Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R1666

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1666/1999 tat-28 ta’ Lulju 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward il-karatteristiċi minimi tal-marketing għal ċerti varjetajiet ta’ għeneb imnixxef

    ĠU L 197, 29.7.1999, p. 32–35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/1666/oj

    31999R1666



    Official Journal L 197 , 29/07/1999 P. 0032 - 0035


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1666/1999

    tat-28 ta’ Lulju 1999

    li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward il-karatteristiċi minimi tal-marketing għal ċerti varjetajiet ta’ għeneb imnixxef

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-frott ipproċessat u tal-prodotti mill-ħaxix ta’ l-ikel [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2199/97 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

    (1) Billi l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jipprovdi illi jistgħu jiġu introdotti standards komuni għall-varjetajiet tal-għeneb imnixxef elenkati fl-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament maħsuba jew għall-konsum fil-Komunità jew għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi; billi, minħabba l-prattiċi kummerċjali fil-kummerċ dinji f’dak li għandu x’jaqsam mal-klassifika ta’ dawn il-prodotti, dawn il-miżuri għandhom ikunu limitati għalbiex jistabbilixxu l-karatteristiċi minimi u t-tolleranzi permessi għall-għeneb imnixxef maħsub għall-konsum fil-Komunità jew għall-esportazzjoni; billi, bil-għan tas-simplifikazzjoni, il-karatteristiċi u t-tolleranzi minimi permessi adottati għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-istandards tan-NU/KEE rrakommandati mill-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ġrupp tax-Xogħol Ewropew dwar l-Istandardizzazzjoni tal-Prodotti li Jeħżienu u dwar l-Iżvilupp fil-Kwalità;

    (2) Billi, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din il-ħtieġa tal-kwalità għall-għeneb imnixxef imqiegħed għall-bejgħ mingħajr ma jitqiegħed piż żejjed fuq l-awtoritajiet ta’ l-ispezzjon, għandu jiġi stabbilit l-istadju preċiż li fih jiġu ċċekkjati l-prodotti miksuba fil-Komunità u sabiex il-prodotti importati minn pajjiżi terzi jħarsu l-ħtiġiet minimimi tal-kwalità, filwaqt li fl-istess ħin jippermettu l-possibbiltà lill-Istati Membri li jwettqu l-kontrolli fi stadji oħra tal-marketing;

    (3) Billi, għall-prodotti importati minn pajjiżi terzi, sabiex ikunu ffaċilitati l-proċeduri tal-kontroll, il-kontrolli dwar konformità mal-karatteristiċi minimi għandhom ikunu limitati għall-għeneb imnixxef minn pajjiżi terzi f’pakketti kbar, mogħti illi r-riskju ta’ l-importazzjonijiet tal-prodotti li ma jissodisfawx il-ħtiġiet, fil-prattika, jinħoloq biss fil-każ ta’ dawn il-prodotti;

    (4) Billi, sabiex jingħata każ tad-differenzi bejn is-sistemi nazzjonali tal-kontroll, għandu jitħalla f’idejn l-Istati Membri sabiex jistabbilixxu r-regoli ddettaljati għalbiex jitwettqu l-kontrolli;

    (5) Billi l-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Prodotti Pproċessati mill-Frott u mill-Ħaxix ta’ l-Ikel ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-għeneb imnixxef tal-varjetajiet tas-sultana u tal-Muskatel u ż-żbib li jidħlu fil-kodiċi tan-NM 080620 maħsuba għal konsum fil-Komunità jew għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi għandu jikkonforma mal-karatteristiċi u t-tolleranzi minimi ddikjarati fl-Anness.

    Din il-ħtieġa għandha tapplika fl-istadju tal-ħruġ fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-każ tal-prodotti li joriġinaw minn pajjjiżi terzi u fl-fistadju tal-ħruġ mill-istallazzjonijiet tal-proċessar fil-każ tal-prodotti Komunitarji.

    Artikolu 2

    Il-għeneb imnixxef miksub fil-Komunità u maħsub għas-suq intern jew għall-esportazzjoni għandu jkun iċċekkjat għall-konformità mal-karatteristiċi u t-tolleranzi minimi riferiti fl-Artikolu 1 dwar il-fondi fejn isir il-proċessar qabel ma jiġi mgħobbi għad-dispaċċ.

    Il-għeneb imnixxef importat f’pakketti ta’ malajr ta’ kapaċità netta ta’ aktar minn 2 kg għandu jiġi ċċekkjat bit-teħid ta’ kampjuni għall-konformità ma’ din il-ħtieġa qabel ma jinħareġ fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fis-suq tal-Komunità. L-Istati Membri jistgħu jiċċekkjaw dawn il-prodotti fl-istadji kolha tal-marketing.

    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jaċċettaw iċ-ċertifikat tal-konformità mal-karatteristiċi u t-tolleranzi minimi għal Klassi II ta’ l-istandard tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (KEE/NU) maħruġ minn pajjiżi terzi ta’ l-oriġini tal-għeneb imnixxef bħala prova tal-konformità ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom jistabilixxu kif iridu jitwettqu l-kontrolli.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Settembru 2000.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul Brussel, fit-28 ta’ Lulju 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29.

    [2] ĠU L 303, tas-6.11.1997, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    IL-KARATTERISTIĊI MINIMI TAL-GĦENEB IMNIXXEF

    1. Definizzjoni

    Il-għeneb imnixxef irid ikun tal-varjetajiet tas-sultana jew tal-muskatel jew żbib imkabbar mill-Vitis vinifera L.

    2. Il-ħtiġiet minimi

    2.1. Il-għeneb irid ikun:

    - sħiħ,

    - sod; għandu jiġi eskluż il-prodott affettwat mit-tħassir jew mid-deterjorazzjoni hekk li jagħmluh mhux tajjeb għall-konsum,

    - ħieles mill-insetti jew mid-dud irqiq tkun xi tkun il-fażi ta’ l-iżvilupp tagħhom,

    - ħieles mill-irtuba minn barra mhux normali,

    - ħieles mir-riħa jew mit-togħma barranin (riħa ħafifa ta’ s-S02 u riħa w togħma ħfief taż-żejt mhumiex ikkunsidrati anormali),

    - u bla ħsara għat-tolleranzi,

    - nadif, prattikament ħieles minn kull materja barranija viżibbli,

    - ħieles mill-ħsara viżibbli mill-insetti, id-dud irqiq u parassiti oħra,

    - ħieles mill-moffa,

    - ħieles mir-redus mhux misjur u/jew mhux żviluppat,

    - ħieles minn biċċiet miz-zokk,

    - ħieles mill-magħżeb, għajr għall-muskatel,

    - ħieles mir-redus bil-ħsara (fil-għamliet li jkollhom iż-żerriegħa, il-ġrieħi mekkaniċi normali li jiġru mill-ħidma normali tat-tneħħija taż-żerriegħa ma titqiesx bħala "ħsara")

    - ħieles mill-kristalli evidenti taz-zokkor,

    - ħieles mill-materjal barrani veġetali.

    2.2. Il-għeneb imnixxef irid ukoll:

    - jippossiedi karatteristiċi varjetali simili,

    - ikollu togħma, tessut u kulur ta’ karatteristiċi tajba mhux ħażin,

    - ikun magħmul minn għeneb misjur mhux ħażin,

    - ikun ikkontrollat jew magħżul skond id-daqs,

    - jista’ jkun fih difetti fil-limiti tat-tolleranzi indikati fid-disposizzjonijiet li jirrigwardaw it-tolleranzi sakemm il-għeneb imnixxef iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-apparenza, il-kwalità, il-kwalità ta’ kemm idum tajjeb u l-preżentazzjoni ġenerali.

    2.3. Il-kondizzjoni tal-għeneb imnixxef trid tkun hekk illli tgħinu

    - jiflaħ għat-trasport u t-tqandil, u

    - jasal f’kondizzjoni sodisfaċjenti fil-post tad-destinazzjoni.

    3. Il-kontenut ta’ l-irtuba

    Il-għeneb imnixxef irid ikollu kontenut ta’ rtuba ta’ mhux anqas minn 13 % u mhux aktar minn 31 % għat-tip Malaga/muskatel, 23 % għal varjetajiet li jkun fihom iż-żerriegħa u 18 % għal varjetajiet mingħajr żerriegħa u għaż-żbib.

    4. It-tolleranzi

    It-tolleranzi rigward il-kwalità permessi f’kull pakkett għal prodott li ma jissodisfax il-ħtiġiet għall-klassi indikata huma kif ġej:

    MINGĦAJR ŻERRIEGĦA

    Difetti permessi | It-Tolleranzi għall-frott bid-difetti |

    Il-Perċentwal skond il-piż | Skond in-Numru |

    Biċċiet taz-zokk (għal kull kg) | – | 2,00 |

    Imgħażeb (%) | – | 5,00 |

    Redus mhux misjur u/jew mhux żviluppat biżżejjed, | 4,00 | |

    Redus ta' minghajr żerriegħa li jkollu ż-żerriegħa (%) | | 1,00 |

    Bil-moffa | 4,00 | – |

    Bil-ħsara mill-insetti | 1,00 | – |

    Bil-ħsara | 5,00 | – |

    Mogħti z-zokkor | 15,00 | – |

    Materjal barrani veġetali | 0,03 | – |

    Impuritajiet minerali | 0,01 | – |

    BIŻ-ŻERRIEGĦA

    Difetti permessi | It-Tolleranzi għall-frott bid-difetti |

    Il-Perċentwal skond il-piż | Skond in-Numru |

    Biċċiet taz-zokk (għal kull kg) | – | 2,00 |

    Imgħażeb (%) | – | 5,00 |

    Redus mhux misjur u/jew mhux żviluppat biżżejjed, | 2,00 | – |

    Bil-moffa | 4,00 | – |

    Bil-ħsara mill-insetti | 1,00 | – |

    Bil-ħsara | 5,00 | – |

    Mogħti z-zokkor | 15,00 | – |

    Materjal barrani veġetali | 0,03 | – |

    Impuritajiet minerali | 0,01 | – |

    IL-PASSOLINA

    Difetti permessi | It-Tolleranzi għall-frott bid-difetti |

    Il-Perċentwal skond il-piż | Skond in-Numru |

    Biċċiet taz-zokk (għal kull kg) | – | 1,00 |

    Imgħażeb (%) | – | 3,00 |

    Redus mhux misjur u/jew mhux żviluppat biżżejjed, | 1,50 | – |

    Bil-moffa | 4,00 | – |

    Bil-ħsara mill-insetti | 1,00 | – |

    Bil-ħsara | 3,00 | – |

    Mogħti z-zokkor | 15,00 | – |

    Materjal barrani veġetali | 0,03 | – |

    Impuritajiet minerali | 0,01 | – |

    --------------------------------------------------

    Top