanat, tas-26 ta’ Jannar 2000, kien jikklassifika t-tariffi preferenzjali eżistenti, inkluża dik ta’ Alcoa, bħala kategorija ġdida ta’ ħlasijiet ġenerali tas-sistema. Din il-klassifikazzjoni ġiet ikkonfermata fil-leġiżlazzjoni sussegwenti, u iktar wara fl-Artikolu 1 (1)(c) tal-Liġi Nru 83 tas-17 ta’ April 2003.

(26)  Introdott bir-Deċiżjoni AEEG Nru 204/99.

(27)  Iktar preċiż, taħt is-sistema introdotta mir-riżoluzzjoni AEEG Nru. 204/99, il-ġestjoni tat-tariffi preferenzjali ġiet fdata f’idejn lid-distributuri lokali u għall-Cassa Conguaglio. Id-distributuri lokali kienu jiġbru d-dħul mill-komponent A4 u jittrasferuhom lill-Cassa Conguaglio, li kienet tamministra kont ad hoc (Conto per la perequazione dei contributivi sostitutivi dei regimi tariffari speċjali jew kont għall-ekwalizzazzjoni tal-ħlasijiet ta’ sostenn għal skemi tariffari speċjali). Madanakollu, fil-każ li distributur ikkonċeda tariffa preferenzjali lil wieħed mill-klijenti tiegħu, seta’ jżomm id-dħul tal-komponent A4 imħallas mill-klijenti l-oħra sabiex jirkupra t-tnaqqis mill-kont tal-klijent aġevolat. Fil-każ li d-dħul tad-distributur ikun insuffiċjenti, id-differenza kellha tagħmel tajjeb għaliha il-Cassa Conguaglio bil-fondi tal-kont ad hoc. Ara wkoll ir-riżoluzzjoni AEEG 228/01, b’mod partikolari l-Artikoli 43 u 56 tat-Testo Integrato anness (kompendju ta’ regoli li jirregolaw il-forniment tal-enerġija elettrika fl-Italja).

(28)  Ta’ min wieħed jinnota li parti mir-riżoluzzjoni AEEG ma baqgħetx tiġi applikata lil Alcoa. Din ir-riżoluzzjoni kienet introduċiet metodu ta’ kalkolu għall-kontribużżjoni ta’ kumpens imħallsa lill-benefiċjarji tat-triffi preferenzjali. Għal Alcoa, dan il-metodu kien jitlob tnaqqis tas-sussidju, jew żieda netta fil-prezz preferenzjali. Alcoa sfidat din id-dispożizzjoni quddiem il-Qorti Amministrattiva tal-Lombardia. Permezz tas-sentenza tal-10 ta’ Mejju 2005, il-qorti annullat parzjalment ir-riżoluzzjoni safejn din kienet tapplika għal Alcoa. Għaldaqstant, il-kontribuzzjoni ta’ kumpens ta’ Alcoa kompliet tiġi applikata skont il-metodu ta’ qabel ir-riżoluzzjoni Nru. 148/04 u li kienet tiżgura li Alcoa tibqa’ tħallas il-prezz Alumix.

(29)  Hawnhekk huwa ċitat it-test tal-Artikolu 1 tad-Digriet tal-2004. Kien ikopri wkoll il-funderija ta’ Alcoa f’Fusina anke jekk il-funderija ma kinitx tinstab f’żona insulari u mingħajr konnessjonijiet għan-network tal-enerġija.

(30)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4329 tas-16 ta’ Novembru 2004 (ĠU C 30, 5.2.2005, p. 7).

(31)  Ittra tat-3 ta’ Marzu 2006.

(32)  Ara nota tal-qiegħ 12 għat-test sħiħ tal-Artikolu 11(11), tal-Liġi Nru 80/2005.

(33)  Artikolu 11(13) tal-Liġi Nru 80/2005.

(34)  ĠU C 74, 10.3.1998, p. 9, paragrafi 4.15-4.17.

(35)  ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.

(36)  Id-Deċiżjoni tal-2006 li tinbeda l-proċedura kienet tirrigwarda wkoll il-kumpanija Terni. Madanakollu, it-tariffi Terni u Alcoa ġew evalwati separatament.

(37)  ĠU C 74, 10.3.1998, p. 9, paragrafu 4.

(38)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002) 3715 tas-16.10.2002, Għajnuna għall-ispejjeż tal-enerġija tal-PMI,(ĠU L 91, 8.4.2003, p. 38).

(39)  ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13.

(40)  Sentenza tal-Qorti tal-Ewwel Istanza tal-25 ta’ Marzu 2009 fil-kawża T-332/06, Alcoa Trasformazioni, li għadha ma ġietx ippubblikata (taħt appell).

(41)  Din iċ-ċifra fornita minn Alcoa ma tinkludix biss l-ismelting tal-aluminju primarju, iżda wkoll il-proċess ta’ wara li jirrikjedi ħafna iktar ħaddiema.

(42)  Taħt dan il-ftehim, l-utilità tal-enerġija elettrika Islandiża impenjat ruħha biex tibni impjant idroelettriku u tforni l-elettriku lill-funderija ta’ Alcoa bi prezz li jiżgura r-rata ta’ ritorn għall-utilità elettrika ta’ 5,5 % fis-sena. Il-proġett ġie approvat mill-awtorità ta’ viġilanza EFTA permezz tad-Deċiżjoni tal-14 ta’ Marzu 2003 Nru 40/03/COL.

(43)  Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Energy Sector Enquiry taħt l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 dwar is-setturi Ewropej tal-gass u tal-elettriku (Rapport finali)”, SEC(2006) 1724, COM(2006)851 finali.

(44)  L-ewwel Rapport tal-High Level Group, “Contributing to an integrated approach on competitiveness, energy and environment policies” (http://ec.europa.eu/enterprise/environment/hlg_en.htm). Il-High Level Group huwa forum li fih jipparteċipaw rappreżentanti tal-Kummissjoni u mexxejja ta’ ażjendi.

(45)  Deċiżjoni tal-Qorti tat-13 ta’ Marzu 2001 dwar il-każ C-379/98, Preussen-Elektra, Ġabra 2001, p. I-2099.

(46)  Deċiżjoni tal-Qorti tal-15 ta’ Lulju 2004 dwar il-każ C-345/02, Pearle e.a, Ġabra 2004 p. I-7139.

(47)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(48)  Deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ġunju 2006 fil-kawżi magħquda C-182/03 u C-217/03,[2006] il-Belġju v il-Kummissjoni Ġabra. I-5479 paragrafu 77 tal-motivazzjoni.

(49)  L-Artikolu 1,(b), (v), it-tieni sentenza tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 tgħid hekk: “Billi ċerti miżuri jsiru għajnuna wara l-liberalizzazzjoni ta’ attività mil-liġi tal-Komunità, dawn il-miżuri m’għandhomx ikunu kkunsidrati li huma għajnuna eżistenti wara d-data ffissata għall-liberalizzazzjoni”.

(50)  Deċiżjoni tal-Ewwel Istanza tal-15 ta’ Ġunju 2000 fil-każi konġunti Alzetta u oħrajn v il-Kummissjoni T 298/97, T 312/97, T 313/97, T 315/97, T 600/97, T 1/98, T 3/98, T 6/98 u T 23/98, Ġabra 2000, p II 2319, ikkonfermata mill-Qorti, deċiżjoni tad-29 ta’ April 2004, kawża C 298/00, Ġabra 2004 p. I-04087. (paragrafi 142-143).

(51)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/347/KESC (ĠU L 126, 13.5.2002, p. 27), paragrafu 33.

(52)  Każ E 24/95 Skemi ta’ garanzija għall-Istati Ġermaniżi ġodda, Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni SG(96)D/5500 tat-18 ta’ Ġunju 1996 u SG (98) D/54570 tal-11 ta’ Novembru 1998.

(53)  ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13.

(54)  Ara n-nota tal-qiegħ 34.

(55)  Qabel inqasam, il-Każ C38/04 kien jirrigwarda wkoll benefiċjarji oħrajn: Portovesme (żingu), ILA (prodotti tal-aluminju) e Euroallumina (aluminji).

(56)  Il-każ C13/06 jirrigwarda l-estensjoni tat-tariffa Alcoa għal Portovesme, ILA u Euroaluminia abbażi tal-Artikolu 11(12) tal-Liġi Nru 80/2005.

(57)  Wara li ENEL akkwistat lil ENDESA, l-assi ta’ ENDESA fl-Italja nbiegħu lil E.ON (ara Deċiżjoni dwar l-Amalgamazzjoni M 5171 tat-13 ta’ Ġunju 2008), http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/decisions/m5171_20080613_20310_en_pdf

(58)  Il-kapaċità tal-ENEL li tinfluwenza l-prezzijiet f’reġjuni differenti ġiet rikonoxxuta mill-“Indagine conoscitiva sullo stato della liberalizzazione dei settori dell’energia elettrica e del gas” immexxija b’mod konġunt mill-AEEG u mill-Awtorità Taljana għall-Kompetizzjoni fl-2004.

(59)  Konsultazzjoni pubblika dwar il-kompetittività tal-industrija metallurġika Ewropea b’segwitu għall-impatt tal-fornimenti ta’ materji prima u enerġija.

http://ec.europa.eu/enterprise/non_ferrous_metals/consultation.htm

(60)  Fil-realtà, skont l-Italja, id-Digriet tal-2004 qatt ma ġie applikat għal Alcoa, minħabba li l-kumpanija setgħet tkompli tibbenefika mit-tariffa sal-1 ta’ Diċembru 2005 fuq il-bażi tad-Digriet tal-1995. Mhuwiex għall-Kummissjoni li tinterpreta l-liġi Taljana sabiex tistabbilixxi jekk dan hux il-każ jew le, għaliex huma biss il-qrati Taljani li jistgħu jagħtu gwida dwar dan. Madanakollu, il-Kummissjoni tosserva li d-Digriet tal-2004 qatt ma ġie mħassar u lanqas immodifikat sabiex jirrestrinġi l-iskop għal benefiċjarji li mhumiex Alcoa. Fil-fatt it-tariffa Alcoa kompliet titħallas, abbażi tal-qafas regolatorju stabbilit mill-AEEG (u msemmi fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2004).

(61)  Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tiddubita jekk il-miżura fil-kwistjoni hix analoga ma’ dik ivvalutata u approvata mill-Kummissjoni fl-1996. Fl-1996, ENEL kien l-uniku produttur u distributur ta’ enerġija fl-Italja u t-tariffa mnaqqsa għall-enerġija elettrika mogħtija minn ENEL lil Alcoa favur Alumix Spa kienet imqabbla mal-ispejjeż medji marġinali ta’ produzżjoni tal-enerġija elettrika għall-perjodu fil-kwistjoni. Għall-kuntrarju, fil-każ preżenti, l-awtoritajiet Taljani jintervjenu selettivament f’suq liberalizzat, favur ċerti impriżi, bil-għan li jikkumpensaw id-differenza bejn il-prezz tas-suq li jista’ jiġi maqbul ma’ kwalunkwe produttur tal-enerġija u t-tariffa preferenzjali stabbilita fl-1996.

(62)  Kif implimentata mid-Deċiżjonijiet AEEG Nr. 148/04 u 217/05.

(63)  Irrispettivament mill-bażi legali, jibqa’ t-tibdil fil-mekkaniżmu amministrattiv deskritt hawn fuq, b’mod partikolari l-premessa (42), u għal dik ir-raġuni il-konklużjoni tibqa’ tgħodd il-konklużjoni li kien hemm bidla minn tariffa reali għal għajnuna operattiva u li l-kwistjoni preżenti tirrigwarda għajnuna ġdida.

(64)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 85/215/KEE tat-13 ta’ Frar 1985 rigward it-tariffa preferenzjali tal-gass naturali favur l-ortikulturi Olandiżi (ĠU L 97, 4.4.1985 p. 49).

(65)  Ara per eżempju s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża tal-Italja kontra l-Kummissjoni, Kawża C-372/97, Ġabra 2004, I-3679, paragrafu 67.

(66)  L-ewwel Direttiva dwar il-Liberalizzazzjoni, id-Direttiva 96/92/KE (ara nota tal-qiegħ 21) kienet implimentata mill-Italja permezz tad-Digriet 79/1999.

(67)  Is-sigħat “peak” huma normalment dawk bejn it-8:00 u 20:00 fil-ġranet tax-xogħol.

(68)  l-impjanti huma kklassifikati skont dak li huwa msejjaħ il-meritu ekonomiku, li jibdew minn impjanti bi spejjeż marġinali fiż-żmien qasir l-iktar baxxi (spejjeż varjabbli ta’ produzzjoni ta’ elettriku inklużi l-ispejjeż taż-żejt u l-ispejjeż CO2) sa impjanti bi spejjeż iktar għoljin. Fi kwalunkwe ħin, l-impjanti jikkompeti abbażi tal-ispejjeż marġinali tagħhom u huma msejħa biex jipproduċu skont ir-ranking tagħhom fl-ordni tal-meritu: fl-ewwel post, l-impjanti tal-elettriku, segwiti mill-impjanti nukleari, bil-gass, biż-żejt, sa ma l-produzzjoni tal-impjanti kollha tissodisfa d-domanda. L-aħħar impjant huwa magħruf bħala l-impjant marġinali u l-ispejjez marġinali tiegħu jiddeterminaw il-prezz tal-elettriku f’kull ħin tal-ġurnata (il-prezz tal-clearing tas-sistema).

(69)  Sentenza tal-Qorti tas-26 ta’ Settembru 1996 fil-kawża Franza v Il-Kummissjoni, Kawża C-241/94, Ġabra 1996, parti I, p. 4551, paragrafu 34.

(70)  Ara fost oħrajn Preussen-Elektra, paragrafu 58.

(71)  Ara fost oħrajn, is-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Mejju 2002 fil-kawża C-482/99 Franza v Il-Kummissjoni (Stardust Marine), Ġabra 2002, parti I, p. 4397, paragrafu 24.

(72)  Ara s-sentenzi tal-qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-kawża C-78/76, Steinike & Weinlig, Ġabra 1977, p. 595 u fil-kawża C-47/69, settur tat-tessuti Franċiż, Ġabra 1970, p. 487.

(73)  Ara n-nota tal-qiegħ 45.

(74)  Ara n-nota tal-qiegħ 46.

(75)  Ara, s-sentenza tal-Qorti tal-Ewwel Istanza tal-20 ta’ Settembru 2007 fil-kawża Earl Salvat v Il-Kummissjoni T136/05, li għadha ma ġietx ippubblikata, paragrafi 137- 165.

(76)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ġunju 1988 fil-kawża Il-Greċja v Il-Kummissjoni, Kawża C-57/86, Ġabra 1988, parti I, p. 2855, paragrafu 12; Preussen-Elektra, ibidem; Digriet preliminari tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Novembru 2003 f’Gemo, Kawża C 126/01, Ġabra 2003, parti I, p. 13769, paragrafu 23.

(77)  Sentenzi Stardust / Marine, ibidem; Pearle, ibid; u Earl Salvat, ibid.

(78)  Alcoa tissottometti li, abbażi tal-mekkaniżmu tariffarju ta’ qabel l-introduzzjoni tal-Artikolu 11(11) tal-Liġi Nru 80/2005, il-fondi meħtieġa biex tiġi ffinanzjata t-tariffa kienu ġestiti minn distributuri privati, u għalhekk ma kinux jikkostitwixxu fondi statali. Anke jekk dak l-arranġament tariffarju mhux qed jiġi kkontestat f’dan il-każ, il-kunsiderazzjonijiet ippreżentati f’dan il-punt ifissru li l-Kummissjoni għandha tirrifjuta t-teżi ta’ Alcoa. In-natura privata tad-distributuri fiha nnifisha mhix relevanti biex tiġi stabbilita n-natura tar-riżorsi involuti.

(79)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Lulju 2008 f’Essent Netwerk Noord v. Aluminium Delfzijl, Kawża C-206/06, għadha mhix ippubblikata, paragrafi 69 u 70.

(80)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4333 tal-1 ta’ Diċembru 2004, Każ Nru 490/2000 – l-Italja “spejjeż mhux rekuperabbli fis-settur tal-elettriku”.

(81)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ewwel Istanza tal-11 ta’ Frar 2009 fil-Kawża T-25/07, Iride, li għadha ma ġietx ippubblikata, paragrafu 39.

(82)  Ibid., fil-paragrafu 28.

(83)  Ara s-sentenzi tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-kawża l-Italja v il-Kummissjoni Kawża C-303/88, Ġabra.1988, parti I, p. 1433, Franza v il-Kummissjoni, Kawża C 47/69, Ġabra 1970, p. 4393; Sentenza tal-Qorti tal-Ewwel Istanza,, Deutsche Bahn v il-Kummissjoni, Kawża T-351/02, Ġabra. 2006, parti II, p. 1047.

(84)  Ara pereżempju d-Deċiżjoni M240 Elkem/Sapa tas-26 ta’ Ġunju 2001 u d-Deċiżjoni M.1663 Alcan/Alusuisse tal-14 ta’ Marzu 2000.

(85)  Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-14 tra’ Frar 1990 Franza v il-Kummissjoni, Kawża C 301/87 Ġabra 1990, U-307, paragrafi 32 u 33, sentenza tal-Qorti tal-Ewwel Istanza tat-30 ta’ April 1998, Vlaamse Gewest v il-Kummissjoni, Kawża T-214/95, Ġabra 1998, II-717, paragrafu 67, sentenza tal-Qorti tal-Ewwel Istanza tal-15 ta’ Ġunju 2000, Alzetta v il-Kummissjoni (ibid), paragrafu 79.

(86)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Lulju 1988 fil-Kawża Franza v Il-Kummissjoni, Kawża C-102/87, Ġabra 1988, p. 4067, paragrafu 19; Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 1991 fil-kawża L-Italja v Il-Kummissjoni, Kawża C-305/89, Ġabra 1988, parti I, p. 1603, paragrafu 26.

(87)  Ara n-nota 65.

(88)  Ara pereżempju d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedimenti rigward it-tariffi regolamentati fi Franza (Kawża C 17/07, Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ġunju 2007, Nru C/2007/2392, ĠU C 164, 18,7,2007, p. 9) u Spanja (Kawża C 3/07, Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Jannar 2007 Nru. C/2007/123/3, ĠU C 43, 27.2.2007, p.9).

(89)  Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-Kawżi Konġunti 6/69 u 11/69, Il-Kummissjoni v Franza, Ġabra 1969, p. 523.

(90)  Ara, fost oħrajn is-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, Philip Morris/Kummissjoni (Kawża 730/79, Ġabra 1980, p. 2671, paragrafu 11) u s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja Air Liquide Industries/Ville de Seraing et Province de Liège (Kawżi Konġunti C 393/04 u C41/05, Ġabra 2006, parti I, p. 5293).

(91)  Din id-definizzjoni xorta waħda għandha l-iskop li tillimita l-ambitu temporali tal-irkupru tal-għajnuniet u għaldaqstant mhix utli f’din il-fażi tal-valutazzjoni.

(92)  U għalhekk il-Kummissjoni m’għandhiex bżonn teżamina l-argumenti legali adottati minn Alcoa biex tissostanza din il-konklużjoni (ara premessi (95) u (96) fuq).

(93)  Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-kawżi konġunti C-182/03 u C-217/03,[2006] il-Belġju/il-Kummissjoni Ġabra. 2006, I-5479.

(94)  Ara n-Nota tal-qiegħ 48.

(95)  Trid issir distinzjoni bejn il-kriterji ta’ valutazzjoni ġenerali stipulati fid-deċiżjoni Alumix u l-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji f’każ konkret. Abbażi tal-kriterji ġenerali ta’ Alumix, fin-nuqqas ta’ sbokki alternattivi tas-suq u sabiex jiġi evitat li s-sitwazzjoni ta’ kapaċità żejda taggrava ruħha, fornitur tal-elettriku razzjonali jbigħ l-elettriku lill-aħjar klijenti tiegħu għal prezz li jkopri l-ispejjeż marġinali tal-produzzjoni, miżjud b’kontribuzzjoni żgħira tal-ispejjeż fissi. Dawn il-kriterji ġenerali jibqgħu validi irrispettivament mill-ambitu temporali tad-deċiżjoni li fiha ġew stipulati, u l-Kummissjoni m’għandha l-ebda intenzjoni li tqanqal dubju dwarhom hawnhekk.

(96)  Ara n-nota tal-qiegħ 40. Il-paragrafu 105 għandu jinqara kif ġej: “huwa ċar ħafna, kemm mir-rikors, li jindika li t-tariffa tal-impjanti tar-rikurrent kienet awtorizzata mid-digriet liġi tal-1995, kif ukoll mill-formulazzjoni tal-istess digriet liġi li l-privatizzazzjoni ta’ Alumix kienet titlob sostenn mill-gvern Taljan…sabiex flimkien ma’ ENEL tiġi definita tariffa tal-enerġija għaż-żewġ impjanti, possibbilment permezz ta’ kuntratt futur fit-tul (10 snin) bi prezzijiet kompetittivi fil-livell Ewropew, u li t-trattament tas-surcharges stipulati fid-Deċiżjoni CIP 13/92 ikun revokat mill-31 tal-Diċembru 2005 ‘il quddiem”.

(97)  Sentenza tal-Qorti tal-Ewwel Istanza f’Diputacion Foral de Alava et al. v. Il-Kommissjoni, Kawżi Konġunti T-127/99, T129/99 u T-148/99 [Ġabra 2002] II-1275, paragrafu 175, imsemmija fil-paragrafu 114 tas-Sentenza tal-Qorti.

(98)  Kawżi konġunti C 15/98 u, l-Italja u Sardegna Lines v Il-Kummissjoni tal-2000 Ġabra parti 1, p. 8855, paragrafu 74 tal-opinjoni.

(99)  Sentenza tal-Qorti tal-Ewwel Istanza tat-30 ta’ April 2002 fil-Gvern taĠibiltà v il-Kummissjoni, kawżi konġunti T-195/01 u T-207/01, Ġabra 2002, II-2309, paragrafu 111: “Għalhekk huwa biss fl-ipoteżi fejn t-tbidil għandu impatt fuq is-sustanza attwali tal-iskema oriġinali li din l-iskema tinbidel fi skema ġdida ta’ għajnuna. Mela, wieħed ma jistax juża l-argument ta’ tibdil sostantiv fejn huwa ċar li l-element il-ġdid huwa separabbli mill-iskema oriġinali.”

(100)  Ara s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Novembru 1990 fil-kawża l-Italja v il-Kummissjoni Kawża C-86/89, Ġabra.1990 I-3891, Franza v il-Kummissjoni, Kawża C 301/87, Ġabra 1990, paragrafu 50.

(101)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ewwel Istanza tat-8 ta’ Ġunju 1995 fil-kawża Siemens v Il-Kummissjoni Kawża T-459/93 Ġabra 1995, parti II p. 1675, paragrafu 48.

(102)  ĠU C 37, 3.2.2001, p. 3 u ĠU C 82, 1.4.2008, p. 1.

(103)  Ara n-nota tal-qiegħ 34.

(104)  Sors: Indagine conoscitiva sullo stato della liberalizzazione dei settori dell’energia elettrica e del gas naturale Mejju 2005.

(105)  Sardegna hija preżentement konnessa mat-territorju Taljan pernmzz ta’ interkonnettur ta’ 270 MWh. (SACOI).

(106)  Ara n-nota tal-qiegħ 43.

(107)  L-indiċi HHI f’Sardegna jvarja minn 3 000 sa 3 500. Fiż-żoni tan-Nofsinhar, l-HHI huwa ogħla.

(108)  F’Sardegna E.ON tista’ tiddetermina l-prezz għal 67 % tas-sigħat u ENEL għal-29 % tas-sigħat. Jekk wieħed jikkunsidra anke ż-żoni periferali, ENEL tiddetermina l-prezz fil-makrożona Macrosud-Sardegna għal 63 % tas-sigħat. Madanakollu, fir-reġjun MacroSud ENEL tiddetermina l-prezz għal 100 % tas-sigħat.

(109)  Pereżempju, fl-2007 il-prezz medju bl-ingrossa fl-Italja (għall-enerġija baseload fis-suq tal-jum ta’ qabel) irreġistrat fuq l-IPEX (il-Borża Taljana tal-elettriku) kien ta’ EUR 70,99 għal kull MW/h imqabbel ma’ EUR 37,97 fuq il-Borża Ġermaniża EEX u EUR 40,78 fuq il-Borża Franċiża Powernext.

(110)  Rapport tal-AEEG għall-2008 ibbażat fuq dejta mill-GME (Gestore del Mercato Elettrico).

(111)  Ara n-nota tal-qiegħ 38.

(112)  Anke jekk wieħed jassumi li l-prezzijiet medji fl-UE jiżdiedu b’mill-inqas 4 %, il-vantaġġ tariffarju għal Alcoa xorta waħda jiżdied f’termini assoluti. Pereżempju, jekk il-prezz ta’ Alcoa kien EUR 30 u il-prezz medju tal-elettriku fl-Ewropa kien EUR 60 (vantaġġ ta’ EUR 30) żieda ta’ 3 % tkun tfisser prezz għal Alcoa ta’ EUR 30,9 imqabbel ma’ prezz medju Eropew ta’ EUR 61,8 (vantaġġ ġdid: EUR 30,9).

(113)  Pereżempju, fit-Tielet Rapport tieħu ta’ Frar 2007 il-High Level Group jiddikjara “f’dan il-kuntest, l-użu ta’ inċentivi, inklużi sussidji għal finijiet ġenerali u l-għajnuniet mill-Istat, jista’ jkun ġustifikat bħala strument ta’ linja gwida politika. [Dawn l-inċentivi] jistgħu imexxu ‘l quddiem komportament soċjali u ambjentali responsabbli, il-koeżjoni soċjali, l-iżvilupp sostenibbli u d-diversità kulturali. Madanakollu, jeħtieġ jiġu użati biss fil-każ ta’ falliment totali tas-suq, fejn is-sussidji jikkostitwixxu l-istrument adegwat biex jintlaħaq għan ċentrali ta’ interess komuni definit tajjeb, u sakemm ma joħolqux distorsjoni tal-kompetizzjoni jew jagħmlu ħsara lill-ambjent […] L-azzjoni hija ġġustifikata li tittieħed fejn dawn is-sussidji jimminaw il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, l-istrateġija ta’ Liżbona għall-impjiegi u t-tkabbir, it-tħaddim tajjeb tas-swieq tal-enerġija, jew l-aċċess għall-materja prima, mingħajr fuq kollox ma jilħqu l-għan oriġinali tagħhom”. (http://ec.europa.eu/enterprise/environment/hlg/doc_07:third_report_27_02_2007.pdf).

(114)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2007 dwar l-għajnuna mill-Istat C 36/A/06 implimentata mill-Italja favur il-kumpaniji ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche, paragrafi 144 u 145.

(115)  L-ittra tgħid: “Irridu nenfasizzaw li importanti jkun ċar għal kulħadd li t-tnaqqis gradwali jrid ikun strettament limitat għaż-żmien meħtieġ għall-VPP biex tibda’ tagħmel effett (nikkalkulaw madwar sentejn) u jkun suġġett għall-kundizzjoni ta’ darba, l-ewwel u l-aħħar”.

(116)  Il-VPP tipprovdi għar-rilaxx ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni virtwali min-naħa tal-operaturi dominanti fil-qafas ta’ proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti. Il-VPP huwa strument użat ħafna biex jippromwovi l-kompetizzjoni fis-swieq bl-ingrossa, sakemm jeliminaw l-inċentiva tal-operatur dominanti li jisfrutta s-saħħa tiegħu fis-suq biex iżomm il-prezzijiet artifiċjalment għoljin fis-swieq immedjati u futuri. Il-prezz imħallas minn akkwistatur ta’ VPP jikkonsisti fi “strike price” li tipikament jirrifletti l-prezzijiet varjabbli tal-impjanti ta’ ġenerazzjoni kkonċernati, kif ukoll premium li jiġi ffissat skont ir-regoli tal-kuntratti pubbliċi.

(117)  Bl-argument li ġej: “Impriżi oħra fuq il-kontinent ma jidhrux li qegħdin fl-istess ċirkustanzi eċċezzjoni tas-suq bħal dawk ta’ Sardegna. L-opinjoni tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni hija li m’hemm l-ebda raġuni għal deroga mill-priċipji dwar l-għajnuna mill-Istat”.

(118)  Il-VPP tieħu l-forma ta’ kuntratt li jagħti lix-xerrej id-dritt awtomatiku li jieħu d-differenza, meta pożittiva, bejn il-prezz imħallas lill-produtturi f’Sardegna fis-suq ta’ jum qabel u l-istrike price Ix-xerrej iħallas lill-bejjiegħ il-premium stabbilit mill-jum ta’ qabel u l-istrike price.

(119)  Il-Kummissjoni ibbażat ruħha għal dan il-għan fuq l-analiżi li għamlet l-AEEG fir-rapporti tagħha.

(120)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Alcan Deutschland, kawża C 24/95, Ġabra 1997, p. I-1591, paragrafi 25, 30 e 31, u sentenza Demesa and Territorio histórico de Álava/Kummissjoni, kawżi konġunti C-183/02 P u C-187/02, Ġabra 2004, p. I-10609, paragrafu 45 tal-motivazzjoni.

(121)  Deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-Kummissjoni/Il-Ġermanja kawża C-5/89, Ġabra 1990 p. I-3437 paragrafu 16.

(122)  Ara s-sentenzi fil-kawżi Lührs, C 78/77, Ġabra 1978, p. 169, paragrafu 6; Van de Bergh en Jurgens v il-Kummissjoni, 265/85, Ġabra 1987, p. 1155, paragrafu 44 u Unifruit Hellas v Il-Kummissjoni, T-489/93, Ġabra 1994, p. II-1201, paragrafu 51.

(123)  Ara s-sentenzi fil-kawżi Van den Bergh en Jurgens/Il-Kummissjoni, Ibid., paragrafu 44; Sofrimport/Il-Kummissjoni, kawża C-152/88, Ġabra 1990, p. I-2477, paragrafu 26; Mehibas Dordtselaan/Il-Kummissjoni, kawża T-290/97, Ġabra 2000, p. II-15, paragrafu 59 u Kyowa Hakko Kogyo/Il-Kummissjoni, kawża T-223/00, Ġabra 2003, p. II-2553, paragrafu 51.

(124)  Ara n-nota tal-qiegħ 51.

(125)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.

(126)  Il-Kummissjoni m’għandhiex id-dejta meħtieġa biex isir kalkolu preċiż ta’ dan l-ammont.

(127)  Ara n-nota tal-qiegħ 9. Fil-każ Terni t-tariffa preferenzjali, li kienet ukoll prorogata skont l-Artikolu 11(11) tal-Liġi 80/2005 kienet ġiet ikkalkulata, iffinanzjata u mħallsa sostanzjalment bl-istess metodu bħal ta’ Alcoa (minkejja bi prezz aħħari differenti għall-benefiċjarji).

(128)  Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-15.12.05 f’Unicredito, kawża C-148/04, Ġabra 2005, parti I, p. 11137.

(129)  ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1.


Top