EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0162

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 162/2007 tad- 19 ta’ Frar 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bl-iskop li jiġu adattati l-Annessi I u IV tiegħu għall-progress tekniku (test b’rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 51, 20.2.2007, p. 7–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 75–83 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/07/2022; Impliċitament imħassar minn 32019R1009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/162/oj

29.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

75


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 162/2007

tad-19 ta’ Frar 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bl-iskop li jiġu adattati l-Annessi I u IV tiegħu għall-progress tekniku

(test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (1), b’mod partikulari l-Artikolu 31 (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Taqsima E ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jelenka dawk it-tipi ta’ fertilizzanti mikronutrittivi inorganiċi li jistgħu jissejħu “fertilizzant KE” skond l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament. Il-lista tinkludi numru ta’ fertilizzanti fejn il-mikronutrittiv huwa kimikalment magħqud ma’ l-aġent kelanti. Lista ta’ aġenti kelanti awtorizzati tinsab fit-tabella E.3.1. ta’ l-Anness.

(2)

L-ispeċifikazzjoni tat-tip ta’ fertilizzant li fih il-ħadid hu l-mikronutrittiv kelanti tippermetti l-użu jew ta’ aġent kelanti awtorizzat wieħed, jew taħlita tagħhom, bil-kundizzjoni li l-porzjon kelanti jista’ jiġi kkwantifikat bil-metodu deskritt fl-Istandards Ewropej EN 13366, u l-aġenti kelanti individwali fit-taħlita jistgħu jiġu identifikati b’mod separat u kkwantifikati permezz ta’ l-EN 13368.

(3)

Dawn id-dispożizzjonijet għall-fertilizzanti mikronutrittivi bil-ħadid li għandhom ħadid kelanti għandhom jiġu aġġornati fi tliet aspetti. L-ewwelnett, biex jiġi kkjarifikat li ta’ l-inqas 50 % tal-ħadid li jinħall fl-ilma għandu jkun ikkelatat permezz ta’ l-aġenti kelanti awtorizzati. It-tieni, biex jiġi speċifikat li aġent kelanti awtorizzat jista’ jiġi biss imsemmi fl-isem tat-tip ta’ fertilizzant jekk jikkelata ta’ l-anqas 1 % tal-ħadid li jinħall fl-ilma. It-tielet, biex tiġi ġeneralizzata r-referenza għall-Istandards Ewropej biex tippermetti l-użu ta’ Standards Ewropej addizzjonali.

(4)

L-ismijiet kimiċi ta’ l-aġenti kelanti awtorizzati elenkati fit-Taqsima E.3.1 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huma intenzjonati biex jiddistingwu bejn id-diversi isomeri ta’ l-istess taħlita f’mod deskrittiv. Peress li hemm diversi nomenklaturi differenti użati b’mod komuni fil-komunità xjentifika għal dawn is-sustanzi, hemm ir-riskju li dawn jiġu identifikati ħażin. Biex tiġi żgurata identifikazzjoni mingħajr ambigwità ta’ l-aġenti kelanti, in-numri CAS korrispondenti (Chemical Abstracts Service of the American Chemical Society), li jidentifikaw b’mod uniku d-diversi isomeri ta’ l-aġenti kelanti, għandhom ikunu pprovduti għal kull annotazzjoni ta’ dan l-Anness. Hu għalhekk adattat li jitħassru tliet aġenti kelanti isomeri li ma jistgħux jiġu identifikati b’mod li mhux ambigwu permezz tan-numru CAS.

(5)

Nomenklatura aktar konsistenti għandha tintuża għall-aġenti kelanti, u d-dikjarazzjoni li tgħid li l-aġenti kelanti awtorizzati għandhom ukoll jikkonformaw ma’ leġiżlazzjoni Komunitarja oħra għandha ssir b’mod aktar preċiż.

(6)

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jipprovdi deskrizzjonijiet iddettaljati tal-metodi ta’ analiżi li għandhom jintużaw biex jitkejjel il-kontenut nutrittiv tal-fertilizzanti KE. Dawn id-deskrizzjonijiet għandhom bżonn jiġu adattati sabiex ikollhom valuri ta’ analiżi korretti.

(7)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 għandu jiġi emendat skond dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat skond l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat skond l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Gunter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)  ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS I

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Tabella E.1.4 hi mibdula b’dan li ġej:

“E.1.4.   Ħadid

Nru

Intitolazzjoni tat-tip

Data dwar il-metodu ta’ produzzjoni u l-ingredjenti essenzjali

Kontenut massimu ta’ nutrittivi

(persentaġġ skond il-piż)

Data dwar l-espressjoni tan-nutrittivi

Rekwiżiti oħra

Data oħra dwar it-tip ta’ speċifikazzjoni

Kontenut nutrittiv li għandu jiġi ddikjarat

Forom u solubilitajiet tan-nutrittivi

Kriterji oħra

1

2

3

4

5

6

4a

Melħ tal-ħadid

Prodott akkwistat b’mod kimiku li għandu melħ minerali tal-ħadid bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu

12 % ta’ Fe li jinħall fl-ilma

L-ispeċifikazzjoni għandha tinkludi l-isem ta’ l-anjonu minerali

Ħadid li jinħall fl-ilma (Fe)

4b

Kelat tal-ħadid

Prodott li jinħall fl-ilma akkwistat permezz ta’ reazzjoni kimika tal-ħadid ma’ aġent(i) kelanti msemmija fil-lista ta’ l-Anness I taqsima E.3.

5 % tal-ħadid li jinħall fl-ilma, li minnu l-frazzjoni kelanti hi ta’ l-anqas 80 %, u ta’ l-anqas 50 % tal-ħadid li jinħall fl-ilma hu kkelatat permezz ta’ l-aġent(i) kelanti ddikjarat(i)

L-isem ta’ kull wieħed mill-aġenti kelanti msemmija fil-lista ta’ l-Anness I kapitolu E.3.1 li jikkelata ta’ l-inqas 1 % tal-ħadid li jinħall fl-ilma

Ħadid li jinħall fl-ilma (Fe)

Ħadid (Fe) ikkelatat permezz ta’ kull aġent kelanti li hu ddikjarat fl ispeċifikazzjoni tat-tip u li jista’ jiġi identifikat u kkwantifikat bi Standard Ewropew

4c

Taħlita fertilizzanti tal-ħadid

Prodott akkwistat billi jinħallu t-tipi 4a u/jew wieħed mit-tipi 4b fl-ilma

2 % ta’ Fe li jinħall fl-ilma

L-ispeċifikazzjoni għandha tinkludi:

(1)

l-isem(ismijiet) ta’ l-anjonu(i) minerali;

(2)

l-isem ta’ kull aġent kelanti jekk preżenti li jikkelata ta’ l-inqas 1 % ta’ l-ilma li jinħall (Fe)

Ħadid li jinħall fl-ilma (Fe)

Ħadid ikkelatat (Fe) jekk preżenti

Ħadid (Fe) ikkelatat permezz ta’ kull aġent kelanti li hu ddikjarat fl-ispeċifikazzjoni tat-tip u li jista’ jiġi identifikat u kkwantifikat bi Standard Ewropew”

(2)

It-Taqsima E.3 hi mibdula b’dan li ġej:

“E.3.   Lista ta’ aġenti organiċi awtorizzati kelanti u komplessanti għall-mikronutrittivi

Is-sustanzi li ġejjin huma awtorizzati bil-kundizzjoni li l-kelat nutrittiv korrispondenti tagħhom ikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal Kunsill 67/548/KEE (*).

E.3.1.   Aġenti kelanti (**)

Aċidi, jew imluħ tas-sodju, tal-potassju jew ta’ l-ammonju:

 

in-numru CASta’ l-aċidu (***)

l-aċidu Ethylenediaminetetraacetic

EDTA

C10H16O8N2

60-00-4

l-aċidu 2-hydroxyethylethylenediaminetriacetic

HEEDTA

C10H18O7N2

150-39-0

l-aċidu diethylenetriaminepentaacetic

DTPA

C14H23O10N3

67-43-6

ethylenediamine-N, N’-di[(ortho-hydroxyphenyl)aċidu aċetiku]

[o,o] EDDHA

C18H20O6N2

1170-02-1

ethylenediamine-N-[(ortho-hydroxyphenyl)aċidu aċetiku]-N’-[(para-hydroxyphenyl)aċidu aċetiku]-

[o,p] EDDHA

C18H20O6N2

475475-49-1

ethylenediamine-N, N’-di[(ortho-hydroxy-methylphenyl)aċidu aċetiku]

[o,o] EDDHMA

C20H24O6N2

641632-90-8

ethylenediamine-N-[(ortho-hydroxy-methylphenyl)aċidu aċetiku]-N’-[(para-hydroxy-methylphenyl)aċidu aċetiku]

[o,p] EDDHMA

C20H24O6N2

641633-41-2

ethylenediamine-N,N’-di[(5-carboxy-2-hydroxyphenyl)aċidu aċetiku]

EDDCHA

C20H20O10N2

85120-53-2

ethylenediamine-N,N’-di[(2-hydroxy-5-sulfophenyl)aċidu aċetiku] u l-prodotti ta’ kondensazzjoni tiegħu

EDDHSA

C18H20O12N2S2 + n*(C12H14O8N2S)

57368-07-7 u 642045-40-7

E.3.2.   Aġenti komplessanti:

Il-lista għad trid titħejja.

(*)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1."

(**)  L-aġenti kelanti għandhom jiġu identifikati u kkwantifikati mill-Istandards Ewropej li jkopru l-aġenti kelanti msemmija"



ANNESS II

L-Anness IV, B, tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Metodu 2 hu emendat kif ġej:

(a)

Il-Metodu 2.1 hu emendat kif ġej:

(i)

Il-punti 4.2 sa 4.7 huma mibdula b’dan li ġej:

“4.2.

Aċidu sulfuriku: 0,05 mol/l

għall-varjant a.

4.3.

Taħlita ta’ sodju jew idrossidu tal-potassju: ħieles mill-karbonat: 0,1 mol/l

4.4.

Aċidu sulfuriku: 0,1 mol/l

għall-varjant b (ara n-nota 2).

4.5.

Taħlita ta’ sodju jew idrossidu tal-potassju: ħieles mill-karbonat: 0,2 mol/l

4.6.

Aċidu sulfuriku: 0,25 mol/l

għall-varjant c (ara n-nota 2).”

4.7.

Taħlita ta’ sodju jew idrossidu tal-potassju: ħieles mill-karbonat: 0,5 mol/l

(ii)

F’punt 9, tabella 1, il-varjant a, it-tieni sentenza hi mibdula bli ġej:

“Aċidu sulfuriku 0,05 mol/1 għandu jitpoġġa fil-flixkun: 50ml”

(iii)

F’punt 9, tabella 1, il-varjant b, it-tieni sentenza hi mibdula bli ġej:

“Aċidu sulfuriku 0,1 mol/1 għandu jitpoġġa fil-flixkun: 50ml”

(iv)

F’punt 9, tabella 1, il-varjant c, it-tieni sentenza hi mibdula bli ġej:

“Aċidu sulfuriku 0,25 mol/1 għandu jitpoġġa fil-flixkun: 35ml”

(b)

Fil-Metodu 2.2.1, punt 4.2 hu mibdul b’dan li ġej:

“4.2

Aċidu sulfuriku 0,05 mol/l”

(c)

Il-Metodu 2.2.2 hu emendat kif ġej:

(i)

Il-punti 4.2 sa 4.7 huma mibdula b’dan li ġej:

“4.2.

Aċidu sulfuriku: 0,05 mol/l

għall-varjant a.

4.3.

Taħlita ta’ sodju jew idrossidu tal-potassju: ħieles mill-karbonat: 0,1 mol/l

4.4.

Aċidu sulfuriku: 0,1 mol/l

għall-varjant b (ara n-nota 2, Metodu 2.1).

4.5.

Taħlita ta’ sodju jew idrossidu tal-potassju: ħieles mill-karbonat: 0,2 mol/l

4.6.

Aċidu sulfuriku: 0,25 mol/l

għall-varjant c (ara n-nota 2, Metodu 2.1).”

4.7.

Taħlita ta’ sodju jew idrossidu tal-potassju: ħieles mill-karbonat: 0,5 mol/l

(ii)

Il-punt 7.4 huwa mibdul b’dan li ġej:

“7.4   Test tal-kontroll

Qabel l-analiżi, ivverifika li l-apparat ikun jaħdem sewwa u li t-teknika korretta tiġi applikata bl-użu ta’ parti alikwota ta’ taħlita friska preparata tan-nitrat tas-sodju (4.13) li jkun fiha 0,050 sa 0,150g tan-nitrat tan-nitroġenu li jiddependi mill-varjant magħżul.”

(d)

Fil-Metodu 2.2.3, il-punti 4.2 sa 4.7 huma mibdula b’dan li ġej:

“4.2.

Aċidu sulfuriku: 0,05 mol/l

għall-varjant a.

4.3.

Taħlita ta’ sodju jew idrossidu tal-potassju: ħieles mill-karbonat: 0,1 mol/l

4.4.

Aċidu sulfuriku: 0,1 mol/l

għall-varjant b (ara n-nota 2, Metodu 2.1).

4.5.

Taħlita ta’ sodju jew idrossidu tal-potassju: ħieles mill-karbonat: 0,2 mol/l

4.6.

Aċidu sulfuriku: 0,25 mol/l

għall-varjant c (ara n-nota 2, Metodu 2.1).”

4.7.

Taħlita ta’ sodju jew idrossidu tal-potassju: ħieles mill-karbonat: 0,5 mol/l

(e)

Fil-Metodu 2.3.1, il-punti 4.5 sa 4.10 huma mibdula b’dan li ġej:

“4.5.

Aċidu sulfuriku: 0,05 mol/l

għall-varjant a (ara l-Metodu 2.1).

4.6.

Taħlita ta’ sodju jew idrossidu tal-potassju: ħieles mill-karbonat: 0,1 mol/l

4.7.

Aċidu sulfuriku: 0,1 mol/l

għall-varjant b (ara n-nota 2, Metodu 2.1).

4.8.

Taħlita ta’ sodju jew idrossidu tal-potassju: ħieles mill-karbonat: 0,2 mol/l

4.9.

Aċidu sulfuriku: 0,25 mol/l

għall-varjant c (ara n-nota 2, Metodu 2.1).”

4.10.

Taħlita ta’ sodju jew idrossidu tal-potassju: ħieles mill-karbonat: 0,5 mol/l

(f)

Fil-Metodu 2.3.2, il-punti 4.4 sa 4.9 huma mibdula b’dan li ġej:

“4.4.

Aċidu sulfuriku: 0,05 mol/l

għall-varjant a (ara l-Metodu 2.1).

4.5.

Taħlita ta’ sodju jew idrossidu tal-potassju: ħieles mill-karbonat: 0,1 mol/l

4.6.

Aċidu sulfuriku: 0,1 mol/l

għall-varjant b (ara n-nota 2, Metodu 2.1).

4.7.

Taħlita ta’ sodju jew idrossidu tal-potassju: ħieles mill-karbonat: 0,2 mol/l

4.8.

Aċidu sulfuriku: 0,25 mol/l

għall-varjant c (ara n-nota 2, Metodu 2.1).”

4.9.

Taħlita ta’ sodju jew idrossidu tal-potassju: ħieles mill-karbonat: 0,5 mol/l

(g)

Fil-Metodu 2.3.3, il-punti 4.3 sa 4.8 huma mibdula b’dan li ġej:

“4.3.

Aċidu sulfuriku: 0,05 mol/l

għall-varjant a (ara l-Metodu 2.1).

4.4.

Taħlita ta’ sodju jew idrossidu tal-potassju: ħieles mill-karbonat: 0,1 mol/l

4.5.

Aċidu sulfuriku: 0,1 mol/l

għall-varjant b (ara n-nota 2, Metodu 2.1).

4.6.

Taħlita ta’ sodju jew idrossidu tal-potassju: ħieles mill-karbonat: 0,2 mol/l

4.7.

Aċidu sulfuriku: 0,25 mol/l

għall-varjant c (ara n-nota 2, Metodu 2.1).”

4.8.

Taħlita ta’ sodju jew idrossidu tal-potassju: ħieles mill-karbonat: 0,5 mol/l

(h)

Fil-metodu 2.4, il-punt 4.8 hu mibdul b’dan li ġej:

“4.8

Aċidu sulfuriku: 0,05 mol/l”

(i)

Il-Metodu 2.5, hu emendat kif ġej:

(i)

Il-punt 4.2 huwa mibdul b’dan li ġej:

“4.2

Taħlita ta’ l-aċidu sulfuriku, madwar 0,05 mol/l”

(ii)

F’punt 7.1, it-tieni sentenza hi mibdula b’dan li ġej:

“Żid il-volumi sa madwar 50 ml bl-ilma, żid qatra indikatur (4.7) u innewtralizza, jekk meħtieġ, bl-aċidu sulfuriku 0,05 mol/l (4.2).”

(iii)

Il-punt 7.3, l-ewwel paragrafu hu mibdul b’dan li ġej:

“Skond il-kontenut assunt tal-biuret, ittrasferixxi b’pipetta 25 sa 50 ml mit-taħlita msemmija fi 7.2, poġġi din il-kwantità fi flixkun iggradat ta’ 100 ml u jekk meħtieġ, innewtralizza b’reaġent ta’ 0,05 mol/1 jew 0,1 mol/l (4.2 jew 4.3) kif meħtieġ, filwaqt li tuża l-metil aħmar bħala indikatur u żid, bl-istess eżattezza użata meta tfassal il-kurva tal-kalibrazzjoni, 20 ml tat-taħlita alkalina tat-tartrat tas-sodju tal-potassju (4.4) u 20 ml tat-taħlita tar-ram (4.5). Żid sal-marka, ħawwad sew u ħallih joqgħod għal 15-il minuta f’temperatura ta’ 30 (±2) °C.”

(j)

Il-Metodu 2.6.1, hu emendat kif ġej:

(i)

Il-punt 4.8 huwa mibdul b’dan li ġej:

“4.8

Taħlita standard ta’ l-aċidu sulfuriku: 0,1 mol/l”

(ii)

Il-punt 4.17 hu mibdul b’dan li ġej:

“4.17

Taħlita standard ta’ l-aċidu sulfuriku: 0,05 mol/l”

(iii)

F’punt 7.1.2, l-ewwel sentenza ta' l-ewwel paragrafu hi mibdula b’dan li ġej:

“Ittrasferixxi b’pipetta ta’ preċiżjoni, fir-riċevitur ta’ l-apparat, 50 ml tat-taħlita standard ta’ l-aċidu sulfuriku 0,1 mol/l (4.8).”

(iv)

F’punt 7.1.1.4, l-ispjegazzjoni ta' l-element “a” tal-formula hi mibdula b’dan li ġej:

“a= ml tat-taħlita standard ta’ l-idrossidu tas-sodju jew tal-potassju 0,2 mol/lm, użat fl-imbjank, imtella’ bil-pipetta lejn ir-riċevitur ta’ l-apparat (5.1), 50 ml tat-taħlita standard ta’ l-aċidu sulfuriku 0,1 mol/l (4.8),”

(v)

F’punt 7.1.2.6, l-ispjegazzjoni ta' l-element “a” tal-formula hi mibdula b’dan li ġej:

“a= ml tat-taħlita standard ta’ l-idrossidu tas-sodju jew tal-potassju 0,2 mol/lm, użat fl-imbjank, imtella’ bil-pipetta lejn ir-riċevitur ta’ l-apparat (5.1), 50 ml tat-taħlita standard ta’ l-aċidu sulfuriku 0,1 mol/l (4.8),”

(vi)

F’punt 7.2.2.4, l-ispjegazzjoni ta' l-element “a” tal-formula hi mibdula b’dan li ġej:

“a= ml tat-taħlita standard ta’ l-idrossidu tas-sodju jew tal-potassju 0,2 mol/lm, użat fl-imbjank, imtella’ bil-pipetta lejn ir-riċevitur ta’ l-apparat (5.1), 50 ml tat-taħlita standard ta’ l-aċidu sulfuriku 0,1 mol/l (4.8),”

(vii)

F’punt 7.2.3.2, l-ispjegazzjoni ta' l-element “a” tal-formula hi mibdula b’dan li ġej:

“a= ml tat-taħlita standard ta’ l-idrossidu tas-sodju jew tal-potassju 0,2 mol/lm, użat fl-imbjank, imtella’ bil-pipetta lejn ir-riċevitur ta’ l-apparat (5.1), 50 ml tat-taħlita standard ta’ l-aċidu sulfuriku 0,1 mol/l (4.8),”

(viii)

F’punt 7.2.5.2, l-ispjegazzjoni ta' l-element “a” tal-formula hi mibdula b’dan li ġej:

“a= ml tat-taħlita standard ta’ l-idrossidu tas-sodju jew tal-potassju 0,2 mol/lm, użat fl-imbjank, imtella’ bil-pipetta lejn ir-riċevitur ta’ l-apparat (5.1), 50 ml tat-taħlita standard ta’ l-aċidu sulfuriku 0,1 mol/l (4.8),”

(ix)

F’punt 7.2.5.3, l-ewwel tliet sentenzi tat-tieni paragrafu huma mibdula b’dan li ġej:

“Ittrasferixxi bil-pipetta tal-preċiżjoni, fil-flixkun xott ta’ l-apparat (5.2), kampjun alikwot tal-filtrat (7.2.1.1 jew 7.2.1.2), li għandu l-aktarnett 20 mg ta’ nitroġenu ammonjakali. Imbagħad immonta l-apparat. Poġġi bil-pipetta, fl-Erlenmeyer ta’ 300-ml, 50 ml tat-taħlita standard ta’ l-aċidu sulfuriku 0,05 mol/l (4.17) u biżżejjed ilma ddistillat għal-livell tal-likwidu li jkun approssimattivament 5 cm il-fuq mill-ħalq it-tubu tat tqassim.”

(x)

F’punt 7.2.5.5, l-ispjegazzjoni ta' l-element “a” tal-formula hi mibdula b’dan li ġej:

“a= ml tat-taħlita standard ta’ l-idrossidu tas-sodju jew tal-potassju 0,1 mol/lm, użat fl-imbjank, imtella’ bil-pipetta fl-Erlenmeyer ta’ 300-ml ta’ l-apparat (5.2), 50 ml tat-taħlita standard ta’ l-aċidu sulfuriku 0,05 mol/l (4.17),”

(k)

Il-Metodu 2.6.2, hu emendat kif ġej:

(i)

Il-punt 4.6 huwa mibdul b’dan li ġej:

“4.6

Taħlita ta’ l-aċidu sulfuriku 0,1 mol/l”

(ii)

Il-punt 4.14 hu mibdul b’dan li ġej:

“4.14

Taħlita titrata ta’ l-aċidu sulfuriku: 0,05 mol/l”

(iii)

F’punt 7.2.4, l-ispjegazzjoni ta' l-element “a” tal-formula hi mibdula b’dan li ġej:

“a= ml tat-taħlita titrata ta’ l-idrossidu tas-sodju jew tal-potassju 0,2 mol/1 (4.8), użat fit-test fl-imbjank, imwettaq bit-tqegħid ta’ 50 ml tat taħlita titrata ta’ l-aċidu sulfuriku 0,1 mol/l għal ġewwa r-riċevitur ta’ l-apparat (4.6),”

(iv)

F’punt 7.3.3, l-ispjegazzjoni ta' l-element “a” tal-formula hi mibdula b’dan li ġej:

“a= ml tat-taħlita titrata ta’ l-idrossidu tas-sodju jew tal-potassju 0,2 mol/l (4.8), użat fit-test fl-imbjank, imtella’ bil-pipetta ta’ 50 ml tat-titrat tat-taħlita ta’ l-aċidu sulfuriku 0,1 mol/l (4.6) għal ġewwa r-riċevitur ta’ l-apparat,”

(v)

F’punt 7.5.1, it-tielet sentenza ta' l-ewwel paragrafu hi mibdula b’dan li ġej:

“Poġġi bil-pipetta fl-Erlenmeyer ta’ 300-ml, 50 ml tat-taħlita titrata ta’ l aċidu sulfuriku 0,05 mol/l (4.14) u ammont ta’ ilma distillat sabiex il livell tal-likwidu jkun approssimattivament 5 cm ’il fuq mill-ħalq it-tubu tat-twassil.”

(vi)

F’punt 7.5.3, l-ispjegazzjoni ta' l-element “a” tal-formula hi mibdula b’dan li ġej:

“a= ml tat-taħlita titrata ta’ l-idrossidu tas-sodju jew tal-potassju 0,1 mol/l (4.17), użat fit-test fl-imbjank, imtella’ bil-pipetta ġewwa l Erlenmeyer ta’ 300-ml ta’ l-apparat (5.2) 50 ml ta’ taħlita titrata ta’ l aċidu sulfuriku 0,05 mol/l (4.14),”

(2)

Il-metodu 3 hu emendat kif ġej:

(a)

Fil-Metodu 3.1.5.1, punt 4.2, l-ewwel tliet sentenzi huma mibdula b’dan li ġej:

“Aċidu ċitriku (C6H8O7. H2O): 173 g kull litru.

Ammonja: 42 6 kull litru ta’ nitroġenu ammonjakali.

Aċidu sulfuriku 0,25 mol/l

pH bejn 9,4 u 9,7.”

(b)

Fil-metodu 3.1.5.3, punt 4.1.2, il-formula li ssegwi wara t-tieni paragrafu tan Nota hi mibdula b’dan li ġej:

“1 ml ta’ H2SO4 0,25 mol/l = 0,008516 g ta’ NH3

(3)

Il-Metodu 8 hu emendat kif ġej:

(a)

F’Metodu 8.5, punt 8, it-tieni formula hi mibdula b’dan li ġej:

Formula;

(b)

Fil-Metodu 8.6, punt 3 hu mibdul b’dan li ġej:

“3.   Prinċipju

Preċipitazzjoni tal-kalċju li jkun jinsab f’alikwot ta’ l-estrazzjoni tat-taħlita fil-għamla ta’ ossalat, wara s-separazzjoni u t-taħlil ta’ dan ta’ l aħħar, bit-titrazzjoni ta’ l-aċidu ossaliku bl-użu tal-permanganat tal potassju.”


Top