EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R1573

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1573/1999 tad-19 ta’ Lulju 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 fir-rigward tal-karatteristiċi tat-tin imqadded li jikkwalifika għall-għajnuna skond l-iskema ta’ għajnuna tal-produzzjoni

ĠU L 187, 20.7.1999, p. 27–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/1573/oj

31999R1573



Official Journal L 187 , 20/07/1999 P. 0027 - 0031


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1573/1999

tad-19 ta’ Lulju 1999

li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 fir-rigward tal-karatteristiċi tat-tin imqadded li jikkwalifika għall-għajnuna skond l-iskema ta’ għajnuna tal-produzzjoni

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2199/97 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(9) tiegħu,

(1) Billi t-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 intruduċa sistema ta’ għajnuna tal-produzzjoni għal ċerti prodotti pproċessati miksuba mill-frott u mill-ħxejjex; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 504/97 tad-19 ta’ Marzu 1997 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2201/96 fir-rigward tas-sistema ta’ għajnuna tal-produzzjoni għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 702/1999 [4], ippreskriva regoli ġenerali li japplikaw għal din is-sistema ta’ għajnuna; billi mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra tar-Regolament (KE) Nru 504/97 ċerti regoli speċifiċi għandhom jiġu prekritti għall-karatteristiċi meħtieġa tat-tin imqadded jekk irid jikkwalifika għall-għajnuna tal-produzzjoni;

(2) Billi l-kwalità tat-tin imqadded qabel u wara l-ipproċessar tvarja; billi l-prezz minimu u l-għajnuna tal-produzzjoni għandhom jiġu fissati għal tip speċifiku ta’ prodott; billi l-produzzjoni fil-Komunità hija karatterizzata minn żewġ tipi ta’ tin imqadded, frott żgħir u oħrajn; billi l-karatteristika essenzjali li tiddistingwi l-prezz tas-suq taż-żewġ tipi hija d-daqs tagħhom; billi l-prezz minimu u l-għajnuna tal-produzzjoni għandhom għalhekk jiġu fissati għall-klassi l-aktar rappresentattiva tad-daqs għal kull wieħed miż-żewġ tipi ta’ tin imqadded maħsub għall-konsum dirett, u l-prezz u l-għajnuna applikabbli għad-daqsijiet l-oħra għandhom jiġu derivati minn dawn il-prezzijiet u rati ta’ għajnuna;

(3) Billi l-għan tal-ħtiġiet minimi ta’ kwalità preskritti fl-Artikolu 4(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 huwa li tiġi evitata l-produzzjoni ta’ prodotti li għalihom ma jkun hemm l-ebda domanda jew li jistgħu jikkawżaw distorsjoni fis-suq; billi dawn il-ħtiġiet għandhom ikunu bażati fuq proċeduri tradizzjonali u ġusti ta’ manifattura; billi, sabiex tiġi assigurata l-konformità ma’ dawn id-disposizzjonijiet, għandhom jiġu definiti l-karatteristiċi minimi meħtieġa għat-tin imqadded mhux proċessat mixtri mill-proċessuri u t-tin imqadded li jikkwalifika għall-għajnuna;

(4) Billi, sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi, għandhom jiġu preskritti regoli dwar it-twettiq ta’ verifiki fuq il-karatteristiċi tat-tin imqadded qabel u wara l-proċessar;

(5) Billi ċerti ħtiġiet ta’ dan ir-Regolament jitolbu għal aġġustamenti li jwasslu fil-bogħod fis-settur tal-produzzjoni u l-ipproċessar; billi dawn il-ħtiġiet iridu għalhekk jiġu introdotti progressivament matul il-ħames snin tas-suq li jiġu wara d-dħul fi-seħħ ta’ dan ir-Regolament;

(6) Billi dan r-Regolament jinkorpora d-dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tin fl-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1709/84 tad-19 ta’ Ġunju 1984 dwar il-prezzijiet minimi li jridu jitħallsu lill-produtturi u l-ammonti ta’ għajnuna tal-produzzjoni għal ċerti prodotti proċessati mill-frott u l-ħxejjex eliġibbli għall-għajnuna tal-produzzjoni [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1591/98 [6], aġġornat bl-linja ma’ l-iżviluppi legali, tekniċi u ekonomiċi; billi, għalhekk, l-Artikoli 1 u 2 ta’ dan ir-Regolament u l-Annessi I, II u III li jinsabu miegħu għandhom jiġu mħassra;

(7) Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti Proċessati mill-Frott u l-Ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Sabiex jikkwalifika għall-ħlas tal-prezz minimu, it-tin imqadded mhux proċessat għandu jikkorrespondi mal-karatteristiċi stipulati fl-Anness II.

2. Sabiex jikkwalifika għall-ħlas ta’ għajnuna, it-tin imqadded u kunserva tat-tin iridu jikkorrespondu mal-karatteristiċi stipulati fl-Anness III.

3. Il-prezz minimu li jrid jitħallas lill-produtturi tat-tin imqadded mhux proċessat u l-għajnuna tal-produzzjoni għat-tin imqadded għandhom jiġu fissati għall-prodotti li jikkorrespondu mal-karatteristiċi preskritti fl-Annessi II u III rispettivament u ta’ bejn il-75 u l-105 frotta għal kull kilogramma fid-daqs għall-varjetajiet ta’ frott żgħir u ta’ bejn il-65 u l-85 frotta għal kull kilogramma fid-daqs tal-varjetajiet l-oħra. Għat-tin imqadded l-ieħor il-prezz minimu u l-ammont t’ al-għajnuna għandhom ikunu moltiplikati b’wieħed mill-koeffiċjenti elenkati fl-Anness I.

Artikolu 2

1. Il-verifika tal-karatteristiċi u tad-daqs tat-tin imqadded mhux proċessat għandha titwettaq fuq il-bażi ta’ kampjuni rappreżentattivi tal-lott kollu meħuda mill-proċessatur bi fteħim mal-produttur. Il-kampjuni għandhom jiġu eżaminati kemm mill-proċessatur u kemm mill-produtur u r-riżultati tal-verifika għandhom jiġu reġistrati. Għal dan l-iskop, "lott" għandha tfisser il-prodotti kollha presentati fl-istess ħin minn produttur jew organizzazzjoni tal-produtturi sabiex jiġu aċċettati minn proċessatur.

2. Għat-tin imqadded il-proċessatur għandu jivverifika billi jieħu kampjun minn kull lott mibjugħ li l-prodotti jilħqu l-karatteristiċi meħtieġa sabiex jibbenefikaw mill-għajnuna u li huma tad-daqs korrett. Ir-riżultati tal-verifika għandhom jiġu reġistrati. Il-piż minimu nett ta’ kull kampjun li għandu jiġi eżaminat għandu jkun ta’ kilogramma waħda.

3. L-Istati Membri jistgħu jadottaw disposizzjonijiet addizzjonali fir-rigward tal-gradazzjoni skond kif jirrigwardaw il-perċentwali minimu, il-kontrolli u d-destinazzjoni b’mod partikolari.

Artikolu 3

L-Artikolu 1 u 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1709/84 u l-Annessi I, II u III li jinsabu miegħu huma mħassra.

Artikolu 4

Dan ir-Regolamet għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mis-sena tas-suq 1999/2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29.

[2] ĠU L 303, tas-6.11.1997, p. 1.

[3] ĠU L 78, tal-20.3.1997, p. 14.

[4] ĠU L 89, ta’ l-1.4.1999, p. 26.

[5] ĠU L 162, tal-20.6.1984, p. 8.

[6] ĠU L 208, ta’ l-24.7.1998, p. 14.

--------------------------------------------------

ANNESS I

IL-KOEFFIĊJENTI APPLIKABBLI GĦALL-PREZZ MINIMU U GĦALL-GĦAJNUNA TAL-PRODUZZJONI

Daqs (Numru ta' frott kull kilogramma) | Koeffiċjent applikabbli għall-prezz minimu u l-għajnuna tal-produzzjoni |

Varjetajiet ta' frott żgħir | Varjetajiet oħra |

Anqas minn (75) frotta/kg | Anqas minn (65) frotta/kg | 1,2 |

(75 to 105) frott/kg | (65 to 85) frott/kg | 1 |

(106 to 136) frott/kg | (86 to 116) frott/kg | 0,8 |

Prodotti bla daqs | Prodotti bla daqs | 0,65 |

Sena tas-suq | Koeffiċjent applikabbli għall-prezz minimu | Koeffiċjent applikabbli għall-għajnuna |

1999/2000 | 0,70 | 1,0 |

2000/2001 | 0,70 | 1,0 |

2001/2002 | 0,65 | 0,9 |

2002/2003 | 0,65 | 0,8 |

2003/2004 | 0,65 | 0,7 |

--------------------------------------------------

ANNESS II

IL-KARATTERISTIĊI TAT-TIN IMQADDED MHUX IPPROĊESSAT

1. Tifsira

It-tin imqadded mhux proċessat għandu jkun ġie miksub minn frott misjur tal-varjetajiet Ficus carica domestica L. imqadda b’mod naturali.

2. Ħtiġiet minimi u tolleranzi

It-tin imqadded mhux ipproċessat irid:

- ikollu kontenut massimu ta’ umdità ta’ 24 %

- ikollu daqs minimu ta’ 136 frotta għal kull kilogramma tal-varjetajiet tal-frott miż-żgħir [1] u ta’ 116 frotta għal kull kilogramma għall-varjetajiet l-oħra,

- ikollu qoxra rqiqa u l-polpa bil-konsistenza ta’ l-għasel,

- ikun ta’ kulur uniformi,

- ikun nadif u ħieles kważi għal kollox minn materjali barranin.

Għal kull lott għandhom jiġu permessi t-tolleranzi li ġejjin [2]:

- 30 % tan-numru jew il-piż ta’ tin imqadded bi ħsara interna jew esterna minn kull kawża, li minnu mhux iktar minn 18 % tat-tin ikollu ħsara mill-insetti,

- 3 % fin-numru jew piż tat-tin imqadded li ma jkunux tajba għall-ipproċessar.

[1] Cuello de Dama, Pajarito, Granito, Preto de Torres, Pingo de melor Moscatel, Cachopeira, Cotio, Branco do Douro, Rei branco, Rei preto, Cordoví, Blancos, De la Casta, Verdejos.

[2] Sat-tmiem tas-sena tas-suq 2003/04, it-tolleranzi permessi huma kif ġej:

- 40 % għas-snin tas-suq 1999/2000 u 2000/01 u 35 % għas-snin li jiġu wara, bin-numru jew il-piż tat-tin imqadded bi ħsara interna jew esterna minn kull kawża, li minnu mhux iktar minn 25 %, għas-snin tas-suq 1999/2000 u 2000/01, u 20 %, għas-snin tas-suq ta’ wara, tat-tin bil-ħsara mill-insetti,

- 10 % għas-snin tas-suq 1999/2000 u 2000/01 u 6 % għas-snin tas-suq ta’ wara, bin-numru jew il-piż tat-tin imqadded mhux tajjeb għall-proċessar.

--------------------------------------------------

ANNESS III

A. IL-KARATTERISTIĊI TAT-TIN IMQADDED

1. Tifsira

It-tin imqadded għandu jkun ġie miksub minn frott misjur tal-varjetajiet Ficus carica domestica L. imqadded b’mod naturali.

2. Ħtiġiet minimi u tolleranzi

It-tin imqadded irid:

- ikollu kontenut massimu ta’ umdità ta’ 24 %,

- ikollu daqs minimu ta’ 136 frotta għal kull kilogramma tal-varjetajiet tal-frott miż-żgħir [1] u ta’ 116 frotta għal kull kilogramma għall-varjetajiet l-oħra,

- ikollu qoxra rqiqa u l-polpa bil-konsistenza ta’ l-għasel,

- ikun ta’ kulur uniformi,

- ikun nadif u ħieles minn materjali barranin.

Għal kull lott għandhom jiġu permesssi t-tolleranzi li ġejjin:

- 25 % tan-numru jew il-piż ta’ tin imqadded bi ħsara interna jew esterna minn kull kawża, li minnu mhux iktar minn 15 % tat-tin ikollu ħsara mill-insetti,

B. KARATTERISTIĊI TAL-KUNSERVA TAT-TIN

Tifsiriet u ħtiġiet minimi

Il-kunserva tat-tin tinkiseb minn tin imqadded mhux proċessat li jikkorrespondi mal-karatteristiċi stipulati fl-Anness II minbarra d-daqs, li jista’ jkun iżgħar.

It-tin imqadded mhux proċessat użat fil-produzzjoni ta’ kunserva irid ikun ġie maħsul bil-misħun u mnixxef bl-arja sħuna. Jista’ jkollu kontenut massimu ta’ umdità ta’ 24 %.

[1] Cuello de Dama, Pajarito, Granito, Preto de Torres, Pingo de mel or Moscatel, Cachopeira, Cotio, Branco do Douro, Rei branco, Rei preto, Cordoví, Blancos, De la Casta, Verdejos.

--------------------------------------------------

Top