EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1950

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1950/2006 tat- 13 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi, skond id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kodiċi tal-Komunità relatat mal-prodotti mediċinali veterinarji, lista ta’ sostanzi essenzjali għall-kura ta’ l-ekwidi Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 367, 22.12.2006, p. 33–45 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 623–635 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 16/02/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1950/oj

1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

623


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1950/2006

tat-13 ta’ Diċembru 2006

li jistabbilixxi, skond id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kodiċi tal-Komunità relatat mal-prodotti mediċinali veterinarji, lista ta’ sostanzi essenzjali għall-kura ta’ l-ekwidi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità relatat mal-prodotti mediċinali veterinarji (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

Billi:

(1)

Ebda prodott mediċinali veterinarju ma jista’ jitqiegħed fis-suq ta’ Stat Membru sakemm awtorizzazzjoni tas-suq ma tinħariġx mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru skond id-Direttiva 2001/82/KE jew skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-prodotti mediċinali għall-użu uman u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (2).

(2)

Il-prodotti mediċinali veterinarji għall-ipproċessar ta’ l-ikel ta’ l-annimali inkluż l-ekwidi jista’ jiġi awtorizzat biss fuq ċertu kundizzjonijiet li jiggarantixxu li l-oġġetti ta’ l-ikel prodotti ma jagħmlux ħsara lill-konsumaturi fir-rigward ta' residwi ta' prodotti mediċinali simili, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta' Ġunju 1990 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwi għal prodotti mediċinali fl-oġġetti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali (3).

(3)

Għar-raġunijiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar “Id-Disponibbiltà tal-prodotti mediċinali veterinarji” (4), il-firxa disponibbli ta’ prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati, partikolarment għal annimali għall-produzzjoni ta' l-ikel, bil-mod qed tonqos.

(4)

Konsegwentement, il-miżuri mmirati għat-twessigħ sostenibbli tat-terapiji huma meħtieġa sabiex jilħqu l-bżonnijiet tas-saħħa u l-benesseri ta’ annimali li jipproduċu l-ikel, bħal annimali tal-familja ta’ l-ekwidi, mingħajr ma jiġi kompromess il-livell għoli tal-ħarsien tal-konsumatur.

(5)

Permezz tad-deroga provduta fid-Direttiva 2001/82/KE, l-ekwidi intenzjonati għall-qatla għall-konsum uman jistgħu jiġu amministrati sustanzi essenzjali għall-kura tagħhom, minn issa ‘l quddiem imsejħa “sustanzi essenzjali”, soġġetti għal perjodu ta’ rtirar ta’ għall-anqas sitt xhur.

(6)

Għall-iskop ta' dik id-deroga, il-lista ta’ sustanzi essenzjali għandha għalhekk tiġi stabbilita. Sustanza għandha tiġi inkluża f’dik il-lista biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali fejn ebda kura alternattiva sodisfaċenti għal indikazzjoni terapewtika m’hi awtorizzata u fejn il-kundizzjoni, jekk ma tiġix ikkurata, toħloq sofferenza żejda lill-annimal.

(7)

Kundizzjonijiet speċifiċi tal-marda jew skopijiet żootekniċi jistgħu jeħtieġu għażla ta’ sustanzi sabiex ikunu disponibbli sabiex jipprovdu għal kundizzjonijiet differenti relatati ma’ l-età u l-użu ta’ l-ekwidi.

(8)

Minħabba li, taħt id-Direttiva 2001/82/KE, is-sustanzi mniżżla fl-Annessi I, II jew III għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 li m’humiex awtorizzati fi prodotti għall-ekwidi jistgħu, f'ċerti ċirkostanzi, jiġu użati għall-kura ta’ l-ekwidi, dawk is-sustanzi m’għandhomx jidhru fil-lista ta’ sustanzi essenzjali. Aktar minn hekk, ebda sustanza mniżżla fl-Anness IV għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 m’għandha tiġi inkluża fil-lista. Konsegwentement, l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Annessi I sa IV għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għandha tipprekludi l-użu tagħha bħala sustanza essenzjali għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament.

(9)

Meħtieġ li tiġi żgurata sorveljanza adatta ta' l-ekwidi li ġew trattati b’sostanzi essenzjali. Għalhekk, il-mekkaniżmi tal-kontroll stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/623/KE ta’ l-20 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxu dokument ta’ identifikazzjoni (passaport) li jakkompanja ekwidi reġistrati (5) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/68/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/623/KEE u tistabbilixxi l-identifikazzjoni ta’ l-ekwidi għat-trobbija u l-produzzjoni (6) biex tissalvagwardja s-saħħa tal-konsumatur għandha tapplika.

(10)

Huwa meħtieġ li jkun żgurat li kull emenda fil-lista tas-sostanzi essenzjali tkun suġġetta għal evalwazzjoni xjentifika armonizzata mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 726/2004. B’żieda ma' dan, l-Istati Membri u l-assoċjazzjonijiet professjonali veterin arji li talbu emenda ta’ dik il-lista għandhom jissostanzjaw kif xieraq it-talba tagħhom u jipprovdu data xjentifika relevanti.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista tas-sostanzi essenzjali għall-kura ta’ ekwidi, minn issa ‘l quddiem imsejħa “sostanzi essenzjali”, applikabbli permezz tad-deroga mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/82/KE, hija stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Is-sostanzi essenzjali jistgħu jiġu użati għal kondizzjonijiet ta’ mard speċifiku, bżonnijiet ta’ kura jew skopijiet żootekniċi speċifikati fl-Anness, fejn ebda prodott mediċinali awtorizzat għall-ekwidi jew imsemmi fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/82/KE ma jagħti riżultati ugwalment sodisfaċenti f’termini ta’ kura b’suċċess lill-annimal, ma jevita sofferenza żejda lill-annimali, jew ma jiżgurax is-sigurtà ta' dawk li jikkuraw l-annimal.

Għall-iskopijiet ta’ l-ewwel paragrafu, l-alternattivi elenkati fl-Anness għandhom ikunu kkunsidrati.

Artikolu 3

1.   Is-sostanzi essenzjali jistgħu jiġu użati biss skond l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2001/82/KE.

2.   Id-dettalji tal-kura bis-sostanzi essenzjali jridu jiġu rrekordjati skond l-istruzzjonijiet stabbiliti fis-Sezzjoni IX tad-dokument ta' identifikazzjoni għall-ekwidi stabbilit fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 93/623/KE u 2000/68/KE.

Artikolu 4

Kull sostanza li tiddaħħal f’waħda mil-listi fl-Annessi I sa IV għar-Regolament (KE) Nru 2377/90, jew li l-użu tagħhom għall-ekwidi huwa projbit mil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, m'għandhiex tiġi użata bħala sostanza essenzjali għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

1.   L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għandha, fuq talba tal-Kummissjoni, tiżgura li l-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju jwettaq evalwazzjoni xjentifika ta’ kull emenda abbozz għal-lista stabbilita fl-Anness.

Fi żmien 210 ijiem wara li waslet talba simili, l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għandha twassal opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-adattabbiltà xjentifika ta' l-emenda.

Fejn adatt, l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Ikel għandha tiġi kkonsultata wkoll.

2.   Meta Stati Membri jew assoċjazzjonijiet veterinarji professjonali jitolbu lill-Kummissjoni biex temenda l-lista stabbilita fl-Anness għandhom jissostanzjaw sewwa t-talba tagħhom u jinkludu kull data xjentifika relevanti disponibbli.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/28/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).

(2)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 205/2006 (ĠU L 34, 7.2.2006, p. 21).

(4)  COM(2000) 806 finali, 5.12.2000.

(5)  ĠU L 298, 3.12.1993, p. 45.

(6)  ĠU L 23, 28.1.2000, p. 72.


ANNESS

Lista ta' Sostanzi Essenzjali għall-Kura ta’ l-Ekwidi

Il-perjodu ta’ rtirar ta’ kull sostanza mil-lista’ li ġejja għandu jkun ta’ 6 xhur.


Indikazzjoni

Sustanza Attiva

Ġustifikazzjoni u spjegazzjoni ta’ l-użu

Anestetiċi, analġeżiċi u sostanzi użati f’assoċjazzjoni ma’ l-anesteżija

Sedazzjoni u premedikazzjoni (u antagoniżmu)

Acepromazine

Għan: Premedikazzjoni qabel anesteżija ġenerali, sedazzjoni mhux qawwija

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Detomidine, romfidine, xylazine, diazepam, midazolam

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: L-Acepromazine b’mod konsistenti wera li jnaqqas ir-risku mill-mewt mill-anesteżija. Mod ta’ azzjoni u l-kwalità unika tas-sedazzjoni ma jistgħux jiġu prodotti mis-sedattivi agonisti alpha-2 (detomidine, romifidine u xylazine) jew il-benzodiazepines (diazepam, midazolam)

Atipamezole

Għan: α-2 adrenoceptor antagonist użat għat-treġġija lura ta’ α-2 agonists.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: L-unika kura għal individwi b’sensittività żejda u doża eċċessiva. Mediċini għall-emerġenza. Użata speċifikament f’każijiet ta’ depressjoni respiratorja.

Diazepam

Għan: Premedikazzjoni u induzzjoni ta’ l-anesteżija. Trankwilizzazzjoni mhux qawwija (benzodiazepine) b’effetti sekondarji kardjovaskulari u respiratorji minimi. Kontra l-konvulsjonijiet, essenzjali għall-kura tal-puplesija.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Acepromazine, detomidine, romfidine, xylazine, midazolam, primidone, phenytoin

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Fi standards mediċinali moderni, komponent essenzjali tal-protokolli għall-induzzjoni ta’ l-anesteżija b’esperjenza konsiderevoli fuq l-ekwidi. Użata mal-ketamine għall-induzzjoni ta’ l-anesteżija, li tipproduċi rilassament essenzjali li jippermetti induzzjoni kostanti u intubazzjoni. Mod ta’ azzjoni (jaġixxi bħala riċevitur GABA) u trankwillizzazzjoni mingħajr depressjoni kardjorespiratorja ma tistax tiġi prodotta mis-sedattivi α-2 agonist (detomidine, romifidine u xylazine) jew acepromazine.

Midazolam

Għan: Premedikazzjoni u induzzjoni ta’ l-anesteżija. Trankwilizzazzjoni mhux qawwija (benzodiazepine) b’effetti sekondarji kardjovaskulari u respiratorji minimi. Kontra l-konvulsjonijiet, għall-kura tal-puplesija, partikolarment żwiemel adulti bit-tetnu

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Acepromazine, detomidine, romfidine, xylazine, diazepam, primidone, phenytoin

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Simili għad-diazepam imma jinħall fl-ilma, għalhekk adatt għall-injezzjoni ġol-vini u essenzjali għall-infużjoni fil-vini flimkien ma' l-anestetiċi. Idum jaħdem anqas mid-diazepam. Aktar adatt mid-diazepam għall-moħor.

Kontra l-konvulsjonijiet, għall-kura tal-puplesija, partikolarment żwiemel adulti bit-tetnu — aħjar mid-diazepam għall-użu tul numru ta’ ġranet minħabba li jinħall fl-ilma.

Użat mal-ketamine għall-induzzjoni ta’ l-anesteżija, li tipproduċi rilassament essenzjali li jippermetti induzzjoni kostanti u intubazzjoni.

Mod ta’ azzjoni (jaġixxi bħala riċevitur GABA) u trankwillizzazzjoni mingħajr depressjoni kardjorespiratorja ma tistax tiġi prodotta mis-sedattivi α-2 agonist (detomidine, romifidne u xylazine) jew acepromazine.

Naloxone

Għan: Opioid-Antidote, Mediċini għall-emerġenza

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Ebda alternattiva m’hi disponibbli

Propofol

Għan: Anestetiku għal ġol-vini. Induzzjoni ta’ anestetiku fil-moħor.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ġbid permezz tan-nifs ta' anestetiċi bħas-Sevoflurane jew Isoflurane

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Anestetiku li jista’ jiġi injettat u li jitlaq malajr. Rapporti riċenti juru titjib vast fl-istabbiltà kardjovaskulari u l-kwalità ta' l-irkupru minn meta wieħed jiġbed bin-nifs l-anesteżija.

Sarmazenil

Għan: Benzodiazepine antagonist.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Flumazenil

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Treġġija lura bla problemi tas-sedazzjoni bil-benzodiazepine meħtieġa wara l-infużjoni matul anesteżija ġol-vini. L-aktar esperjenza klinika wiesgħa bis-Sarmazenil mera kkumparata ma' kandidati potenzjali oħra għas-sustanzi essenzjali.

Tiletamine

Għan: Anestetika dissassoċjattiva simili għall-ketamine, użata speċjalment għall-anesteżija fl-għelieqi. Użata flimkien maż-zolazepam.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ketamine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: L-użu flimkien maż-zolazepam huwa essenzjali f'każijiet fejn m'hemmx aċċess għall-anesteżija bin-nifs bħal fl-anesteżija fl-għelieqi. Il-Kombinazzjoni hija essenzjali wkoll fejn l-anesteżija mal-kombinazzjonijiet tal-ketamine hija qasira wisq. Applikazzjonijiet tipiċi huma kastrazzjonijiet, laringotomija, tneħħija tal-perjostite, tneħhija ta’ għoqiedi jew ċesti, fejqan ta' ksur fil-wiċċ, applikazzjoni tal-forom u tiswija tal-ftuq.

Zolazepam

Għan: Anestetika dissassoċjattiva simili għall-ketamine, użata speċjalment għall-anesteżija fl-għelieqi. Użata flimkien mat-tiletamine.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ketamine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Trankwillizzatur Benzodiazepine, li m’għadux jaġixxi la bħala diazepam u lanqas bħala midazolam. L-użu mat-Tiletmine huwa essenzjali f'każijiet fejn m'hemmx aċċess għall-anesteżija bin-nifs bħal fl-anesteżija fl-għelieqi. Il-kombinazzjoni hija essenzjali fejn l-anesteżija mal-kombinazzjonijiet tal-ketamine hija qasira wisq. Applikazzjonijiet tipiċi huma kastrazzjonijiet, laringotomija, tneħħija tal-perjostite, tneħhija ta’ għoqiedi jew ċesti, fejqan ta' ksur fil-wiċċ, applikazzjoni tal-forom u tiswija tal-ftuq.

Pressjoni baxxa jew stimulazzjoni respiratorja waqt l-anesteżija

Dobutamine

Għan: Kura tal-pressjoni baxxa waqt l-anesteżija.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Dopamine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Terapija inotropika pożittiva, probbabilment użata aktar mid-dopamina imma l-preferenza tvarja. Iż-żwiemel normalment jiżviluppaw pressjoni baxxa waqt l-anesteżija, u ż-żamma ta' pressjoni tad-demm normali wriet li tnaqqas l-inċidenza ta' rhabdomyolysis serja wara l-operazzjoni. Id-dobutamina hija imprezzabbli waqt anesteżija volatili fiż-żwiemel.

Dopamine

Għan: Kura tal-pressjoni baxxa waqt l-anesteżija.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Dobutamine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Id-dopamina hija meħtieġa fiż-żwiemel li ma jirrispondux għad-dobutamine. Fil-moħor id-dopamine hija ppreferuta mid-dobutamine. Hija meħtieġa addizzjonalment għall-kura tal-bradydysrhythmias interoperattiva li huma reżistenti għall-atropine.

Ephedrine

Għan: Kura tal-pressjoni baxxa waqt l-anesteżija.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Dopamine, dobutamine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Meħtieġa meta d-dopamine u d-dobutamine huma ineffettivi. Aġent sintomimetiku uniku, li strutturalment huwa simili għall-adrenalina. Huwa impossibbli li tintuża l-azzjoni tal-katekolamini fuq riċevituri speċifiċi fil-ġisem għall-benefiċċju tal-pazjenti ekwidi mingħajr rikors għall-użu ta’ numru ta’ katekolamini, kull wieħed attiv fuq profil ta’ riċevitur differenti. Għalhekk l-ephedrine, li jikkawża rilaxxament noradrenaline fit-tmiem tan-nervituri, u b’hekk tiżdied il-kontrazzjoni kardijaka u pressjoni baxxa, hija użata meta d-dobutamine u d-dopamina huma ineffettivi. L-ephedrine idum minn minuti sa sigħat u huwa effettiv wara injezzjoni waħda fil-vina, filwaqt li d-dobutamine u d-dopamine idum biss ftit sekondi jew minuti u jrid jingħata b'infużjoni.

Glycopyrrolate

Għan: Prevenzjoni tal-bradycardia. Anticholinergic. Anticholinergics huma kura fundamentali għall-prevenzjoni ta’ effetti parasimpatetiċi bħall-bradycardia u huma komponenti ta' rutina ta' operazzjonijiet fl-għajnejn fil-passaġġ tan-nifs.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Atropine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Glycopyrrolate għandu effett ċentrali limitat u huwa aktar adatt fiż-żwiemel konxji (qabel u wara l-anesteżija) mill-atropine.

Noradrenaline (norepinephrine)

Għan: Attakk tal-qalb. Infużjoni għall-kura ta’ attakki tal-qalb fil-moħor.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Il-profil tar-riċevitur tal-catecholamine ta’ l-annimali jirrispondi preċiżament għal mediċini li jaġixxu fuq siti differenti. Għalhekk firxa ta’ catecholamines li jaġixxu aktar jew anqas esklussivament fuq tipi differenti ta’ riċevituri andrenġeniċi huma użati biex jipproduċi effetti preċiżi. In-noradrenaline taġixxi primarjament fuq riċevituri alpha-1 biex idejqu l-friegħi ta’ l-arterji, b'hekk tiżdied il-pressjoni tad-demm u tinżamm iċ-ċirkolazzjoni ċentrali. Fil-moħor, in-noradrenalina hija b’mod komuni l-unika catecholamine effettiv fil-kura tal-pressjoni baxxa.

Analgesia

Buprenorphine

Għan: Analgesia, użata mas-sedattivi għaż-żamma tas-sedazzjoni.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Butorphanol, fentanyl, morphine u pethidine,

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: μ-agonist opioid analgesic parzjali. L-attività ta’ l-μ-riċevitur tipproduċi alangesia aħjar milli f’κ-agonist opioids bħall-butorphanol. Analgesic li jdum jaġixxi. Minħabba l-karatteristika agonista parzjali, għandu karatteristiċi dipressanti respiratorji u adittivi limitati. Opioids li jaġixxu fit-tul jew fil-qosor li għandhom indikazzjonijiet differenti, għalhekk il-bżonn ta’ aktar minn sustanza alternattiva waħda bħala għażla.

Fentanyl

Għan: Analgesia

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Butorphanol, buprenorphine, morphine u pethidine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: μ-agonist opioid, l-attività ta’ l-μ-riċevitur tipproduċi alangesia aħjar milli f’κ-agonist opioids bħall-butorphanol. Jaġixxi fil-qosor ħafna minħabba metaboliżmu rapidu u minħabba li jintrema. Fentanyl huwa l-uniku opioid użat fiż-żwiemel li huwa adatt għall-infużjoni u għall-amministrazzjoni minn parti tal-ġilda. Huwa ferm effettiv għall-immaniġġjar ta’ l-uġigħ.

Morfina

Għan: Analgesia

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Butorphanol, buprenorphine, pethidine u fentanyl

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: μ-agonist opioid analgesic sħiħ. L-attività ta’ l-μ-riċevitur tipproduċi l-aħjar analgesia. Analgesia, użata mas-sedattivi għaż-żamma, użata għall-anesteżija epidurali. Analgesic ta’ dewmien medju. Il-morfina hija l-antagonist u-opioid b’karatteristiċi li jinħallu l-aħjar għall-amministrazzjoni epidurali. Din tipprovdi analgesia li jaġixxu fit-tul bi ftit effetti sistematiċi permezz ta’ din ir-rotta. Din it-teknika tintuża b’mod komuni fil-mediċina veterinarja komuni għall-kura ta’ uġigħ qawwi waqt l-operazzjoni u uġigħ kroniku.

Pethidine

Għan: Analgesia

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Butorphanol, buprenorphine, morphine u fentanyl

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: μ-agonist opioid analgesic madwar 10 darbiet anqas potenti mill-morfina. Opioid li jaġixxi mhux fit-tul li wera li huwa effettiv biex jikkura l-kolika spasmidika fiż-żwiemel. L-unika opioid b’karatteristiċi spasmolitiċi. Aktar sedazjoni u anqas potenzjal għal eċitament minn opioids fiż-żwiemel.

Rilassanti tal-muskoli u sostanzi assoċjati

Atracurium

Għan: Rilassament tal-muskoli waqt l-anesteżija

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Guaifenesin

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Aġent li jimblokka n-nondepolarizzazzjoni neuromuskolari. Aġenti ta’ bblokkar neuromuskolari huma użati b’mod partikolari għal operazzjonijiet ta’ l-għajnejn u kirurġija fonda addominali. L-edrophonium huwa meħtieġ għat-treġġija lura mil-loppju. Atracurium u edrophonium għandha data mill-aktar estensiva ta’ appoġġ kliniku.

Edrophonium

Għan: Treġġigħ lura tar-rilassament tal-muskolu atracurium

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Inhibituri cholinesterase ieħor

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Cholinesterase inhibitor, essenzjali għat-treġġigħ lura ta' l-ibblukkar neuromuskolari. Edrophonium għandu l-anqas effetti sekondarji mill-inibituri cholinesterase fiż-żwiemel.

Guaifenesin

Għan: Rilassament tal-muskoli waqt l-anesteżija

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Atracurium

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Alternattiva essenjzali għar-regimens α-2/ketamine fiż-żwiemel fejn α-2 agents u l-ketamine huma kontraindikati bħal fi żwiemel li ma jirrispondux għal dawk l-aġenti jew żwiemel li urew effetti negattivi f’amministrazzjoni preċedenti. Imprezzabbli f’kombinazzjoni mal-ketamine u α-2 agents għal anesteżija fil-post sigura li għaliha ma ġewx żviluppati tekniki fil-vini alternattivi effettivi.

Anestetiċi li jittieħdu bin-nifs

Sevoflurane

Għan: It-teħid bin-nifs ta’ anesteżija għaż-żwiemel li jkollhom ksur fl-għadam jew ksur ortopediku ieħor u l-induzzjoni ta' l-anesteżija fil-moħor

Identifikazzjoni ta’ alternattivi: Isoflurane, halothane, enflurane

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Is-sevoflurane huwa anastetiku volatili b'metaboliżmu minuri u jitneħħa malajr. Filwaqt li hemm MRL għall-isoflurane fl-UE l-isoflurane m’huwiex adatt għall-każijiet kollha ta’ anesteżija ta’ l-ekwidi minħabba l-karatteristiċi ta’ rkupru fejn l-eċitament jista’ jwassal liż-żiemel li jikser siequ. Is-sevoflurane huwa essenzjali f’ċertu kirurġiji ta’ l-ekwidi fejn l-irkupru bla problemi huwa vitali, kif ġie muri li jipproduċi rkupru b’anqas problemi fiż-żwiemel. Huwa għalhekk magħżul bi preferenza għall-isoflurane għaż-żwiemel bi ksur fl-għadam u problemi ortopediċi oħra. Aktar minn hekk is-sevoflurane huwa essenzjali għal induzzjoni bil-maskla ta’ l-anesteżija fil-moħor minħabba li ma joħloq ebda irritazzjoni bil-kontra ta’ l-isoflurane, li huwa irritant u għalhekk jikkawża sogħla u żamma tan-nifs.

Anestetiċi lokali

Bupivacaine

Għan: Anesteżija lokali

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Lidocaine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Anestetiku lokali li jdum jaġixxi. Dewmien fit-tul ta’ l-azzjoni meħtieġa għal perioperative analgesia u kura ta' uġigħ kroniku qawwi bħal-laminitis. Bupivacaine m’għadux jaġixxi bħala anestetiku lokali mil-lidocaine użat b'mod komuni. Lidocaine waħdu jagħti kważi siegħa ta’ anesteżija lokali. Iż-żieda ta’ l-adrenalina tista’ ttawwal l-effett għal sagħtejn, imma hemm ir-riskju li twaqqaf id-demm lokalment, u dan jagħmilha mhux adatta f'numru ta' kondizzjonijiet. Bupivacine jipprovdi 4-6 sigħat ta’ anesteżija lokali u għalhekk huwa ħafna aktar adatt għal analgesia post-operattiva u għall-immaniġġjar tal-laminitis minħabba li injezzjoni waħda, spiss hi biżżejjed; dan huwa essenzjali fuq raġunijiet ta’ benesseri minn injezzjonijiet ripetuti kull siegħa ta’ lignocaine. Anestetiċi lokali li jaġixxu mhux fit-tul m’humiex għalhekk adatti għal dan t’hawn fuq minħabba li jeħtieġu injezzjonijiet ripetuti b'aktar riskju ta' reazzjonijiet negattivi u ma jiġux aċċettati minħabba l-benesseri ta' l-annimal.

Oxybuprocaine

Għan: Anesteżija lokali għall-użu fl-għajnejn

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Anestetiċi oħra lokali għall-użu fl-għajnejn bħall-amethocaine, proxymetacaine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: L-aktar esperjenza klinika wiesgħa bis-Oxybuprocaine meta kkumparata ma' kandidati potenzjali oħra għas-sustanzi essenzjali.

Prilocaine

Għan: Anesteżija lokali qabel katerizzazzjoni fil-vini

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Fi preparazzjonijiet speċifiċi (taħlita ewtettika ta’ anestetiċi lokali) għall-applikazzjoni topika fil-ġilda fejn tiġi assorbita f’40 minuta. Użata biex tiffaċilita katerizzazzjoni fil-vini, speċjalment fil-moħor.

Mediċini kardjovaskolari

 

Digoxin

Għan: Kura għal insuffiċenza kardijaka

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Addizzjonalment id-digoxin huwa l-unika kura għal effetti sekondarji tal-kura tal-Quinidine

Quinidine sulfate u Quinidine gluconate

Għan: Kura għal taħbit irregolari tal-qalb

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Procainamide, Propanolol

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Aġent kontra ritmi irregolari. L-użu huwa rari imma għażla terapewtika importanti, mod differenti ta’ azzjoni neċessarja għal tipi different ta’ taħbit irregolari tal-qalb. Kura ta’ għażla għal fibrillazzjoni atrijali.

Procainamide

Għan: Kura għal taħbit irregolari tal-qalb

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Quinidine sulfate u quinidine gluconate, propanolol

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Aġent kontra ritmi irregolari. L-użu huwa rari imma għażla terapewtika importanti, mod differenti ta’ azzjoni neċessarja għal tipi different ta’ taħbit irregolari tal-qalb.

Propanolol

Għan: Kura għal taħbit irregolari tal-qalb

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Quinidine sulfate u quinidine gluconate, procainamide

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Kontra l-pressjoni għolja, li hija użata minħabba li tagħmel attività kontra r-ritmi irregolari. L-użu huwa rari imma għażla terapewtika importanti. Minħabba l-patofiżjoloġija differenti ta’ taħbit irregolari huwa essenzjali li jkollu varjetà ta’ mediċini li jaġixxu differenti sabiex ikunu jistgħu jitrattaw kundizzjoni speċifika. Waħda minn dawn il-mediċini normalment tikkonsisti f’kura unika biex tikkonverti lura għal ritmi normali, li tista' tiġi ripetuta biss f'okkażjonijiet rari.

Konvulżjonijiet

 

Phenytoin

Għan: Terapija anti-konvulsiva fil-moħor. Kura tar-rhabdomyolysis. Kura tas-stringhalt.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Diazepam, primidone, dantrolene sodium (għar-rhabdomyolysis)

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Anti-konvulsiv essenzjali fil-moħor. Phenytoin huwa ġeneralment miżjud fil-kura tal-kontroll ta’ l-aċċessjonijiet jekk il-Primidone/Phenobarbital ma jikkontrollax l-aċċessjonijiet. Phenytoin huwa calcium channel-blocking agent u utli għall-kura ta’ forom rikorrenti ta’ rhabdomyolysis.

Primidone

Għan: Terapija anti-konvulsiva fil-moħor.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Diazepam, Phenytoin

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Il-primodone huwa indikat bħala insegwiment għat-terapija diazepam jew bħala alternattiv.

Aġenti gastrointestinali

 

Bethanechol

Għan: Kura ta’ l-ileus, kura ta’ djuq gastrodwodenali fil-moħor, kura ta’ impazzjonijiet rikorrenti żgħar fl-adulti

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Neostigmine, metoclopramide, cisapride, erythromycin u sostanzi prokinetiċi oħra

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Betanechol huwa muscarinic cholinergic agonist li jistimola r-riċevituri acetylcholine fuq il-muskoli lixxi gastrointestinali, u jġegħelhom jinġibdu. Ġie muri li jżid ir-rata ta’ żvujtar ta’ l-istonku u tal-musrana l-għamja. Kemm il-betanechol kif ukoll il-metoclopramide ġew murija li huma ta' benefiċċju fil-kura ta' ileus wara l-operazzjoni.

Dioctyl sodium sulfosuccinate

Għan: Trattament għal impactions

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Żejt minerali

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Jikseb aktar irtubija fil-kontenut intestinali meta kkumparat maż-żejt minerali minħabba li jippermetti l-penetrazzjoni ta’ l-ilma fil-massa tal-feċi

Metoclopramide

Għan: Kura għal ileus wara l-operazzjoni

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Bethanechol, neostigmine, cisapride, erythromycin u sostanzi prokinetiċi oħra

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Metoclopramide huwa benzamide sostitwit b’għadd ta’ mekkaniżmi ta’ azzjoni 1) huwa dopamine receptor antagonist; 2) iżid ir-rilaxx ta' acetylcholine minn cholinergic neurons intrinsiċi u 3) iwettaq attività ta’ ibblukkar adrenerġiku. Huwa effettiv sabiex jerġa’ jġib koordinazzjoni gastrointestinali wara l-operazzjoni u jnaqqas it-total tal-volum, rata u dewmien ta’ refluss gastriku. Metaclopramide huwa droga prokinetika, li taġixxi aktar fil-passaġġ gastrointestinali prossimali. Kemm il-betanechol kif ukoll il-metoclopramide ġew murija li huma ta' benefiċċju fil-kura ta' ileus wara l-operazzjoni.

Propantheline bromide

Għan: Anti-peristaltic

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Atropine, Lidocaine mogħti dilwit intrarettikament bħala enema

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Propantheline bromide huwa quaternary ammonium anticholinergic sintetiku li jinibixxi motilità gastrointestinali u spażmi u jnaqqas is-sekrezzjoni ta' l-aċidu ta' l-istonku. Jinibixxi wkoll l-azzjoni ta’ l-acetylcholine fit-tarf tan-nervituri postganglionic tas-sistema nervuża parasimpatetika. L-effetti tiegħu huma simili għal dawk ta’ l-atropine għalkemm idumu aktar (6 sigħat). Propantheline bromide huwa għażla importanti sabiex titnaqqas il-peristalsis biex jiġi evitat tiċrit rettali waqt rectal palpation jew biex tiġi esplorata u kkurata tiċrita rettali potenzjali fejn jista' jkun diffiċli għal lidocaine enema biex taħdem b'mod effettiv.

Rhabdomyolysis

 

Dantrolene sodium

Għan: Kura tar-rhabdomyolysis. Kura ta’ temperatura għolja malinna waqt l-anesteżija.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Phenytoin

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Dantrolene jwettaq attività ta’ rilassament tal-muskoli b’azzjoni diretti fuq il-muskoli minħabba li jinibixxi r-rilaxxament tal-kalċju mis-sarcoplasmic reticulum u għalhekk jikkawża diżassoċjazzjoni ta' excitation-contraction coupling. Kemm il-phenytoin kif ukoll id-dantrolene sodium instabu li huma utli għall-kura ta’ forom rikorrenti ta’ rhabdomyolysis.

Antimikrobiċi

Infezzjonijiet Klebsiella ssp

Ticarcillin

Għan: Kura ta’ infezzjonijiet Klebsiella ssp

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Antibijotiċi speċifiċi għal infezzjonijiet Klebsiella ssp

Infezzjonijiet rhodococcus equi

Azithromycin

Għan: Kura ta’ infezzjonijiet Rhodococcus equi

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Erythromycin

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Kura standard flimkien mar-rifampicin, fil-moħor tollerat aħjar mill-erythromycin.

Rifampicin

Għan: Kura ta’ infezzjonijiet Rhodococcus equi

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Kura tar-Rhodococcus equi flimkien ma' erythromycin jew azithromycin. Kura ta' l-għażla.

Septic arthritis

Amikacin

Għan: Kura ta’ septic arthritis

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Gentamicin jew aminoglykosides oħra

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Tollerata aħjar fil-moħor mill-gentamicin jew aminoglykosides oħra.

Mediċini respiratorji

 

Ambroxol

Għan: Stimulazzjoni ta’ surfactant f’moħor prematuri

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Ebda alternattiva m’hi disponibbli

Ipratropium bromide

Għan: Bronchodilation

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Azzjoni anticholinergic. Neċessarja bħala għażla terapewtika minħabba li f’xi każijiet hi aktar effikaċi mill-β-agonists.

Oxymetazolin

Għan: Kura ta' oedema nażali

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Phenylephrine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: α-adrenoceptor agonist b’karatteristiċi qawwija ta’ tidjiq tal-vini li huwa użat bi preferenza mal-phenylephrine minħabba li jdum aktar jaġixxi.

Antiprotozoal agents

 

Isometamidium

Għan: Kura ta’ Equine Protozoal Myeloencephalitis

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Pyrimethamine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Marda li xi kultant hija riffrettarja għall-kura bil-pyrimethamine, u għalhekk hi meħtieġa alternattiva.

Pyrimethamine

Għan: Kura ta’ Equine Protozoal Myeloencephalitis

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Isometamidium

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Rata ta’ suċċess ta’ għall-anqas 75 % meta użat flimkien ma’ sulfadiazine-sulfonamide.

Mediċini oftalmiċi

Ulċeri okulari

Acyclovir

Għan: Kura ta’ ulċeri okulari (mediċina antivirali). Użu topiku

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Idoxuridine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Kemm acyclovir kif ukoll idocuridine ġew murija li huma effettivi b’mod ugwali fil-kura ta’ ulcerative herpetic keratitis.

Idoxuridine

Għan: Kura ta’ ulċeri okulari (mediċina antivirali). Użu topiku

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Acyclovir

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Kemm acyclovir kif ukoll idocuridine ġew murija li huma effettivi b’mod ugwali fil-kura ta’ ulcerative herpetic keratitis.

Glawkoma

Phenylephrine

Għan: Kura ta’ glawkoma, epiphora, oedema nażali u splenic entrapment

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Tropicamide, (għall-glawkoma), mill-bqija m’hemmx alternattiva identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Kemm phenylephrine kif ukoll tropicamide ġew murija li huma effettivi b’mod ugwali fil-kura tal-glawkoma.

Tropicamide

Għan: Kura tal-glawkoma. Użu topiku

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Phenylephrine,

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Kemm phenylephrine kif ukoll tropicamide ġew murija li huma effettivi b’mod ugwali fil-kura tal-glawkoma.

Dorzolamide

Għan: Kura tal-glawkoma. Użu topiku

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Latanoprost, timolol maleate

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Il-mod speċifiku tagħha ta’ azzjoni bħala carbonic anhydrase inhibitor. Għażla terapewtika importanti.

Latanoprost

Purpose: Kura tal-glawkoma. Użu topiku

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Dorzolamide, Latanoprost

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Il-mod speċifiku tagħha ta’ azzjoni bħala Prostaglandin F2α-analogue. Għażla terapewtika importanti.

Timolol maleate

Għan: Kura tal-glawkoma. Użu topiku

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Dorzolamide, Latanoprost

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Il-mod speċifiku tagħha ta’ azzjoni bħala beta-adrenergic receptor blocking agent non-selettiv, jikkawża tidjiq tal-vini, li jwassal għal nuqqas fl-aqueous humour. Għażla terapewtika importanti.

Cyclosporin A

Għan: Immunosuppressive użat għall-kura ta’ mard autoimmune ta’ l-għajnejn.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Ebda alternattiva m’hi disponibbli

Ketorolac

Għan: Kura ta’ uġigħ fl-għajnejn u inflammazzjoni, mediċina non-steroidal u kontra l-inflammazzjoni, qtar fl-għajnejn, użu topiku.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: L-aktar esperjenza klinika wiesgħa bil-ketorolac meta kkumparata ma' kandidati potenzjali oħra għas-sustanzi essenzjali.

Ofloxacin

Għan: Kura ta’ l-infezzjonijiet fl-għajnejn reżistenti għal kura b'antibijotiċi oftalmiċi użati b'mod komuni.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ciprofloxacin, cefamandole, kura b'antibijotiċi oftalmiċi użati b'mod komuni

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: L-aktar esperjenza klinika wiesgħa b’ofloxacin meta kkumparata ma' kandidati potenzjali oħra għas-sustanzi essenzjali. Komparata ma’ kura b'antibijotiċi oftalmiċi użati b'mod komuni l-ofloxacin għandha tkun użata biss bħala antibijotiku ta’ riżerva użat f’każijiet individwali.

Fluoresceine

Għan: Għodda dijanjostika għal ulċerazzjoni tal-kornea, użu topiku

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Rose Bengal

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Rose Bengal għandu xi attività anti-virali filwaqt li fluoresceine m'għandu ebda effett sinifikanti fuq ir-replika tal-virus. Għalhekk, l-użu dijanjostiku ta’ Rose Bengal qabel kultura virali tista’ tipprekludi riżultat pożittiv. Għalhekk fluoresceine hija l-għodda dijanjostika ta’ għażla meta tkun pjanata kultura virali.

Rose Bengal

Għan: Għodda dijanjostika għal dannu tal-kornea, użu topiku

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Fluoresceine

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Rose of Bengal hija l-għodda dijanjostika li tintagħżel biex jiġi aċċertat dannu lill-korneja minn kmieni.

Hydroxypropyl methylcellulose

Għan: Protezzjoni tal-kornea, użu topiku

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Ebda alternattiva m’hi disponibbli

Hyperlipaemia

 

Insulina

Għan: Kura ta' hyperlipaemia, użat flimkien ma’ glucose therapy, dijanjosi ta’ problemi metaboliċi

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Ebda alternattiva m’hi disponibbli

Infezzjonijiet fungali

 

Griseofulvin

Għan: Użu antifungali sistematiku. Kura ta’ ringworm

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Griseofulvin mogħti oralment jaġixxi tajjeb kontra Trichophyton, Microsporum, u Epidermophyton.

Ketoconazole

Għan: Użu antifungali sistematiku. Kura ta’ pnewmonja fungali u guttural pouch mycosis

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Azoles oħra bħal itraconazole

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: L-aktar esperjenza klinika wiesgħa bil-ketoconazole meta kkumparata ma' kandidati potenzjali oħra għas-sustanzi essenzjali.

Miconazole

Għan: Kura ta’ infezzjonijiet fungali ta’ l-għajnejn

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Użu topiku fl-għajn affettwata, attività antifungali usa’ u/jew anqas irritazzjoni minn aġenti anti-fungali oħra

Nystatin

Għan: Kura ta’ yeast infections għall-għajnejn u l-kanal ġenitali.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Attività speċifika kontra yeast infections

Diversi

 

Chondroitin sulphate

Għan: Fejqan tal-qarquċa. Chondroprotection. Kura ta' l-Artrite.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: It-titjib kliniku huwa aktar attribwit għal effetti anti-inflammatorji, inkluż inibizzjoni ta’ sinteżi PGE2 u inibizzjoni ta’ rilaxx ta' cytokine.

Domperidone

Għan: Agalactia fid-debba

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Dopamine antagonist u up-regulates prolactin production.

Oxytocin m’huwiex alternattiva adatta minħabba li jipproduċi nuqqas fil-ħalib flok żieda fil-ħalib, li huwa l-għan tat-terapija domperidone. Addizzjonalment, oxytocin x’aktarx li jikkawża uġigħ addominali f’dożi kbar.

Hydroxyethylstarch

Għan: Sostituzzjoni kollodjali tal-volum

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Alternattiva prattika u disponibbli għad-demm u l-plażma

Imipramine

Għan: Tnixxija tas-semen indotta farmaloġikament fiż-żwiemel bi problemi ta’ tnixxija

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Ebda alternattiva m’hi disponibbli

Thyrotropin releasing hormone

Għan: Dijanjostika użata għall-konferma ta’ problemi tat-tirojde u l-pitwitarja

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Ebda alternattiva m’hi disponibbli

Barium sulphate

Għan: Aġent ta' kuntrast radjugrafiku użat għal eżaminazzjonijiet ta’ kuntrast fl-osofagu u gastrointestinali.

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Ebda alternattiva m’hi identifikata

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Ebda alternattiva m’hi disponibbli

Iohexol

Għan: Aġent ta’ kuntrast radjografiku użata għal studju tal-kanal t’isfel ta’ l-awrina, arthrography, myelography, sino- jew fistulography u dacryocystography

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Iopamidol

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Non-ionic low osmolar contrast agent. Kemm iohexol kif ukoll iopamidol huma aċċettati b’mod ugwali.

Iopamidol

Għan: Aġent ta’ kuntrast radjografiku użata għal studju tal-kanal t’isfel ta’ l-awrina, arthrography, myelography, sino- jew fistulography u dacryocystography

Identifikazzjoni ta’ l-alternattivi: Iohexol

Diskussjoni tal-vantaġġi speċifiċi: Non-ionic low osmolar contrast agent użat għal. Kemm iohexol kif ukoll iopamidol huma aċċettati b’mod ugwali.


Top