EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998L0091

Id-Direttiva 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 1998 dwar vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom maħsuba għat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq u li temenda d-Direttiva 70/156/KEE dwar it-tip ta' approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom.

ĠU L 11, 16.1.1999, p. 25–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Imħassar b' 32009R0661

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/91/oj

31998L0091



Official Journal L 011 , 16/01/1999 P. 0025 - 0036


Id-Direttiva 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ta' l-14 ta' Diċembru 1998

dwar vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom maħsuba għat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq u li temenda d-Direttiva 70/156/KEE dwar it-tip ta' approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom.

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 100a dwar dan,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Huma u jaġixxu b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3],

Wara li kkunsidraw id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta' Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq [4], li tittrasposta f'liġi tal-Komunità l-Ftehim Ewropew li jirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bit-Triq ta' Merkanzija Perikoluża (ADR),

Billi s-suq intern jikkonsisti f'firxa mingħajr fruntieri interni li fiha jrid jiġi żgurat il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital;

Billi l-armonizzazzjoni totali dwar il-ħtiġiet tekniċi għall-vetturi maħsuba li jġorru merkanzija perikoluża bit-triq hija meħtieġa sabiex jinkiseb dan il-għan immedjat fl-intier tiegħu;

Billi l-barrieri tekniċi għall-kummerċ dwar id-dispożizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-KE skond it-tip għall-vetturi maħsuba għat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq għandhom jiġu eliminati sabiex iħallu l-organizazzjoni tas-suq involut fil-kwistjoni li jopera mingħajr xkiel;

Billi huwa għalhekk meħtieġ fil-kuntest tas-suq intern li jiġi armonizzat l-istandards għall-mezzi tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq;

Billi huwa meħtieġ li jiġu armonizzati l-proċeduri ta' approvazzjoni fl-Istati Membri;

Billi din id-Direttiva sejra tkun waħda mid-Direttivi separati li jridu jitwettqu sabiex isiru konformi mal-proċedura ta' l-approvazzjoni tal-KE skond it-tip li kienet ġiet stabbilita bid-Direttiva 70/156/KEE [5] u sabiex jiġi żgurat il-konformità ta' vetturi mal-ħtiġiet tal-proċedura ta' approvazzjoni tat-tip KE stabbilita b'dik id-Direttiva; billi għalhekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE dwar vetturi japplikaw għal din id-Direttiva;

Billi, b'mod partikolari, l-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 70/156/KEE jeħtieġu li kull Direttiva separata jkollha dokument ta' tagħrif imwaħħal magħħa li jinkorpora l-elenkati rilevanti ta' l-Anness I għal dik id-Direttiva u wkoll kull ċertifikat ta' approvazzjoni skond it-tip bażat fuq l-Anness VI ma dan sabiex din l-approvazzjoni skond it-tip tiġi kompjuterizzata,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-vetturi tal-kategoriji "N" u "O", kif imfissra fl-Artikolu 2 ta' l-Anness II mad-Direttiva 70/156/KEE, maħsuba għat-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq ġewwa jew bejn l-Istati Membri.

L-iskop, id-definizzjoni, il-klassifikazzjoni u l-ħtiġiet dwar dawn il-vetturi u d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni KE skond it-tip dwar dawn huma stabbiliti fl-Annessi I u II rispettivament ma' din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

- "merkanzija perikoluża" għandhom ifissru s-sustanzi u l-artikoli mfissra fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 94/55/KE,

- "trasport" għandu jfisser il-ħidma tat-trasport bit-triq imfisser fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 94/55/KE.

L-Artikolu 3

Id-Direttiva 70/156/KEE għandha tiġi emendata biż-żieda ta':

(a) l-elenkat li ġej ma' l-Anness I:

+++++ TIFF +++++

;

(b) l-elenkat li ġej fil-Parti A ta' l-Anness IV:

"Suġġett | Numru tad-Direttiva | Ir-riferenza fil-Ġurnal Uffiċjali | L-Applikabbilità |

M1 | M2 | M3 | N1 | N2 | N3 | O1 | O2 | O3 | O4 |

56, Vetturi maħsuba għat-trasport ta' merkanzija perikoluża | 98/91/KE | L 11 tas- 16.1.1999 | | | | x | x | x | x | x | x | x" |

L-Artikolu 4

1. L-Istati Membri ma jistgħux:

- jirrifjutaw, dwar it-tip ta' kull vettura, li jikkonċedu l-approvazzjoni tal-KE skond it-tip jew li jikkonċedu approvazzjoni nazzjonali skond it-tip, jew

- jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul għax-xogħol ta' vetturi bil-bażi bażi biss jew vetturi kompletati kif imfissra fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mat-trasport ta' merkanzija perikoluża jekk il-ħtiġiet ta' l-Annessi ma' din id-Direttiva jiġu mwettqa

2. L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul għax-xogħol ta' kull vettura maħduma minn vettura bil-bażi biss kif imfissra fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-vettura bil-bażi biss u mat-trasport ta' merkanzija perikoluża:

- jekk għal vettura bil-bażi biss il-ħtiġiet ta' l-Annessi ma' din id-Direttiva jiġu mwettqa u jekk il-tkomplija tal- vettura bil-bażi biss ma tkunx invalidat din il-konformità, jew

- jekk għal vettura kompletata l-ħtiġiet ta' l-Annessi ma' din id-Direttiva jiġu mwettqa.

L-Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mis-16 ta' Jannar 2000, u għandhom mill-ewwel jgħarfu lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istat Membru jadotta dawn il-miżuri, għandu jkun fihom kull referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-riferenza fl-okkazjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 6

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-14 ta' Diċembru 1998.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. M. Gil-Robles

Għall-Kunsill

Il-President

W. Molterer

[1] ĠU C 29, tat-30.1.1997, p. 17 u ĠU C 207, tat-3.7.1998, p. 18.

[2] ĠU C 296, tad-29.9.1997, p. 1.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 1998 (ĠU C 80, tas-16.3.1998, p. 209), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 1998 (ĠU C 262, tad-19.8.1998, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 1998 (ĠU C 341, tad-9.11.1998). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 1998.

[4] ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 7. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 96/86/KE (ĠU L 335, 24.12.1996, p. 43).

[5] Id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni skond it-tip għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 98/14/KE (ĠU L 91, tal-25.3.1998, p. 1).

--------------------------------------------------

LISTA TA' L-ANNESSI

L-Anness I: | Skop, definizzjoni, klassifikazzjoni, ħtiġiet | |

L-Anness II: | Dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni KE skond it-tip | |

| L-Appendiċi 1: | Id-dokument tat-tagħrif |

| L-Appendiċi 2: | Iċ-ċertifikat ta' l-appovazzjoni KE skond it-tip |

| | Addendum |

--------------------------------------------------

Top