EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R1833

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1833/94 tas-26 ta' Lulju 1994 li jirregola r-Regolament (KEE) Nru 3130/78 li jiddetermina ċentri ta' intervent għaż-żejt taż-żebbuġa

OJ L 191, 27.7.1994, p. 14–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 03 Volume 059 P. 162 - 163
Special edition in Swedish: Chapter 03 Volume 059 P. 162 - 163

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/1833/oj

31994R1833



Official Journal L 191 , 27/07/1994 P. 0014 - 0015
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0162
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0162


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1833/94

tas-26 ta' Lulju 1994

li jirregola r-Regolament (KEE) Nru 3130/78 li jiddetermina ċentri ta' intervent għaż-żejt taż-żebbuġa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta' Septembru 1966 fuq it-twaqqif ta' organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u xaħmijiet[1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3179/93[2], u partikolarment Artikolu 12(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2754/78 tat-23 ta' Novembru 1978 fuq l-intervent fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa[3], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2203/90[4],

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2754/78 jistabbilixxi il-kriterji applikabbli għad-determinazzjoni ta' ċentri ta' intervent għaż-żejt taż-żebbuġa; billi, b'ħarsien ta' dawk il-kriterji u, biex jittejjeb il-funzjonament tal-intervent fil-Ġreċja, għandha tkun emendata d-distribuzzjoni taċ-ċentri ta' intervent f'dak il-pajjiż;

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaż-Żjut u x-Xaħmijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Iċ-ċentri ta' intervent għaż-żejt taż-żebbuġa taħt l-intestatura Greċja fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3130/78[5] huma b'dan mibdula biċ-ċentri ta' intervent fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jgħodd mill-1 ta' Lulju 1994.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul f'Brussel, fis-26 ta' Lulju 1994.

Għall-Kummissjoni

Rene` STEICHEN

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Greċja

: , , ,

: , ,

: , , , , , ,

: ,

:

:

:

:

: ,

:

:

:

: ,

:

: ,

: ,

:

: ,

: ,

: ,

: , , ,

: ,

:

: ,

:

:

:

: , ,

: ,

:

:

: "

Proofread by Stephen Zammit

[1] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66.

[2] ĠU L 285, ta' l-20.11.1993, p. 9.

[3] ĠU L 331, tat-28.11.1978, p. 13.

[4] ĠU L 201, tal-31.7.1990, p. 5.

[5] ĠU L 370, tat-30.12.1978, p. 58.

Top