EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0202

Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 31 ta’ Jannar 2005 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika u ta’ Kordinazzjoni u Koperazzjoni Politika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Messikani Uniti, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea

ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 199–200 (MT)
ĠU L 66, 12.3.2005, p. 22–23 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/202/oj

Related international agreement

32005D0202

Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 31 ta’ Jannar 2005 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika u ta’ Kordinazzjoni u Koperazzjoni Politika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Messikani Uniti, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea

Official Journal L 066 , 12/03/2005 P. 0022 - 0023
Official Journal L 159 , 13/06/2006 P. 0199 - 0200


Deċiżjoni tal-Kunsill

tal- 31 ta’ Jannar 2005

dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika u ta’ Kordinazzjoni u Koperazzjoni Politika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Messikani Uniti, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea

(2005/202/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 57(2), 71, 80(2), 133(1), 133(5) u 181 flimkien ma’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel u t-tieni sentenza, u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) [1] tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1) Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika u ta’ Kordinazzjoni u Koperazzjoni Politika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Messiku, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea [2] ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fid- 29 ta’ April 2004.

(2) Il-Protokoll Addizzjonali għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika u ta’ Kordinazzjoni u Koperazzjoni Politika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti tal-Messiku Uniti, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea, huwa hawnhekk approvat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

It-test tal-Protokoll Addizzjonali hu mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika prevista bl-Artikolu 5 tal-Protokoll Addizzjonali.

Magħmula fi Brussel, nhar il- 31 ta’ Jannar 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Asselborn

[1] ĠU L 236, 23.9.2003, p. 34.

[2] Ara paġna 24 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

Protokoll Addizzjonali

għall-ftehim ta’ sħubija Ekonomika u ta’ Kordinazzjoni u Koperazzjoni Politika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti tal-Messiku, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-RENJU TA’ L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA’ L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

minn issa ‘l quddiem imsejjħa "l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea",

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn issa ‘l quddiem imsejjħa "Il-Komunità",

L-ISTATI UNITI TAL-MESSIKU,

minn issa ‘l quddiem imsejjħa "il-Messiku",

u

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

minn issa ‘l quddiem imsejjħa "l-Istati Membri l-Ġodda",

BILLI l-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika u ta’ Kordinazzjoni u Koperazzjoni Politika bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Messiku, min-naħa l-oħra, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", kien iffirmat fi Brussel fit- 8 ta’ Diċembru 1997 u daħal fis-seħħ fl- 1 ta’ Ottubru 2000;

BILLI t-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ "it-Trattat ta’ l-Adeżjoni") kien iffirmat f’Ateni fis- 16 ta’ April 2003;

BILLI, skond l-Artikolu 6(2) tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni l-inkorporazzjoni ta’ l-Istati Membri Ġodda fil-Ftehim għandu jiġi formalizzat bil-konklużjoni ta’ protokoll għall-Ftehim;

BILLI l-Artikolu 55 tal-Ftehim jiddikjara li: "Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, "il-partijiet" għandha tfisser, min-naħa l-waħda, il-Komunità jew l-Istati Membri tagħha jew il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, skond l-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, kif derivat mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u, min-naħa l-oħra, il-Messiku";

BILLI l-Artikolu 56 tal-Ftehim jiddikjara li: "Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju li fih huwa applikat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea taħt il-kondizzjonijiet imniżżla f’dak it-Trattat, min-naħa l-waħda, u għat-territorju ta’ l-Istati Uniti tal-Messiku, min-naħa l-oħra";

BILLI l-Artikolu 59 tal-Ftehim jiddikjara li: "Dan il-Ftehim huwa mfassal f’żewġ kopji bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bit-Taljan, bil-Portugiż, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku";

BILLI l-Komunità Ewropea, bil-ħsieb tad-data ta’ l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri l-Ġodda ma’ l-Unjoni Ewropea, jista’ jkollha bżonn tapplika d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll qabel ma tkun temmet il-proċeduri interni kollha meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu;

BILLI l-Artikolu 5(3) tal-Protokoll preżenti jippermetti għall-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha qabel ma jkunu temmew il-proċeduri interni tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu;

QABLU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka huma hawnhekk inkorporati bħala Partijiet għall-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika u ta’ Kordinazzjoni u Koperazzjoni Politika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti tal-Messiku, min-naħa l-oħra.

Artikolu 2

Fi żmien sitt xhur minn meta dan il-Protokoll ikun inizjalat, il-Komunità Ewropea għandha tikkomunika lill-Istati Membri u lill-Messiku, il-verżjonijiet ta’ dan il-Ftehim biċ-Ċek, bl-Estonjan, bl-Ungeriż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollak, bis-Slovakk u bis-Sloven. Suġġett għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll il-verżjonijiet fil-lingwi l-ġodda għandhom isiru awtentiċi taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-verżjonijiet imfassla fil-lingwi preżenti tal-Ftehim.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika u ta’ Kordinazzjoni u Koperazzjoni Politika.

Artikolu 4

Dan il-Protokoll huwa mfassal f’żewġ kopji biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bil-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bis-Sloven, bis-Slovakk, bl-Ispanjol u bl-Isvediż, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

Artikolu 5

1. Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Komunità Ewropea, mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea f’isem l-Istati Membri, u mill-Istati Uniti tal-Messiku skond il-proċeduri tagħhom stess.

2. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tmiem tal-proċeduri interni meħtieġa għal dan il-għan.

3. Minkejja l-paragrafu 2, il-Partijiet jaqblu li, sakemm jiġu mtemma l-proċeduri interni tal-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha għad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll għal perijodu massimu ta’ 12-il xahar mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha jagħtu notifika bit-tmiem tal-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan u l-Messiku jagħti notifika bit-tmiem tal-proċeduri tiegħu meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll.

4. In-notifika għandha tintbagħat lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea li għandu jkun id-depożitarju għall-Ftehim.

--------------------------------------------------

Top